This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014R1333-20201212
Regulation (EU) No 1333/2014 of the European Central Bank of 26 November 2014 concerning statistics on the money markets (ECB/2014/48)
Consolidated text: Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 1333/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2014/48)
Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 1333/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2014/48)
02014R1333 — MT — 12.12.2020 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (UE) Nru 1333/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (ĠU L 359 16.12.2014, p. 97) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2015/1599 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta' Settembru 2015 |
L 248 |
45 |
24.9.2015 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/113 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-7 ta' Diċembru 2018 |
L 23 |
19 |
25.1.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1677 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-27 ta’ Settembru 2019 BĊE/2019/29 |
L 257 |
18 |
8.10.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2020/2004 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-26 ta’ Novembru 2020 |
L 412 |
31 |
8.12.2020 |
REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (UE) Nru 1333/2014
tas-26 ta' Novembru 2014
dwar l-istatistika tas-swieq monetarji
(BĊE/2014/48)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-fini ta' dan ir-Regolament:
“aġenti li jirrapportaw” [imsejħa “aġenti tar-rappurtaġġ” fir-Regolament (KE) Nru 2533/98], “residenti” u “li joqgħod” għandhom l-istess tifsira kif imfissra fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;
“istituzzjoni finanzjarja monetarja” (MFI) għandha l-istess tifsira kif imfissra fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) ( 1 ) u għandha tinftiehem li tinkludi l-fergħat kollha tal-MFI li jinsabu fl-Unjoni u l-EFTA, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor b'mod espliċitu f'xi dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament;
▼M2 —————
“korporazzjonijiet finanzjarji” tfisser unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali u produtturi tas-suq indipendenti, u li l-attività ewlenija tagħhom hija l-produzzjoni ta' servizzi finanzjarji kif stipulat fis-Sistema Ewropea riveduta tal-Kontijiet (ESA 2010) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“korporazzjonijiet mhux finanzjarji” tfisser is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif stipulat fl-ESA 2010;
“gvern ġenerali” tfisser l-unitajiet istituzzjonali li huma produtturi mhux tas-suq li l-produzzjoni tagħhom hija maħsuba għal konsum individwali u kollettiv u li huma ffinanzjati minn pagamenti obbligatorji li jsiru mill-unitajiet li jappartjenu għal setturi oħrajn, u unitajiet istituzzjonali primarjament attivi fir-ridistribuzzjoni tad-dħul u l-ġid nazzjonali kif stipulat fl-ESA 2010;
“assi ewlenin fuq il-karta tal-bilanċ” tfisser l-assi totali wara li jitnaqqsu l-assi li jifdal skont kif dawn it-termini huma ddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);
“statistiċi dwar is-suq monetarju” tfisser statistiċi marbutin ma' tranżazzjonijiet iggarantiti, mhux iggarantiti u derivattivi fi strumenti tas-suq monetarju konklużi fil-perjodu ta' rapportar rilevanti bejn aġenti li jirrapportaw u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief banek ċentrali meta t-tranżazzjoni ma tkunx għal skopijiet ta' investiment), gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR, iżda esklużi tranżazzjonijiet intragrupp;
“strument tas-suq monetarju” tfisser kwalunkwe wieħed mill-istrumenti elenkati fl-Annessi I, II u III;
“fond tas-suq monetarju” tfisser impriża ta' investiment kollettiv li teħtieġ awtorizzazzjoni bħala impriża għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli taħt id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) jew tkun fond ta' investiment kollettiv taħt id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), tinvesti f'assi għal terminu qasir u jkollha bħala objettivi distinti jew kumulattivi l-offerta ta' redditi b'mod konformi ma' rati tas-suq monetarju jew il-preżervazzjoni tal-valur ta' investiment;
“bank ċentrali” tfisser kwalunkwe bank ċentrali, indipendentement minn fejn jinsab;
“bank/banek ċentrali nazzjonali” jew “BĊN(i)” tfisser il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni;
“popolazzjoni ta' referenza li tirrapporta” tfisser MFIs residenti fiż-żona tal-euro, għajr banek ċentrali u MMFs, li jieħdu depożiti ddenominati fl-euro u/jew joħorġu kwalunkwe strument ieħor tad-dejn u/jew jagħtu self iddenominat fl-euro kif elenkat fl-Annessi I, II jew III minn/lil korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn, il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji;
