This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014R0806-20240513
Regulation (EU) No 806/2014 of the European Parliament and of the Council of 15 July 2014 establishing uniform rules and a uniform procedure for the resolution of credit institutions and certain investment firms in the framework of a Single Resolution Mechanism and a Single Resolution Fund and amending Regulation (EU) No 1093/2010
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010
Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010
02014R0806 — MT — 13.05.2024 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 806/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Lulju 2014 (ĠU L 225 30.7.2014, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2019/877 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2019 |
L 150 |
226 |
7.6.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/2033 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Novembru 2019 |
L 314 |
1 |
5.12.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/23 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru 2020 |
L 22 |
1 |
22.1.2021 |
|
DIRETTIVA (UE) 2024/1174 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ April 2024 |
L 1174 |
1 |
22.4.2024 |
REGOLAMENT (UE) Nru 806/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Lulju 2014
li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010
PARTI I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 li huma stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti msemmija fl-Artikolu 4.
Dawn ir-regoli uniformi u dik il-proċedura uniformi għandhom jiġu applikati mill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni stabbilit skont l-Artikolu 42 (“il-Bord”) flimkien mal-Kunsill u l-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni fil-qafas tal-mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni (SRM, “single resolution mechanism”) stabbilit minn dan ir-Regolament. L-SRM għandu jkun sostnut minn fond uniku ta' riżoluzzjoni (“il-Fond”).
L-użu tal-Fond għandu jkun kontinġenti fuq id-dħul fis-seħħ ta' ftehim fost l-Istati Membri parteċipanti (“il-Ftehim”) dwar it-trasferiment ta' fondi li jinġabru fil-livell nazzjonali għall-Fond kif ukoll dwar il-fużjoni progressiva tal-fondi differenti li jinġabru fil-livell nazzjonali biex jiġu allokati lill-kompartimenti nazzjonali tal-Fond.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet li ġejjin:
istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti f' Stat Membru parteċipanti;
impriżi prinċipali, inklużi kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji holding finanzjarji mħallta. stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti, fejn ikunu soġġetti għal superviżjoni konsolidata mwettqa mill-BĊE skont l-Artikolu 4(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti meta jkunu koperti mis-superviżjoni konsolidata tal-impriża prinċipali mwettqa mill-BĊE skont l-Artikolu 4(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;
“awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni” tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru parteċipanti skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE;
“awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti” tfisser awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru parteċipanti fejn hi stabbilita entità jew entità tal-grupp;
“kondizzjonijiet ta' riżoluzzjoni” tfisser il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(1);
“pjan ta' riżoluzzjoni” tfisser pjan imfassal skont l-Artikolu 8 jew 9;
“pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp” tfisser pjan għal riżoluzzjoni ta' grupp imfassal skont l-Artikoli 8 jew 9;
“għanijiet ta' riżoluzzjoni” tfisser l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 14;
“għodda ta' riżoluzzjoni” tfisser għodda ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2);
“azzjoni ta' riżoluzzjoni” tfisser id-deċiżjoni li entità msemmija fl-Artikolu 2 titpoġġa taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 18, l-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju ta' setgħa jew setgħat ta' riżoluzzjoni;
“depożiti koperti” tfisser depożiti kif definit fl-Artikolu 2(1)(5) tad-Direttiva 2014/49/UE;
“depożiti eliġibbli” tfisser depożiti eliġibbli kif definit fl-Artikolu 2(1)(4) tad-Direttiva 2014/49/UE;
“istituzzjoni” tfisser istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment koperta minn superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 2(c);
“istituzzjoni taħt riżoluzzjoni” tfisser entità msemmija fl-Artikolu 2, li fir-rigward tagħha qed tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni;
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fl-Artikolu 4(1)(26) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“kumpanija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“kumpanija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1)tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni'” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“intrapriża prinċipali” tfisser intrapriża prinċipali kif definit fil-punt (15)(a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“sussidjarja” tfisser sussidjarja kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għall-finijiet li jiġu applikati l-Artikolu 8, l-Artikolu 10(10), l-Artikoli 12 sa 12k, 21 u 53 ta' dan ir-Regolament għal gruppi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-punt (24b) ta' dan il-paragrafu, tinkludi, fejn u kif adatt, istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-korp ċentrali nnifsu, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom, b'kont meħud tal-mod kif tali gruppi ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-Artikolu 12f(3) ta' dan ir-Regolament;
“sussidjarja materjali” tfisser sussidjarja materjali kif definita fil-punt (135) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“fergħa” tfisser fergħa kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“grupp” tfisser impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, li huma entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 2;
“grupp transkonfinali” tfisser grupp li għandu entitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 2 stabbiliti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed;
“entità ta' riżoluzzjoni” tfisser persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru parteċipanti li, skont l-Artikolu 8, tiġi identifikata mill-Bord bħala entità li fir-rigward tagħha l-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi għal azzjoni ta' riżoluzzjoni;
“grupp ta' riżoluzzjoni” tfisser:
entità ta' riżoluzzjoni, flimkien mas-sussidjarji tagħha li mhumiex:
entitajiet ta' riżoluzzjoni minnhom infushom;
sussidjarji ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn; jew
entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz li mhumiex inklużi fil-grupp ta' riżoluzzjoni taħt il-pjan ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom; jew
istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali u l-korp ċentrali stess meta għall-inqas waħda minn dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew il-korp ċentrali jkunu entità ta' riżoluzzjoni, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom;
“istituzzjoni dinjija ta' importanza sistemika” jew “G-SII” tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“bażi kkonsolidata” tfisser il-bażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata kif definit fil-punt (47) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“is-superviżur li jikkonsolida” tfisser is-superviżur li jikkonsolida kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp” tfisser l-awtorità ta' riżoluzzjoni fl-Istat Membru parteċipanti fejn l-istituzzjoni jew impriża prinċipali soġġetta għas- superviżjoni konsolidata fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi Stati Membri parteċipanti skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/EU huwa stabbilit;
“skema ta' protezzjoni istituzzjonali” jew “IPS”, tfisser arranġament li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja” tfisser għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jew kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika oħra fil-livell supranazzjonali, li jekk tiġi pprovduta fil-livell nazzjonal tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li tiġi pprovduta sabiex tiġi ppreservata jew tinġieb lura l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament jew ta' grupp li tali entità tagħmel parti minnu;
“għodda tal-bejgħ ta' operat” tfisser il-mekkaniżmu biex isir it-trasferiment minn awtorità ta' riżoluzzjoni, ta' strumenti ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil xerrej li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja, skont l-Artikolu 24;
“għodda ta' istituzzjoni tranżitorja” tfisser il-mekkaniżmu għat-trasferiment ta' strumenti oħra ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil istituzzjoni tranżitorja, skont l-Artikolu 25;
“għodda ta' separazzjoni tal-assi” tfisser il-mekkaniżmu biex isir trasferiment ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lejn mezz ta' mmaniġġjar tal-assi skont l-Artikolu 26;
“għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna” tfisser il-mekkaniżmu biex jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni fir-rigward ta' obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 27;
“mezzi finanzjarji disponibbli” tfisser il-flus kontanti, id-depożiti, l-assi u l-impenji irrevokabbli ta' pagament disponibbli għall-Fond għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 76(1);
“livell immirat” tfisser l-ammont ta' mezzi finanzjarji disponibbli li għandu jintlaħaq skont l-Artikolu 69(1).
