Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016R1627-20190621

    Consolidated text: Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1627/2019-06-21

    02016R1627 — MT — 21.06.2019 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT (UE) 2016/1627 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-14 ta' Settembru 2016

    dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009

    (ĠU L 252 16.9.2016, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT (UE) 2019/833 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2019

      L 141

    1

    28.5.2019




    ▼B

    REGOLAMENT (UE) 2016/1627 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-14 ta' Settembru 2016

    dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009



    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-pjan ta' rkupru mill-Unjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3.

    2.  Dan ir-Regolament japplika għat-tonn (Thunnus thynnus) fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

    Artikolu 2

    Objettiv

    L-għan ta' dan ir-Regolament, skont il-pjan ta' rkupru kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3, huwa li tinkiseb bijomassa tat-tonn li tkun tikkorrispondi mar-rendiment massimu sostenibbli sal-2022 bi probabbiltà ta' mill-inqas 60 % li jinkiseb dak l-objettiv.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) “pjan ta' rkupru” tfisser il-pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn, li japplika mill-2007 sal-2022 u li ġie rrakkomandat mill-ICCAT;

    (2) “bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment bil-mutur użat għall-finijiet tal-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn jew maħsub għal dawn il-finijiet, inklużi l-bastimenti tal-qbid, il-bastimenti tal-ipproċessar, il-bastimenti ta' appoġġ, il-bastimenti tal-irmunkar, il-bastimenti involuti fit-trasbord u l-bastimenti tat-trasport mgħammra b'tagħmir biex jittrasportaw il-prodotti tat-tonn u l-bastimenti awżiljarji, minbarra l-bastimenti għat-trasport tal-kontejners;

    (3) “bastiment tal-qbid” tfisser bastiment użat għall-finijiet tal-qbid kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn;

    (4) “bastiment għall-ipproċessar” tfisser bastiment li fuqu l-prodotti tas-sajd huma soġġetti għal waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin, qabel l-ippakkjar tagħhom: tqattigħ fi fletti, flieli, firżar u/jew proċessar;

    (5) “bastiment awżiljarju” tfisser kwalunkwe bastiment użat għat-trasport tat-tonn mejjet (mhux ipproċessat) minn ġo gaġġa tat-trasport jew tat-trobbija tal-ħut, minn purse seine jew minn tunnara għal port innominat u/jew għal bastiment tal-ipproċessar;

    (6) “bastiment tal-irmunkar” tfisser kwalunkwe bastiment li jintuża biex jirmonka l-gaġeġ;

    (7) “bastiment ta' appoġġ” tfisser kwalunkwe bastiment tas-sajd ieħor imsemmi fil-punt (2);

    (8) “sajd attiv” tfisser, għal kwalunkwe bastiment tal-qbid u għal kull tunnara, il-fatt li dawn jintużaw għas-sajd għat-tonn matul staġun tas-sajd partikolari;

    (9) “attività konġunta tas-sajd” tfisser kwalunkwe attività li ssir bejn żewġ bastimenti tas-sajd bil-purse seine jew aktar fejn il-qabda ta' bastiment tas-sajd bil-purse seine partikolari tiġi allokata għal bastiment tas-sajd bil-purse seine ieħor jew għal bastimenti tas-sajd bil-purse seine oħrajn skont kodiċi ta' allokazzjoni;

    (10) “attivitajiet ta' trasferiment” tfisser:

    (i) kwalunkwe trasferiment ta' tonn ħaj mix-xibka tal-bastiment tal-qbid għall-gaġġa tat-trasport,

    (ii) kwalunkwe trasferiment ta' tonn ħaj mill-gaġġa tat-trasport għal gaġġa oħra tat-trasport,

    (iii) kwalunkwe trasferiment tal-gaġġa bit-tonn minn bastiment tal-irmunkar għal bastiment ieħor tal-irmunkar,

    (iv) kwalunkwe trasferiment tat-tonn ħaj minn razzett tat-tonn għal ieħor,

    (v) kwalunkwe trasferiment ta' tonn ħaj mit-tunnara għall-gaġġa tat-trasport;

    (11) “trasferiment ta' kontroll” tfisser kwalunkwe trasferiment ieħor li jsir fuq talba tal-operaturi tas-sajd jew tal-operaturi tal-irziezet tat-tonn jew fuq talba tal-awtoritajiet ta' kontroll sabiex jiġi vverifikat l-għadd ta' ħut li jkun qed jiġi ttrasferit;

    (12) “tunnara” tfisser tagħmir fiss immażżrat mal-qiegħ, li s-soltu jkollu xibka li twassal it-tonn għal ġo magħlaq jew għal ġo sensiela ta' kompartimenti magħluqin fejn jinżamm qabel il-ħsad;

    (13) “tqegħid fil-gaġeġ” tfisser it-trasferiment ta' tonn ħaj mill-gaġġa tat-trasport jew mit-tunnara għal ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut;

    (14) “trobbija tal-ħut” tfisser it-tqegħid tat-tonn fil-gaġeġ fl-irziezet tat-tonn u l-għalf sussegwenti tagħhom bil-għan li dawn jismnu u li tiżdied il-bijomassa totali tagħhom;

    (15) “razzett tat-tonn” tfisser installazzjoni użata għat-trobbija tat-tonn maqbud bit-tunnari jew bil-bastimenti tas-sajd bil-purse seine;

    (16) “ħsad” tfisser il-qtil tat-tonn fl-irziezet tat-tonn jew fit-tunnari;

    (17) “trasbord” tfisser il-ħatt tal-ħut kollu jew ta' kwalunkwe ħut li jkun jinsab abbord bastiment tas-sajd għal fuq bastiment ieħor tas-sajd. Il-ħatt ta' tonn mejjet mix-xibka ta' bastiment tas-sajd bil-purse seine jew il-bastiment tal-irmonk għal fuq bastiment awżiljarju m'għandux jitqies bħala trasbord;

    (18) “sajd sportiv” tfisser sajd mhux kummerċjali li min jipprattikah ikun jifforma parti minn organizzazzjoni sportiva nazzjonali jew ikun ingħata liċenzja sportiva nazzjonali;

    (19) “sajd rikreattiv” tfisser sajd mhux kummerċjali li min jipprattikah ma jkunx jifforma parti minn organizzazzjoni sportiva nazzjonali jew ma jkunx ingħata liċenzja sportiva nazzjonali;

    (20) “kamera sterjoskopika” tfisser kamera b'żewġ lentijiet jew aktar, li jkollha sensur separat tal-immaġni jew qafas separat tal-films għal kull lenti, li tippermetti li jittieħdu immaġnijiet tridimensjonali;

    (21) “kamera ta' kontroll” tfisser kamera sterjoskopika u/jew vidjokamera normali użata biex jitwettqu l-kontrolli previsti minn dan ir-Regolament;

    (22) “BCD” jew “BCD elettroniku” tfisser dokument dwar il-qabdiet tat-tonn. Ir-referenzi għad-dokument dwar il-qabdiet tat-tonn għandhom jiġu sostitwiti bir-referenzi għad-dokument elettroniku dwar il-qabdiet tat-tonn, skont il-każ;

    (23) “Stat Membru responsabbli” tfisser l-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu tkun tinsab it-tunnara jew ikun jinsab ir-razzett tat-tonn jew, jekk ir-razzett tat-tonn jew it-tunnara ikunu jinsabu fl-ibħra internazzjonali, l-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-operatur tat-tunnara jew tar-razzett tat-tonn;

    (24) “Task II” tfisser Task II kif iddefinit mill-ICCAT fil-manwal tagħha tal-qasam għall-istatistika u t-teħid tal-kampjuni tat-tonn tal-Atlantiku u tal-ħut li jixbah lit-tonn (“Field manual for statistics and sampling Atlantic tunas and tuna-like fish”) (it-tielet edizzjoni, ICCAT, 1990);

    (25) “PKK” tfisser il-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni u l-Partijiet, Entitajiet jew Entitajiet tas-Sajd Mhux Kontraenti tagħha li jikkooperaw magħha;

    (26) “żona tal-Konvenzjoni” tfisser iż-żona ġeografika koperta mill-miżuri tal-ICCAT kif stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni;

    ▼M1

    (27) “bastiment kbir tas-sajd bil-konz tal-wiċċ” tfisser bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li b'kollox ikun itwal minn 24 metru;

    (28) “tartaruni tal-borża” tfisser kwalunkwe xibka ċirkolanti li l-parti ta' taħt tagħha tingħaqad permezz ta' tartarun tal-borża li jkun fil-qiegħ nett tax-xibka, li jgħaddi minn sensiela ta' ħoloq mqabbda mal-ħabel ta' taħt, li jippermetti x-xibka tinġieb lura u tingħalaq.

    ▼B

    Artikolu 4

    Tul tal-bastimenti

    It-tulijiet tal-bastimenti msemmija f'dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala t-tul kumplessiv.



    KAPITOLU II

    MIŻURI TA' ĠESTJONI

    Artikolu 5

    Kondizzjonijiet relatati mal-miżuri ta' ġestjoni

    1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tal-qbid u tat-tunnari tiegħu jkun proporzjonat mal-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu dak l-Istat Membru fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

    2.  It-trasferiment bejn is-snin ta' kwalunkwe kwota mhux użata għandu jkun ipprojbit.

    3.  Il-kiri ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jkun ipprojbit.

    Artikolu 6

    Sottomissjoni ta' pjanijiet annwali tas-sajd, pjanijiet għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd u pjanijiet għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut

    1.  Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, kull Stat Membru li għandu kwota tat-tonn għandu jibgħat lill-Kummissjoni:

    (a) pjan annwali tas-sajd għall-bastimenti tal-qbid u għat-tunnari li jintużaw għas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran;

    (b) pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd li jiżgura li l-kapaċità tas-sajd tal-Istat Membru tkun proporzjonata mal-kwota allokata lilu.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tiġbor il-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u tintegrahom fil-pjan tal-Unjoni għas-sajd u għall-ġestjoni tal-kapaċità. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Frar ta' kull sena għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-ICCAT.

    3.  Sal-15 ta' April ta' kull sena, kull Stat Membru li jkun beħsiebu jibdel il-pjan tal-ICCAT li jkun fis-seħħ għall-kapaċità tat-trobbija tal-ħut għandu jibgħat pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut lill-Kummissjoni, li għandha tibagħtu lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    Artikolu 7

    Pjanijiet annwali għas-sajd

    1.  Il-pjan annwali għas-sajd sottomess minn kull Stat Membru li għandu kwota tat-tonn għandu jidentifika l-kwoti allokati għal kull grupp ta' rkaptu msemmi fl-Artikoli 11 u 12, inkluż it-tagħrif dwar:

    (a) għall-bastimenti tal-qbid ta' aktar minn 24 metru inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 20(1) il-kwota individwali allokata lilihom u l-miżuri li huma fis-seħħ biex tiġi żgurata konformità mal-kwoti individwali u l-kwoti tal-qabdiet aċċessorji totali;

    (b) għall-bastimenti tal-qbid ta' inqas minn 24 metru u għat-tunnari tal-inqas il-kwota allokata għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew għall-gruppi ta' bastimenti tas-sajd li jużaw tip ta' rkaptu simili.

    2.  B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1,il-kwota individwali allokata lil kull bastiment tal-qbid ta' aktar minn 24 metru tista' tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-bidu tal-istaġun tas-sajd applikabbli għal kull wieħed minn dawk il-bastiment.

    3.  Kwalunkwe modifika sussegwenti fil-pjan annwali tas-sajd jew fil-kwoti individwali allokati għall-bastimenti tal-qbid ta' aktar minn 24 metru u li huma inklużi fil-lista msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 20(1) għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat minn tal-inqas tlett ijiem qabel titwettaq l-attività li tikkorrispondi ma' dik il-modifika. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-modifiki lis-Segretarjat tal-ICCAT tal-inqas 48 siegħa qabel l-eżerċizzju tal-attività li tikkorrispondi ma' dik il-modifika.

    Artikolu 8

    Allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd

    F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom jagħmlu wkoll ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta b'konsiderazzjoni għas-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.

    ▼M1

    Artikolu 9

    Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd

    1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd biex jaġġusta l-għadd ta' bastimenti tas-sajd, sabiex juri li l-kapaċità tas-sajd tikkorrispondi għall-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-bastimenti fil-perijodu ta' żmien rilevanti.

    2.  L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd bl-użu tal-parametri proposti “mis-SCRS” u adottati mill-ICCAT fl-2009.

    L-Istati Membri jistgħu jallokaw kwoti settorjali għal bastimenti kostali fuq skala żgħira awtorizzati biex jistadu għat-tonn u għandhom jindikawhom fil-pjanijiet tas-sajd tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll il-miżuri addizzjonali biex jissorveljaw mill-qrib il-konsum tal-kwota ta' dik il-flotta fil-pjanijiet ta' monitoraġġ, kontroll u spezzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għadd differenti ta' bastimenti biex jużaw b'mod sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom, bl-użu tal-parametri msemmijin fil-paragrafu 1.

    3.  Il-Portugall u Spanja jistgħu jallokaw kwoti settorjali għal dgħajjes tas-sajd bil-lixka li joperaw fl-ilmijiet madwar l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji. Il-kwota settorjali u l-miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ tal-konsum tagħha għandhom jiġu definiti b'mod ċar fil-pjanijiet annwali rispettivi tagħhom.

    4.  Meta l-Istati Membri jallokaw kwoti settorjali f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3, ir-rekwiżit minimu tal-kwota ta' 5 tunnellati definit mill-SCRS fl-2009 ma għandux japplika.

    5.  L-aġġustament tal-kapaċità tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għandu jkun limitat għal żieda massima ta' 20 % meta mqabbla mal-kapaċità tas-sajd bażi tal-2018.

    6.  Għall-perijodu 2019-2020, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għadd ta' tunnari użati fis-sajd għat-tonn li jippermetti li jiġu sfruttati b'mod sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd tagħhom.

    Artikolu 10

    Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut

    1.  Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, kull Stat Membru li għandu kwota tat-tonn għandu jibgħat lill-Kummissjoni pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut skont dan l-Artikolu.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tintegra l-pjanijiet fil-pjan tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Frar ta' kull sena għad-diskussjoni u l-approvazzjoni mill-ICCAT.

    3.  Fil-pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut, kull Stat Membru għandu juri li l-kapaċità totali tal-ħut maqbud u l-kapaċità totali tat-trobbija tal-ħut ikunu jikkorrispondu għall-ammont stmat ta' tonn disponibbli għat-trobbija.

    4.  L-Istati Membri għandhom jillimitaw il-kapaċità tagħhom ta' trobbija tat-tonn għall-kapaċità totali ta' trobbija reġistrata fir-“rekord ta' faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn” tal-ICCAT jew awtorizzata u ddikjarata lill-ICCAT fl-2018.

    5.  L-ammont massimu ta' tonn salvaġġ maqbud li jista' jiddaħħal fl-irziezet tat-tonn ta' Stat Membru għandu jkun limitat għal-livell tal-kwantitajiet imdaħħlin irreġistrati mal-ICCAT fir-“rekord ta' faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn” mill-irziezet tat-tonn ta' dak l-Istat Membru fl-2005, l-2006, l-2007 jew l-2008.

    6.  Jekk Stat Membru jkun jeħtieġ li jżid l-ammont massimu ta' tonn salvaġġ maqbud f'razzett tat-tonn wieħed jew għadd ta' rziezet tat-tonn tiegħu, dik iż-żieda għandha tkun tikkorrispondi għall-opportunitajiet tas-sajd allokati lil dak l-Istat Membru, inkluż importazzjonijiet ta' tonn ħaj.

    7.  L-Istati Membri li għandhom rziezet tal-ħut għandhom jiżguraw li x-xjentisti li l-SCRS tqabbad għal provi biex jiġu identifikati r-rati ta' tkabbir waqt il-perijodu ta' tismin ikollhom aċċess għal u, kif meħtieġ mill-protokoll, assistenza biex iwettqu, provi skont il-protokoll standardizzat żviluppat mill-SCRS għall-monitoraġġ ta' ħut individwali li jista' jingħaraf.

    ▼B



    KAPITOLU III

    MIŻURI TEKNIĊI



    TAQSIMA 1

    Staġuni tas-sajd

    ▼M1

    Artikolu 11

    Staġuni tas-sajd

    1.  Is-sajd bit-tartarun tal-borża għat-tonn għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perijodu mis-26 ta' Mejju sal-1 ta' Lulju.

    2.  B'deroga mill-paragrafu 1, is-sajd bit-tartarun tal-borża għat-tonn fil-Baħar Adrijatiku jista' jibqa' miftuħ sal-15 ta' Lulju għall-ħut imrobbi fil-Baħar Adrijatiku (żona tas-sajd 37.2.1 tal-FAO).

    3.  B'deroga mill-paragrafu 1, jekk Stat Membru jista' juri li, minħabba rjiħat li jilħqu forza 5 jew aktar fuq l-iskala Beaufort, xi wħud mill-bastimenti tiegħu li jaqbdu t-tonn bit-tartarun tal-borża fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ma setgħux jużaw il-jiem normali tas-sajd tagħhom matul is-sena, dak l-Istat Membru jista' jmexxi massimu ta' 10 ijiem mitlufin sal-11 ta' Lulju għall-bastimenti kkonċernati tul is-sena.

    4.  Is-sajd għat-tonn għandu jkun permess fil-Lvant tal-Oċean Atlantiku u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju.

    5.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu staġuni miftuħin għall-flotot tagħhom, għajr bastimenti tas-sajd bit-tartarun u bastimenti kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom.