“grupp” tfisser grupp ta' impriżi, inklużi iżda mhux limitati għal grupp bankarju, li jikkonsisti f'impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom huma kkonsolidati għall-finijiet tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
“fergħa” tfisser post tan-negozju li jagħmel parti legalment dipendenti minn istituzzjoni u li jwettaq direttament it-tranżazzjonijiet kollha jew uħud minnhom li huma inerenti fin-negozju tal-istituzzjoni;
“fergħa fl-Unjoni u l-EFTA” tfisser fergħa li tinsab u hija rreġistrata fi Stat Membru tal-Unjoni jew f'pajjiż tal-EFTA;
“Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles” tfisser l-organizzazzjoni intergovernattiva mwaqqfa għall-promozzjoni tal-kummerċ liberu u l-integrazzjoni ekonomika għall-benefiċċju tal-Istati Membri tagħha;
“tranżazzjoni intragrupp” tfisser tranżazzjoni fi strumenti tas-suq monetarju konkluża minn aġent li jirrapporta ma' impriża oħra li hija inkluża fl-istess dikjarazzjoni finanzjarja kkonsolidata fuq bażi sħiħa. L-impriżi li huma partijiet għat-tranżazzjoni jitqiesu li huma inklużi fl-“istess konsolidazzjoni” fuq bażi sħiħa meta t-tnejn ikunu jew:
inklużi f'konsolidazzjoni skont id-Direttiva 2013/34/UE jew l-istandards internazzjonali tar-rapportar finanzjarju (IFRS) adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew, b'rabta ma' grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz, skont il-prinċipji ta' kontabbiltà ġeneralment aċċettati ta' dak il-pajjiż terz li ġew stabbiliti bħala ekwivalenti għall-IFRS skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 ( 7 ) (jew standards ta' kontabbiltà ta' pajjiż terz li l-użu tagħhom huwa awtorizzat skont l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament); jew inkella
koperti mill-istess superviżjoni kkonsolidata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) jew, b'rabta ma' grupp li l-impriża prinċipali tiegħu għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz, l-istess superviżjoni kkonsolidata minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz ivverifikata bħala ekwivalenti għal dik irregolata mill-prinċipji stipulati fl-Artikolu 127 tad-Direttiva 2013/36/UE;
“ġurnata tax-xogħol” tfisser fir-rigward ta' kwalunkwe data li hija speċifikata fi ftehim jew f'konferma għal tranżazzjoni fi strument tas-suq monetarju, il-jum li fih il-banek kummerċjali u s-swieq tal-muniti barranin ikunu miftuħin għan-negozju ġenerali (inkluż negozjar fl-istrument tas-suq monetarju relevanti) u jsaldaw ħlasijiet fl-istess munita bħall-obbligazzjoni ta' ħlas li hija pagabbli jew ikkalkolata b'referenza għal dik id-data. Fil-każ ta' tranżazzjoni fi strument tas-suq monetarju rregolata minn ftehim prinċipali standard maħruġ mill-Federazzjoni Bankarja Ewropea (EBF), l-Assoċjazzjoni tas-Suq tas-Self (LMA), l-International Swaps and Derivatives Association, Inc. (ISDA) jew assoċjazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali primarji oħrajn tas-swieq, għandha tintuża d-definizzjoni pprovduta jew inkorporata hemm b'referenza. B'rabta mas-saldu ta' kwalunkwe tranżazzjoni fi strument tas-suq monetarju li trid tiġi saldata permezz ta' sistema ta' saldu speċifikata, għandha tfisser jum li fih dik is-sistema ta' saldu hija miftuħa għas-saldu tat-tali tranżazzjoni;
“istituzzjoni ta' kreditu” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );
“data tas-saldu ta' TARGET2” tfisser kwalunkwe jum li fih tkun miftuħa TARGET2 (Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system);
“ftehim ta' riakkwist” tfisser ftehim li permezz tiegħu il-partijiet kontraenti jidħlu fi tranżazzjonijiet li fihom parti waħda (“il-bejjiegħ”) taqbel li tbigħ lill-oħra (“ix-xerrej”) “assi” speċifikati (“titoli”, “komoditajiet” jew “assi finanzjarji oħrajn”) f'data fil-qrib bil-ħlas tal-prezz tax-xiri mix-xerrej lill-bejjiegħ, bi ftehim simultanju mix-xerrej li jerġa' jbigħ lill-bejjiegħ l-assi f'data fissa fil-ġejjieni jew fuq talba malli l-bejjiegħ iħallas il-prezz tar-riakkwist lix-xerrej. Kull tranżazzjoni ta' dan t-tip tista' tkun tranżazzjoni ta' riakkwist jew tranżazzjoni ta' xiri u rivendita. “Ftehim ta' riakkwist” jista' jfisser ukoll ftehim ta' rahan ta' assi u l-għoti ta' dritt ġenerali ta' użu mill-ġdid bi tpartit mas-self ta' flus f'data fil-qrib u r-ripagament tas-self u l-imgħax f'data fil-futur imbiegħed bi tpartit mar-ritorn tal-assi. It-tranżazzjonijiet ta' riakkwist jistgħu jsiru b'data ta' maturità predefinita (tranżazzjonijiet ta' riakkwist b'“terminu fiss”) jew mingħajr data ta' maturità predefinita li tħalli f'idejn iż-żewġ partijiet l-għażla li jaqblu jekk jirriportawx jew jitterminawx il-ftehim kull jum (tranżazzjonijiet ta' riakkwist fuq “bażi miftuħa”);