“Ftehim” tfisser il-ftehim dwar it-trasferiment u l-mutwalizzazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond;
“perijodu ta' tranżizzjoni” tfisser il-perijodu mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif determinat skont l-Artikolu 99(2) u (6) sakemm il-Fond jilħaq il-livell immirat jew sal-1 ta' Jannar 2024, skont liema minnhom jiġi l-ewwel;
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (50) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“strumenti ta' dejn” tfisser bonds u forom oħra ta' dejn trasferibbli, strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn, u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta' strumenti ta' dejn;
“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif definit fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“rekwiżiti ta' fondi proprji” tfisser rekwiżiti kif stipulat fl-Artikoli 92 sa 98 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“stralċ” tfisser ir-realizzazzjoni ta' assi ta' entità msemmija fl-Artikolu 2;
“derivattiv”, tfisser derivattiv kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
“setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni” tfisser is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 21;
“Strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni” tfisser strumenti kapitali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 28(1) sa (4), fl-Artikolu 29(1) sa (5) jew fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni” tfisser kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“Strumenti addizzjonali tal-Grad 1” tfisser strumenti kapitali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“Strumenti tal-Grad 2” tfisser strumenti kapitali jew dejn subordinat li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“ammont aggregat” tfisser l-ammont aggregat li għalih l-awtorità ta' riżoluzzjoni vvalutat li l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ trid issirilhom valwazzjoni negattiva jew jiġu kkonvertiti, skont l-Artikolu 27(13);
“obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna” tfisser obbligazzjonijiet u strumenti kapitali li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew bħala strumenti addizzjonali tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 u li mhumiex esklużi mill-ambitu tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(3);
“obbligazzjonijiet eliġibbli” tfisser obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna li jissodisfaw, kif applikabbli, il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 12c jew tal-punt (a) tal-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, u strumenti tal-Grad 2 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“strumenti eliġibbli subordinati” tfisser strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-paragrafi (3) sa (5) tal-Artikolu 72b ta' dak ir-Regolament;
“skema ta' garanzija tad-depożiti” tfisser skema ta' garanzija tad-depożiti introdotta u uffiċjalment rikonoxxuta minn Stat Membru skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/49/UE 2014/49/UE;
“strumenti kapitali rilevanti” tfisser strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali u strumenti tal-Grad 2;
“bond kopert” tfisser strument kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“depożitant” tfisser depożitant kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE;
“investitur” tfisser investitur fis-sens tal-punt (4) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“rekwiżit ta' riżerva kombinata” tfisser rekwiżit ta' riżerva kombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 4
Stati Membri parteċipanti
L-irkupri għandhom jinkludu l-parti tal-kompartiment li tikkorrispondi għall-Istat Membru kkonċernat li mhijiex soġġetta għall-mutwalizzazzjoni. Jekk matul il-perijodu tranżitorju, kif stabbilit fil-Ftehim, l-irkupru tal-parti mhux mutwalizzata ma jkunx biżżejjed sabiex jippermetti l-finanzjament tal-istabbiliment, min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat, tal-arranġament finanzjarju nazzjonali tiegħu f'konformità mad-Direttiva 2014/59/UE, l-irkupri għandhom jinkludu wkoll it-total jew parti tal-parti tal-kompartiment li tikkorrispondi għal dak l-Istat Membru soġġett għal mutwalizzazzjoni skont il-Ftehim jew inkella, wara l-perijodu ta' tranżizzjoni, it-total jew parti tal-kontribuzzjonijiet trasferiti mill-Istat Membru kkonċernat waqt il-kooperazzjoni mill-qrib, f'ammont suffiċjenti li jippermetti l-finanzjament ta' dak l-arranġament finanzjarju nazzjonali.
Fl-evalwazzjoni tal-ammont ta' mezzi finanzjarji li għandhom jiġu rkuprati mill-parti mutwalizzata jew inkella, wara l-perijodu ta' tranżizzjoni, mill-Fond, għandu jittieħed kont tal-kriterji addizzjonali li ġejjin:
il-mod kif saret it-terminazzjoni tal-kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, jekk seħħx b'mod volontarju, skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, jew le;
l-eżistenza ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li jkunu għaddejjin fid-data tat-terminazzjoni;
iċ-ċiklu ekonomiku tal-Istat Membru kkonċernat mid-data tat-terminazzjoni.
L-irkupri għandhom jitqassmu matul perjodu limitat proporzjonat mat-tul ta' żmien tal-kooperazzjoni mill-qrib. Is-sehem tal-Istat Membru rilevanti tal-mezzi finanzjarji mill-Fond użati għal azzjonijiet ta' riżoluzzjoni matul il-perijodu ta' kooperazzjoni mill-qrib għandu jitnaqqas minn dawk l-irkupri.
Artikolu 5
Relazzjoni mad-Direttiva 2014/59/UE u l-liġi nazzjonali applikabbli
Il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu soġġetti għal standards tekniċi regolatorji u implimentattivi vinkolanti żviluppati mill-ABE u adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 10 sa 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u kwalunkwe linji gwida u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE skont l-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament. Dawn għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma' kwalunkwe linji gwida u rakkomandazzjoni tal-ABE li huma relatati ma' kompiti tali li għandhom jitwettqu minn dawn il-korpi. Fil-każ fejn dawn ma jikkonformawx jew m'għandhomx il-ħsieb jikkonformaw ma' tali linji gwida jew rakkomandazzjonijiet, l-ABE għandha tiġi infurmata dwar dan skont l-Artikolu 16(3) ta' dak ir-Regolament. Il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw mal-ABE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 25 u 30 ta' dak ir-Regolament. Il-Bord għandu wkoll ikun soġġett għal kwalunkwe deċiżjoni tal-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-każ fejn id-Direttiva 2014/59/UE tkun tipprovdi għal tali deċiżjonijiet.