    ▼B

    Artikolu 12

    Dgħajjes tas-sajd bil-qasba u dgħajjes tas-sajd bir-rixa

    1.  Is-sajd għat-tonn mid-dgħajjes tas-sajd bil-qasba u mid-dgħajjes tas-sajd bir-rixa għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru.

    2.  Dejjem jekk ma tiġix affettwata l-protezzjoni tal-postijiet fejn ibid il-ħut u jekk it-tul totali tal-istaġun tas-sajd għal dak it-tip ta' sajd ma jaqbiżx perijodu ta' erba' xhur, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi dwar data tal-bidu differenti għas-sajd bid-dgħajjes tas-sajd bil-qasba u bid-dgħajjes tas-sajd bir-rixa li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu fil-Lvant tal-Atlantiku.

    3.  Kull Stat Membru għandu jispeċifika, fil-pjan annwali tas-sajd tiegħu msemmi fl-Artikolu 7, jekk inbidlux id-dati tal-bidu għal dak it-tip ta' sajd, kif ukoll il-koordinati taż-żoni kkonċernati.



    TAQSIMA 2

    Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, qabdiet inċidentali, qabdiet aċċessorji

    Artikolu 13

    L-obbligu ta' ħatt l-art

    Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, inkluża kwalunkwe deroga applikabbli għalih.

    Artikolu 14

    Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

    1.  Id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tat-tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għandu jkun ta' 30 kg jew ta' 115-il cm f'tul sal-furketta.

    2.  B'deroga mill-paragrafu 1, għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għat-tonn ta' 8 kg jew ta' 75 cm f'tul sal-furketta fil-każijiet tas-sajd li ġej:

    (a) it-tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku mid-dgħajjes tas-sajd bil-qasba u mid-dgħajjes tas-sajd bir-rixa;

    (b) it-tonn maqbud fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut;

    (c) it-tonn maqbud fil-Mediterran permezz tas-sajd artiġjanali mal-kosta għall-ħut frisk b'dgħajjes tas-sajd bil-qasba, b'bastimenti tas-sajd bil-konz jew b'dgħajjes tas-sajd bix-xlief.

    3.  Il-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-paragrafu 2 huma stipulati fl-Anness I.

    4.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet speċifiċi għall-bastimenti li jkunu qed jistadu skont id-deroga msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-bastimenti kkonċernati għandhom jitniżżlu fil-lista tal-bastimenti tal-qbid imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 20(1). Għal dak il-għan, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 għandhom japplikaw.

    Artikolu 15

    Qabdiet inċidentali

    1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(1), qabdiet inċidentali ta' ammont massimu ta' 5 % ta' tonn li jiżen bejn 8 u 30 kg jew li jkollu tul sal-furketta ta' bejn 75 u 115-il cm għandhom jiġu permessi għall-bastimenti tal-qbid u t-tunnari kollha li jistadu b'mod attiv għat-tonn.

    2.  Il-perċentwali ta' 5 % msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-qabdiet kollha tat-tonn fl-għadd ta' ħut miżmum abbord il-bastiment jew fit-tunnara fi kwalunkwe ħin wara kull attività tas-sajd.

    3.  Il-qabdiet inċidentali għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru li huwa responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara.

    4.  Il-qabdiet inċidentali tat-tonn għandhom ikunu soġġetti għall-Artikoli 25, 30, 31 u 32.

    ▼M1

    Artikolu 16

    Qabdiet aċċessorji

    1.  Kull Stat Membru għandu jipprevedi qabdiet aċċessorji tat-tonn fil-kwota tiegħu u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan meta jibgħatilha l-pjan annwali tas-sajd tiegħu.

    2.  Il-livell ta' qabdiet aċċessorji tat-tonn ma għandux jaqbeż 20 % tal-qabdiet totali abbord fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd. Il-metodoloġija użata biex jiġu kkalkulati dawk il-qabdiet aċċessorji, b'rabta mal-qabda totali abbord, għandha tiġi definita b'mod ċar fil-pjan annwali tas-sajd. Il-qabdiet aċċessorji jistgħu jiġu kkalkulati skont il-piż jew skont l-għadd ta' kampjuni. Il-kalkolu skont l-għadd ta' kampjuni għandu japplika biss għat-tonn u għall-ispeċijiet simili għalih ġestiti mill-ICCAT. Il-livell ta' qabdiet aċċessorji awtorizzati għall-flotta ta' bastimenti kostali fuq skala żgħira jista' jiġi kkalkulat fuq bażi annwali.

    3.  Il-qabdiet aċċessorji kollha tat-tonn, miżmuma abbord jew skartati għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera, u jiġu reġistrati u rrappurtati lill-Kummissjoni.

    4.  Għall-Istati Membri li ma għandhomx kwota għat-tonn, il-qabdiet aċċessorji kkonċernati għandhom jitnaqqsu mill-kwota speċifika tal-Unjoni għall-qabdiet aċċessorji tat-tonn stabbilita f'konformità mat-TFUE u mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    5.  Jekk il-kwota allokata għall-Istat Membru tal-bastiment tas-sajd jew tunnara kkonċernata tkun diġà eżawrita, ma għandu jiġi permess il-qbid ta' ebda tonn u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżgura ir-rilaxx tiegħu. L-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' tonn mejjet għandhom ikunu pprojbiti u l-qabdiet kollha għandhom jiġu reġistrati. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni dwar qabdiet bħal dawn fuq bażi annwali lill-Kummissjoni, li għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    6.  Il-bastimenti li ma jistadux attivament għat-tonn għandhom jisseparaw b'mod ċar kwalunkwe kwantità ta' tonn miżmum abbord minn speċijiet oħrajn, biex jippermettu li l-awtoritajiet ta' kontroll jissorveljaw il-konformità ma' dan l-Artikolu. Dawk il-qabdiet aċċessorji jistgħu jiġu kkummerċjalizzati ġaladarba jkunu akkumpanjati mill-eBCD.

    ▼B



    TAQSIMA 3

    Użu ta' trasport bl-ajru

    Artikolu 17

    Użu ta' trasport bl-ajru

    L-użu ta' kwalunkwe trasport bl-ajru, fosthom ajruplani, ħelikopters jew kwalunkwe tip ta' vettura tal-ajru oħra mingħajr ekwipaġġ għat-tiftix tat-tonn għandu jkun ipprojbit.



    KAPITOLU IV

    SAJD SPORTIV U RIKREATTIV

    Artikolu 18

    Kwota speċifika għas-sajd sportiv u rikreattiv

    Kull Stat Membru bi kwota tat-tonn għandu jirregola s-sajd sportiv u rikreattiv billi jalloka kwota speċifika għall-finijiet ta' dak it-tip ta' sajd u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan meta jibgħatilha l-pjan tas-sajd tiegħu.

    Artikolu 19

    Sajd sportiv u rikreattiv

    1.  Kull Stat Membru bi kwota għat-tonn għandu jirregola s-sajd sportiv u rikreattiv billi joħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti għall-finijiet tas-sajd sportiv u rikreattiv.

    2.  Għas-sajd sportiv u rikreattiv m'għandhiex tinqabad iktar minn tonna waħda għal kull bastiment kuljum.

    3.  Kwalunkwe tonn li jinħatt l-art għandu jkun sħiħ, bil-garġi mneħħija u/jew imnaddaf. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura, sa fejn huwa possibbli, ir-rilaxx ta' tonn, speċjalment dak li jkun għadu żgħir, maqbud ħaj fil-qafas tas-sajd sportiv u rikreattiv.

    4.  Il-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn maqbud waqt is-sajd sportiv u rikreattiv għandha tkun ipprojbita.

    5.  Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-data dwar il-qabdiet fosthom il-piż u t-tul ta' kull tonna maqbuda waqt is-sajd sportiv u rikreattiv u jibgħat id-dejta għas-sena ta' qabel lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak it-tagħrif lill-SCRS.

    6.  Kull Stat Membru għandu jnaqqas l-għadd ta' ħut mejjet maqbud mis-sajd sportiv u rikreattiv mill-kwota li huwa jkun alloka f'konformità mal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 18.



    KAPITOLU V

    MIŻURI TA' KONTROLL



    TAQSIMA 1

    Reġistri ta' bastimenti u tunnara

    Artikolu 20

    Reġistri ta' bastimenti

    1.  Kull Stat Membru għandu jipprżenta lill-Kummissjoni kull sena, b'mod elettroniku, xahar qabel il-bidu tal-istaġuni tas-sajd imsemmija fl-Artikoli 11 u 12, meta jkun applikabbli, jew inkella xahar qabel il-bidu tal-perijodu ta' awtorizzazzjoni:

    (a) lista tal-bastimenti kollha tal-qbid li jtajru l-bandiera tiegħu awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran permess tal-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' sajd;

    (b) lista tal-bastimenti l-oħra kollha tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, minbarra l-bastimenti tal-qbid, li jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

    2.  Iż-żewġ listi għandhom jiġu stabbiliti skont il-format mogħti fil-Linji Gwida tal-ICCAT għall-preżentazzjoni tad-dejta u tat-tagħrif meħtieġa.

    3.  F'sena kalendarja partikolari, bastiment tas-sajd jista' jiġi inkluż fiż-żewġ listi msemmija fil-paragrafu 1 sakemm ma jkunx inkluż fihom it-tnejn fl-istess ħin.

    4.  Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu isem il-bastiment u n-numru ta' identifikazzjoni (CFR) kif iddefinit fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 ( 1 ).

    5.  M'għandha tiġi aċċettata l-ebda preżentazzjoni retroattiva. Il-bidliet sussegwenti fil-listi msemmija fil-paragrafu 1 matul sena kalendarja għandhom jiġu aċċettati biss jekk il-bastiment tas-sajd innotifikat ikun miżmum milli jipparteċipa minħabba raġunijiet operattivi leġittimi jew forza maġġuri. F'ċirkostanzi bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'dan il-fatt, u għandu jipprovdi:

    (a) id-dettalji kollha tal-bastiment(i) tas-sajd maħsub(a) biex jieħu/jieħdu post bastiment inkluż fil-listi msemmija fil-paragrafu 1; u

    (b) rendikont komprensiv tar-raġunijiet li jiġġustifikaw din is-sostituzzjoni u kwalunkwe evidenza jew referenza ta' appoġġ rilevanti.

    6.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat it-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 lis-Segretarjat tal-ICCAT sabiex dawk il-bastimenti jkunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn jew fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħra kollha tas-sajd (minbarra l-bastimenti tal-qbid) li huma awtorizzati jistadu għat-tonn.

    7.  L-Artikolu 8a(2), (6), (7) u (8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 ( 2 ) għandu japplika bil-modifiki meħtieġa.

    Artikolu 21

    Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

    Il-miżuri ta' kontroll previsti f'dan il-Kapitolu għandhom japplikaw flimkien ma' dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ħlief fejn previst mod ieħor f'dan il-Kapitolu.

    Artikolu 22

    Awtorizzazzjonijiet ta' sajd tal-bastimenti

    1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux imniżżlin fir-reġistri tal-ICCAT imsemmija fl-Artikolu 20(1) ma għandhomx ikunu awtorizzati jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrasbordawh, jittrasportawh, jittrasferixxuh, jipproċessawh jew iħottuh l-art fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

    2.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn u jista' jitlob lill-bastiment jipproċedi immedjatament lejn port magħżul minnu meta jitqies li tkun ġiet eżawrita l-kwota individwali.

    Artikolu 23

    Reġistri ta' tunnari awtorizzati għas-sajd tat-tonn

    1.  Sal-15 ta' Frar ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat b'mod elettroniku lill-Kummissjoni lista tat-tunnari tiegħu li jkunu awtorizzati, permezz tal-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' sajd, għas-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-lista għandha tinkludi l-isem tat-tunnari u n-numru tagħhom fir-reġistru u għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-format mogħti fil-Linji Gwida tal-ICCAT għall-preżentazzjoni tad-data u tat-tagħrif meħtieġa.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat din il-lista lis-Segretarjat tal-ICCAT sabiex dawk it-tunnari jkunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru tal-ICCAT tat-tunnari li huma awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn.

    3.  It-tunnari tal-Unjoni li ma jkunux imniżżlin fir-reġistru tal-ICCAT ma għandhomx ikunu awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn, għaż-żamma tiegħu, għat-trasferiment tiegħu, għat-tqegħid tiegħu fil-gaġeġ u għal ħatt l-art tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

    4.  L-Artikolu 8a(2), (4), (6), (7) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 għandu japplika bl-emendi meħtieġa.

    Artikolu 24

    Attività konġunta tas-sajd

    1.  Kwalunkwe attività konġunta tas-sajd (“AKS”) għat-tonn għandha tkun awtorizzata biss bil-kunsens tal-Istat(i) Membru/i tal-bandiera kkonċernat(i). Sabiex tingħata din l-awtorizzazzjoni, kull bastiment tas-sajd bil-purse seine għandu jkun mgħammar biex jistad għat-tonn u għandu jkollu kwota individwali. L-AKS imwettqin flimkien ma' PKK oħrajn, m'għandhomx ikunu permessi.

    2.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikseb it-tagħrif li ġej mingħand il-bastimenti tas-sajd tiegħu li jkunu qed japplikaw għal awtorizzazzjoni biex jieħdu sehem fl-AKS:

    (a) it-tul ta' żmien tal-attività;

    (b) l-identità tal-operaturi involuti fiha;

    (c) il-kwoti tal-bastimenti individwali;

    (d) l-iskema ta' allokazzjoni tal-qabdiet involuti bejn il-bastimenti tas-sajd involuti; u

    (e) tagħrif dwar l-irziezet tat-tonn fejn ikun ser jittieħed it-tonn.

    3.  Tal-inqas 15-il jum qabel ma tibda l-attività, kull Stat Membru għandu jibgħat it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni fil-format stabbilit fl-Anness VI. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istat tal-bandiera tal-bastimenti l-oħra tas-sajd li jkunu ser jieħdu sehem fl-AKS tal-inqas 10 ijiem qabel ma tibda l-attività.

    4.  F'każ ta' force majeure, m'għandhiex tapplika l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 3 għat-tagħrif mitlub fil-punt (e) tal-paragrafu 2. F'dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jibagħtu aġġornament dwar dak it-tagħrif lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr, flimkien ma' deskrizzjoni tal-avvenimenti li kienu jikkostitwixxu forza maġġuri. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT.



    TAQSIMA 2

    Qabdiet

    Artikolu 25

    Rekwiżiti ta' reġistrazzjoni

    1.  Minbarra li jikkonforma mal-Artikoli 14, 15, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, il-kaptan ta' bastiment tal-qbid tal-Unjoni għandu, jekk ikun applikabbli, idaħħal fil-ġurnal ta' abbord it-tagħrif imniżżel fil-Parti A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    2.  Il-kaptani tal-bastimenti tal-irmunkar, tal-bastimenti awżiljarji u tal-bastimenti tal-ipproċessar tal-Unjoni għandhom jirreġistraw l-attivitajiet tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet B, C u D tal-Anness II.

    Artikolu 26

    Rapporti tal-qabdiet mibgħuta mill-kaptani u mill-operaturi tat-tunnari

    1.  Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid li jkunu qed jistadu b'mod attiv għat-tonn għandhom jibagħtu t-tagħrif ta' kuljum mill-ġurnal ta' abbord lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera, fosthom in-numru tar-reġistru tal-ICCAT, isem il-bastiment, il-bidu u t-tmiem tal-perijodu ta' awtorizzazzjoni, id-data, il-ħin, il-post (il-latitudni u l-lonġitudni) u l-piż u l-għadd tat-tonn maqbud fiż-żona tal-Konvenzjoni. Huma għandhom jibagħtu dak it-tagħrif b'mod elettroniku fil-format stabbilit fl-Anness V matul il-perijodu kollu li fih il-bastiment ikun awtorizzat jistad għat-tonn.

    2.  Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd bil-purse seine għandhom joħorġu r-rapporti ta' kuljum kif imsemmi fil-paragrafu 1 għal attività tas-sajd fuq il-bażi ta' attività tas-sajd b'attività tas-sajd, inklużi dawk l-attivitajiet li matulhom ma jkunu qabdu xejn.

    3.  Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jintbagħtu mill-operatur lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kuljum għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seine ta' aktar minn 24 metru sad-9.00 GMT għall-jum ta' qabel u għall-bastimenti tal-qbid l-oħrajn sa nofsillejl tat-Tnejn għall-ġimgħa ta' qabel li tkun intemmet f'nofsillejl GMT tal-Ħadd.

    4.  L-operaturi tat-tunnari użati għas-sajd attiv għat-tonn għandhom jibagħtu rapport tal-qabdiet ta' kuljum, li jinkludi fih in-numru tar-reġistru tal-ICCAT, id-data, il-ħin, il-qabdiet (il-piż u l-għadd tal-ħut maqbud), inkluż meta ma jkunu qabdu xejn. Huma għandhom jibagħtu dak it-tagħrif b'mod elettroniku fi żmien 48 siegħa lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tagħhom fil-format stabbilit fl-Anness V matul il-perijodu kollu li fih huma jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn.

    5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-attivitajiet tal-bastimenti u tat-tunnari msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u l-Anness V. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 59(2).

    Artikolu 27

    Rapporti tal-qabdiet ta' kull ġimgħa u ta' kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri

    1.  Kull Stat Membru għandu, malli jirċievi r-rapporti tal-qabdiet imsemmija fl-Artikolu 26, jgħaddihom mill-ewwel lill-Kummissjoni b'mod elettroniku u għandu jipprovdi minnufih lill-Kummissjoni r-rapporti tal-qabdiet ta' kull ġimgħa għall-bastimenti tal-qbid u għat-tunnari kollha skont il-format stabbilit fl-Anness V. Il-Kummissjoni għandha, kull ġimgħa, tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT skont il-format imniżżel fil-Linji Gwida għall-preżentazzjoni tad-dejta u tat-tagħrif meħtieġa mill-ICCAT.