“riakkwist bi tliet partijiet” tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist li fiha parti terza hija responsabbli għall-għażla u l-ġestjoni tal-kollateral matul il-ħajja tat-tranżazzjoni;
“swap tal-kambju” tfisser tranżazzjoni ta' swap li fiha parti tbigħ lill-oħra ammont speċifikat ta' munita speċifikata malli jsir il-ħlas ta' ammont maqbul ta' munita differenti speċifikata fuq il-bażi ta' rata tal-kambju maqbula (magħrufa bħala rata tal-kambju spot) bil-patt ta' riakkwist tal-munita mibjugħa f'data fil-ġejjieni (magħrufa bħala d-data ta' maturità) malli jsir il-bejgħ tal-munita inizjalment mixtrija b'rata tal-kambju differenti (magħrufa bħala r-rata tal-kambju forward);
“swap tal-indiċi matul il-lejl” jew (OIS) tfisser swap tar-rata tal-imgħax fejn ir-rata tal-imgħax varjabbli perjodika tkun daqs il-medja ġeometrika ta' rata matul il-lejl (jew ir-rata tal-indiċi matul il-lejl) fuq terminu speċifikat. Il-pagament finali jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax fissa u r-rata matul il-lejl komposta rreġistrata tul il-ħajja tal-OIS applikata għall-ammont nominali tat-tranżazzjoni;
“Qafas ta' Basel III dwar l-LCR” (“Basel III LCR Framework”) tfisser il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità (LCR) propost mill-Kumitat ta' Basel u approvat fis-7 ta' Jannar 2013 mill-Grupp ta' Gvernaturi u Kapijiet ta' Superviżjoni, il-korp ta' sorveljanza u l-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, bħala standard regolatorju globali minimu għall-miżuri ta' likwidità ta' terminu qasir fis-settur bankarju.
Artikolu 2
Popolazzjoni attwali li tirrapporta
Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li MFI hija aġent li jirrapporta jekk l-MFI jkollha assi ewlenin fuq il-karta tal-bilanċ ikbar minn 0,35 % tal-assi ewlenin fuq il-karta tal-bilanċ tal-MFIs kollha taż-żona tal-euro fuq il-bażi tal-iktar dejta riċenti disponibbli għall-BĊE, jiġifieri:
dejta b'referenza għal tmiem Diċembru tas-sena tal-kalendarju ta' qabel in-notifika skont il-paragrafu 5; jew
jekk id-dejta msemmija f'(a) ma tkunx disponibbli, dejta b'referenza għal tmiem Diċembru tas-sena ta' qabel.
Għall-fini ta' din id-deċiżjoni, il-kalkolu tal-assi totali prinċipali fuq il-karta tal-bilanċ tal-MFI rispettiva għandu jeskludi fergħat barra l-pajjiż ospitanti tal-MFI rispettiva.
L-aġenti li jirrapportaw rappreżentattivi għandhom jingħażlu minn fost l-ikbar istituzzjonijiet ta' kreditu residenti fl-Istat Membru kkonċernat taż-żona tal-euro, fuq il-bażi tal-assi totali fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet, sakemm il-BĊNi ma jissuġġerixxux kriterji alternattivi u l-BĊE jaqbel dwarhom bil-miktub.
Artikolu 3
Rekwiżiti tar-rapportar statistiku
Artikolu 4
Tempestività
▼M2 —————
Artikolu 6
Amalgamazzjonijiet, diviżjonijiet, riorganizzazzjonijiet u insolvenzi
Għall-finijiet tal-paragrafu 5, aġent li jirrapporta għandu jitqies insolventi jekk isseħħ sitwazzjoni minn dawn li ġejjin:
jagħmel assenjament ġenerali għall-benefiċċju tal-kredituri, jew bil-għan li jidħol f'riorganizzazzjoni, arranġament jew kompożizzjoni mal-kredituri;
jammetti bil-miktub li mhuwiex kapaċi jħallas id-djun tiegħu malli jsiru dovuti;
jippreżenta jew jagħti l-kunsens għal jew jaċċetta b'mod taċitu l-ħatra ta' xi fiduċjarju, amministratur, riċevitur, likwidatur jew uffiċjal analogu għalih jew fuq il-proprjetà kollha tiegħu jew kwalunkwe parti materjali minnha;
il-preżentazzjoni ta' talba quddiem qorti jew is-sottomissjoni ta' talba li korp jew awtorità kompetenti oħrajn għal insolvenza fir-rigward tiegħu (ħlief permezz ta' kontroparti fir-rigward ta' kwalunkwe obbligu mill-aġent li jirrapporta lil dik il-kontroparti);
jiġi stralċat jew isir insolventi (jew jidħol fi kwalunkwe proċediment analogu), jew inkella jekk hu jew kwalunkwe awtorità pubblika jew entità jew persuna oħra jippreżentaw rikors għar-riorganizzazzjoni, l-arranġament, il-kompożizzjoni, l-arranġament volontarju, il-likwidazzjoni, ix-xoljiment jew rilaxx simili tiegħu minn kwalunkwe statut, liġi jew regolament attwali jew futur, bħal talba (ħlief fil-każ ta' talba għal stralċ jew kwalunkwe proċediment analogu, li fir-rigward tiegħu ma għandu japplika ebda perjodu ta' 30 jum) li ma tkunx ġiet posposta jew li ma tkunx ġiet miċħuda fi żmien 30 jum mill-preżentazzjoni tagħha;
il-ħatra ta' fiduċjarju, amministratur, riċevitur, likwidatur jew uffiċjal analogu għalih jew fuq il-proprjetà kollha tiegħu jew kwalunkwe parti materjali minnha; jew
l-organizzazzjoni ta' kwalunkwe laqgħa tal-kredituri tiegħu għall-finijiet ta' kunsiderazzjoni ta' arranġament volontarju (jew kwalunkwe proċediment analogu).