Artikolu 6
Prinċipji ġenerali
Meta jittieħdu deċiżjonijiet jew azzjonijiet, li jista' jkollhom impatt f'aktar minn Stat Membru wieħed, u partikolarment meta jittieħdu deċiżjonijiet fir-rigward ta' gruppi stabbiliti f'żewġ Stati Membri jew aktar, għandhom jitqiesu kif dovut l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 14 u l-fatturi kollha li ġejjin:
l-interessi tal-Istati Membri fejn il-grupp jopera u partikolarment l-impatt ta' kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja, ir-riżorsi fiskali, l-ekonomija, il-Fond u l-arranġamenti ta' finanzjament, l-iskema ta' garanzija tad-depożiti jew l-iskema ta' kumpens għall-investituri ta' kwalunkwe minn dawn l-Istati Membri u l-Fond;
l-objettiv li jiġu bbilanċjati l-interessi ta' diversi Stati Membri involuti u li jiġi evitat li jiġu ppreġudikati jew protetti inġustament l-interessi ta' Stat Membru;
il-ħtieġa li jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq kwalunkwe parti ta' grupp li tiegħu hija membru entità msemmija fl-Artikolu 2, li hija soġġetta għal riżoluzzjoni.
Artikolu 7
It-tqassim tal-kompiti fi ħdan l-SRM
Soġġett għad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31(1), il-Bord għandu jkollu r-responsabbiltà li jfassal il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u jadotta d-deċiżjonijiet kollha relatati mar-riżoluzzjoni għal:
l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 li ma jagħmlux parti minn grupp, u l-gruppi:
li huma meqjusa bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013; jew
li fir-rigward tagħhom il-BĊE jkun iddeċieda skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, li jeżerċita direttament is-setgħat rilevanti kollha,; u
gruppi transkonfinali oħrajn.
Fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Bord b'rabta mal-kompiti konferiti lilu b'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom iwettqu, u jkunu responsabbli għall-kompiti li ġejjin:
l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni u twettiq ta' valutazzjoni tar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 8 u 10 u mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9;
l-adozzjoni ta' miżuri matul l-intervent bikri skont l-Artikolu 13(3);
l-applikazzjoni ta' obbligi simplifikati jew ir-rinunzja tal-obbligu ta' tfassil tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 11;
it-twaqqif tal-livell tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, skont l-Artikoli 12 sa 12k;
l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni u l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni msemmiija f'dan ir-Regolament, skont il-proċeduri u s-salvagwardji rilevanti, bil-kondizzjoni li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni ma tkunx teħtieġ xi użu tal-Fond u tkun iffinanzjata esklużivament mill-għodod msemmija fl-Artikoli 21 u 24 sa 27 u/jew mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti, skont l-Artikolu 79, u l-proċedura stipulata fl-Artikolu 31;
il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti skont l-Artikolu 21, f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 31.
Jekk l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun teħtieġ l-użu tal-Fond, il-Bord għandu jadotta l-iskema ta' riżoluzzjoni.
Meta jadottaw deċiżjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu u jsegwu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 9, sakemm ma jivvalutawx, b'konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi tar-riżoluzzjoni se jintlaħqu b'mod aktar effikaċi billi jittieħdu azzjonijiet li mhumiex previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni.
Meta jwettqu l-kompiti msemmija f'dan il-paragrafu, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament. Kwalunkwe referenza għall-Bord fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(6), (8), (12) u (13), l-Artikolu 10(1) sa (10), l-Artikoli 11 sa 14, l-Artikolu 15(1), (2) u (3), l-Artikolu 16, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1), l-Artikolu 18(2) u (6), l-Artikolu 20, l-Artikolu 21(1) sa (7), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(8), l-Artikolu 21(9) u (10), l-Artikolu 22(1), (3) u (6), l-Artikoli 23 u 24, l-Artikolu 25(3), l-Artikolu 27(1) sa (15) u it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu, it-tielet subparagrafu, u l-ewwel, it-tielet u r-raba' sentenzi tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 27(16), u l-Artikolu 32 għandhom jinqraw bħala referenzi għall-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-gruppi u l-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Għal dak il-għan l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jeżercitaw is-setgħat mogħtija lilhom skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2014/59/UE u skont il-kondizzjonijiet stipulati mil-liġi nazzjonali.
L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw lill-Bord bil-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu li għandhom jittieħdu u għandhom jikkoordinaw mill-qrib mal-Bord meta jieħdu dawk il-miżuri.
L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jippreżentaw il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll kwalunkwe aġġornamenti, lill-Bord, flimkien ma' valutazzjoni ġustifikata tar-riżolvibbiltà tal-entità jew grupp konċernati skont l-Artikolu 10.
Fejn ikun neċessarju biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' standards ta' riżoluzzjoni għolja skont dan ir-Regolament, il-Bord jista':
b'referenza għan-notifika minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' miżura skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu skont l-Artikolu 31(1), fil-perijodu ta' żmien adegwat u b'kont meħud tal-urġenza taċ-ċirkostanzi, joħroġ twissija lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti fil-każ fejn il-Bord iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni fir-rigward ta' kwalunkwe entità jew grupp imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jew mal-istruzzjonijiet ġenerali tiegħu msemmija fl-Artikolu 31(1)(a);
jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin, b'mod partikolari jekk it-twissija tiegħu msemmija fil-punt (a) mhijiex qed tiġi indirizzata b'mod adegwat, fuq -inizjattiva proprja, wara li jikkonsulta l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni kkonċernata, jew fuq talba mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni kkonċernata, li jeżerċita direttament is-setgħat rilevanti kollha skont dan ir-Regolament, anke fir-rigward ta' kwalunkwe entità jew grupp imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
PARTI II
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI
TITOLU I
FUNZJONIJIET FL-SRM U REGOLI PROĊEDURALI
KAPITOLU 1
Ippjanar ta' riżoluzzjoni
Artikolu 8
Pjanijiet ta' riżoluzzjoni mfassla mill-Bord
L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 9 għandha tiġi żvelata lill-entità kkonċernata. ◄
Meta jfassal u jaġġorna l-pjan ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu jidentifika kull impediment materjali għar-riżolvibbiltà u, fejn ikun neċessarju u proporzjonat, jiddefinixxi l-azzjonijiet rilevanti dwar kif jistgħu jiġu indirizzati dawn l-impedimenti, skont l-Artikolu 10.
Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jqis xenarji rilevanti inkluż li l-każ ta' falliment jista' jkun idjosinkratiku jew jista' jseħħ fi żmien ta' instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha.
Il-pjan ta' riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbilit skont l-Artikolu 67;
kwalunkwe assistenza likwida ta' emerġenza minn bank ċentrali; jew
kwalunkwe assistenza likwida minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateral, maturità jew rata ta' interessi mhux standard.
