Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016D0610-20220728

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/610/2022-07-28

    02016D0610 — MT — 28.07.2022 — 005.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/610

    tad-19 ta' April 2016

    dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

    (ĠU L 104 20.4.2016, p. 21)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017

      L 146

    133

    9.6.2017

    ►M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1082 tat-30 ta' Lulju 2018

      L 194

    140

    31.7.2018

    ►M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1941 tal-10 ta' Diċembru 2018

      L 314

    54

    11.12.2018

    ►M4

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1133 tat-30 ta’ Lulju 2020

      L 247

    22

    31.7.2020

    ►M5

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1334 tat-28 ta’ Lulju 2022

      L 201

    27

    1.8.2022




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/610

    tad-19 ta' April 2016

    dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)



    Artikolu 1

    Missjoni

    1.  
    L-Unjoni għandha twettaq Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK fir-Repubblika Ċentru-Afrikan (EUTM RCA) sabiex tikkontribwixxi għar-Riforma tas-Settur tad-Difiża fir-RĊA fi ħdan il-proċess tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċentru-Afrikana kkoordinat minn MINUSCA.

    ▼M5

    2.  

    Filwaqt li taħdem biex tintlaħaq il-mira li l-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA) jsiru modernizzati, effettivi u responsabbli demokratikament, l-EUTM RCA għandha tipprovdi:

    (a) 

    pariri strateġiċi lill-Ministeru għad-Difiża tar-Repubblika Ċentru-Afrikana u lill-Persunal Ġenerali tal-FACA b’appoġġ għall-ħolqien ta’ forzi tas-sigurtà kapaċi taħt kontroll demokratiku li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju internazzjonali u l-istandards internazzjonali dwar kwistjonijiet dwar il-ġeneru, il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili, aġenda dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà (WPS) u l-aġenda dwar it-tfal u l-konflitti armati (CAAC), kif ukoll pariri lill-istabbilimenti ta’ taħriġ għal uffiċjali kkummissjonati u mhux ikkummissjonati tal-FACA sabiex tinħoloq sistema edukattiva ta’ tmexxija kapaċi;

    (b) 

    edukazzjoni għall-FACA f’oqsma mhux operattivi, inkluż id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju internazzjonali, kwistjonijiet dwar il-ġeneru, il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili, il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili, aġenda dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà (WPS) u l-aġenda dwar it-tfal u l-konflitti armati (CAAC);

    (c) 

    jekk il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà jiddeċiedi li l-kondizzjonijiet huma ssodisfati, taħriġ lill-FACA;

    (d) 

    appoġġ għall-isforzi ta’ komunikazzjoni strateġika biex jitrawmu l-valuri tal-Unjoni, tiġi promossa l-azzjoni tal-Unjoni u jinkixef il-ksur u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali mill-forzi barranin fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

    ▼B

    3.  
    L-EUTM RCA għandha tipprovdi fi ħdan il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, kompetenza militari, ta' sigurtà u tal-istat tad-dritt lid-delegazzjoni tal-Unjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

    ▼M4

    4.  
    L-EUTM RCA għandha tikkoordina mal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) u ma’ atturi internazzjonali oħra, b’mod partikolari l-MINUSCA, bil-ħsieb li jiġi żgurat l-għoti ta’ appoġġ integrat koerenti lill-Gvern u lill-forzi tas-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana.

    ▼B

    5.  
    L-EUTM RCA għandha topera skont l-objettivi politiċi u strateġiċi kif jinsabu fil-Kunċett ta' Ġestjoni ta' Kriżijiet approvat mill-Kunsill fl-14 ta' Marzu 2016.

    Artikolu 2

    Ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE

    ▼M1

    1.  
    Id-Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) għandu jkun il-kmandant tal-missjoni EUTM RCA.
    2.  
    Il-Brigadier Ġeneral Herman Ruys huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Missjoni EUTM RCA.

    ▼B

    Artikolu 3

    Għażla tal-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni

    ▼M1

    1.  
    L-MPCC għandha tkun l-istruttura statika ta' kmand u kontroll fil-livell strateġiku militari barra miż-Żona tal-Operazzjonijiet, li hija responsabbli għall-ippjanar u t-tmexxija operazzjonali ta' EUTM RCA.
    2.  
    Il-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni EUTM RCA għandhom ikunu f'Bangui u għandhom joperaw taħt il-kmand tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni.
    3.  
    Fl-MPCC għandha tiġi inkluża ċellola ta' appoġġ, li tkun tinsab fi Brussell, tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni sakemm l-MPCC tilħaq kapaċità operazzjonali sħiħa.