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità
Artikolu 8
Verifika u ġbir obbligatorju
Il-BĊE u l-BĊN, skont il-każ, għandu jkollhom id-dritt li jivverifikaw u, jekk hemm bżonn, jiġbru b'mod obbligatorju l-informazzjoni li l-aġenti li jirrapportaw jipprovdu skont ir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku stipulati fl-Artikolu 3 u l-Annessi I, II u III ta' dan ir-Regolament. Dan id-dritt jista' jiġi eżerċitat b'mod partikolari jekk aġent li jirrapporta ma jissodisfax l-istandards għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità ma' kunċetti u r-reviżjonijiet kif stipulat fl-Anness IV. Għandu japplika wkoll l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.
Artikolu 9
Proċedura ssimplifikata tal-emendar
Filwaqt li jieħu f'kunsiderazzjoni l-fehmiet tal-Kumitat Statistiku tas-SEBĊ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista' jagħmel emendi tekniċi għall-annessi għal dan ir-Regolament, sakemm la jibdel il-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jaffettwa l-piż tar-rapportar fuq l-aġenti li jirrapportaw. Il-Bord Eżekuttiv għandu jgħarraf lill-Kunsill Governattiv dwar kwalunkwe emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 10
L-ewwel rapportar
Artikolu 11
Klawżola ta' reviżjoni perjodika
Il-BĊE għandu jirrevedi l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament 12-il xahar wara l-ewwel rapportar u joħroġ rapport fuq dan. Skont ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport, jista' jżid jew inaqqas in-numru ta' aġenti li jirrapportaw u/jew ir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku. Wara din l-ewwel reviżjoni inizjali, kull sentejn ser isiru aġġornamenti regolari tal-popolazzjoni attwali li tirrapporta.
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet transnazzjonali
Fil-perjodu bejn l-1 ta' April 2016 sal-1 ta' Lulju 2016, l-aġenti li jirrapportaw ser jitħallew jirrapportaw statistiċi dwar is-suq monetarju għal uħud mill-jiem relevanti iżda mhux kollha lill-BĊE jew lill-BĊN relevanti. Il-BĊE jew il-BĊN relevanti jista' jispeċifika l-jiem li għalihom għandu jkun meħtieġ ir-rapportar.
Artikolu 13
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri b'konformità mat-Trattati.
ANNESS I
Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet iggarantiti
PARTI 1
TIP TA' STRUMENTI
L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti kull ftehim ta' riakkwist u kull tranżazzjoni konkluż skont dawn, inklużi tranżazzjonijiet repo bi tliet partijiet, li huma ddenominati f'euro b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu) bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR. It-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.
PARTI 2
TIP TA' DEJTA
1. Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni ( 13 ) li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:
Qasam |
Deskrizzjoni tad-dejta |
Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn |
Status tat-tranżazzjoni rrapportata |
Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel. |
|
Status ta' novazzjoni |
Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni. |
|
Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni |
Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli. |
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni |
L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-identifikatur proprjetarju ta' tranżazzjoni huwa uniku għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta. |
|
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata |
L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli. |
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti |
L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli. |
Identifikazzjoni tal-kontroparti |
Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata. |
Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI. |
Settur tal-kontroparti |
Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti. |
Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti. |
Sit tal-kontroparti |
Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti. |
Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti. |
Identifikazzjoni tal-aġent bi tliet partijiet |
L-identifikatur tal-kontroparti tal-aġent bi tliet partijiet. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għat-tranżazzjonijiet bi tliet partijiet. Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. |
Data ta' rapportar |
Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl. |
|
Kronogramma elettronika |
Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni. |
|
Data tan-negozju |
Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja. |
|
Data tas-saldu |
Id-data li fiha l-flus inizjalment jibdlu l-idejn għall-assi kif miftiehem fil-kuntratt. |