Il-pjan ta' riżoluzzjoni għal kull entità għandu jinkludi, b'mod kwantifikat fejn xieraq u possibbli:
sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan;
sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni li seħħew wara li kienet ippreżentata l-aħħar informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni;
turija ta' kif il-funzjonijiet kritiċi u l-linji ewlenin ta' negozju jistgħu legalment u ekonomikament jiġu separati, sal-punt meħtieġ, minn funzjonijiet oħra sabiex tiġi żgurata l-kontinwità malli tfalli l-istituzzjoni;
stima tal-limitu ta' żmien għall-eżekuzzjoni ta' kull aspett materjali tal-pjan;
deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 10;
deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 10(7) biex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati b'riżultat tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 10;
deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet kritiċi, linji ewlenin ta' negozju u l-assi tal-istituzzjoni;
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti għall-iżgurar li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/59/UE tiġi aġġornata u tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni il-ħin kollu;
spjegazzjoni dwar kif l-alternattivi għar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr is-suppożizzjoni ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbilit skont l-Artikolu 67;
kwalunkwe assistenza likwida ta' emerġenza minn bank ċentrali; jew
kwalunkwe assistenza likwida minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateral, maturità jew rata ta' interessi mhux standard;
deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti ta' riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta' żmien applikabbli;
deskrizzjoni tal-interdipendenzi kritiċi;
deskrizzjoni tal-alternattivi biex jiġi preżervat l-aċċess għall-pagamenti u s-servizzi tal-ikklerjar u infrastrutturi oħra u valutazzjoni tal-portabilità tal-pożizzjonijiet tal-klijenti;
analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tal-istituzzjoni, inkluża valutazzjoni ta' kwalunkwe kost assoċjat, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex jiġi kkonsultat il-persunal matul il-proċess ta' riżoluzzjoni, filwaqt li jiġu kkonsidrati s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali, fejn applikabbli;
pjan għall-komunikazzjoni mal-midja u l-pubbliku;
ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12f u 12g u skadenza għall-ilħuq ta' dak il-livell, f'konformità mal-Artikolu 12k;
fejn il-Bord japplika l-Artikolu 12c(4), (5), jew (7), skeda ta' żmien għall-konformità mill-entità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 12k;
deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali biex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-istituzzjoni;
fejn applikabbli, kull opinjoni espressa mill-istituzzjoni fir-rigward tal-pjan ta' riżoluzzjoni.
Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandhom jinkludu pjan għar-riżoluzzjoni tal-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, immexxija mill-impriża omm tal-Unjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti u għandhom jidentifikaw miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta':
l-impriża omm tal-Unjoni;
is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jkunu stabbiliti fl-Unjoni;
l-entitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2; u
soġġett għall-Artikolu 33, is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jkunu stabbiliti barra mill-Unjoni.
Skont il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jidentifika għal kull grupp l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni.
Il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandu:
jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għal entitajiet ta' riżoluzzjoni fix-xenarji msemmija fil-paragrafu 6 u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entitajiet oħra tal-grupp, tal-impriża omm u tal-istituzzjonijiet sussidjarji msemmija fil-paragrafu 1;
fejn grupp imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, jistabbilixxi azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet fuq dawn it-tnejn li ġejjin:
entitajiet oħra tal-grupp li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
gruppi oħra ta' riżoluzzjoni;
jeżamina sa liema punt l-għodod ta' riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati, u s-setgħat ta' riżoluzzjoni eżerċitati, fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Unjoni b'mod koordinat, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp sħiħ, jew ta' linji operatorji jew attivitajiet separati ta' negozju li huma fornuti minn għadd ta' entitajiet tal-grupp, jew ta' entitajiet partikolari tal-grupp jew gruppi ta' riżoluzzjoni, u jiġi identifikat kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;
jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 10;
fejn grupp jinkludi entitajiet inkorporati f'pajjiżi terzi, jidentifika arranġamenti adegwati għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta' dawk il-pajjiżi terzi u l-implikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni fi ħdan l-Unjoni;
jidentifika miżuri, inkluża s-separazzjoni ġuridika u ekonomika ta' funzjonijiet jew linji ta' negozju partikolari, li huma meħtieġa sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-grupp fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet ta' riżoluzzjoni;
jidentifika kif jistgħu jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp u, fejn ikunu meħtieġa l-Fond u l-arranġamenti finanzjarji minn Stati Membri mhux parteċipanti stabbiliti skont l-Artikolu 100 tad-Direttiva 2014/59/UE, jistabbilixxi prinċipji għall-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għal dak il-finanzjament bejn is-sorsi ta' finanzjament fi Stati Membri parteċipanti u mhux parteċipanti differenti. Il-pjan ma għandu jassumi l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbilit skont l-Artikolu 67 ta' dan ir-Regolament u l-arranġamenti ta' finanzjament minn Stati Membri mhux parteċipanti stabbiliti skont l-Artikolu 100 tad-Direttiva 2014/59/UE,
kwalunkwe assistenza likwida ta' emerġenza ta' bank ċentrali; jew
kwalunkwe assistenza likwida ta' bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateral, maturità jew rata ta' interessi mhux standard.
Dawk il-prinċipji għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta' kriterji ekwitabbli u bilanċjati u għandhom iqisu, b'mod partikolari, l-Artikolu 107(5) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kollha.
Il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp ma għandux ikollu impatt sproporzjonat fuq kwalunkwe Stat Membru.
Għall-finijiet tar-reviżjoni jew tal-aġġornament tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet, il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Bord kwalunkwe bidla li tagħmel neċessarja tali reviżjoni jew aġġornament.
Ir-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jitwettaq wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 21.
Meta jistabbilixxi l-iskadenzi msemmija fil-punti (o) u (p) tal-paragrafu 9 ta'dan l-Artikolu, fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jieħu kont tal-iskadenza għall-konformità mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 9
Pjanijiet ta' riżoluzzjoni mfassla mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni
Artikolu 10
Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
Meta jiġu abbozzati u aġġornati l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 8, il-Bord, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti fejn jinsabu fergħat sinifikanti sakemm rilevanti għall-fergħa sinifikanti, għandu jwettaq valutazzjoni ta' kemm l-istituzzjonijiet u l-gruppi huma riżolvibbli mingħajr suppożizzjoni ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbilit skont l-Artikolu 67;
kwalunkwe assistenza likwida ta' emerġenza minn bank ċentrali; jew
kwalunkwe assistenza likwida minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateral, maturità jew rata ta' interessi mhux standard.
Il-Bord għandu jinnotifika lill-ABE fil-ħin fejn istituzzjoni titqies li mhijiex riżolvibbli.