    2.  Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, qabel il-ħmistax-il jum ta' kull xahar, bil-kwantitajiet ta' tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran li jkun inħatt l-art, ġie ttrasbordat, inqabad fit-tunnara jew tqiegħed fil-gaġeġ matul ix-xahar ta' qabel mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew mit-tunnari li huma rreġistrati fih. It-tagħrif mibgħut għandu jkun imqassam skont it-tip ta' rkaptu, inkluża l-qabdiet aċċessorji, il-qabdiet mis-sajd sportiv u s-sajd rikreattiv u l-attivitajiet tas-sajd li matulhom ma jinqabad l-ebda ħut. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT minnufih.

    Artikolu 28

    Tagħrif dwar l-eżawriment tal-kwoti

    1.  Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni meta jitqies li l-kwota allokata għal grupp ta' rkaptu msemmi fl-Artikolu 11 jew l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament tkun laħqet it-80 %.

    2.  Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni meta jitqies li l-kwota allokata għal grupp ta' rkaptu msemmi fl-Artikolu 11 jew l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament jew għal AKS jew għal bastiment tas-sajd bil-purse seine tkun meqjusa eżawrita.

    3.  Mat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 għandha tintbagħat id-dokumentazzjoni uffiċjali li tagħti provi tas-sejħa għall-waqfien mis-sajd jew għal ritorn lura fil-port li l-Istat Membru ħareġ għall-flotta, il-grupp ta' rkaptu, l-AKS, jew il-bastimenti tas-sajd li għandhom kwota individwali, u li tinkludi indikazzjoni ċara tad-data u l-ħin tal-għeluq tas-sajd.

    Artikolu 29

    Rappurtar ta' kull sena tal-qabdiet mill-Istati Membri

    1.  Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni tagħrif dettaljat dwar kwalunkwe qabda ta' tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran li kien hemm matul is-sena tas-sajd ta' qabel. Dak it-tagħrif għandu jinkludi:

    (a) l-isem u n-numru tal-ICCAT ta' kull bastiment tal-qbid;

    (b) il-perijodu tal-awtorizzazzjoni(jiet) għal kull bastiment tal-qbid;

    (c) il-qabdiet totali ta' kull bastiment tal-qbid inkluż meta ma nqabad l-ebda ħut matul il-perijodu tal-awtorizzazzjoni(jiet);

    (d) l-għadd totali ta' jiem li matulhom kull bastiment tal-qbid ikun stad fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perijodu tal-awtorizzazzjoni(jiet); u

    (e) il-qabda totali ta' kull bastiment tal-qbid li kien hemm barra l-perijodu tal-awtorizzazzjoni (qabda aċċessorja) tagħhom, inkluż meta ma nqabad l-ebda ħut.

    2.  Għall-bastimenti li mhumiex awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran iżda li jkunu qabdu t-tonn bħala qabda aċċessorja, it-tagħrif li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fl-istess data kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jinkludi:

    (a) l-isem tal-bastiment u n-numru tal-ICCAT tiegħu jew in-numru tiegħu fir-reġistru nazzjonali, jekk dan ma jkunx irreġistrat mal-ICCAT; u

    (b) il-qabdiet totali tat-tonn.

    3.  Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tagħrif dwar il-bastimenti li mhumiex soġġetti għall-paragrafi 1 u 2 iżda li huwa magħruf jew preżunt li stadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

    4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-ICCAT it-tagħrif li hija tkun irċeviet skont il-paragrafi 1, 2 u 3.



    TAQSIMA 3

    Ħatt l-art u trasbord

    Artikolu 30

    Portijiet magħżulin

    1.  Kull Stat Membru għandu jagħżel xi portijiet jew postijiet qrib ix-xatt (il-portijiet magħżulin) fejn ikunu permessi l-attivitajiet ta' ħatt l-art tat-tonn jew tat-trasbord tiegħu.

    2.  Biex port jiġi stabbilit bħala port magħżul, l-Istat Membru tal-port għandu jispeċifika l-ħinijiet meta jkunu permessi ħatt l-art u trasbord u l-postijiet fejn dawn l-attivitajiet ikunu permessi.

    3.  Sal-15 ta' Frar ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lista tal-portijiet magħżulin lill-Kummissjoni, li, min-naħa tagħha, għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    4.  Ma għandux ikun permess li wieħed iħott l-art jew jittrasborda mill-bastimenti tas-sajd kwalunkwe kwantità ta' tonn mistad fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran f'postijiet oħra minbarra l-portijiet jew il-postijiet qrib ix-xatt magħżulin mill-PKK u l-Istati Membri skont il-paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 31

    Ħatt l-art

    1.  L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta' tul totali ta' 12-il metru jew iktar li huma inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament. In-notifika ta' qabel il-wasla skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew tal-PKK li huma jkunu jixtiequ jużaw il-portijiet jew il-faċilità ta' ħatt l-art tagħha.

    2.  Barra minn hekk, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta' tul totali ta' inqas minn 12-il metru li huma inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 20 għandhom, mill-inqas erba' sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla tagħhom fil-port, jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew il-PKK li huma jkunu jixtiequ jużaw il-portijiet jew il-faċilità ta' ħatt l-art tagħha, tal-inqas b'dan li ġej:

    (a) il-ħin stmat tal-wasla tagħhom;

    (b) l-istima tal-kwantità ta' tonn miżmum abbord; u

    (c) it-tagħrif dwar iż-żona ġeografika fejn ikunu saru l-qabdiet.

    3.  Fejn l-Istati Membri huma awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni li japplikaw perijodu ta' notifika iqsar minn dak imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-istimi tal-kwantitajiet ta' tonn miżmum abbord jistgħu jiġu nnotifikati bħala l-ħin ta' notifika għalhekk applikabbli qabel il-wasla. Jekk il-post għas-sajd ikun inqas minn erba' sigħat mill-port, l-istima tal-kwantitajiet ta' tonn miżmum abbord tista' tinbidel fi kwalunkwe ħin qabel il-wasla.

    4.  L-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-port għandhom iżommu reġistru tan-notifiki kollha ta' qabel għas-sena attwali.

    5.  Il-qabdiet kollha li jinħattu l-art, f'konformità mal-Artikolu 55(2), għandhom ikunu kkontrollati mill-awtoritajiet ta' kontroll rilevanti tal-Istat Membru tal-port u għandu jiġi spezzjonat perċentwali tagħhom abbażi ta' sistema ta' valutazzjoni tar-riskju li tinvolvi l-kwota, id-daqs tal-flotta u l-isforz tas-sajd. Id-dettalji kollha ta' tali sistema ta' kontroll adottata minn kull Stat Membru għandhom jingħataw fil-pjan ta' spezzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 53. Dik is-sistema ta' kontroll għandha tapplika wkoll għall-attivitajiet tal-ħsad.

    6.  Minbarra li jikkonformaw mal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, wara kull vjaġġ, il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni, ikun x'ikun it-tul tal-bastiment, għandhom jibagħtu dikjarazzjoni ta' ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera u, jekk ħatt l-art ikun seħħ f'port ta' Stat Membru ieħor jew ta' PKK oħra, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port jew tal-PKK ikkonċernata.

    7.  Il-qabdiet kollha li jinħattu l-art għandhom jintiżnu.

    Artikolu 32

    Trasbord

    1.  It-trasbord tat-tonn fuq il-baħar fiż-żona tal-Konvenzjoni għandu jkun ipprojbit fiċ-ċirkostanzi kollha.

    2.  Il-bastimenti tas-sajd għandhom jittrasbordaw biss il-qabdiet tat-tonn fil-portijiet magħżulin bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 30.

    3.  L-Istat Membru tal-port għandu jiżgura kopertura sħiħa tal-ispezzjoni waqt il-ħinijiet kollha tat-trasbord u fil-postijiet kollha tat-trasbord.

    4.  Qabel jidħlu fi kwalunkwe port, il-kaptani tal-bastiment tas-sajd li jkunu qed jirċievu l-ħut jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom, mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla, jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK li huma jkunu jridu jużaw il-port tagħha b'dan li ġej:

    (a) id-data u l-ħin stmati tal-wasla tagħhom, u l-port tal-wasla;

    (b) l-istima tal-kwantità ta' tonn miżmum abbord u t-tagħrif dwar iż-żona ġeografika fejn ikun inqabad;

    (c) l-isem tal-bastiment tas-sajd li qed jittrasborda l-ħut u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn jew fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħra tas-sajd li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran;

    (d) l-isem tal-bastiment tas-sajd li qed jirċievi l-ħut, in-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn jew fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħra tas-sajd li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran; u

    (e) it-tunnellaġġ tat-tonn li għandu jiġi ttrasbordat u ż-żona ġeografika fejn ikun inqabad.

    5.  Il-bastimenti tas-sajd ma għandhomx jitħallew jittrasbordaw il-ħut sakemm ma jkunux kisbu awtorizzazzjoni minn qabel għal dan mill-Istat tal-bandiera tagħhom.

    6.  Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jittrasbordaw il-ħut għandhom, qabel ma jibda t-trasbord, jgħarrfu lill-Istat tal-bandiera tagħhom b'dan li ġej:

    (a) il-kwantitajiet ta' tonn li għandhom jiġi ttrasbordati;

    (b) id-data meta għandu jsir it-trasbord u l-port fejn dan għandu jsir;

    (c) l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun ser jirċievi l-ħut u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn jew fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħra tas-sajd li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran; u

    (d) iż-żona ġeografika fejn inqabad it-tonn.

    7.  Kull trasbord għandu jiġi spezzjonat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fil-port magħżul. Dawk l-awtoritajiet għandhom:

    (a) jispezzjonaw il-bastiment li jkun irċieva l-ħut hekk kif dan jasal fil-port u jivverifikaw it-tagħbija u d-dokumentazzjoni marbuta mal-attività tat-trasbord;

    (b) jibagħtu rekord tat-trasbord lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid li jkun ittrasborda l-ħut fi żmien ħamest ijiem minn meta jintemm it-trasbord.

    8.  B'deroga mill-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandhom, ikun x'ikun it-tul tal-bastiment, jimlew u jibagħtu d-dikjarazzjoni tat-trasbord tal-ICCAT lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li l-bandiera tiegħu tittajjar mill-bastiment. Id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trasbord fil-port f'konformità mal-format stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.



    TAQSIMA 4

    Attivitajiet ta' trasferiment

    Artikolu 33

    Awtorizzazzjoni ta' trasferiment

    1.  Qabel kwalunkwe attività ta' trasferiment, il-kaptan ta' bastiment tal-qbid jew tal-bastiment tal-irmunkar jew l-operatur tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara minn fejn joriġina t-trasferiment ikkonċernat għandu jibgħat notifika minn qabel tat-trasferiment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, li jkun fiha:

    (a) l-isem tal-bastiment tal-qbid, tal-bastiment tal-irmunkar, tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara u n-numru tagħhom fir-reġistru tal-ICCAT;

    (b) il-ħin stmat tat-trasferiment;

    (c) l-istima tal-kwantità ta' tonn li għandu jiġi ttrasferit;

    (d) tagħrif dwar il-pożizzjoni fejn ikun ser isir it-trasferiment (il-latitudni/il-lonġitudni) kif ukoll in-numri identifikabbli tal-gaġeġ;

    (e) l-isem tal-bastiment tal-irmunkar li jkun ser jirċievi l-ħut, l-għadd ta' gaġeġ irmunkati u, fejn ikun xieraq, in-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT; u

    (f) il-port, ir-razzett tat-tonn jew il-gaġġa fejn ikun ser jittieħed it-tonn.

    2.  Għall-għan imsemmi fil-paragrafu 1, kull gaġġa għandha tingħata numru uniku. In-numri għandhom jinħarġu permezz ta' sistema ta' numerar uniku li tinkludi mill-inqas tliet ittri tal-kodiċi tal-alfa li jikkorrispondu għall-bandiera tal-bastiment tal-irmunkar, segwiti minn tliet numri.

    3.  Il-bastimenti tal-qbid, il-bastimenti tal-irmunkar, l-irziezet tat-tonn jew it-tunnari m'għandhomx jitħallew jagħmlu t-trasferiment sakemm ma jkunux kisbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru rilevanti. L-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru responsabbli għandhom jiddeċiedu jekk jagħtux l-awtorizzazzjoni għal kull attività ta' trasferiment jew le. Għal dan il-għan, kull attività ta' trasferiment għandha tingħata numru uniku ta' identifikazzjoni, li għandu jintbagħat lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd, lill-operatur tat-tunnara jew lill-operatur tar-razzett tat-tonn skont il-każ. F'każ li tingħata l-awtorizzazzjoni, dak in-numru għandu jkun fih il-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, l-erba' numri li juru s-sena u t-tliet ittri “AUT” (awtorizzazzjoni), segwiti minn numri sekwenzjali. F'każ li l-awtorizzazzjoni tiġi rrifjutata, dak in-numru għandu jkun fih il-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, l-erba' numri li juru s-sena u t-tliet ittri “NEG” (mingħajr awtorizzazzjoni), segwiti minn numri sekwenzjali.

    4.  F'każ li l-ħut imut waqt li jkun qed jiġi ttrasferit, l-Istati Membri rilevanti u l-operaturi involuti fl-attività ta' trasferiment għandhom jimxu skont l-Anness XII.

    5.  L-awtorizzazzjoni tat-trasferiment għandu jingħata jew jiġi rrifjutat mill-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għall-bastiment tal-irmunkar, għar-razzett tat-tonn jew għat-tunnara, skont il-każ, fi żmien 48 siegħa minn meta tintbagħat in-notifika minn qabel tat-trasferiment.

    6.  L-awtorizzazzjoni tat-trasferiment mill-Istat Membru rilevanti ma għandhiex tippreġudika l-awtorizzazzjoni tal-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ.

    Artikolu 34

    Ċaħda ta' awtorizzazzjoni tat-trasferiment

    1.  L-Istat Membru li jkun responsabbli għall-bastiment, għat-tunnara jew għar-razzett tat-tonn ma għandux jawtorizza t-trasferiment jekk, malli jirċievi n-notifika minn qabel tat-trasferiment, huwa jqis li:

    (a) il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut m'għandhomx kwota biżżejjed;

    (b) il-kwanitità tal-ħut ma ġietx irrappurtata kif suppost mill-operatur tal-bastiment tal-qbid jew tat-tunnara, jew ma kienx hemm awtorizzazzjoni biex din il-kwantità tinżamm fil-gaġeġ, jew li din il-kwantità ma tqisitx għall-konsum tal-kwota li tista' tkun applikabbli;

    (c) il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut mhumiex awtorizzati jistadu għat-tonn; jew

    (d) il-bastiment tal-irmunkar iddikjarat bħala l-bastiment li ser jirċievi l-ħut ittrasferit mhuwiex irreġistrat fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħra kollha tas-sajd (minbarra l-bastimenti tal-qbid) li huma awtorizzati jistadu għat-tonn, kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(1), jew mhuwiex mgħammar bil-VMS.

    2.  Jekk it-trasferiment ma jiġix awtorizzat:

    (a) l-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara għandu joħroġ ordni tar-rilaxx lill-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew lill-operatur tat-tunnara jew tar-razzett tat-tonn, skont il-każ, u javżahom li t-trasferiment mhuwiex awtorizzat u li l-ħut għandu jintelaq il-baħar;

    (b) il-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew l-operatur tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara, skont il-każ, għandu jitlaq il-ħut il-baħar;

    (c) it-tonn għandu jintelaq il-baħar skont il-proċeduri stipulati fl-Anness XI.

    Artikolu 35

    Monitoraġġ permezz ta' vidjokamera

    1.  Għall-attivitajiet ta' trasferiment, il-kaptan tal-bastiment tal-qbid, tal-bastiment tal-irmunkar, l-operatur tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara li jkun qed jittrasferixxi t-tonn għandu jiżgura li l-attivitajiet tat-trasferiment jiġu mmonitorjati permezz ta' vidjokamera fl-ilma sabiex jiġi vverifikat l-għadd ta' ħut li jkun qed jiġi ttrasferit. L-istandards minimi u l-proċeduri għar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandhom ikunu skont l-Anness IX.

    2.  Kull Stat Membru li huwa responsabbli għall-bastiment, għat-tunnara jew għall-irziezet tat-tonn għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera msemmija fil-paragrafu 1 jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispetturi u tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT.

    3.  Kull Stat Membru li huwa responsabbli għall-bastiment, għat-tunnara jew għall-irziezet tat-tonn għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjo msemmija fil-paragrafu 1 jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispetturi u tal-osservaturi nazzjonali tal-Unjoni.

    4.  Kull Stat Membru li huwa responsabbli għall-bastiment, għat-tunnara jew għall-irziezet tat-tonn għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jevita kull tibdil, editjar jew manipulazzjoni tar-reġistrazzjoni oriġinali bil-vidjokamera.

    Artikolu 36

    Verifika mill-osservaturi reġjonali tal-ICCAT u t-tnedija u t-twettiq ta' investigazzjoni

    1.  L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tal-qbid jew preżenti fil-post fejn tinsab it-tunnara, kif imsemmi fl-Artikolu 51 u l-Anness VII, għandhom jirreġistraw l-attivitajiet ta' trasferiment imwettqin u jagħmlu rapport dwarhom, josservaw il-qabdiet ittrasferiti u jagħmlu stima tagħhom, u jivverifikaw l-entrati li saru fl-awtorizzazzjoni tat-trasferiment minn qabel imsemmija fl-Artikolu 33 u fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT imsemmija fl-Artikolu 38.