Fil-każ ta' rifinanzjament ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist fuq bażi miftuħa, anki jekk l-ebda flus ma jibdlu l-idejn. |
Data tal-maturità |
Id-data tar-riakkwist, jiġifieri d-data li fiha l-flus huma mistennija li jitħallsu lura jew jidħlu bi skambju għall-assi mirhun jew riċevut bħala kollateral. |
|
Tip ta' tranżazzjoni |
Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex għat-teħid jew għall-għoti b'self ta' flus. |
|
Ammont nominali tat-tranżazzjoni |
L-ammont f'euro inizjalment meħud jew mogħti b'self. |
|
Tip ta' rata |
Biex jiġi identifikat jekk l-istrument għandux rata fissa jew varjabbli. |
|
Rata tan-negozju |
Ir-rata tal-imgħax mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360 li biha ġie konkluż il-ftehim ta' riakkwist u li biha l-ammont ta' flus misluf huwa remunerat. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata fissa biss. |
Indiċi tar-rata ta' referenza |
In-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) tar-rata ta' referenza sottostanti li fuq il-bażi tagħha huma kkalkulati l-pagamenti perjodiċi tal-imgħax. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss. |
Firxa tal-punti bażi |
In-numru ta' punti bażi miżjudin mar-rata ta' referenza sottostanti (jekk pożittiva) jew imnaqqsin minnha (jekk negattiva) biex tiġi kkalkolata r-rata tal-imgħax attwali applikabbli għal perjodu partikolari mal-ħruġ tal-istrument b'rata varjabbli. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss. |
ISIN tal-kollateral |
L-ISIN tal-assi kollateralizzat. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa fakultattiv għal ftehimiet ta' riakkwist bi tliet partijiet li ma jsirux fuq basket ta' titoli li għalih jeżisti ISIN ġeneriku, jew tipi ta' kollateral li għalihom ebda ISIN ma huwa disponibbli. Kull meta l-ISIN tal-assi kollateralizzat ma jkunx ipprovdut, it-tip ta' kollateral, is-settur tal-emittent tal-kollateral u l-aggregazzjoni tal-kollateral iridu jiġu pprovduti. |
Aggregazzjoni ta' kollateral |
Biex jiġi indikat jekk l-assi mirhun bħala kollateral huwiex aggregazzjoni ta' kollateral. |
|
Tip ta' kollateral |
Biex tiġi identifikata l-klassi tal-assi mirhun bħala kollateral. |
Obbligatorju jekk ma jiġix ipprovdut l-ISIN. |
Settur tal-emittent tal-kollateral |
Is-settur istituzzjonali tal-emittent tal-kollateral. |
Obbligatorju jekk ma jiġix ipprovdut l-ISIN tal-kollateral. |
Indikatur speċjali tal-kollateral |
Sabiex jiġu identifikati l-ftehimiet kollha ta' riakkwist mwettqa kontra kollateral ġenerali u dawk imwettqa kontra kollateral speċjali. |
Għandu jiġi pprovdut biss jekk dan ikun fattibbli għall-aġent li jirrapporta. |
Ammont nominali kollaterali |
L-ammont nominali, f'euro, tal-assi mirhuna bħala kollateral. |
Fakultattiv għar-riakkwisti bi tliet partijiet u għal kwalunkwe tranżazzjoni li fiha l-assi mirhuna mhumiex identifikati permezz ta' ISIN. |
Haircut kollaterali |
Miżura ta' kontroll tar-riskju applikata għal kollateral sottostanti li permezz tagħha l-valur tal-kollateral sottostanti jiġi kkalkulat bħala l-valur tas-suq tal-assi mnaqqas b'ċertu perċentwal (haircut). |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ biss għal tranżazzjonijiet ta' kollateral individwali, inkella huwa fakultattiv. |
2. Livell minimu ta' materjalità:
Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR ( 14 ).
ANNESS II
Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet mhux iggarantiti
PARTI 1
TIP TA' STRUMENTI
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN):
kull self li juża l-istrumenti ddefiniti fit-tabella hawn isfel, li huma ddenominati f'euro b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu), tal-aġent li jirrapporta minn korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala grossisti skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR;
kull tranżazzjoni ta' self iddenominata f'euro lil istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu) permezz ta' depożiti mhux iggarantiti jew kontijiet ta' sejħa, jew permezz tax-xiri mill-istituzzjonijiet ta' kreditu emittenti ta' karta kummerċjali, ċertifikati ta' depożitu, noti ta' rati varjabbli u titoli ta' dejn oħrajn b'maturità sa sena.
Għall-finijiet tal-paragrafi 1(a) u (b) hawn fuq, it-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.
2. It-tabella hawn isfel tipprovdi deskrizzjoni standard iddettaljata tal-kategoriji ta' strumenti għal tranżazzjonijiet li l-aġenti li jirrapportaw huma meħtieġa jirrapportaw lill-BĊE. F'każ li l-aġenti li jirrapportaw ikunu meħtieġa jirrapportaw it-tranżazzjonijiet lill-BĊN tagħhom, il-BĊN relevanti għandhom jittrasponu dawk id-deskrizzjonijiet ta' kategoriji ta' strumenti fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.