Il-Bord għandu jinnotifika lill-EBA f'ħin opportun fejn il-Bord iqis li l-grupp mhuwiex riżolvibbli.
Fejn grupp ikun magħmul minn aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu jivvaluta r-riżolvibbiltà ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni skont dan l-Artikolu.
Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssir flimkien mal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp kollu.
L-entità għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tar-riċezzjoni ta' rapport magħmul f'konformità mal-Paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, tipproponi lill-Bord miżuri possibbli u skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom sabiex jiġi żgurat li l-entità jew l-impriża omm tkun konformi mal-Artikolu 12f jew 12g, u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata, fejn impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà huwa dovut għal xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
l-entità tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, meta kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) ta' dan ir-Regolament; jew
l-entità ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament.
Meta tipproponi l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu, l-entità għandha tieħu kont tar-raġunijiet għall-impediment sostantiv. Il-Bord, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, għandu jivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impediment sostantiv inkwistjoni.
Fl-identifikazzjoni ta' miżuri alternattivi, il-Bord għandu juri kif il-miżuri proposti mill-istituzzjoni ma jkunux kapaċi jneħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi proposti huma proporzjonati sabiex ineħħuhom. Il-Bord għandu jikkonsidra t-theddida għall-istabbiltà finanzjarja li jippreżentaw dawn l-impedimenti għar-riżolvibbiltà, u l-effett tal-miżuri fuq l-operat tal-istituzzjoni, fuq l-istabbiltà u l-abbiltà tagħha li tagħti kontribut lill-ekonomija, fuq is-suq intern tas-servizzi finanzjarji u fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħra u l-Unjoni kollha kemm hi.
Il-Bord għandu jqis ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe impatt fuq l-istituzzjoni jew il-grupp konċernat li jmur lil hinn minn dak neċessarju biex jitneħħa l-impediment għar-riżolvibbiltà jew ikun sproporzjonat.
Għall-finijiet tal-paragrafu 10, il-Bord, għandu, fejn applikabbli, jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex jieħdu l-miżuri li ġejjin:
li jeħtieġu lill-entità tirrevedi kwalunkwe ftehim ta' finanzjament intragrupp jew teżamina mill-ġdid in-nuqqas ta' tali ftehimiet, jew tħejji ftehimiet ta' servizz (kemm jekk fi ħdan il-grupp jew ma' partijiet terzi) sabiex jiġi kopert l-għoti ta' funzjonijiet kritiċi;
li jeħtieġu lill-entità tillimita l-iskoperturi individwali u aggregati massimi tagħha;
li jimponu rekwiżiti speċifiċi jew regolari ta' informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-finijiet ta' riżoluzzjoni;
li jeħtieġu lill-entità teħles minn assi speċifiċi;
li jeħtieġu lill-entità tillimita jew twaqqaf attivitajiet eżistenti speċifiċi jew proposti;
li jirrestrinġu jew jimpedixxu l-iżvilupp jew l-eżistenza ta' linji ta' operat ġodda jew eżistenti jew il-bejgħ ta' prodotti ġodda jew eżistenti;
li jeħtieġu bidliet fl-istrutturi ġuridiċi jew operazzjonali tal-entità jew kwalunkwe entità tal-grupp, kemm direttament kif ukoll indirettament taħt il-kontroll tagħhom, biex titnaqqas il-kumplessità sabiex jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u operazzjonalment minn funzjonijiet oħra permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni;
li jeħtieġu lil entità tistabbilixxi kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni;
li jeħtieġu lil entità toħroġ obbligazzjonijiet eliġibbli biex tilħaq ir-rekwiżiti tal- ►M1 Artikoli 12f u l-Artikolu 12g ◄ ;
li jeħtieġu lil entità tieħu passi oħrajn biex tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl- ►M1 Artikoli 12f u l-Artikolu 12g ◄ , inkluż b'mod partikolari billi tipprova tinnegozja mill-ġdid kwalunkwe obbligazzjoni eliġibbli, Strument tal-Grad 1 jew sStrument tal-Grad 2 addizzjonali li tkun ħarġet, bil-għan li jiġi żgurat li kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord li tniżżel il-valur jew tikkonverti dik l-obbligazzjoni u dak l-istrument tkun effettiva skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew dak l-istrument;
li jeħtieġu li l-entità tissottometti pjan biex tirristawra l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f u 12g ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, fejn applikabbli, mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g ta' dan ir-Regolament espressi bħala perċentwal tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
għall-iskop li tiġi żgurata konformità kontinwa mal-Artikolu 12f jew 12g, sabiex entità tintalab tibdel il-profil ta' maturità ta':
strumenti ta' fondi proprji, wara li tkun kisbet il-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, u
obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 12c u l-punt (a) tal-Artikolu 12g(2).
Fejn applikabbli, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu direttament il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (j) tal-ewwel subparagrafu.
Deċiżjoni li ssir skont il-paragrafi 10 jew 11 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
għandha tiġi ġustifikata b'raġunijiet għall-valutazzjoni jew id-determinazzjoni inkwistjoni;
għandha tindika kif dik il-valutazzjoni jew id-determinazzjoni tikkonforma mar-rekwiżit għall-applikazzjoni proporzjonata stipulat fil-paragrafu 8.
Artikolu 10a
Setgħa għall-projbizzjoni ta' ċerti distribuzzjonijiet
Fejn entità tkun f'sitwazzjoni fejn tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament meta kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) ta' dan ir-Regolament, il-Bord għandu jkollu s-setgħa, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li jipprojbixxi entità milli tiddistribwixxi aktar mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (''M-MDA'') ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu permezz ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
jagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;
joħloq obbligu li jitħallsu rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' ħlas ikun inħoloq fi żmien meta l-entità tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinati;
jagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.
Meta entità tkun fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika immedjatament l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni u lill-Bord dwar dan.
Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE fejn applikabbli, għandu jivvaluta mingħajr dewmien bla bżonn jekk għandux jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 filwaqt li jieħu kont tal-elementi li ġejjin kollha:
ir-raġuni, it-tul ta' żmien u d-daqs tan-nuqqas u l-impatt tiegħu fuq ir-riżolvibbiltà;
l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità u l-probabbiltà li, fil-futur prevedibbli, din tissodisfa l-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 18(1);
il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien raġonevoli;
meta l-entità ma tkunx tista' tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 12c jew l-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, jekk dik l-inkapaċità hija idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu
jekk l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ikunx l-aktar mezz adegwat u proporzjonat biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-entità, b'kont meħud tal-impatt potenzjali tiegħu kemm fuq il-kondizzjonijiet ta' finanzjament kif ukoll fuq ir-riżolvibbiltà tal-entità kkonċernata.