    2.  F'każijiet fejn ikun hemm differenza ta' aktar minn 10 % fl-għadd tal-istimi tal-qabda magħmulin mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT, mill-awtoritajiet ta' kontroll rilevanti u/jew mill-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew mir-rappreżentant tat-tunnara, jew meta r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta' kwalità tajba biżżejjed jew ma tkunx ċara biżżejjed biex isiru t-tali stimi, l-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għar-razzett tat-tonn jew għat-tunnara għandu jniedi investigazzjoni dwar dan li għandha tintemm qabel il-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ fir-razzett tat-tonn jew fi kwalunkwe każ fi żmien 96 siegħa minn meta titnieda. Sakemm joħorġu r-riżultati ta' dik l-investigazzjoni, ma għandux jiġi awtorizzat it-tqegħid fil-gaġeġ u t-taqsima tal-qabdiet fid-dokument dwar il-qabdiet tat-tonn (“BCD”) ma għandhiex tiġi vvalidata.

    3.  Madankollu, meta r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta' kwalità tajba biżżejjed jew ma tkunx ċara biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn, l-operatur jista' jitlob awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, tat-tunnara jew tar-razzett tat-tonn biex iwettaq trasferiment ġdid u biex jibgħat ir-reġistrazzjoni korrispondenti bil-vidjokamera lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT.

    4.  Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqin minn spettur, l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jiffirmaw id-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT biss meta l-osservazzjonijiet tagħhom ikunu konformi mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT u meta t-tagħrif li jinsab fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment ikun konsistenti mal-osservazzjonijiet tagħhom, inkluża reġistrazzjoni konformi bil-vidjokamera, kif meħtieġ skont l-Artikolu 35(1). Huma għandhom jiffirmaw dik id-dikjarazzjoni b'isem miktub b'mod ċar u b'numru ċar tal-ICCAT.

    5.  L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jivverifikaw ukoll li d-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT tintbagħat lill-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar jew lir-rappreżentant tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara.

    Artikolu 37

    Miżuri biex jiġu stmati l-għadd u l-piż ta' tonn li għandu jitqiegħed fil-gaġeġ

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri u l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex ikomplu jeżaminaw il-metodi biex itejbu l-istimi kemm tal-għadd ta' tonn u kemm tal-piż tiegħu fil-mument tal-qabda tiegħu u tat-tqegħid tiegħu fil-gaġeġ. Kull Stat Membru għandu jirraporta dwar il-miżuri li jkun ħa sat-22 ta' Awwissu ta' kull sena lill-Kummissjoni li għandha tibgħat dawn ir-rapporti lill-SCRS.

    Artikolu 38

    Dikjarazzjoni ta' trasferiment

    1.  Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid jew tal-irmunkar jew l-operaturi tat-tunnari jew tal-irziezet tat-tonn għandhom, meta tintemm l-attività ta' trasferiment, jimlew id-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT u jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tagħhom, f'konformità mal-format stipulat fl-Anness IV.

    2.  Il-formoli tad-dikjarazzjoni ta' trasferiment għandhom jiġu nnumerati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-bastimenti, għall-irziezet tat-tonn jew għat-tunnari li minnhom joriġinaw it-trasferimenti. Is-sistema ta' numerar għandha tinkludi l-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, segwit mill-erba' numri li juru s-sena u tliet numri sekwenzjali segwiti mit-tliet ittri “ITD” (SM-20**/xxx/ITD).

    3.  Id-dikjarazzjoni oriġinali tat-trasferiment għandha takkumpanja t-trasferiment tal-ħut. Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tinżamm mill-kaptan tal-bastiment tal-qbid, l-operatur tat-tunnara, il-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar jew l-operatur tar-razzett tat-tonn.

    4.  Il-kaptani tal-bastimenti li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet ta' trasferiment (inklużi l-bastimenti tal-irmunkar) għandhom jirrappurtaw l-attivitajiet tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.

    Artikolu 39

    Atti ta' implimentazzjoni

    Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-attivitajiet ta' trasferiment imsemmija fl-Artikoli 33 sa 38 u l-Annessi msemmija f'dawk l-Artikoli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 59(2).



    TAQSIMA 5

    Attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ

    Artikolu 40

    Awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ

    1.  Qabel ma tibda kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ, għandu jiġi pprojbit li jiġu mmażżrati gaġeġ tat-trasport f'żona ta' 0,5 mil nawtiku mill-faċilitajiet tar-razzett tat-tonn.

    2.  Qabel kwalunkwe attività ta' tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn għandha tgħarraf lill-Istat Membru jew lill-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara bil-kwantitajiet tal-ħut maqbuda minn dak il-bastiment tal-qbid jew f'dik it-tunnara u għandha titlobhom awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ.

    3.  L-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ ma għandhiex tibda qabel ma tingħata awtorizzazzjoni minn qabel għal dan mingħand:

    (a) l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara; jew

    (b) l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għar-razzett tat-tonn jekk ikun hemm qbil dwar dan fost l-Istati Membri involuti jew mal-PKK tal-bandiera involuta.

    4.  L-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ għandha tingħata jew tiġi rrifjutata mill-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għat-tunnara jew, jekk ikun applikabbli, għar-razzett tat-tonn, fi żmien jum ta' xogħol minn meta ssir it-talba u minn meta jintbagħat it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2. Jekk l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għar-razzett tat-tonn ma jirċievu l-ebda tweġiba mill-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara fi żmien jum ta' xogħol, huma jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni tagħhom biex il-ħut jitqiegħed fil-gaġeġ.

    5.  It-tonn għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel il-15 ta' Awwissu, sakemm l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għar-razzett tat-tonn li jkun qed jirċievi l-ħut ma jipprovdix raġunijiet iġġustifikati kif xieraq għal dan. Dawn ir-raġunijiet għandhom jingħataw mar-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ.

    Artikolu 41

    Ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta' tqegħid fil-gaġeġ

    1.  L-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għat-tunnara jew, jekk ikun applikabbli, għar-razzett tat-tonn, għandu jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' tqegħid fil-gaġeġ, jekk, malli jirċievi t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 40(2), huwa jqis li:

    (a) il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut ma kellhomx kwota biżżejjed għat-tonn li tqiegħed fil-gaġġa;

    (b) l-operatur tal-bastiment tal-qbid jew tat-tunnara ma rrappurtax kif suppost il-kwantità tal-ħut jew li din il-kwantità ma tqisitx għall-kalkolu tal-kwota applikabbli; jew

    (c) il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut mhumiex awtorizzati jistadu għat-tonn.

    2.  Jekk it-tqegħid fil-gaġeġ ma jiġix awtorizzat, l-Istat Membru jew il-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid għandu/ha j/titlob lill-Istat Membru jew lill-PKK responsabbli għar-razzett tat-tonn, biex j/tissekwestra l-qabdiet u j/titlaq il-ħut il-baħar billi j/toħroġ ordni ta' rilaxx.

    3.  Malli jirċievi l-ordni ta' rilaxx, l-operatur tar-razzett tat-tonn għandu jitlaq il-ħut il-baħar skont l-Anness XI.

    Artikolu 42

    Dokumentazzjoni dwar il-qabdiet tat-tonn

    L-Istati Membri li huma responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandhom jipprojbixxu kwalunkwe tqegħid fil-gaġeġ, għall-finijiet tat-trobbija, ta' tonn li ma jkollux miegħu d-dokumentazzjoni meħtieġa mill-ICCAT skont ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ). Id-dokumentazzjoni għandha tkun preċiża, kompluta u trid tkun ġiet ikkonfermata u vvalidata mill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bastimenti tal-qbid jew tat-tunnari.

    Artikolu 43

    Spezzjonijiet

    L-Istati Membri li huma responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jispezzjonaw kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ li ssir fl-irziezet tat-tonn.

    Artikolu 44

    Monitoraġġ permezz ta' vidjokamera

    1.  Kull Stat Membru responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandu jiżgura li l-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ jiġu mmonitorjati permezz ta' vidjokamera fl-ilma. Għandha ssir reġistrazzjoni bil-vidjokamera għal kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ skont l-Anness IX.

    2.  Kull Stat Membru responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera msemmija fil-paragrafu 1 jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispetturi u tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT.

    3.  Kull Stat Membru responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera msemmija fil-paragrafu 1 jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispetturi u tal-osservaturi nazzjonali tal-Unjoni.

    4.  Kull Stat Membru responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jevita kull tibdil, editjar jew manipulazzjoni tar-reġistrazzjoni oriġinali bil-vidjokamera.

    Artikolu 45

    Tnedija u twettiq ta' investigazzjonijiet

    1.  Fejn ikun hemm differenza ta' aktar minn 10 % fl-għadd tat-tonn stmat mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT, mill-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat Membru rilevanti jew mill-operatur tar-razzett tat-tonn, l-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn għandu jniedi investigazzjoni dwar dan b'kooperazzjoni mal-Istat Membru jew PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara.

    2.  Sakemm joħorġu r-riżultati ta' dik l-investigazzjoni, ma għandux isir ħsad u t-taqsima tat-trobbija tal-BCD ma għandhiex tiġi vvalidata.

    3.  L-Istati Membri responsabbli għar-razzett tat-tonn u għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara li jkunu qed iwettqu l-investigazzjonijiet jistgħu jużaw it-tagħrif l-ieħor li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, inklużi r-riżultati tal-programmi msemmija fl-Artikolu 46, biex itemmu l-investigazzjoni tagħhom.

    Artikolu 46

    Miżuri u programmi biex jiġu stmati l-għadd u l-piż ta' tonn li għandu jitqiegħed fil-gaġeġ

    1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri u l-azzjonijiet kollha meħtieġa kif imsemmi fl-Artikolu 37.

    2.  Programm li juża sistemi ta' kameras sterjoskopiċi jew tekniki alternattivi li jipprovdu l-istess livell ta' preċiżjoni għandu jkopri 100 % mill-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ sabiex jiġi rfinat l-għadd ta' ħut f'kull attività tat-tqegħid fil-gaġeġ u l-piż tiegħu.

    3.  Dak il-programm għandu jiġi implimentat skont il-proċeduri stipulati fit-Taqsima B tal-Anness X.

    4.  Ir-riżultati ta' dak il-programm għandhom jiġu kkomunikati lill-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn lill-Istat Membru jew PKK li jkun responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara u lill-Kummissjoni skont it-Taqsima B tal-Anness X. Il-Kummissjoni għandha tibgħathom lis-Segretarjat tal-ICCAT li għandu jibgħathom lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT.

    5.  F'każ li r-riżultati tal-programm juru li l-kwantitajiet tat-tonn li jkun qed jitqiegħed fil-gaġeġ ikunu jvarjaw mill-kwantitajiet tat-tonn iddikjarati bħala maqbudin u ttrasferiti, l-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn għandu jniedi investigazzjoni dwar dan b'kooperazzjoni mal-Istat Membru jew PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara. Jekk l-investigazzjoni ma tintemmx fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jkunu ntbagħtu r-riżultati msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jew jekk l-eżitu tal-investigazzjoni juri li l-għadd tat-tonn jew il-piż medju tiegħu huwa aktar minn dak iddikjarat bħala maqbud u ttrasferit, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid jew tat-tunnara għandhom joħorġu ordni ta' rilaxx għall-ammont żejjed li għandu jiġi rrilaxxat skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness XI.

    6.  F'konformità mal-proċeduri stipulati fil-punt 3 tat-Taqsima B tal-Anness X u wara r-rilaxx, jekk dan ikun applikabbli, il-kwantitajiet li joħorġu mill-programm għandhom jintużaw biex:

    (a) jiġu stabbiliti ċ-ċifri aħħarin tal-qabda li għandhom jitnaqqsu mill-kwota nazzjonali;

    (b) dawn iċ-ċifri jitniżżlu fid-dikjarazzjonijiet dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u fit-taqsimiet rilevanti tal-BCD.

    7.  Kull Stat Membru responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dawn il-programmi sat-30 ta' Awwissu ta' kull sena u din għandha tibgħat dawn ir-rapporti lill-SCRS.

    8.  It-trasferiment ta' tonn ħaj minn ġo gaġġa tat-trobbija tal-ħut għal ġo gaġġa oħra tat-trobbija tal-ħut ma għandux iseħħ jekk ma jkunx hemm l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat li huwa responsabbli għar-razzett tat-tonn għal dan u jekk dawn l-awtoritajiet ma jkunux preżenti waqt it-trasferiment.

    9.  Jekk ikun hemm differenza ta' 10 % jew iktar bejn il-kwantitajiet tat-tonn iddikjarati bħala maqbudin mill-bastiment/it-tunnara u l-kwantitajiet stabbiliti permezz tal-kameras ta' kontroll, kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 45, dan għandu jikkostitwixxi nonkonformità potenzjali min-naħa tal-bastiment/it-tunnara ikkonċernati u l-Istati Membri għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw segwitu xieraq.

    Artikolu 47

    Rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ

    1.  Fi żmien ġimgħa minn meta titlesta l-attività tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn għandu jibgħat rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ li jkun fih l-elementi stipulati fit-Taqsima B tal-Anness X lill-Istat Membru jew lill-PKK tal-bastimenti li jkunu qabdu t-tonn jew tat-tunnari li fihom ikun inqabad it-tonn, u lill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll it-tagħrif inkluż fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ kif stipulat fl-Artikolu 4b u fl-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, attività ta' tqegħid fil-gaġeġ ma għandhiex titqies li tkun tlestiet sa ma tiġi konkluża kwalunkwe investigazzjoni li tkun tnediet u, jekk ikun applikabbli, sa ma titlesta kwalunkwe attività tar-rilaxx li dwarha tkun inħarġet ordni.

    Artikolu 48

    Atti ta' implimentazzjoni

    Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ imsemmija fl-Artikoli 40 sa 47 u l-Annessi msemmija f'dawk l-Artikoli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 59(2).



    TAQSIMA 6

    Monitoraġġ u sorveljanza

    Artikolu 49

    Sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti

    1.  B'deroga mill-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, l-obbligu dwar il-VMS għandu japplika għall-bastimenti kollha tal-irmonk u tal-irmunkar inklużi fir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT imsemmi fl-Artikolu 20(6) ta' dan ir-Regolament, irrispettivament mit-tul tagħhom.

    2.  Il-bastimenti tas-sajd ta' iktar minn 15-il metru li huma inklużi fil-lista ta' bastimenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 20(1) jew fil-lista ta' bastimenti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(1) għandhom jibdew jibagħtu d-dejta tal-VMS lill-ICCAT tal-inqas 15-il jum qabel ma jiftaħ l-istaġun tas-sajd u għandhom ikomplu jibagħtu dik id-dejta tal-inqas għal 15-il jum wara li jintemm l-istaġun tas-sajd, sakemm ma tintbagħatx talba minn qabel lill-Kummissjoni biex il-bastiment jitneħħa mir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT.

    3.  Għall-finijiet ta' kontroll, it-trażmissjoni tad-dejta tal-VMS mill-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn ma għandhiex tiġi interrotta meta l-bastimenti jkunu fil-port.

    4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd tagħhom jgħaddu lill-Kummissjoni u lil Korp magħżul minnha, f'ħin reali u billi jużaw il-format “https data feed”, il-messaġġi tal-VMS li jaslu mill-bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-messaġġi b'mod elettroniku lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

    (a) il-messaġġi tal-VMS mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jintbagħtu lill-Kummissjoni tal-inqas kull sagħtejn;

    (b) f'każ ta' ħsara teknika fil-VMS, il-messaġġi alternattivi mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li jaslu skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa minn meta jaslu fiċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd tagħhom;

    (c) il-messaġġi li jintbagħtu lill-Kummissjoni jingħataw numru sekwenzjali (b'identifikatur uniku) sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni;

    (d) il-messaġġi li jintbagħtu lill-Kummissjoni jkunu f'konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

    6.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-messaġġi kollha li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-bastimenti ta' spezzjoni tiegħu jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali u jkunu limitati biss għall-attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar.

    Artikolu 50

    Programm ta' osservaturi nazzjonali

    1.  Għall-bastimenti li jistadu b'mod attiv għat-tonn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-osservaturi nazzjonali jkopru tal-inqas il-livelli li ġejjin tagħhom, f'perċentwali:

    (a) 20 % tal-bastimenti tat-tkarkir tagħhom użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku (li fihom aktar minn 15-il metru);

    (b) 20 % tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tagħhom (li fihom aktar minn 15-il metru);

    (c) 20 % tad-dgħajjes tas-sajd bil-qasba tagħhom (li fihom aktar minn 15-il metru);

    (d) 100 % tal-bastimenti tal-irmunkar;

    (e) 100 % tal-attivitajiet tal-ħsad mit-tunnari.

    2.  L-Istati Membri għandhom joħorġu lill-osservaturi nazzjonali dokument uffiċjali ta' identifikazzjoni.

    3.  Il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali għandhom ikunu, b'mod partikolari, li:

    (a) jimmonitorjaw il-konformità tal-bastimenti tas-sajd u tat-tunnari ma' dan ir-Regolament;

    (b) jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd u jagħmlu rapporti dwarhom li għandhom jinkludu dan li ġej:

    (i) l-ammont ta' ħut maqbud (inklużi l-qabdiet aċċessorji) li jinkludi wkoll it-tqassim tal-ispeċijiet, bħal dawk miżmuma abbord jew skartati mejtin jew ħajjin,

    (ii) il-latitudni u l-lonġitudni taż-żona fejn inqabad il-ħut;

    (iii) il-kejl tal-isforz (bħan-numru ta' settijiet u n-numru ta' snanar) kif iddefinit mill-ICCAT fil-manwal tagħha tal-qasam għall-irkapti differenti,

    (iv) id-data meta nqabad il-ħut;

    (c) josserva l-qabdiet u jagħmel stima tagħhom u jivverifika d-dejta mdaħħla fil-ġurnal ta' abbord;

    (d) josservaw u jirreġistraw il-bastimenti li jistgħu jkunu qed jistadu b'mod li jikser il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT.