Tip ta' strument |
Deskrizzjoni |
Depożiti |
Depożiti mhux iggarantiti li jagħtu l-imgħax (inklużi l-kontijiet tas-sejħiet iżda esklużi kontijiet kurrenti) li jew ikunu jistgħu jinfdew b'avviż jew ikollhom maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu u li jew jittieħdu (b'self) jew inkella jitqiegħdu (jingħataw b'self) mill-aġent li jirrapporta. |
Kont ta' sejħiet/self b'avviż ta' jum |
Kontijiet ta' flus kontanti b'bidliet ta' kuljum fir-rata tal-imgħax applikabbli, li jagħtu lok għal ħlasijiet ta' imgħaxijiet jew kalkoli f'intervalli regolari, u perjodu ta' notifika biex jinġibdu flus. Kont ta' tfaddil b'perjodu ta' notifika biex jinġibdu flus. |
Ċertifikat ta' depożitu |
Strument ta' dejn b'rata fissa f'forma negozjabbli jew mhux negozjabbli maħruġ minn MFI li jagħti jedd lid-detentur għal rata ta' imgħax fissa speċifika fuq terminu fiss iddefinit sa sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, li jkun jagħti l-imgħax jew ikun skontat. |
Karta kummerċjali |
Strument ta' dejn mhux iggarantit maħruġ minn MFI li jkollu maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, li jkun jagħti l-imgħax jew ikun skontat. |
Karta kummerċjali ggarantita b'assi |
Strument ta' dejn maħruġ minn MFI li jkollu maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, li jkun jagħti l-imgħax jew ikun skontat u li jkun garantit b'xi forma ta' kollateral. |
Nota ta' rata varjabbli |
Strument ta' dejn li fih il-ħlasijiet perjodiċi ta' imgħax ikunu kkalkulati fuq il-bażi tal-valur, jiġifieri permezz tal-iffissar ta' rata ta' referenza sottostanti bħar-rata interbankarja offruta f'euro (Euribor), f'dati predefiniti magħrufa bħala dati tal-iffissar, u li jkollu maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu. |
Titoli ta' dejn oħrajn b'terminu qasir |
Titoli mhux subordinati, għajr ekwità, b'maturità sa sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, maħruġa minn aġenti li jirrapportaw, li huma strumenti li normalment jistgħu jiġu nnegozjati u kkummerċjalizzati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq u li ma jagħtu lis-sid ebda dritt ta' proprjetà fuq l-istituzzjoni emittenti. Din il-partita tinkludi: (a) titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mingħajr kundizzjoni għal qligħ fiss jew qligħ stabbilit b'kuntratt fil-forma ta' ħlasijiet ta' kupuni u/jew ta' somma fissa stabbilita minn qabel f'data speċifika (jew dati speċifiċi) jew li tibda minn data stabbilita fil-ħin tal-ħruġ; (b) strumenti li mhumiex negozjabbli maħruġa minn aġenti li jirrapportaw li sussegwentement isiru negozjabbli u li għandhom ikunu kklassifikati mill-ġdid bħala “titoli ta' dejn”. |
PARTI 2
TIP TA' DEJTA
1. Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni ( 15 ) li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:
Qasam |
Deskrizzjoni tad-dejta |
Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki addizzjonali |
Status tat-tranżazzjoni rrapportata |
Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel. |
|
Status ta' novazzjoni |
Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni. |
|
Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni |
Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli. |
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni |
L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni hija unika għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta. |
|
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata |
L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli. |
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti |
L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli. |
Identifikazzjoni tal-kontroparti |
Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata. |
Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI. |
Settur tal-kontroparti |
Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti. |
Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti. |
Sit tal-kontroparti |
Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti. |
Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti. |
Data ta' rapportar |
Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl. |
|
Kronogramma elettronika |
Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni. |
|
Data tan-negozju |
Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja rrapportata. |
|
Data tas-saldu |
Id-data li fiha l-ammont ta' flus jibdel l-idejn bejn il-kontropartijiet jew li fiha jiġi saldat ix-xiri jew il-bejgħ ta' strument ta' dejn. |
Fil-każ ta' kontijiet ta' sejħa u għoti/teħid b'self mhux iggarantit ieħor mifdi b'notifika, id-data li fiha jiġi rrifinanzjat id-depożitu (jiġifieri li fiha kien jitħallas lura li kieku ġie eżerċitat/ma ġiex rifinanzjat). |
Data tal-maturità |
Id-data li fiha l-ammont ta' flus huwa mistenni li jitħallas lura mill-mutwatarju jew li fiha strument ta' dejn jimmatura u huwa mistenni li jitħallas lura. |
|
Tip ta' strument |
L-istrument li permezz tiegħu jsir it-teħid jew l-għoti b'self. |
|
Tip ta' tranżazzjoni |
Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex teħid jew għoti b'self ta' flus. |
|
Ammont nominali tat-tranżazzjoni |
L-ammont ta' flus f'euro mogħti jew meħud b'self fuq depożiti. Fil-każ ta' titoli ta' dejn, huwa l-ammont nominali tat-titoli maħruġa/mixtrija. |
|
Prezz tan-negozju tat-tranżazzjoni |
Il-prezz maħmuġ (jiġifieri l-prezz li jinkludi kwalunkwe imgħax akkumulat) li bih it-titolu jinħareġ jew jiġi nnegozjat f'punti perċentwali. |
Għandu jiġi rrapportat bħala 100 għal depożiti mhux garantiti. |
Tip ta' rata |
Biex jiġi identifikat jekk l-istrument għandux rata fissa jew varjabbli. |
|
Rata tan-negozju |
Ir-rata tal-imgħax mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360 li biha ġie konkluż id-depożitu u li biha l-ammont ta' flus misluf huwa remunerat. Fil-każ ta' strumenti ta' dejn, din hija r-rata effettiva tal-imgħax, mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360, li biha nħareġ jew inxtara l-istrument. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata fissa biss. |