Il-Bord għandu jirrepeti l-valutazzjoni tiegħu dwar jekk għandux jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 mill-inqas kull xahar sakemm l-entità tkompli tkun fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Jekk il-Bord iqis li l-entità tkun għadha fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien disa' xhur wara li sitwazzjoni bħal din tkun ġiet innotifikata mill-entità, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, għandu jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ħlief fejn il-Bord iqis, wara valutazzjoni, li jiġu ssodisfati tal-anqas tnejn mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
in-nuqqas huwa dovut għal tfixkil serju għall-funzjonament tas-swieq finanzjarji, li jwassal għal stress estensiv tas-suq finanzjarju fost diversi segmenti tas-swieq finanzjarji;
it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) mhux biss jirriżulta f'volatilità akbar fil-prezz tal-istrumenti ta' strumenti ta' fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità jew spejjeż akbar għall-entità, iżda jwassal ukoll għal għeluq sħiħ jew parzjali tas-swieq li jżomm l-entità milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk is-swieq;
l-għeluq tas-suq imsemmi fil-punt (b) jiġi osservat mhux biss għall-entità kkonċernata, iżda wkoll għal diversi entitajiet oħra;
it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) jipprevjeni l-entità kkonċernata milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'volum suffiċjenti sabiex tirrimedja n-nuqqas;
eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 twassal għal effetti konsegwenzjali għal parti mis-settur bankarju, li b'hekk potenzjalment jimminaw l-istabbiltà finanzjarja.
Meta tiġi applikata l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż lill-BĊE fejn applikabbli, bid-deċiżjoni tiegħu u jispjega l-valutazzjoni tiegħu bil-miktub.
Kull xahar, il-Bord għandu jirrepeti l-valutazzjoni tiegħu jekk hijiex applikabbli l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Is-somma li tkun immultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti fi:
profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas riżultanti mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
magħduda ma'
kwalunkwe profitt ta' tmiem is-sena mhux inkluż fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, nett minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas riżultanti mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
li minnhom jitnaqqsu
l-ammonti li jkunu pagabbli bħala taxxa li kieku kellhom jinżammu l-entrati speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.
Il-fattur imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fl-ewwel kwart (jiġifieri, fl-aktar wieħed baxx) tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0;
meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tieni kwart tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,2;
meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill- entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tielet kwart tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,4;
meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fir-raba' kwart (jiġifieri, fl-ogħla wieħed) tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,6;
Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull kwart tar-rekwiżit ta' riżerva għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
fejn “Qn ” = in-numru ordinali tal-kwart ikkonċernat.
Artikolu 11
Obbligi simplifikati għal ċerti istituzzjonijiet
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Bord għandu jqis:
in-natura tan-negozju tal-istituzzjoni jew tal-grupp, l-istruttura tas-sjieda tal-ishma tagħhom, il-forma ġuridika, il-profil ta' riskju, id-daqs u l-istatus ġuridiku, l-interkonnettività li għandhom ma' istituzzjonijiet oħra jew mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom;
is-sħubija tagħhom ma' IPS jew ma' sistemi kooperattivi ta' solidarjetà reċiproka kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
kwalunkwe twettiq ta' servizzi jew attivitajiet ta' investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ); u
jekk il-falliment u l-istralċ sussegwenti tagħhom skont proċedimenti normali ta' insolvenza humiex mistennija jħallu effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kondizzjonijiet ta' finanzjament jew fuq l-ekonomija aktar ġenerali.
Il-Bord għandu jagħmel il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu wara konsultazzjoni, fejn xieraq, l-awtorità nazzjonali makroprudenzjali u, fejn xieraq, mal-BERS.
Fl-applikazzjoni ta' obbligi simplifikati, il-Bord għandu jiddetermina:
il-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni previsti fl-Artikolu 8;
id-data sa meta għandhom jitfasslu l-ewwel pjanijiet ta' riżoluzzjoni, u l-frekwenza għall-aġġornament tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, li tista' tkun anqas minn dik prevista fl-Artikolu 8(12);
il-kontenut u d-dettalji tal-informazzjoni meħtieġa mill-istituzzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 8(9) ta' dan ir-Regolament u fit-Taqsima B tal-Anness għad-Direttiva 2014/59/UE;
il-livell ta' dettall għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament u t-Taqsima C tal-Anness għad-Direttiva 2014/59/UE.
Fejn tiġi konċessa rinunzja skont l-ewwel subparagrafu, l-obbligu ta' abbozzar tal-pjan ta' riżoluzzjoni għandu japplika fuq bażi konsolidata għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati miegħu fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għal dak il-għan, kwalunkwe referenza f'dan il-Kapitolu għal grupp għandha tinkludi korp ċentrali u istituzzjonijiet affiljati miegħu fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u s-sussidjarji tagħhom, u kwalunkwe referenza għal impriżi prinċipali jew istituzzjonijiet li huma soġġetti għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tinkludi l-korp ċentrali.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-operazzjonijiet ta' istituzzjoni għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu sehem sinifikanti tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru parteċipanti meta:
il-valur totali tal-assi tagħha jaqbżu EUR 30 000 000 000 ; jew
il-proporzjon tal-assi totali tagħha mill-PDG tal-Istat Membru tal-istabbiliment jaqbeż l-20 %, sakemm il-valur totali tal-assi tagħha ma jkunx anqas minn EUR 5 000 000 000 .
Artikolu 12
Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
L-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Bord mingħajr dewmien bla bżonn.
Artikolu 12a
L-applikazzjoni u l-kalkolu tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
Dan ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 12d(3), (4), jew (6), kif applikabbli, bħala l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli u jiġi espress bħala perċentwal ta':
l-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
il-miżura tal-iskopertura totali tar-riskju tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) ( 5 ), ir-referenzi għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali ta’ ditti tal-investiment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li mhumiex ditti tal-investiment msemmija fl-Artikolu 192) jew 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftiehmu kif ġej:
ir-referenzi għall-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit tal-proporzjon kapitali totali f’dan ir-Regolament għandhom jirreferu għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;
ir-referenzi għall-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju f’dan ir-Regolament għandhom jirreferu għar-rekwiżit applikabbli fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 immultiplikat bi 12,5.