    ▼B

    Artikolu 4

    Ippjanar u tnedija tal-EUTM RCA

    1.  
    Ir-Regoli tal-Ingaġġ applikabbli għall-EUMAM RCA għandhom ikunu applikabbli għall-EUTM RCA fil-fażi ta' ppjanar fil-provinċja ta' Bangui.
    2.  
    L-EUTM RCA għandha tiġi mnedija b'Deċiżjoni tal-Kunsill fid-data rrakkomandata mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE wara l-approvazzjoni tal-Pjan tal-Missjoni u tar-Regoli tal-Ingaġġ.

    Artikolu 5

    Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

    1.  
    Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUTM RCA. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f'konformità mal-Artikolu 38 TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat biex jiġu emendati d-dokumenti tal-ippjanar, inkluż il-Pjan tal-Missjoni u r-Regoli tal-Ingaġġ. Għandha tinkludi wkoll is-setgħat biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħatra ►M1  tal-Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjonijiet tal-UE. ◄ Is-setgħat ta' deċiżjoni rigward l-objettivi, skop u t-tmiem tal-EUTM RCA, kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha għandhom jibqgħu f'idejn il-Kunsill.
    2.  
    Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f'intervalli regolari.
    3.  
    Il-KPS għandu, f'intervalli regolari, jirċievi rapporti mill-president tal-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) rigward kif qed timxi l-EUTM RCA. Il-KPS jista' jistieden lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M1  u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ◄ għal-laqgħat tiegħu, kif xieraq.

    Artikolu 6

    Direzzjoni militari

    1.  
    L-EUMC għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni korretta tal-EUTM RCA li ssir taħt ir-responsabbiltà tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.
    2.  
    L-EUMC għandu, f'intervalli regolari, jirċievi rapporti mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE. Huwa jista' jistieden lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M1  u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ◄ għal-laqgħat tiegħu, kif xieraq.
    3.  
    Il-president tal-EUMC għandu jaġixxi bħala l-punt ewlieni ta' kuntatt mal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

    Artikolu 7

    Konsistenza tar-rispons u l-koordinament tal-Unjoni

    1.  
    Ir-RGħ għandu jiżgura l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha mal-azzjoni esterna kollha tal-Unjoni, inklużi l-programmi ta' żvilupp tal-Unjoni u l-għajnuna umanitarja tagħha.

    ▼M1

    2.  
    Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għandu jirċievi gwida politika lokali mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

    ▼B

    3.  
    Ir-RGħ, assistit mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), għandu jaġixxi bħala l-punt ta' kuntatt ewlieni man-NU, l-awtoritajiet tar-RĊA u l-pajjiżi ġirien, l-Unjoni Afrikana (UA), il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS), kif ukoll ma' atturi internazzjonali u bilaterali oħrajn rilevanti.

    ▼M4

    4.  
    L-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bejn il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE, l-atturi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-EUAM RCA, u s-sħab strateġiċi lokali ewlenin rilevanti għall-operazzjoni għandhom jiġu definiti fil-Pjan tal-Missjoni.

    ▼B

    Artikolu 8

    Parteċipazzjoni ta' Stati terzi

    1.  
    Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, u skont il-linji gwida rilevanti tal-Kunsill Ewropew, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem fl-EUTM RCA.
    2.  
    Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS biex jistieden lil Stati terzi sabiex jipproponu kontribut u biex jieħu d-deċiżjonijiet adatti dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi proposti, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M1  f'konsultazzjoni mal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE, ◄ u l-EUMC.
    3.  
    L-arranġamenti dettaljati għall-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 37 TUE u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 TFUE. Fejn l-Unjoni u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' dan tal-aħħar f'missjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta' tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUTM RCA.
    4.  
    Stati Terzi li jagħmlu kontributi militari sinifikanti għall-EUTM RCA għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fir-rigward tat-tmexxija ta' kuljum tal-EUTM RCA bħall-Istati Membri parteċipanti tal-EUTM RCA.
    5.  
    Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu deċiżjonijiet rilevanti rigward it-twaqqif ta' Kumitat ta' Kontributuri fil-każ li xi Stati terzi jipprovdu kontributi militari sinifikanti.