Indiċi tar-rata ta' referenza |
In-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) tar-rata ta' referenza sottostanti li fuq il-bażi tagħha huma kkalkulati l-pagamenti perjodiċi tal-imgħax. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss. |
Firxa tal-punti bażi |
In-numru ta' punti bażi miżjudin mal-indiċi tar-rata ta' referenza sottostanti (jekk pożittiv) jew imnaqqsin minnu (jekk negattiv) biex tiġi kkalkolata r-rata tal-imgħax attwali applikabbli għal perjodu partikolari mal-ħruġ tal-istrument b'rata varjabbli. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss. |
Sejħa jew bejgħ |
Biex jiġi identifikat jekk l-istrument għandux opzjoni ta' xiri jew opzjoni ta' bejgħ |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti eżerċitabbli jew puttable biss. |
L-ewwel data tal-opzjoni eżerċitabbli/put |
L-ewwel data li fiha l-opzjoni eżerċitabbli/put tista' tiġi eżerċitata. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ biss għal strumenti b'opzjoni eżerċitabbli jew b'opzjoni put li tista' tiġi eżerċitata f'data definita minn qabel jew f'diversi dati ddefiniti minn qabel. |
Perjodu ta' notifika għall-opzjoni eżerċitabbli/put |
In-numru ta' jiem tal-kalendarju li d-detentur tal-opzjoni/l-emittent tal-istrument jagħti lill-emittent/lid-detentur tal-istrument qabel jeżerċita l-opzjoni put/eżerċitabbli. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ biss għall-istrumenti/għat-tranżazzjonijiet kollha b'perjodu ta' notifika għall-opzjoni eżerċitabbli/put u għad-depożiti mifdijin b'perjodu ta' notifika maqbul minn qabel. |
2. Livell minimu ta' materjalità:
Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR.
ANNESS III
Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet derivattivi
PARTI 1
TIP TA' STRUMENTI
L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN):
kull tranżazzjoni ta' swap ta' kambju barrani, fejn l-euro jinxtraw/jinbiegħu spot kontra munita barranija u jerġgħu jinbiegħu jew jerġgħu jinxtraw f'data forward b'rata forward ta' kambju miftiehma minn qabel b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu tal-parti spot tat-tranżazzjoni ta' swap ta' kambju barrani), bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR;
tranżazzjonijiet ta' swaps ta' indiċi mil-lejl għan-nhar (OIS) iddenominati f'euro bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR.
Għall-finijiet tal-paragrafi 1(a) u (b) hawn fuq, it-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.
PARTI 2
TIP TA' DEJTA
1. Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni ( 16 ) għal tranżazzjonijiet ta' swaps tal-kambju li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:
Qasam |
Deskrizzjoni tad-dejta |
Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn |
Status tat-tranżazzjoni rrapportata |
Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel. |
|
Status ta' novazzjoni |
Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni. |
|
Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni |
Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli. |
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni |
L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni hija unika għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta. |
|
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata |
L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli. |
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti |
L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli. |
Identifikazzjoni tal-kontroparti |
Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata. |
Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI. |
Settur tal-kontroparti |
Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti. |
Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti. |
Sit tal-kontroparti |
Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti. |
Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti. |
Data ta' rapportar |
Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl. |
|
Kronogramma elettronika |
Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni. |
|
Data tan-negozju |
Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja rrapportata. |
|
Data tal-valur spot |
Id-data meta parti waħda tbiegħ lill-oħra ammont speċifikat ta' munita speċifikata kontra l-ħlas ta' ammont miftiehem ta' munita differenti speċifikata bbażata fuq rata tal-kambju miftiehma li hija magħrufa bħala r-rata tal-kambju spot. |
|
Data tal-maturità |
Id-data meta t-tranżazzjoni ta' swap ta' kambju tiskadi u l-munita mibjugħa fid-data tal-valur spot terġa' tinxtara. |
|
Tip ta' tranżazzjoni ta' kambju |
Dan l-attribut jispeċifika jekk l-ammont ta' euro rraportat taħt l-ammont nominali tranżazzjonali jinxtarax jew jinbiegħx fid-data tal-valur spot. Dan għandu jirreferi għall-ispot tal-euro, jiġifieri jekk l-euro tinxtarax jew tinbiegħx fid-data tal-valur spot. |
|
Ammont nominali tat-tranżazzjoni |
L-ammont nominali f'euro ta' swap tal-kambju. |
|
Kodiċi tal-munita barranija |
Il-kodiċi ISO internazzjonali bi tliet numri tal-munita mixtrija/mibjugħa bi skambju għall-euro. |
|
Rata spot tal-kambju |
Ir-rata tal-kambju bejn l-euro u l-munita barranija għall-parti spot tat-tranżazzjoni swap tal-kambju. |
|
Punti bil-quddiem tal-kambju barrani |
Id-differenza bejn ir-rata forward tal-kambju u r-rata spot tal-kambju espressa f'punti bażi kkwotati skont il-konvenzjonijiet prevalenti tas-suq għall-par ta' muniti rispettivi. |
|
2. Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni għal tranżazzjonijiet tal-OIS li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:
Qasam |
Deskrizzjoni tad-dejta |
Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn |
Status tat-tranżazzjoni rrapportata |
Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel. |
|
Status ta' novazzjoni |
Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni. |
|
Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni |
Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli. |
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni |
L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni hija unika għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta. |
|
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata |
L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli. |
Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti |
L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni. |
Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli. |
Identifikazzjoni tal-kontroparti |
Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata. |
Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI. |
Settur tal-kontroparti |
Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti. |
Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti. |
Sit tal-kontroparti |
Il-kodiċi tal-pajjiż tal-(ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti. |
Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti. |
Data ta' rapportar |
Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl. |
|
Kronogramma elettronika |
Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni. |
Fakultattiv. |
Data tan-negozju |
Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja. |
|
Data tal-bidu |
Id-data li fiha tiġi kkalkolata r-rata matul il-lejl tal-parti varjabbli. |
|
Data tal-maturità |
L-aħħar data tat-terminu li matulu hija kkalkolata r-rata komposta matul il-lejl. |
|
Rata tal-imgħax fissa |
Ir-rata fissa użata fil-kalkolu tal-ħlas tal-OIS. |
|
Tip ta' tranżazzjoni |
Dan l-attribut jispeċifika jekk l-aġent li jirrapporta jħallasx jew jirċevix ir-rata tal-imgħax fissa. |
|
Ammont nominali tat-tranżazzjoni |
L-ammont nominali tal-OIS. |
|
3. Livell minimu ta' materjalità:
Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR.
ANNESS IV
Standards minimi li jridu jiġu applikati mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta
L-aġenti li jirrapportaw iridu jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jilħqu r-rekwiżiti tar-rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
1. Standards minimi għat-trażmissjoni:
ir-rapportar irid isir fil-ħin u fi ħdan id-dati ta’ skadenza stipulati mill-BĊE u l-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti;
ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format tagħhom mir-rekwiżiti tar-rapportar tekniku stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti;
l-aġent li jirrapporta jrid jipprovdi d-dettalji ta’ persuna jew persuni ta’ kuntatt lill-BĊE u lill-BĊN relevanti;
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni tad-dejta lill-BĊE u l-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti.
2. Standards minimi għall-preċiżjoni:
l-informazzjoni statistika trid tkun korretta;
l-aġenti li jirrapportaw għandhom ikunu kapaċi jagħtu informazzjoni dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta mibgħuta;
l-informazzjoni statistika trid tkun kompluta u m’għandhiex ikollha lakuni kontinwi u strutturali; il-lakuni eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊE u lill-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, mimlija mill-aktar fis;
l-aġenti li jirrapportaw iridu jsegwu d-dimensjonijiet, il-politika ta’ tqarrib u d-deċimali stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika tad-dejta;
l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrispondu bl-informazzjoni meħtieġa sad-dati ta’ skadenza stabbiliti mill-BĊE jew mill-BĊN relevanti għal kwalunkwe komunikazzjoni mill-BĊE jew mill-BĊN relevanti li titlobhom jikkonfermaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni statistika jew biex iwieġbu għal kwalunkwe mistoqsija dwar il-preċiżjoni tagħha.
3. Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:
l-informazzjoni statistika għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f’dan ir-Regolament;
f’każ ta’ devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jimmonitorjaw u jikkwantifikaw, fuq bażi regolari, id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f’dan ir-Regolament;
l-aġenti li jirrapportaw għandhom ikunu jistgħu jispjegaw interruzzjonijiet fid-dejta trażmessa meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi preċedenti.
4. Standards minimi għal reviżjonijiet:
Il-politika ta’ reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN relevanti għandhom jiġu segwiti. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari għandhom jiġu akkumpanjati b’noti ta’ spjegazzjoni.
5. L-istandards minimi għall-integrità tad-dejta:
l-informazzjoni statistika trid tkun ikkumpilata u trażmessa mill-aġenti li jirrapportaw b’mod imparzjali u oġġettiv;
l-iżbalji fid-dejta trażmessa jridu jiġu kkoreġuti u kkomunikati mill-aġenti li jirrapportaw lill-BĊE u lill-BĊN relevanti fl-iqsar żmien possibbli.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
( 3 ) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
( 4 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 5 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skont id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66).
( 8 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
( 9 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 10 ) is-CET jieħu inkunsiderazzjoni l-bidla fil-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali.
( 11 ) Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' April 2011 dwar il-mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1).
( 12 ) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta' Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat, li jikkonċerna d-diviżjoni ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47).
( 13 ) L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-data huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
( 14 ) Ara “Basel III: Il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità u l-għodda ta' monitoraġġ tar-riskju ta' likwidità”, il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Jannar 2013, pp. 23 sa 27, disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fl-indirizz: www.bis.org.
( 15 ) L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
( 16 ) L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.