F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) ( 7 ), ir-referenzi għall-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE f’dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali ta’ ditti tal-investiment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li ma jkunux ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jiġu interpretati bħala li jirreferu għall-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
Artikolu 12b
Eżenzjoni mir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
Minkejja l-Artikolu 12a, il-Bord għandu jeżenta mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12a(1) lill-istituzzjonijiet ta' kreditu ipotekarju ffinanzjati minn bonds koperti li, mhumiex permessi jirċievu depożiti taħt il-liġi nazzjonali, sakemm il-kondizzjonijiet kollha segwenti jkunu sodisfatti:
dawk l-istituzzjonijiet ser jiġu stralċjati fi proċedimenti nazzjonali ta' insolvenza jew f'tipi oħra ta' proċedimenti stabbiliti għal dawk l-istituzzjonijiet u implimentati skont l-Artikoli 38, 40 jew 42 tad-Direttiva 2014/59/UE; u
il-proċedimenti msemmija fil-punt (a) jiżguraw li l-kredituri ta' dawk l-istituzzjonijiet, inklużi d-detenturi ta' bonds koperti, fejn rilevanti, iġarrbu telf b'mod li jilħaq l-objettivi tar-riżoluzzjoni.
Artikolu 12c
Obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni
Obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ammont tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni biss meta dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli li ġejjin tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:
l-Artikolu 72a;
l-Artikolu 72b, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-paragrafu 2; u
Artikolu 72c.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fil-każ li dan ir-Regolament jirreferi għar-rekwiżiti fl-Artikolu 92a jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l- għall-fini ta' dawk l-Artikoli, l-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jikkonsistu f'obbligazzjonijiet eliġibbli kif definiti fl-Artikolu 72k ta' dak ir-Regolament u jiġu ddeterminati f'konformità mal-Kapitolu 5a tat-Titolu I tal-Parti II ta' dak ir-Regolament.
Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn strumenti tad-dejn b'derivattivi inkorporati, bħal noti strutturati, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, ħlief għall-punt (l) tal-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-ammont prinċipali tal-obbligazzjoni li tirriżulta mill-istrument tad-dejn ikun magħruf fil-mument tal-ħruġ, ikun fiss jew qed jiżdied u mhux affettwat minn karatteristika ta' derivattiv inkorporat, u l-ammont totali tal-obbligazzjoni li tirriżulta mill-istrument tad-dejn, inkluż id-derivattiv inkorporat, jistgħu jiġu vvalutati fuq bażi ta' kuljum b'referenza għal suq bidirezzjonali attiv u likwidu għal strument ekwivalenti mingħajr riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 104 u 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; jew
l-istrument tad-dejn jinkludi terminu kuntrattwali li jispeċifika li l-valur tal-pretensjoni f'każijiet kemm ta' insolvenza tal-emittent kif ukoll tar-riżoluzzjoni tal-emittent huwa fiss jew jiżdied, u ma jeċċedix l-ammont inizjalment imħallas totalment tal-obbligazzjoni.
L-istrumenti tad-dejn imsemmija fl-ewwel subparagrafu, inkluż id-derivattivi inkorporati tagħhom, m'għandhomxikunu soġġetti għal xi ftehim ta' netting u l-valutazzjoni ta' tali strumenti m'għandhiex tkun soġġetta għall-Artikolu 49(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.
L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fir-rigward tal-parti tal-obbligazzjoni li tikkorrispondi għall-ammont prinċipali msemmi fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu jew għall-ammont fiss jew li qed jiżdied imsemmi fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu.
Fejn jinħarġu obbligazzjonijiet minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni għal xi azzjonist eżistenti li ma jkunx parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, u dik is-sussidjarja tkun parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħall-entità ta' riżoluzzjoni, dawk l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
jinħarġu f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12g(2);
l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' dawk l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 21 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;
dawk l-obbligazzjonijiet ma jaqbżux ammont determinat mit-tnaqqis:
is-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12g(2) minn
l-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 12g(1).
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit minimu fl-Artikolu 12d(4) u fil-punt (a) tal-Artikolu 12e(1), il-Bord, fuq inizjattiva proprja tiegħu wara li jkun ikkonsulta mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew fuq proposta minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, għandu jiżgura li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f daqs 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandha tiġi ssodisfata minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-Bord jista' jippermetti li livell aktar baxx minn 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità ta' riżoluzzjoni iżda ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula (1-X1/X2) × 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jkunu ssodisfati kollha l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn, fid-dawl tat-tnaqqis li huwa possibbli skont l-Artikolu 72b(3) ta' dak ir-Regolament:
Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4), fejn l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu twassal għal rekwiżit 'il fuq minn 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju għall-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata, il-Bord għandu jillimita l-parti tar-rekwiżit imsemmija fl-Artikolu 12f li għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal ammont daqt 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju jekk il-Bord ikun ivvaluta li:
l-aċċess għall-Fond mhux meqjus bħala opzjoni biex tiġi riżolta dik l-entità ta' riżoluzzjoni fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u
fejn il-punt (a) ma japplikax, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f jippermetti dik l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 27(7).
Meta jagħmel il-valutazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, il-Bord għandu jqis ukoll ir-riskju ta' impatt sproporzjonat fuq il-mudell kummerċjali tal-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata.
Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(5), it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma japplikax.
Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li la huma GSIIs u lanqas ma huma entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5), il-Bord, jew fuq inizjattiva proprja tiegħu wara li jikkonsulta mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew fuq proposta minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, jista' jiddeċiedi li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f sal-ogħla waħda mit-8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità u l-formula msemmija fil-paragrafu 7 ta'dan l-Artikolu, għandha tiġi ssodisfata permezz tal-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
obbligazzjonijiet mhux subordinati msemmija fil-paragrafi (1) u (2) ta' dan l-Artikolu għandhom l-istess klassifikazzjoni prijoritarja fil-ġerarkija nazzjonali tal-insolvenza bħal ċerti obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu27(3) jew l-Artikolu 27(5);
jeżisti r-riskju li, bħala riżultat ta' applikazzjoni ppjanata ta' setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni lil obbligazzjonijiet mhux subordinati li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 27(3) jew l-Artikolu 27(5), kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom jirriżultaw minn dawk l-obbligazzjonijiet iġarrbu telf ikbar milli kieku jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta' insolvenza;
l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra ma jaqbiżx l-ammont meħtieġ biex jiġi żgurat li l-kredituri msemmija fil-punt (b) ma għandhomx iġarrbu telf 'il fuq mil-livell tat-telf li altrimenti kienu jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta' insolvenza.
Fejn il-Bord jiddetermina li, fi ħdan klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont tal-obbligazzjonijiet li huma esklużi jew hemm raġunijiet biex x'aktarx jiġu esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikoli 27(3) jew 27(5), jammonta għal iktar minn 10 % ta' dik il-klassi, il-Bord għandu jivvaluta r-riskju msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Il-fondi proprji ta' entità ta' riżoluzzjoni użati biex tikkonforma mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom ikunu eliġibbli għal konformità mar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafi 4, 5 u 7.