    4.  L-osservaturi nazzjonali għandhom iwettqu wkoll ħidma xjentifika, bħall-ġbir ta' data tat-Task II kif iddefinit mill-ICCAT, meta dan ikun meħtieġ mill-ICCAT, abbażi tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-SCRS.

    5.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, kull Stat Membru għandu wkoll jiżgura:

    (a) li l-osservaturi nazzjonali jkunu preżenti b'mod rappreżentattiv mil-lat temporali u spazjali fuq il-bastimenti u t-tunnari tiegħu, sabiex ikun żgurat li l-Kummissjoni tirċievi dejta u tagħrif xierqa u adegwati dwar il-qabdiet u l-isforz u dwar aspetti xjentifiċi u ta' ġestjoni oħrajn, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-flotot u tal-attivitajiet tas-sajd;

    (b) li jkun hemm protokolli sodi tal-ġbir tad-dejta;

    (c) li l-osservaturi nazzjonali jkunu mħarrġa u approvati kif suppost qabel ma jintbagħtu fuq ħidma;

    (d) sa fejn ikun possibbli, tfixkil mill-inqas għall-ħidma tat-tunnari u tal-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni.

    6.  Id-data u t-tagħrif li jinġabru permezz tal-programm ta' osservaturi ta' kull Stat Membru għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sal-15 ta' Lulju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik id-dejta u dak it-tagħrif lill-SCRS u lis-Segretarjat tal-ICCAT, kif xieraq.

    Artikolu 51

    Programm ta' osservaturi reġjonali tal-ICCAT

    1.  Il-Programm ta' osservaturi reġjonali tal-ICCAT kif stipulat fil-paragrafi 2 sa 6 u kif speċifikat ulterjorment fl-Anness VII għandu japplika fl-Unjoni.

    2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li osservatur reġjonali tal-ICCAT ikun preżenti:

    (a) fuq kull bastiment tas-sajd bil-purse seine li huwa awtorizzat jistad għat-tonn;

    (b) waqt kull trasferiment tat-tonn minn fuq il-bastimenti tas-sajd bil-purse seine;

    (c) waqt kull trasferiment tat-tonn minn ġot-tunnari għal ġol-gaġeġ tat-trasport;

    (d) matul kull trasferiment minn razzett tat-tonn għal ieħor;

    (e) waqt kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn fl-irziezet tat-tonn;

    (f) waqt il-ħsad kollu tat-tonn mill-irziezet tat-tonn.

    3.  Il-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li ma jkollhomx osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord ma għandhomx jiġu awtorizzati jistadu għat-tonn jew joperaw f'dan il-qasam.

    4.  L-Istati Membri li jkunu responsabbli għall-irziezet tat-tonn għandhom jiżguraw li jkun hemm osservatur reġjonali tal-ICCAT preżenti waqt kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ u waqt il-ħsad kollu tal-ħut minn dawk l-irziezet tat-tonn.

    5.  Il-kompiti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom ikunu, b'mod partikolari, li:

    (a) josservaw u jimmonitorjaw l-attivitajiet tas-sajd u tat-trobbija tal-ħut isiru f'konformità mal-miżuri rilevanti ta' konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT;

    (b) jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment tal-ICCAT imsemmija fl-Artikolu 38, ir-rapporti dwar it-tqegħid fil-gaġeġ imsemmija fl-Artikolu 47 u l-BCDs meta dawn jaqblu li t-tagħrif mogħti fihom huwa konsistenti mal-osservazzjonijiet tagħhom;

    (c) iwettqu ħidma xjentifika, bħall-ġbir ta' kampjuni, kif meħtieġ mill-ICCAT, abbażi tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-SCRS.

    6.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li l-kaptani, l-ekwipaġġ u s-sidien tal-irziezet tat-tonn, tat-tunnari u tal-bastimenti ma jfixklux, jintimidaw, jindaħlu, jinfluwenzaw, jikkorrompu jew jippruvaw jikkorrompu lill-osservaturi reġjonali tal-ICCAT fil-qadi ta' dmirijiethom.



    TAQSIMA 7

    Spezzjonijiet u kontroverifiki

    Artikolu 52

    Skema tal-ICCAT ta' Spezzjoni Internazzjonali Konġunta

    1.  L-iskema tal-ICCAT ta' spezzjoni internazzjonali konġunta (“l-iskema ICCAT”) stipulata fl-Anness VIII għandha tapplika fl-Unjoni.

    2.  L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandhom jaħtru spetturi u jwettqu spezzjonijiet fuq il-baħar fil-kuntest tal-iskema tal-ICCAT.

    3.  Jekk, fi kwalunkwe ħin, ikun hemm iktar minn 15-il bastiment tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru partikolari li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni, dak l-Istat Membru għandu jibgħat bastiment ta' spezzjoni għall-finijiet tal-ispezzjoni u l-kontroll fuq il-baħar fiż-żona tal-Konvenzjoni għall-perijodu kollu li matulu dawk il-bastimenti jkunu hemmhekk. Dak l-obbligu għandu jitqies li jkun tħares f'każijiet fejn l-Istati Membri jikkooperaw biex jibagħtu bastiment ta' spezzjoni jew f'każijiet fejn jintbagħat bastiment ta' spezzjoni tal-Unjoni fiż-żona tal-Konvenzjoni.

    4.  Il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha jista' jaħtar spetturi tal-Unjoni għall-iskema tal-ICCAT.

    5.  Il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha għandu jikkoordina l-attivitajiet ta' sorveljanza u ta' spezzjoni għall-Unjoni. Flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista' tfassal programmi ta' spezzjoni konġunta biex l-Unjoni tkun tista' twettaq l-obbligu tagħha fil-kuntest tal-iskema tal-ICCAT. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu qed jistadu għat-tonn għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' dawk il-programmi, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda r-riżorsi umani u materjali meħtieġa u l-perijodi meta dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw u ż-żoni ġeografiċi fejn dawn għandhom jintużaw.

    6.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sal-1 ta' April ta' kull sena, bl-ismijiet tal-ispetturi u tal-bastimenti ta' spezzjoni li beħsiebhom jassenjaw għall-iskema tal-ICCAT matul is-sena. Permezz ta' dan it-tagħrif, il-Kummissjoni għandha tfassal, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, pjan għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-iskema tal-ICCAT kull sena, li hija għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istati Membri.

    Artikolu 53

    Trasmissjoni tal-pjanijiet ta' spezzjoni

    1.  Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet ta' spezzjoni tagħhom lill-Kummissjoni. Il-pjanijiet ta' spezzjoni għandhom jiġu stabbiliti skont:

    (a) l-objettivi, il-prijoritajiet u l-proċeduri kif ukoll il-parametri referenzjarji għall-attivitajiet ta' spezzjoni stipulati fil-Programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku għat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran stabbilit skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

    (b) il-Programm ta' azzjoni nazzjonali għall-kontroll għat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran stabbilit skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tiġbor il-pjanijiet nazzjonali ta' spezzjoni u tintegrahom fil-pjan ta' spezzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan lis-Segretarjat tal-ICCAT biex l-ICCAT tkun tista' tapprovah, flimkien mal-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1).

    Artikolu 54

    Spezzjonijiet f'każ ta' ksur

    1.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jieħu azzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jekk bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jkun:

    (a) naqas milli jirrapporta dak li hu mitlub minnu skont l-Artikoli 25 u 26; jew

    (b) kiser id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 89 sa 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jew il-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

    2.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li ssir spezzjoni fiżika taħt l-awtorità tiegħu fil-portijiet tiegħu jew minn persuna oħra maħtura minnu meta l-bastiment ma jkunx jinsab f'wieħed mill-portijiet tiegħu.

    Artikolu 55

    Kontro-verifika

    1.  Kull Stat Membru għandu jivverifika, inkluż bl-użu tar-rapporti ta' spezzjoni, tar-rapporti tal-osservaturi u tad-dejta tal-VMS, il-preżentazzjoni tal-ġurnali ta' abbord u tat-tagħrif rilevanti rreġistrat fil-ġurnali ta' abbord tal-bastimenti tas-sajd tiegħu, id-dokumenti dwar it-trasferiment jew it-trasbord u l-BCDs, skont l-Artikolu 109 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

    2.  Kull Stat Membru għandu jwettaq kontro-verifiki fuq il-ħatt l-art, it-trasbord u t-tqegħid kollu fil-gaġeġ bejn il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd jew il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment jew tat-trasbord u l-kwantitajiet irreġistrati fid-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art jew tat-tqegħid fil-gaġeġ, u fi kwalunkwe dokument rilevanti ieħor, bħal fattura u/jew noti tal-bejgħ, f'konformità mal-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.



    TAQSIMA 8

    Kummerċjalizzazzjoni

    Artikolu 56

    Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni

    1.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009, (KE) Nru 1005/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), għandu jkun ipprojbit fl-Unjoni l-kummerċ, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-esportazzjoni mill-ġdid u t-trasbord tat-tonn li ma jkollux miegħu d-dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata imniżżla f'dan ir-Regolament, fir-Regolament (UE) Nru 640/2010 u fl-Artikolu 4b tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001.

    2.  Għandu jkun ipprojbit fl-Unjoni l-kummerċ, l-importazzjoni, ħatt l-art, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-ipproċessar, l-esportazzjonijiet, l-esportazzjonijiet mill-ġdid u t-trasbord tal-Unjoni tat-tonn, jekk:

    (a) it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f'tunnari li l-Istat tal-bandiera tagħhom ma jkollux kwota, limitu fuq il-qbid jew sforz tas-sajd allokat għalih għat-tonn tal-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran, skont it-termini tal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT; jew

    (b) it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f'tunnari li l-kwoti individwali tagħhom ikunu eżawriti jew li l-Istat tagħhom ikun eżawrixxa l-opportunitajiet tas-sajd tiegħu.

    3.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009, (KE) Nru 1005/2008 u (UE) Nru 1379/2013, għandu jkun ipprojbit fl-Unjoni l-kummerċ, l-importazzjonijiet, il-ħatt l-art, l-ipproċessar u l-esportazzjonijiet tat-tonn mill-irziezet tat-trobbija u tat-tismin tal-ħut li ma jkunux konformi mar-Regolamenti msemmija fil-paragrafu 1.



    KAPITOLU VI

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 57

    Evalwazzjoni

    L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sal-15 ta' Settembru kull sena rapport iddettaljat dwar l-implimentazzjoni tagħhom ta' dan ir-Regolament. Abbażi tat-tagħrif li l-Istati Membri jkunu bagħtulha, il-Kummissjoni għandha tibgħat sal-15 ta' Ottubru kull sena rapport iddettaljat lis-Segretarjat tal-ICCAT dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 14-04 tal-ICCAT.

    Artikolu 58

    Finanzjament

    Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), il-pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jitqies li huwa pjan pluriennali fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    Artikolu 59

    Implimentazzjoni

    1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 60

    Revoka

    1.  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 b'dan qed jitħassar.

    2.  Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XIII.

    Artikolu 61

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-każijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 14(2)

    1. Minbarra d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(3), l-għadd massimu ta' dgħajjes tas-sajd bil-qasba u ta' dgħajjes tas-sajd bir-rixa li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku bil-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2) huwa stabbilit għall-għadd ta' bastimenti tal-qbid tal-Unjoni li jkunu ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2006.

    2. Minbarra d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(3), l-għadd massimu ta' bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-baħar Adrijatiku għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut bil-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 14(2) huwa stabbilit għall-għadd ta' bastimenti tal-qbid tal-Unjoni li jkunu ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2008. Għal dak l-għan, għandu jiġi kkunsidrat l-għadd ta' bastimenti tal-qbid Kroati li ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2008.

    3. Minbarra d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(3), l-għadd massimu ta' dgħajjes tas-sajd bil-qasba, ta' bastimenti tas-sajd bil-konz u ta' dgħajjes tas-sajd bix-xlief li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Mediterran bil-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(2) huwa stabbilit għall-għadd ta' bastimenti tal-qbid tal-Unjoni li jkunu ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2008.

    4. L-għadd massimu ta' bastimenti tal-qbid stabbilit skont il-punti 1, 2 u 3 ta' dan l-Anness għandu jiġi allokat fost l-Istati Membri skont it-TFUE u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    5. Mhux aktar minn 7 % tal-kwota tal-Unjoni għat-tonn ta' bejn 8 kg jew 75 cm u 30 kg jew 115-il cm għandu jiġi allokat fost il-bastimenti tal-qbid awtorizzati msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2) u fil-punt 1 ta' dan l-Anness. Dik il-kwota għandha tiġi allokata fost l-Istati Membri skont it-TFUE u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    6. B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 14(2), fil-limitu tal-kwota ta' 7 % msemmija fil-punt 5 ta' dan l-Anness, jistgħu jiġu allokati sa 100 tunnellata għall-qbid ta' tonn ta' mhux anqas minn 6,4 kg jew 70 cm minn dgħajjes tas-sajd bil-qasba ta' inqas minn 17-il metru.

    7. L-allokazzjoni massima tal-kwota tal-Unjoni fost l-Istati Membri għas-sajd bil-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 14(2) u l-punt 2 ta' dan l-Anness għandha tiġi stabbilita skont it-TFUE u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    8. Mhux aktar minn 2 % tal-kwota tal-Unjoni għat-tonn ta' bejn 8 kg jew 75 cm u 30 kg jew 115-il cm għandu jiġi allokat fost il-bastimenti tal-qbid awtorizzati msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(2) u fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Dik il-kwota għandha tiġi allokata fost l-Istati Membri skont it-TFUE u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    9. Kull Stat Membru li d-dgħajjes tas-sajd bil-qasba tiegħu, il-bastimenti tas-sajd bil-konz tiegħu, id-dgħajjes tas-sajd bix-xlief tiegħu u d-dgħajjes tas-sajd bir-rixa tiegħu huma awtorizzati jistadu għat-tonn skont l-Artikolu 14(2) u dan l-Anness għandu jistabbilixxi r-rekwiżiti li ġejjin għat-tikkettar tad-denb:

    (a) għandhom jitwaħħlu tikketti fuq denb it-tonn kollu maqbud minnufih malli jiġi ttrasbordat;

    (b) kull tikketta mwaħħla fuq denb it-tonn għandu jkollha numru uniku ta' identifikazzjoni li jkun inkluż fid-dokumenti tal-istatistika dwar it-tonn u miktuba fuq barra ta' kull pakkett li jkun fih it-tonn.




    ANNESS II

    Rekwiżiti tal-ġurnal ta' abbord

    A.   BASTIMENTI TAL-QBID

    Speċifikazzjonijiet minimi għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd:

    1. Kull folja tal-ġurnal ta' abbord għandu jkollha numru.

    2. Il-ġurnal ta' abbord għandu jimtela kuljum (f'nofsillejl) jew qabel il-wasla fil-port.

    3. Il-ġurnal ta' abbord għandu jimtela f'każ ta' spezzjonijiet fuq il-baħar.

    4. Kopja waħda tal-folji għandha tibqa' mehmuża mal-ġurnal ta' abbord.

    5. Il-ġurnali ta' abbord għandhom jinżammu abbord il-bastiment biex ikopru perijodu ta' sena waħda ta' ħidma.

    Tagħrif minimu standard għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd:

    1. L-isem u l-indirizz tal-kaptan.

    2. Id-dati u l-portijiet tat-tluq u d-dati u l-portijiet tal-wasla.

    3. Isem il-bastiment, in-numru tiegħu fir-reġistru, in-numru tal-ICCAT tiegħu, il-kodiċi internazzjonali tar-radju u n-numru tal-IMO (jekk dan ikun disponibbli).

    4. L-irkaptu tas-sajd:

    (a) il-kodiċi tat-tip tal-FAO;

    (b) il-qisien (pereżempju t-tul, id-daqs tal-malji u l-għadd ta' snanar).

    5. L-attivitajiet fuq il-baħar, b'linja waħda (mill-inqas) għal kull jum tal-vjaġġ, li tkun tinkludi t-tagħrif li ġej:

    (a) l-attività (pereżempju s-sajd jew it-tbaħħir);

    (b) il-pożizzjoni: il-pożizzjonijiet eżatti ta' kuljum (fi gradi u minuti), irreġistrati għal kull attività tas-sajd jew f'nofsinhar meta ma jkun sar l-ebda sajd matul dak il-jum;

    (c) reġistru tal-qabdiet, li jinkludi:

    (1) il-kodiċi tal-FAO,

    (2) il-piż sħiħ (RWT) tal-ħut maqbud kuljum, f'kilogrammi,

    (3) l-għadd ta' ħut maqbud kuljum.

    Għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seine, dak it-tagħrif għandu jiġi rreġistrat għal kull attività tas-sajd, inklużi dawk li fihom ma jinqabad xejn.

    6. Il-firma tal-kaptan.

    7. Il-mezz tal-użin: stima, użin abbord.

    8. Fil-ġurnal ta' abbord, il-piż tal-ħut għandu jingħata f'ammont li jkun ekwivalenti għall-piż tal-ħut ħaj u għandhom jissemmew il-fatturi ta' konverżjoni użati fl-evalwazzjoni.