    Artikolu 9

    Status tal-persunal immexxi mill-UE

    L-istatus tal-unitajiet u l-persunal immexxija mill-UE, inklużi l-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tagħhom, għandu jkun is-suġġett ta' ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 TUE u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 TFUE.

    Artikolu 10

    Arranġamenti finanzjarji

    1.  
    L-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għandhom jiġu amministrati skont id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528.

    ▼M2

    2.  
    L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perijodu sad-19 ta' Settembru 2018 għandu jkun ta' EUR 18 180 000 . Il-perċentwal ta' dan l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 15 % u l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta' 60 % għall-impenn u 15 % għall-ħlas.

    ▼M3

    3.  
    L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perijodu mill-20 ta' Settembru 2018 sad-19 ta' Settembru 2020 għandu jkun ta' EUR 26 131 485 . Il-persentaġġ ta' dan l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % u l-persentaġġ imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta' 0 % għall-impenji u 0 % għall-ħlasijiet.

    ▼M4

    4.  
    L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perijodu mill-20 ta’ Settembru 2020 sad-19 ta’ Settembru 2022 għandu jkun ta’ EUR 36 960 000 . Il-perċentwal ta’ dan l-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta’ 0 % u l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 10 % għall-impenji u 0 % għall-ħlasijiet.

    ▼M5

    5.  
    L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perjodu mill-20 ta’ Settembru 2022 sal-20 ta’ Settembru 2023 għandu jkun ta’ EUR 7 813 000 . Il-perċentwal tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 51(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 ( 1 ) għandu jkun 15 % f’impenji u 0 % għall-pagamenti.

    ▼B

    Artikolu 11

    Ċellula ta' proġetti

    1.  
    L-EUTM RCA għandu jkollha ċellola ta' proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti, biex jiġu ffinanzjati mill-Unjoni, mill-Istati Membri jew l-Istati terzi, li huma konsistenti mal-objettivi tagħha u jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mandat.
    2.  
    Athena tista' tiġġestixxi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji marbuta mal-proġetti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-Artikolu 30 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528.
    3.  
    L-Unjoni jew ir-RGħ m'għandhom taħt ebda ċirkostanza jinżammu responsabbli mill-Istati li jikkontribwixxu għal atti jew ommissjonijiet minn EUTM RCA fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

    Artikolu 12

    Rilaxx ta' informazzjoni

    1.  

    Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jgħaddi lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif adatt u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-EUTM RCA, informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-EUTM RCA, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 2 ), kif ġej:

    (a) 

    sal-livell previst mill-Ftehimiet applikabbli dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni konklużi bejn l-Unjoni u l-Istat terz konċernat; jew

    (b) 

    sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” f'każijiet oħrajn.

    2.  
    Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jgħaddi lin-NU u lill-UA, f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUTM RCA, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li hija ġġenerata għall-finijiet tal-EUTM RCA, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom isiru arranġamenti għal dak l-iskop bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u tal-UA.
    3.  
    Fil-każ ta' ħtieġa operazzjonali speċifika u immedjata, ir-RGħ għandu jkun awtorizzat ukoll jgħaddi lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li hija ġġenerata għall-finijiet tal-EUTM RCA, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dak l-iskop bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.
    4.  
    Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jgħaddi lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar EUTM RCA u li jkun kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ( 3 ).
    5.  
    Ir-RGħ jista' jiddelega tali awtorizzazzjonijiet, kif ukoll il-kapaċità li jiġu konklużi l-arranġamenti msemmija f'dan l-Artikolu, lill-uffiċjali tas-SEAE u/jew lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M1  u/jew lill-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ◄ .

    Artikolu 13

    Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

    1.  
    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    ▼M5

    2.  
    L-EUTM RCA għandha tintemm fl-20 ta’ Settembru 2023.

    ▼B

    3.  
    Din id-Deċiżjoni għandha titħassar mid-data tal-għeluq tal-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni EUTM RCA skont il-pjanijiet approvati għat-tmiem tal-EUTM RCA, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li jirrigwardaw l-awditjar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-EUTM RCA, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/528.



    ( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).

    ( 2 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

    ( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).

    Top