    Tagħrif minimu għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd fil-każ ta' ħatt l-art jew tat-trasbord:

    1. Id-dati ta' ħatt l-art jew tat-trasbord u l-port fejn dan iseħħ.

    2. Il-prodotti:

    (a) l-ispeċijiet u preżentazzjoni tagħhom skont il-kodiċi tal-FAO;

    (b) l-għadd ta' ħut jew ta' kaxxi u l-kwantità f'kilogrammi.

    3. Il-firma tal-kaptan jew tal-aġent tal-bastiment;

    4. Fil-każ tat-trasbord: isem il-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu.

    Tagħrif minimu għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd fil-każ tat-trasferiment għal ġol-gaġeġ:

    1. Id-data, il-ħin tat-trasferiment u l-pożizzjoni (il-latitudni/il-lonġitudni) fejn dan iseħħ.

    2. Il-prodotti:

    (a) identifikazzjoni tal-ispeċijiet skont il-kodiċi tal-FAO tagħhom;

    (b) l-għadd ta' ħut ittrasferit għal ġol-gaġeġ u l-kwantità tiegħu f'kilogrammi.

    3. Isem il-bastiment tal-irmunkar, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu.

    4. Isem ir-razzett tat-tonn destinatarju u n-numru tal-ICCAT tiegħu.

    5. Fil-każ ta' AKS, minbarra t-tagħrif imniżżel fil-punti 1 sa 4, il-kaptani għandhom jirreġistraw fil-ġurnal ta' abbord tagħhom:

    (a) għall-bastiment tal-qbid li qed jittrasferixxi l-ħut għal ġol-gaġeġ:

     l-ammont ta' qabdiet imtella' abbord,

     l-ammont ta' qabdiet magħduda għall-ilħuq tal-kwota individwali tiegħu,

     l-ismijiet tal-bastimenti l-oħra involuti fl-attività konġunta tas-sajd;

    (b) għall-bastimenti tal-qbid l-oħrajn tal-istess attività konġunta tas-sajd li mhumiex involuti fit-trasferiment tal-ħut:

     l-isem ta' dawk il-bastimenti, il-kodiċijiet internazzjonali tar-radju tagħhom u n-numri tal-ICCAT tagħhom,

     il-fatt li dawn ma tellgħu abbord l-ebda qabda jew ma ttrasferew l-ebda ħut għal ġol-gaġeġ,

     l-ammont ta' qabdiet magħduda għall-ilħuq tal-kwoti individwali tagħhom,

     l-isem u n-numru tal-ICCAT tal-bastiment tal-qbid imsemmi fil-punt (a).

    B.   BASTIMENTI TAL-IRMUNKAR

    1. Il-kaptan ta' bastiment tal-irmunkar għandu jirreġistra fil-ġurnal ta' abbord ta' kuljum id-data, il-ħin tat-trasferiment u l-pożizzjoni fejn dan iseħħ, il-kwantitajiet ta' ħut ittrasferiti (l-għadd ta' ħut u l-kwantità tiegħu f'kilogrammi), in-numru tal-gaġġa, kif ukoll isem il-bastiment tal-qbid, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu, l-ismijiet tal-bastimenti l-oħra involuti u n-numri tal-ICCAT tagħhom, ir-razzett tat-tonn destinatarju u n-numru tal-ICCAT tiegħu, u n-numru tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT.

    2. Trasferimenti oħra tal-ħut għal fuq bastimenti awżiljarji jew għal fuq bastimenti tal-irmunkar għandhom jiġu rrappurtati billi jingħata l-istess tagħrif bħal dak imsemmi fil-punt 1, kif ukoll billi jingħata isem il-bastiment awżiljarju jew isem il-bastiment tal-irmunkar, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu u n-numru tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT.

    3. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinkludi d-dettalji tat-trasferimenti kollha mwettqin matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinżamm abbord il-bastiment u għandu jkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta' kontroll.

    C.   BASTIMENTI AWŻILJARJI

    1. Il-kaptan ta' bastiment awżiljarju għandu jirreġistra l-attivitajiet fil-ġurnal ta' abbord kuljum u għandu jinkludi d-data, il-ħin u l-pożizzjonijiet, il-kwantitajiet ta' tonn imtella' abbord, u isem il-bastiment tas-sajd, ir-razzett tat-tonn jew it-tunnara li hu jkun qed jaħdem magħha.

    2. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinkludi d-dettalji tal-attivitajiet kollha mwettqin matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinżamm abbord il-bastiment u għandu jkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta' kontroll.

    D.   BASTIMENTI TAL-IPPROĊESSAR

    1. Fil-ġurnal ta' abbord ta' kuljum, il-kaptan ta' bastiment tal-ipproċessar għandu jdaħħal id-data u l-ħin li fihom saru l-attivitajiet u l-pożizzjoni fejn dawn saru, il-kwantitajiet ittrasbordati u l-għadd ta' tonn li wasal mill-irziezet tat-tonn, mit-tunnari jew mill-bastimenti tal-qbid, fejn dan ikun applikabbli, u l-piż tiegħu. Il-kaptan għandu jdaħħal ukoll l-ismijiet u n-numri tal-ICCAT ta' dawk l-irziezet tat-tonn, it-tunnari jew il-bastimenti tal-qbid.

    2. Il-kaptan ta' bastiment tal-ipproċessar għandu jżomm ġurnal ta' abbord tal-ipproċessar ta' kuljum li jispeċifika l-piż sħiħ tal-ħut ittrasferit jew ittrasbordat u l-għadd tiegħu, il-fattur ta' konverżjoni użat, u l-piżijiet u l-kwantitajiet mogħtija skont il-preżentazzjoni tal-prodotti.

    3. Il-kaptan ta' bastiment tal-ipproċessar għandu jżomm pjan tal-istivar li juri l-post u l-kwantitajiet ta' kull speċi u l-preżentazzjoni tagħhom.

    4. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinkludi d-dettalji tat-trasbord kollu mwettaq matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum, il-ġurnal ta' abbord tal-ipproċessar, il-pjan tal-istivar u d-dikjarazzjonijiet oriġinali tat-trasbord tal-ICCAT għandhom jinżammu abbord il-bastiment u għandhom ikunu aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta' kontroll.




    ANNESS III

    Dikjarazzjoni tat-trasbord tal-ICCAT

    image

    image




    ANNESS IV

    image

    image




    ANNESS V



    Formola tar-rapport tal-qabdiet

    Bandiera

    Numru tal-ICCAT

    Isem il-bastiment

    Data tal-bidu tar-rapport

    Data ta' tmiem ir-rapport

    Tul ta' żmien tar-rapport (f'jiem)

    Data tal-qabda

    Post fejn inqabad il-ħut

    Qabdiet

    Il-piż allokat fil-każ ta' attività konġunta tas-sajd (f'kilogrammi)

    Latitudni

    Lonġitudni

    Piż (f'kilogrammi)

    Għadd ta' ħut

    Piż medju (f'kilogrammi)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     




    ANNESS VI



    Attività konġunta tas-sajd

    Stat tal-bandiera

    Isem il-bastiment

    Numru tal-ICCAT

    Tul ta' żmien tal-attività

    Identità tal-operaturi

    Kwota individwali tal-bastiment

    Skema ta' allokazzjoni għal kull bastiment

    Razzett tat-trobbija u tat-tismin tal-ħut destinatarju

    PKK

    Numru tal-ICCAT

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Data: …

    Validazzjoni tal-Istat tal-bandiera: …




    ANNESS VII

    Programm ta' osservaturi reġjonali tal-ICCAT

    ĦATRA TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAl-ICCAT

    1. Kull osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jkollu l-kwalifiki li ġejjin biex iwettaq il-kompiti tiegħu:

    (a) biżżejjed esperjenza biex ikun jista' jidentifika l-ispeċijiet tal-ħut u l-irkaptu tas-sajd;

    (b) għarfien sodisfaċenti tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT, attestat permezz ta' ċertifikat maħruġ mill-Istati Membri u bbażat fuq il-linji gwida tal-ICCAT marbutin mat-taħriġ;

    (c) il-ħila li josserva l-affarijiet u li jirreġistrahom b'mod preċiż;

    (d) għarfien sodisfaċenti tal-ilsien tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jew tar-razzett tat-tonn osservat.

    OBBLIGI TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT

    2. L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom:

    (a) ikunu lestew it-taħriġ tekniku mitlub mil-linji gwida stabbiliti mill-ICCAT;

    (b) ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri u, sa fejn ikun possibbli, ma jkunux ċittadini tal-Istat tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara jew tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd bil-purse seine. Madankollu, jekk it-tonn jinqatel fil-gaġeġ u jiġi kkummerċjalizzat bħala prodott frisk, l-osservatur reġjonali tal-ICCAT li josserva l-ħsad jista' jkun ċittadin tal-Istat Membru li huwa responsabbli għar-razzett tat-tonn;

    (c) ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti mogħtija fil-punt 3;

    (d) ikunu inklużi fil-lista tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT miżmuma mill-ICCAT;

    (e) ma jkollhomx interessi finanzjarji jew benefiċjarji attwali fl-industrija tat-tonn.

    KOMPITI TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT

    3. Il-kompiti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom ikunu, b'mod partikolari:

    (a) għall-osservaturi fuq il-bastimenti tas-sajd bil-purse seine, li jimmonitorjaw il-konformità ta' dawn il-bastimenti tas-sajd mal-miżuri rilevanti ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mill-ICCAT. B'mod partikolari, l-osservatur reġjonali għandu:

    (1) f'każijiet fejn josserva xi ħaġa li tista' tikkostitwixxi nonkonformità ma' rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, jibgħat dak it-tagħrif lill-kumpanija li tkun qed timplimenta l-programm tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT mingħajr dewmien, li, min-naħa tagħha, għandha tibagħtu minnufih lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid;

    (2) jirreġistra l-attivitajiet tas-sajd imwettqin u jagħmel rapport dwarhom;

    (3) josserva l-qabdiet u jagħmel stima tagħhom u jivverifika l-entrati li jsiru fil-ġurnal ta' abbord;

    (4) joħroġ rapport ta' kuljum dwar l-attivitajiet ta' trasferiment tal-bastimenti tas-sajd bil-purse seine;

    (5) josserva u jirreġistra l-bastimenti li jistgħu jkunu qed jistadu b'mod li jikser il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT;

    (6) jirreġistra l-attivitajiet ta' trasferiment imwettqin u jagħmel rapport dwarhom;

    (7) jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment meta dan ikun qed iwettaq attività ta' trasferiment;

    (8) josserva l-prodotti ttrasferiti u jagħmel stima tagħhom, fosthom billi jeżamina l-vidjos irreġistrati;

    (9) jivverifika u jirreġistra isem il-bastiment tas-sajd ikkonċernat u n-numru tal-ICCAT tiegħu;

    (10) iwettaq ħidma xjentifika, bħall-ġbir ta' data tat-Task II, meta l-Kummissjoni ICCAT titlob dan, abbażi tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-SCRS;

    (b) għall-osservaturi reġjonali tal-ICCAT fl-irziezet tat-tonn u fil-post fejn jinsabu t-tunnari, li jimmonitorjaw il-konformità ta' dawn l-irziezet u ta' dawn it-tunnari mal-miżuri rilevanti ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mill-ICCAT. B'mod partikolari, l-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu:

    (1) jivverifika d-data li hemm fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment u fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u fil-BCD, fosthom billi jeżamina l-vidjos irreġistrati;

    (2) jiċċertifika d-data li hemm fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment u fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u fil-BCDs;

    (3) joħroġ rapport ta' kuljum dwar l-attivitajiet ta' trasferiment tal-irziezet tat-tonn u tat-tunnari;

    (4) jikkontrofirma d-dikjarazzjoni tat-trasferiment u d-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u l-BCDs biss meta jaqbel li t-tagħrif li jinsab fihom huwa konsistenti mal-osservazzjonijiet tiegħu, inkluż reġistrazzjoni konformi bil-vidjo, kif meħtieġ skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 35(1) u fl-Artikolu 44(1);

    (5) iwettaq il-ħidma xjentifika, bħall-ġbir ta' kampjuni, mitluba mill-Kummissjoni, abbażi tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-SCRS;

    (6) jirreġistra u jivverifika jekk ikunx hemm kwalunkwe tip ta' marka, inkluża xi marka naturali, u jinnotifika dwar kwalunkwe sinjal li tneħħiet xi marka reċentement;

    (c) li jistabbilixxu rapporti ġenerali li jiġbru fihom it-tagħrif miġbur skont dan il-punt u jagħtu l-opportunità lill-kaptan u lill-operatur tar-razzett tat-tonn idaħħlu fihom kwalunkwe tagħrif rilevanti;

    (d) li jibagħtu r-rapport ġenerali msemmi fil-punt (c) lis-Segretarjat fi żmien 20 jum minn meta jintemm il-perijodu tal-osservazzjoni;

    (e) li jwettqu kwalunkwe funzjoni oħra, kif iddefinit mill-Kummissjoni ICCAT.

    4. L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jittratta t-tagħrif kollu dwar l-attivitajiet tas-sajd u tat-trasferiment tal-bastimenti tas-sajd bil-purse seine u tal-irziezet tat-tonn bħala tagħrif kunfidenzjali u għandu jaċċetta dak ir-rekwiżit bil-miktub biex jinħatar bħala osservatur reġjonali tal-ICCAT.

    5. L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti tal-Istat tal-bandiera jew tal-Istat tar-razzett tat-tonn li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jkun jaqa' l-bastiment jew ir-razzett tat-tonn li għalih huwa jkun assenjat.

    6. L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jirrispetta l-ġerarkija u jħares ir-regoli ġenerali tal-imġiba li japplikaw għall-persunal kollu li jaħdem fuq il-bastiment u fir-razzett tat-tonn, dejjem jekk dawn ir-regoli ma jxekklux id-dmirijiet tiegħu fil-kuntest ta' dan il-programm u l-obbligi tal-persunal tal-bastimenti u tal-irziezet tat-tonn mogħtija fil-punt 7 ta' dan l-Anness u fl-Artikolu 51(6).

    OBBLIGI TAL-ISTATI MEMBRI TAL-BANDIERA FIL-KONFRONT TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT

    7. L-Istati Membri responsabbli għall-bastiment tas-sajd bil-purse seine, għar-razzett tat-tonn jew għat-tunnara għandhom jiżguraw li l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT:

    (a) jingħataw aċċess għall-persunal tal-bastiment, tal-irziezet tat-tonn u tat-tunnari, u għall-irkaptu, il-gaġeġ u t-tagħmir;

    (b) jingħataw aċċess, fuq talba, għat-tagħmir li ġej, jekk ikun hemm dan it-tagħmir fuq il-bastimenti li għalihom ikunu assenjati, sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'mod iktar faċli dmirijiethom mogħtija fil-punt 3 ta' dan l-Anness:

    (1) it-tagħmir tan-navigazzjoni bis-satellita,

    (2) l-iskrins li juru l-immaġnijiet meħudin mir-radar, meta dawn ikunu qed jintużaw,

    (3) il-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni;

    (c) jingħataw akkomodazzjoni, inkluż xi mkien fejn joqogħdu, ikel u faċilitajiet sanitarji xierqa, l-istess bħalma jingħataw l-uffiċjali;

    (d) jingħataw biżżejjed spazju għax-xogħol klerikali fuq il-briġġ jew fil-post tal-kenn għat-tmunier, u biżżejjed spazju fuq il-gverta sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti ta' osservazzjoni tagħhom.

    SPEJJEŻ LI ĠEJJIN MILL-PROGRAMM TA' OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT

    8. L-operaturi tal-irziezet tat-tonn jew sidien il-bastimenti tas-sajd bil-purse seine għandhom iħallsu l-ispejjeż kollha li ġejjin mill-attivitajiet tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT.




    ANNESS VIII

    L-iskema tal-ICCAT ta' spezzjoni internazzjonali konġunta

    Waqt ir-Raba' Laqgħa Regolari tagħha (Madrid, Novembru 1975) u waqt il-Laqgħa Annwali tagħha tal-2008 li saret f'Marrakesh, l-ICCAT qablet dwar dan li ġej:

    Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni ICCAT tirrakkomanda li jiġu stabbiliti l-arranġamenti li ġejjin għall-kontrolli internazzjonali fl-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali, sabiex ikun żgurat li l-Konvenzjoni u l-miżuri li huma fis-seħħ abbażi tagħha jiġu applikati:

    I.   KSUR SERJU

    1. Għall-finijiet ta' dawn il-proċeduri, ksur serju jfisser il-ksur li ġej tad-dispożizzjonijiet tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT adottati mill-Kummissjoni ICCAT:

    (a) sajd mingħajr liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni maħruġa mill-PKK;

    (b) in-nuqqas ta' żamma ta' biżżejjed rekords tad-data dwar il-qabdiet u tad-data marbuta mal-qabdiet skont ir-rekwiżiti tar-rappurtar tal-Kummissjoni ICCAT, jew rappurtar żbaljat sinifikanti tat-tali data dwar il-qabdiet u/jew tad-data marbuta mal-qabdiet;

    (c) is-sajd f'żona magħluqa;

    (d) is-sajd waqt staġun magħluq;

    (e) it-teħid jew iż-żamma intenzjonali ta' speċijiet bi ksur ta' kwalunkwe miżura ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli adottata mill-ICCAT;

    (f) ksur sinifikanti tal-limiti tal-qbid jew tal-kwoti li jkunu fis-seħħ skont ir-regoli tal-ICCAT;

    (g) l-użu ta' rkaptu pprojbit tas-sajd;

    (h) il-falsifikazzjoni jew il-ħabi apposta tal-marki, tal-identità jew tar-reġistrazzjoni ta' bastiment tas-sajd;

    (i) il-ħabi, it-tbagħbis jew it-twarrib tal-provi marbutin mal-investigazzjoni ta' ksur;

    (j) diversi każijiet ta' ksur li, meta jittieħdu flimkien, jikkostitwixxu nuqqas serju ta' ħarsien tal-miżuri fis-seħħ skont l-ICCAT;

    (k) attakk, reżistenza, intimidazzjoni, fastidju sesswali, indħil, jew tfixkil jew tidwim bla bżonn fil-konfront ta' spettur jew osservatur awtorizzat;

    (l) it-tbagħbis jew id-diżattivazzjoni intenzjonali tal-VMS;

    (m) kull ksur ieħor li jista' jiġi stabbilit mill-ICCAT, ladarba dak jiġi inkluż u ċċirkolat f'verżjoni riveduta ta' dawn il-proċeduri;

    (n) is-sajd bl-assistenza ta' ajruplani ta' lokalizzazzjoni;

    (o) l-indħil fis-sistema tal-monitoraġġ bis-satellita u/jew l-użu ta' bastiment mingħajr VMS;

    (p) attività ta' trasferiment mingħajr dikjarazzjoni tat-trasferiment;

    (q) it-trasbord fuq il-baħar.

    2. Fil-każ ta' kwalunkwe tlugħ abbord bastiment tas-sajd u spezzjoni tiegħu li matulha l-ispettur awtorizzat josserva attività jew kondizzjoni li tista' tikkostitwixxi ksur serju, kif iddefinit fil-punt 1, l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastimenti ta' spezzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd b'dan, kemm b'mod dirett u kemm permezz tas-Segretarjat tal-ICCAT. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, l-ispettur għandu jgħarraf ukoll lil kwalunkwe bastiment ta' spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun jaf li jinsab fil-qrib.

    3. L-ispettur tal-ICCAT għandu jirreġistra, fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd, l-ispezzjonijiet li jwettaq u kwalunkwe ksur li jidentifika matulhom.

    4. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li, wara l-ispezzjoni msemmija fil-punt 2, il-bastiment tas-sajd ikkonċernat iwaqqaf kull attività tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd jipproċedi fi żmien 72 siegħa lejn port magħżul minnu, fejn għandha tinbeda investigazzjoni.

    5. Jekk il-bastiment ma jintalabx jipproċedi lejn il-port, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa għal dan fil-ħin lill-Kummissjoni Ewropea, li għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT, li għandu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Partijiet Kontraenti l-oħra, jekk dawn jitolbu dan.

    II.   TWETTIQ TAL-ISPEZZJONIJIET

    6. L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu minn spetturi maħturin mill-Partijiet Kontraenti. L-ismijiet tal-aġenziji tal-gvern awtorizzati u ta' kull spettur maħtur għal dak il-għan mill-gvernijiet rispettivi tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni ICCAT.

    7. Il-bastimenti li jwettqu servizzi ta' imbarkazzjoni internazzjonali u dmirijiet ta' spezzjoni skont dan l-Anness għandhom itajru bandiera jew fjamma speċjali approvata mill-Kummissjoni ICCAT u maħruġa mis-Segretarjat tal-ICCAT. L-ismijiet tal-bastimenti użati b'dan il-mod għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat tal-ICCAT malli jkun prattikabbli qabel jibdew l-attivitajiet ta' spezzjoni. Is-Segretarjat tal-ICCAT għandu jqiegħed it-tagħrif dwar il-bastimenti ta' spezzjoni maħturin għad-dispożizzjoni tal-PKK kollha, fosthom billi jpoġġi dan it-tagħrif fuq is-sit elettroniku tiegħu li huwa protett b'password.

    8. Kull spettur għandu jġorr dokument tal-identità xieraq maħruġ mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera, li għandu jkun fil-forma murija fil-punt 21 ta' dan l-Anness.

    9. Soġġett għall-arranġamenti miftiehma fil-kuntest tal-punt 16, bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti u li jkun qed jistad għat-tonn jew għall-ħut li jixbah lit-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni barra l-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tiegħu għandu jieqaf meta jingħata s-sinjal ix-xieraq tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali minn bastiment li jtajjar il-fjamma tal-ICCAT deskritta fil-punt 7 u li jkollu spettur abbord, sakemm il-bastiment ma jkunx qed iwettaq attivitajiet tas-sajd dak il-ħin stess, f'liema każ għandu jieqaf minnufih hekk kif itemm it-tali attivitajiet. Kif speċifikat fil-punt 10, il-kaptan tal-bastiment għandu jippermetti lit-tim tal-ispezzjoni jitla' abbord u għandu jipprovdilu sellum biex jitla' abbord. Il-kaptan għandu jippermetti lit-tim tal-ispezzjoni jeżamina t-tagħmir, il-qabda jew l-irkaptu u kwalunkwe dokument rilevanti li l-ispettur iqis li jkun meħtieġ sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun qed jiġi spezzjonat. Barra minn hekk, l-ispettur jista' jitlob kwalunkwe spjegazzjoni li huwa jqis li hija meħtieġa.

    10. L-uffiċjal kmandant tal-bastiment tal-ispezzjoni għandu jiddeċiedi kemm għandu jkun kbir it-tim tal-ispezzjoni, filwaqt li jqis iċ-ċirkostanzi rilevanti. It-tim tal-ispezzjoni għandu jkun żgħir kemm jista' jkun sabiex iwettaq b'sikurezza u sigurtà d-dmirijiet mogħtija f'dan l-Anness.

    11. Meta jitla' abbord il-bastiment, l-ispettur għandu jipprovdi d-dokument tal-identità deskritt fil-punt 8. L-ispettur għandu jħares ir-regoli, il-proċeduri u l-prattiki internazzjonali aċċettati b'mod ġenerali li jirrigwardaw is-sigurtà tal-bastiment li qed jiġi spezzjonat u l-ekwipaġġ tiegħu, u għandu jnaqqas kemm jista' jkun l-interferenza fl-attivitajiet tas-sajd jew fl-istivar tal-prodotti u, sa fejn ikun prattikabbli, għandu jevita li jieħu azzjonijiet li jistgħu jaffettwaw ħażin il-kwalità tal-qabda li jkun hemm abbord.

    Kull spettur għandu jillimita l-inkjesti tiegħu għall-aċċertazzjoni tal-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat. Huwa u jwettaq l-ispezzjoni, spettur jista' jistaqsi lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd għal kwalunkwe għajnuna li tista' tkun meħtieġa. L-ispettur għandu jħejji rapport tal-ispezzjoni f'forma approvata mill-Kummissjoni ICCAT. L-ispettur għandu jiffirma r-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment, li għandu jkollu d-dritt iżid mar-rapport kwalunkwe osservazzjoni li jaħseb li hija xierqa, jew li jitlob li din tiżdied mar-rapport, u li għandu jiffirma ħdejn it-tali osservazzjonijiet.

    12. Għandhom jingħataw kopji tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u lill-gvern tat-tim tal-ispezzjoni, li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi kopji tiegħu lill-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat u lill-Kummissjoni ICCAT. Fejn jiġi notat xi ksur tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, l-ispettur għandu jgħarraf b'dan ukoll lil kwalunkwe bastiment ta' spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun jaf li jinsab fil-qrib, fejn dan ikun possibbli.

    13. L-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat għandu jittratta l-fatt li jkun hemm reżistenza għal spettur jew li ma jkunx hemm konformità mal-istruzzjonijiet tiegħu bl-istess mod bħal dak l-aġir imwettaq fir-rigward ta' spettur nazzjonali.

    14. L-ispettur għandu jaqdi dmirijietu fil-kuntest ta' dawn l-arranġamenti skont ir-regoli mogħtija f'dan ir-Regolament, iżda għandu jibqa' taħt il-kontroll operattiv tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu u għandu jkun responsabbli lejhom.

    15. Il-Partijiet Kontraenti għandhom iqisu r-rapporti ta' spezzjoni, il-folji tat-tagħrif dwar il-lemħ skont ir-Rakkomandazzjoni 94-09 u d-dikjarazzjonijiet li jkunu ġejjin minn spezzjonijiet iddokumentati ta' spetturi barranin taħt dawn l-arranġamenti u jaġixxu fuqhom bl-istess mod bħalma jagħmlu għar-rapporti tal-ispetturi nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-punt m'għandhom jimponu l-ebda obbligu fuq xi Parti Kontraenti li tagħti r-rapport ta' spettur barrani valur ogħla bħala prova milli kien ikollu fil-pajjiż tal-ispettur stess. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkollaboraw bejniethom biex jiffaċilitaw il-proċedimenti ġudizzjarji jew oħrajn li jkun hemm minħabba rapport ta' spettur magħmul fil-kuntest ta' dawn l-arranġamenti.

    16.

     

    (a) Il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni ICCAT sal-15 ta' Frar ta' kull sena bil-pjanijiet proviżorji tagħhom għat-twettiq tal-attivitajiet ta' spezzjoni fil-kuntest ta' dan ir-Regolament f'dik is-sena kalendarja u l-Kummissjoni ICCAT tista' tagħmel suġġerimenti lill-Partijiet Kontraenti għall-koordinament tal-operazzjonijiet nazzjonali f'dan il-qasam, fosthom dwar l-għadd ta' spetturi u ta' bastimenti li jkollhom l-ispetturi abbord.

    (b) L-arranġamenti stipulati f'dan ir-Regolament u l-pjanijiet għall-parteċipazzjoni għandhom japplikaw bejn il-Partijiet Kontraenti, sakemm dawn ma jiftehmux mod ieħor bejniethom, f'liema każ il-Kummissjoni ICCAT għandha tiġi mgħarrfa b'tali qbil. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-iskema għandha tkun sospiża bejn żewġ Partijiet Kontraenti jekk xi wieħed minnhom ikun għarraf lill-Kummissjoni ICCAT dwar dan.

    17.

     

    (a) L-irkaptu tas-sajd għandu jiġi spezzjonat skont ir-regolamenti li jkunu fis-seħħ għas-subżona li fiha sseħħ l-ispezzjoni. L-ispettur għandu jdaħħal is-subżona li fiha tkun seħħet l-ispezzjoni u deskrizzjoni ta' kull ksur li jkun sab matul dik l-ispezzjoni fir-rapport tal-ispezzjoni.

    (b) L-ispettur għandu jkollu d-dritt jispezzjona l-irkaptu kollu tas-sajd li jkun qed jintuża jew li jkun hemm abbord.

    18. L-ispettur għandu jwaħħal marka tal-identifikazzjoni approvata mill-Kummissjoni ICCAT ma' kwalunkwe tagħmir tas-sajd spezzjonat li jidher li jkun qed jikser ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummisssjoni tal-ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat u għandu jirreġistra dan il-fatt fir-rapport tal-ispezzjoni.

    19. L-ispettur jista' jieħu ritratti tal-irkaptu, tat-tagħmir, tad-dokumentazzjoni u ta' kwalunkwe element ieħor li huwa jqis li jkun meħtieġ, b'tali mod li jiġu żvelati dawk il-karatteristiċi li, fl-opinjoni tiegħu, mhumiex konformi mar-regolament fis-seħħ, f'liema każ l-oġġetti li jitteħdilhom ritratt għandhom jitniżżlu fir-rapport u kopji tar-ritratti għandhom jinhemżu mal-kopja tar-rapport maħsuba għall-Istat tal-bandiera.

    20. L-ispettur għandu, skont il-bżonn, jispezzjona l-qabda kollha abbord sabiex jistabbilixxi l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.

    21. Il-mudell tal-Karta tal-Identità tal-ispetturi huwa mogħti hawn taħt:

    image




    ANNESS IX

    Standards minimi għall-proċeduri għar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera

    Attivitajiet ta' trasferiment

    1. L-apparat elettroniku għall-ħżin li jkun fih il-vidjo oriġinali rreġistrat għandu jingħata lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT malajr kemm jista' jkun wara li tintemm l-attività tat-trasferiment, u dan għandu jpoġġi l-inizjali tiegħu fuqu minnufih biex jiġi evitat li jkun hemm iktar manipulazzjoni.

    2. Il-vidjo oriġinali rreġistrat għandu jinżamm abbord il-bastiment tal-qbid jew mill-operatur tar-razzett tat-tonn jew tat-tunnara, fejn dan ikun xieraq, għall-perijodu kollu tal-awtorizzazzjoni.

    3. Għandhom jiġu prodotti żewġ kopji identiċi tal-vidjo rreġistrat. Kopja waħda għandha tintbagħat lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tas-sajd bil-purse seine u l-kopja l-oħra għandha tintbagħat, flimkien mad-dikjarazzjoni tat-trasferiment u mat-tagħrif dwar il-qabdiet assoċjati li magħhom hija relatata, lill-osservatur nazzjonali abbord il-bastiment tal-irmunkar. Dik il-proċedura għandha tapplika biss għall-osservaturi nazzjonali fil-każ ta' trasferimenti bejn il-bastimenti tal-irmunkar.

    4. Fil-bidu ta' kull vidjo u/jew fi tmiemu, għandu jidher in-numru tal-awtorizzazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT.

    5. Il-ħin u d-data tal-vidjo għandhom jidhru b'mod kontinwu matul kull vidjo rreġistrat.

    6. Qabel ma jibda t-trasferiment, il-vidjo għandu jinkludi l-ftuħ u l-għeluq tax-xibka jew tal-bieb u filmat li juri jekk il-gaġeġ li minnhom ikun ser jinħareġ it-tonn u li fihom ikun ser jiddaħħal ikunx diġà fihom it-tonn jew le.

    7. Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun kontinwa, mingħajr interruzzjonijiet jew qtugħ, u għandha tkopri l-attività kollha tat-trasferiment.

    8. Il-vidjo rreġistrat għandu jkun ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit.

    9. Jekk il-vidjo rreġistrat ma jkunx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit, l-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jitolbu li jsir trasferiment ġdid. Matul it-trasferiment il-ġdid, it-tonn kollu ta' ġol-gaġġa li fiha jkun iddaħħal it-tonn għandu jiġi ttrasferit għal ġo gaġġa oħra li trid tkun vojta.

    Attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ

    1. L-apparat elettroniku għall-ħżin li jkun fih il-vidjo oriġinali rreġistrat għandu jingħata lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT malajr kemm jista' jkun wara li tintemm l-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ, u dan għandu jpoġġi l-inizjali tiegħu fuqu minnufih biex jiġi evitat li jkun hemm iktar manipulazzjoni.

    2. Il-vidjo oriġinali rreġistrat għandu jinżamm mir-razzett tat-tonn, fejn dan ikun applikabbli, għall-perijodu kollu tal-awtorizzazzjoni.

    3. Għandhom jiġu prodotti żewġ kopji identiċi tal-vidjo rreġistrat. Kopja waħda għandha tintbagħat lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT li jkun hemm fir-razzett tat-tonn.

    4. Fil-bidu ta' kull vidjo u/jew fi tmiemu, għandu jidher in-numru tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ tal-ICCAT.

    5. Il-ħin u d-data tal-vidjo għandhom jidhru b'mod kontinwu matul kull vidjo rreġistrat.

    6. Qabel ma jibda t-tqegħid fil-gaġeġ, il-vidjo għandu jinkludi l-ftuħ u l-għeluq tax-xibka jew tal-bieb u għandu juri jekk il-gaġeġ li minnhom ikun ser jinħareġ it-tonn u li fihom ikun ser jiddaħħal ikunx diġà fihom it-tonn jew le.

    7. Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun kontinwa, mingħajr interruzzjonijiet jew qtugħ, u għandha tkopri l-attività kollha tat-tqegħid fil-gaġeġ.

    8. Il-vidjo rreġistrat għandu jkun ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit.

    9. Jekk il-vidjo rreġistrat ma jkunx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit, l-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jitolbu li ssir attività ġdida ta' tqegħid fil-gaġeġ. Matul l-attività l-ġdida ta' tqegħid fil-gaġeġ, it-tonn kollu ta' ġol-gaġġa tar-razzett tat-tonn li fiha jkun iddaħħal it-tonn għandu jiġi ttrasferit għal ġo gaġġa oħra tar-razzett tat-tonn li trid tkun vojta.




    ANNESS X

    Standards u proċeduri għall-programmi u l-obbligi tar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 46(2) sa (7) u fl-Artikolu 47(1)

    A.    Użu tas-sistemi tal-kameras sterjoskopiċi

    L-użu ta' sistemi tal-kameras sterjoskopiċi fil-kuntest tal-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ, kif mitlub mill-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament, għandu jsir skont dan li ġej:

    1. Il-kampjuni tal-ħut ħaj m'għandux ikun ta' inqas minn 20 % tal-ammont ta' ħut li jkun qed jitqiegħed fil-gaġeġ. Fejn dan ikun teknikament possibbli, il-kampjuni tal-ħut ħaj għandhom jittieħdu f'sekwenza, jiġifieri trid titkejjel ħuta waħda minn kull ħamsa; il-ħut meqjus fit-tali kampjuni għandu jitkejjel f'distanza ta' bejn żewġ u tmien metri 'l bogħod mill-kamera.

    2. Il-bieb ta' trasferiment li jgħaqqad il-gaġġa li minnha jkun ser jinħareġ il-ħut mal-gaġġa li fiha jkun ser jiddaħħal m'għandux ikun wiesa' iktar minn 10 metri u għoli iktar minn 10 metri.

    3. Meta jkun hemm distribuzzjoni multimodali tal-kejl tat-tul tal-ħut (jiġifieri jkun hemm żewġ koorti jew iktar ta' daqsijiet differenti), wieħed għandu jkun jista' juża iktar minn algoritmu ta' konverżjoni wieħed għall-istess attività ta' tqegħid fil-gaġeġ; għandhom jintużaw l-iktar algoritmi reċenti stabbiliti mill-SCRS biex it-tulijiet sal-furketta jinqalbu f'piżijiet totali skont il-kategorija tad-daqs tal-ħut imkejjel matul l-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ.

    4. Il-kejl sterjoskopiku tat-tul għandu jiġi vvalidat qabel kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ billi tintuża skala grafika f'distanza ta' bejn żewġ u tmien metri.

    5. Meta jintbagħtu r-riżultati tal-programm sterjoskopiku, għandu jintbagħat ukoll tagħrif dwar il-marġni ta' żball inerenti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema ta' kameras sterjoskopiċi, li m'għandux jaqbeż firxa ta' +/- 5 %.

    6. Ir-rapport dwar ir-riżultati tal-programm sterjoskopiku għandu jinkludi dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha msemmijin hawn fuq, fosthom l-intensità tat-teħid tal-kampjuni, il-metodu tat-teħid tal-kampjuni, id-distanza mill-kamera, id-daqs tal-bieb ta' trasferiment u l-algoritmi (ir-relazzjoni bejn it-tul u l-piż). L-SCRS għandu jeżamina mill-ġdid dawk l-ispeċifikazzjonijiet u għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex dawn jinbidlu, jekk ikun hemm bżonn.

    7. F'każijiet fejn il-filmat meħud bil-kamera sterjoskopika ma jkunx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat il-piż tat-tonn li jkun qed jitqiegħed fil-gaġeġ, l-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għar-razzett tat-tonn jew għat-tunnara għandhom jordnaw li ssir attività ġdida ta' tqegħid fil-gaġeġ.

    B.    Preżentazzjoni tar-riżultati tal-programmi u l-użu tagħhom

    1. Id-deċiżjonijiet dwar id-differenzi li jkun hemm bejn ir-rapport tal-qabdiet u r-riżultati li joħorġu mill-programm tas-sistema sterjoskopika għandhom jittieħdu fil-livell tal-AKS jew tal-qabdiet totali fit-tunnara, fil-każ tal-AKS u tal-qabdiet fit-tunnari li jkunu maħsubin biex jintbagħtu f'faċilità ta' razzett tat-tonn li jkunu jinvolvu PKK waħda u/jew Stat Membru wieħed. Id-deċiżjonijiet dwar id-differenzi li jkun hemm bejn ir-rapport tal-qabdiet u r-riżultati li joħorġu mill-programm tas-sistema sterjoskopika għandhom jittieħdu fil-livell tal-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ fil-każ tal-attivitajiet konġunti tas-sajd li jkunu jinvolvu iktar minn PKK waħda u/jew Stat Membru wieħed, sakemm l-awtoritajiet tal-PKK u/jew tal-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti tal-qbid involuti fl-attività konġunta tas-sajd ma jiftehmux kollha mod ieħor bejniethom.

    2. L-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn għandu jibgħat rapport lill-Istat Membru jew lill-PKK li tkun responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara u lill-Kummissjoni, li jinkludi d-dokumenti li ġejjin:

    (a) Rapport tekniku dwar is-sistema sterjoskopika, li jinkludi:

     tagħrif ġenerali: l-ispeċi, il-post, il-gaġġa, id-data u l-algoritmu;

     it-tagħrif statistiku dwar id-daqs: il-piż u t-tul medju, minimu u massimu, l-għadd ta' ħut li tqies fil-kampjun u d-distribuzzjoni tal-piż u tad-daqs.

    (b) Ir-riżultati dettaljati tal-programm u d-daqs u l-piż ta' kull ħuta li tqieset fil-kampjun.

    (c) rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, li għandu jinkludi:

     it-tagħrif ġenerali dwar l-attività: in-numru tal-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ, isem ir-razzett tat-tonn, in-numru tal-gaġġa, in-numru tal-BCD, in-numru tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT (ITD), isem il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara u l-bandiera tiegħu jew tagħha, isem il-bastiment tal-irmunkar u l-bandiera tiegħu, id-data tal-attività tas-sistema sterjoskopika u isem il-fajl tal-filmat;

     l-algoritmu li ntuża biex it-tul jinqaleb f'piż;

     it-tqabbil bejn l-ammonti ddikjarati fil-BCD u l-ammonti li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika għall-għadd ta' ħut, il-piż medju u l-piż totali (il-formola li għandha tintuża biex wieħed jikkalkula din id-differenza hija din li ġej: (l-ammonti li ħarġu mis-sistema sterjoskopika — il-BCD) / l-ammonti li ħarġu mis-sistema sterjoskopika * 100);

     il-marġni ta' żball tas-sistema;

     fil-każ tar-rapporti dwar it-tqegħid fil-gaġeġ li jirrigwardaw l-attivitajiet konġunti tas-sajd jew it-tunnari, l-aħħar rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ għandu jinkludi wkoll sommarju tat-tagħrif kollu mogħti fir-rapporti dwar it-tqegħid fil-gaġeġ ta' qabel.

    3. Meta jirċievu r-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bastiment tal-qbid jew tat-tunnara għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skont is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

    (a) Meta l-piż totali ddikjarat mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara fil-BCD ikun fil-medda tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika:

     m'għandha tinħareġ l-ebda ordni ta' rilaxx;

     il-BCD għandu jinbidel kemm f'termini tal-għadd ta' ħut (billi jintuża l-għadd ta' ħut li jkun ħareġ mill-użu tal-kameras ta' kontroll jew ta' tekniki alternattivi) kif ukoll fil-piż medju, iżda l-piż totali m'għandux jinbidel.

    (b) Meta l-piż totali ddikjarat mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara fil-BCD ikun inqas miċ-ċifra l-aktar baxxa tal-medda tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika:

     għandha tinħareġ ordni ta' rilaxx, li fiha għandhom tintuża ċ-ċifra l-aktar baxxa tal-medda tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika;

     l-attivitajiet tar-rilaxx għandhom jitwettqu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 34(2) u l-Anness XI;

     wara li jkunu twettqu l-attivitajiet tar-rilaxx, fil-BCD għandu jinbidel l-għadd ta' ħut (billi jintuża l-għadd ta' ħut li jkun ħareġ mill-użu tal-kameras ta' kontroll, li minnu jitnaqqas l-għadd ta' ħut mitluq il-baħar) u l-piż medju, iżda l-piż totali m'għandux jinbidel.

    (c) meta l-piż totali ddikjarat mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara fil-BCD ikun jaqbeż l-ogħla ċifra tal-medda tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika:

     m'għandha tinħareġ l-ebda ordni ta' rilaxx;

     fil-BCD għandu jinbidel il-piż totali (billi tintuża l-ogħla ċifra tal-medda tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika), l-għadd ta' ħut (billi jintużaw ir-riżultati li jkunu ħarġu mill-użu tal-kameras ta' kontroll) u l-piż medju, kif xieraq.

    4. Fil-każ ta' kwalunkwe bidla rilevanti fil-BCD, iċ-ċifri (għall-għadd u l-piż) imniżżlin fit-Taqsima 2 għandhom ikunu l-istess bħal dawn imniżżlin fit-Taqsima 6, u ċ-ċifri mniżżlin fit-Taqsimiet 3, 4 u 6 m'għandhomx ikunu ogħla minn dawk imniżżlin fit-Taqsima 2.

    5. F'każ ta' kumpens tad-differenzi li nstabu fir-rapporti individwali dwar it-tqegħid fil-gaġeġ fl-attivitajiet kollha ta' tqegħid fil-gaġeġ ta' attività konġunta tas-sajd jew ta' tunnara, kemm jekk ikun hemm bżonn issir attività ta' rilaxx u kemm jekk le, il-BCDs kollha għandhom jinbidlu abbażi tal-iktar medda baxxa tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika. Il-BCDs marbutin mal-kwantitajiet ta' tonn mitluq il-baħar ukoll għandhom jinbidlu biex ikunu jirriflettu l-piż jew l-għadd ta' tonn mitluq il-baħar. Il-BCDs marbutin mal-kwantitajiet ta' tonn li ma jkunx intelaq il-baħar iżda li r-riżultati dwaru li jkunu ħarġu mis-sistemi sterjoskopiċi jew mill-użu ta' tekniki alternattivi jkunu jvarjaw mill-kwantitajiet tiegħu ddikjarati bħala maqbudin u ttrasferiti wkoll għandhom jiġu emendati biex ikunu jirriflettu dawk id-differenzi.

    Il-BCDs marbutin mal-qabdiet li minnhom ikun intelaq it-tonn il-baħar ukoll għandhom jinbidlu biex ikunu jirriflettu l-piż jew l-għadd ta' tonn mitluq il-baħar.




    ANNESS XI

    Protokoll tar-rilaxx

    1. Ir-rilaxx tat-tonn minn ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut għal ġol-baħar għandu jiġi rreġistrat b'vidjokamera u jiġi osservat minn osservatur reġjonali tal-ICCAT li għandu jħejji rapport u jibagħtu, flimkien mal-vidjos irreġistrati, lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    2. Meta tkun inħarġet ordni tar-rilaxx, l-operatur tar-razzett tat-tonn għandu jitlob li jiġi assenjat osservatur reġjonali tal-ICCAT għal dak ir-razzett tat-tonn.

    3. Ir-rilaxx tat-tonn minn ġol-gaġeġ tat-trasport jew mit-tunnari għal ġol-baħar għandu jiġi osservat minn osservatur nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli mill-bastiment tal-irmunkar jew mit-tunnara, li għandu jħejji rapport u jibagħtu lill-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat Membru responsabbli.

    4. Qabel ma sseħħ attività ta' rilaxx, l-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istati Membri jistgħu jordnaw li jsir trasferiment ta' kontroll bl-użu ta' kameras standard u/jew sterjoskopiċi biex jiġu stmati l-għadd ta' ħut li jrid jintelaq il-baħar u l-piż tiegħu.

    5. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimplimentaw kwalunkwe miżura oħra li huma jqisu li hija meħtieġa biex ikun żgurat li l-attivitajiet ta' rilaxx jitwettqu fiż-żmien u l-post l-aktar xieraq biex tiżdied il-probabbiltà li l-ħut wara jmur lura fil-ġliba. L-operatur għandu jkun responsabbli għas-sopravivenza tal-ħut sakemm dan jintelaq il-baħar. Dawk l-attivitajiet ta' rilaxx għandhom iseħħu fi żmien tliet ġimgħat minn meta jitlestew l-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ.

    6. Wara li jitlestew l-attivitajiet tal-ħsad, il-ħut li jkun għad baqa' fir-razzett tat-tonn li ma jkunx kopert mill-BCD għandu jintelaq il-baħar skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 34(2) u f'dan l-Anness.




    ANNESS XII

    Trattament tal-ħut mejjet

    Matul l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd bil-purse seine, il-kwantitajiet ta' ħut li jinstab mejjet fit-tartarun għandhom jitniżżlu fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd u għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru kif xieraq.

    Reġistrazzjoni jew trattament tal-ħut mejjet waqt l-ewwel trasferiment

    (1) Il-BCD għandu jingħata lill-operatur tal-bastiment tal-irmunkar bit-Taqsima 2 (Il-qabda totali), it-Taqsima 3 (Il-kummerċ tal-ħut ħaj) u t-Taqsima 4 (il-ħut “mejjet”) mimlija.

    Il-kwantitajiet totali mniżżlin fit-Taqsimiet 3 u 4 għandhom ikunu daqs il-kwantitajiet imniżżlin fit-Taqsima 2. Mal-BCD għandu jkun hemm id-dikjarazzjoni oriġinali tat-trasferiment tal-ICCAT (ITD) b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-kwantitajiet imniżżlin fl-ITD (ħut ittrasferit ħaj), għandhom ikunu daqs il-kwantitajiet imniżżlin fit-Taqsima 3 tal-BCD assoċjat.

    (2) Parti mil-BCD, inkluża t-Taqsima 8 (Tagħrif dwar il-kummerċ) għandha timtela u tingħata lill-operatur tal-bastiment awżiljarju li jkun qed iġorr it-tonn mejjet lejn l-art (jew inkella din għandha tinżamm abbord il-bastiment tal-qbid jekk dan it-tonn jinħatt direttament l-art). Ma' dik il-parti tal-BCD u dak il-ħut mejjet għandu jkun hemm kopja tal-ITD.

    (3) Il-kwantitajiet ta' ħut mejjet għandhom jitniżżlu fil-BCD tal-bastiment tal-qbid li jkun qabadhom jew, fil-każ tal-attivitajiet konġunti tas-sajd, fil-BCD tal-bastimenti tal-qbid jew ta' bastiment li jtajjar bandiera oħra li jkun qed jieħu sehem fl-attività konġunta tas-sajd.




    ANNESS XIII

    Tabella ta' Korrelazzjoni



    Ir-Regolament (KE) Nru 302/2009

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikoli 1 u 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 6(1)(a)

    Artikolu 4(3) u (5)

    Artikolu 7

    Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 6(1)(a) u (2)

    Artikolu 4(6)(a), (b) u t-tieni subparagrafu

    Artikolu 54

    Artikolu 4(6), it-tielet subparagrafu

    Artikolu 20(2)

    Artikolu 4(7) sa (12)

    Artikolu 4(13)

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 4(15)

    Artikolu 17

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 6(1)(b)

    Artikolu 5(2) sa (6)

    Artikolu 9(1) sa (6)

    Artikolu 5(7),(8) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9

    Artikolu 5(9), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 6

    Artikolu 10

    Artikolu 7

    Artikoli 11 u 12

    Artikolu 8

    Artikolu 17

    Artikolu 9(1) u (2)

    Artikolu 14(1) u (2)

    Artikolu 9(3),(4),(5) u (7) sa (10)

    Anness I

    Artikolu 9(6)

    Artikolu 9(11)

    Artikolu 14(3)

    Artikolu 9(12) sa (15)

    Artikolu 15

    Artikolu 10

    Artikolu 11

    Artikolu 16(2),(3) u (5)

    Artikolu 12(1) sa (4)

    Artikolu 19

    Artikolu 12(5)

    Artikolu 13(1),(2) u (3)

    Artikolu 19

    Artikolu 13(4)

    Artikolu 14(1),(2),(3) u (5)

    Artikolu 20

    Artikolu 14(4)

    Artikolu 22(1)

    Artikolu 15

    Artikolu 23

    Artikolu 16

    Artikolu 29(1),(3) u (4)

    Artikolu 17

    Artikolu 30

    Artikolu 18(1)

    Artikolu 25

    Artikolu 18(2)

    Anness II

    Artikolu 19

    Artikolu 24(1),(2) u (3)

    Artikolu 20(1) u (2)

    Artikolu 26(1),(2) u (3)

    Artikolu 20(3) u (4)

    Artikolu 27

    Artikolu 21

    Artikolu 31(1) sa (4) u (6)

    Artikolu 22(1) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2

    Artikolu 33(1), (3) u (5)

    Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 34(1)

    Artikolu 22(3)

    Artikolu 34(2)

    Artikolu 22(4)

    Artikolu 38(1),(2) u (3)

    Artikolu 22(5)

    Anness II

    Artikolu 22(6)

    Artikolu 33(6)

    Artikolu 22(7)

    Artikolu 35(1) u Anness IX

    Artikolu 22(8) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9

    Artikolu 36

    Artikolu 22(9), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 22(10)

    Artikolu 39

    Artikolu 23

    Artikolu 32

    Artikolu 24(1)

    Artikolu 47(1)

    Artikolu 24(2),(4) u (6)

    Artikolu 40(2) sa (5)

    Artikolu 24(3)

    Artikolu 41(1) u (2)

    Artikolu 24(5)

    Artikolu 42

    Artikolu 24(7)

    Artikolu 44(1) u Anness IX

    Artikolu 24(8), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 45(1) u (2)

    Artikolu 24(9)

    Artikolu 24(10)

    Artikolu 48

    Artikolu 24a

    Anness X

    Artikolu 25

    Artikolu 49

    Artikolu 26(1)

    Artikolu 26(4)

    Artikolu 26(2)

    Artikolu 27(1)

    Artikolu 26(3)

    Artikolu 26(5)

    Artikolu 27(1)

    Artikolu 31(5)

    Artikolu 27(2)

    Artikolu 41

    Artikolu 27(3)

    Artikolu 3 punt (24)

    Artikolu 28

    Artikolu 55

    Artikolu 29

    Artikolu 52

    Artikolu 30

    Artikolu 50

    Artikolu 31(1) u (2)(a),(b),(c) u (h)

    Artikolu 51 (2) sa (6)

    Artikolu 31(2)(d) sa (g)

    Anness VII

    Artikolu 31(3) u (4)

    Anness VII

    Artikolu 32

    Artikolu 35(2),(3) u (4)

    Artikolu 44(2),(3) u (4)

    Artikolu 33

    Artikolu 33a

    Artikolu 53

    Artikolu 34

    Artikolu 56

    Artikolu 35

    Artikolu 36

    Artikolu 37

    Artikolu 57

    Artikolu 38

    Artikolu 58

    Artikolu 38a

    Artikolu 59(1) u (2)

    Artikolu 39

    Artikolu 60

    Artikolu 40

    Artikolu 41

    Artikolu 61



    ( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).

    ( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 tas-27 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1).

    ( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 (ĠU L 194, 24.7.2010, p. 1).

    ( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

    ( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

    Top