B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Bord jista' jiddeċiedi li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f ta' dan ir-Regolament għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sa fejn, minħabba l-obbligu tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' riżerva kombinata msemmija fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 12d(4) u l-Artikolu 12f ta' dan ir-Regolament, is-somma ta' dawk il-fondi proprji, strumenti u obbligazzjonijiet ma taqbiżx l-ogħla minn:
8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità; jew
l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formola A × 2 + B × 2 + C, fejn A, B u C huma l-ammonti li ġejjin:
A = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
B = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE;
C = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit ta' riżerva kombinata.
Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord kif ġej:
fejn ġew identifikati impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà fil-valutazzjoni preċedenti tar-riżolvibbiltà, u jew:
ma ttieħdet ebda azzjoni ta' rimedju wara l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(11) fl-iskeda ta' żmien mitluba mill-Bord, jew
l-impediment sostantiv identifikat ma jistax jiġi indirizzat minn kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(11), u l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jkun jikkumpensa parzjalment jew kompletament għall-impatt negattiv ta' impediment sostantiv dwar ir-riżolvibbiltà;
il-Bord iqis li l-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni ppreferuta tal-entità ta' riżoluzzjoni hija limitata, b'kont meħud tad-daqs tal-entità, l-interkonnettività, in-natura, l-ambitu, ir-riskju u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-istatus ġuridiku tagħha u l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha; jew
ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE jirrifletti l-fatt li l-entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew li hija soġġetta għall-Artikolu 12d(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament hija, f'termini ta stat ta' riskju, fost l-ogħla 20 % tal-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Bord jiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) ta' dan ir-Regolament.
Għall-finijiet tal-perċentwali msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu, il-Bord għandu jżid in-numru li jirriżulta mill-kalkolu sal-eqreb numru sħiħ.
Meta jkun qed jieħu dawk id-deċiżjonijiet, il-Bord għandu jqis ukoll:
il-profondità tas-suq għall-istrumenti ta' fondi proprji tal-entità ta' riżoluzzjoni u strumenti eliġibbli subordinati, l-ipprezzar ta' tali strumenti, u l-ħin meħtieġ biex titwettaq kwalunkwe transazzjoni meħtieġa għall-fini ta' konformità mad-deċiżjoni;
l-ammont ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'maturità residwa ta' inqas minn sena mid-data tad-deċiżjoni bil-ħsieb li jsiru aġġustamenti kwantitattivi għar-rekwiżiti imsemmija fil-paragrafi 5 u 7 ta' dan l-Artikolu;
id-disponibbiltà u l-ammont ta' strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-punt (d) tal-Artikolu 72b(2) ta' dak ir-Regolament;
jekk l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 27(3) jew (5) li, fi proċedimenti ta' insolvenza normali, jikklassifikaw fl-istess livell ta' jew taħt l-obbligazzjonijiet eliġibbli bl-ogħla klassifikazzjoni jkun sinifikanti meta mqabbel mal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni. Fejn l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi ma jaqbiżx 5 % tal-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-ammont eskluż għandu jitqies bħala li mhux sinifikanti. 'Il fuq minn dak il-limitu, is-sinifikat tal-obbligazzjonijiet esklużi għandu jiġi vvalutat mill-Bord.
il-mudell kummerċjali, il-mudell ta' finanzjament, u l-profil ta' riskju tal-entità ta' riżoluzzjoni, kif ukoll l-istabbiltà u l-ħila tagħha li tikkontribwixxi għall-ekonomija; u
l-impatt ta' spejjeż ta' ristrutturar possibbli fuq ir-rikapitalizzazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 12d
Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi ddeterminat mill-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-grupp ta' riżoluzzjoni jista' jiġi riżolt bl-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni inkluż, fejn ikun il-każ, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, b'mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni;
il-ħtieġa li jiġi żgurat, fejn adatt, li l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom li huma istituzzjonijiet, jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) iżda mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom fondi proprji suffiċjenti u obbligazzjonijiet eliġibbli biex jiżguraw li, jekk l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna jew is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, rispettivament, kellhom jiġu applikati għalihom, it-telf ikun jista' jiġi assorbit u u li l-proporzjoni kapitali totali u, skont ma jkun applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entitajiet rilevanti jistgħu jiġu ristawrati għal livell meħtieġ biex ikunu jistgħu jkomplu jkunu konformi mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex iwettqu l-attivitajiet li għalihom ikunu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;
il-ħtieġa li jiġi żgurat li, jekk il-pjan ta' riżoluzzjoni jantiċipa li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jiġu esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(5) ta' dan ir-Regolament jew jistgħu jiġu kompletament trasferiti lil riċevitur taħt trasferiment parzjali, l-entità ta' riżoluzzjoni jkollha fondi proprji suffiċjenti u obbligazzjonijiet eliġibbli oħra biex tassorbi t-telf u tirrestawra l-proporzjon kapitali totali u, skont ma jkun applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ għal livell neċessarju sabiex tkun tista' tkompli tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex tkompli bl-attivitajiet li hija awtorizzata għalihom skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;
id-daqs, il-mudell kummerċjali, il-mudell ta' finanzjament u l-profil ta' riskju tal-entità;
il-punt sa liema l-falliment tal-entità jkollu effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż permezz tal-kontaġju fuq istituzzjonijiet jew entitajiet oħra, minħabba l-interkonnessjoni tal-entità ma' istituzzjonijiet jew entitajiet oħra jew mal-bqija tas-sistema finanzjarja.
Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li għandha tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni jew li għandhom jiġu applikati setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni fir-rigward ta' strumenti kapitali rilevanti skont l-Artikolu 21 f'konformità max-xenarju rilevanti msemmi fl-Artikolu 8(6), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jkun ugwali għal ammont suffiċjenti biex jiġi żgurat li:
it-telf li hija mistennija ġġarrab l-entità jiġi kompletament assorbit (''assorbiment tat-telf'');
l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li huma istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) jew (3) iżda mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jiġu rikapitalizzati għal livell neċessarju sabiex ikunu jistgħu jkomplu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u jwettqu l-attivitajiet li għalihom huma awtorizzati taħt id-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE jew att leġislattiv ekwivalenti għal perjodu xieraq li mhuwiex itwal minn sena (“rikapitalizzazzjoni”).
Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li l-entità għandha tiġi stralċjata taħt proċedimenti ta' insolvenza normali jew proċeduri nazzjonali ekwivalenti oħra, il-Bord għandu jivvaluta jekk hux ġustifikat li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal dik l-entità jiġi limitat biex ma jaqbiżx ammont suffiċjenti sabiex jiġi assorbit it-telf skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.
Il-valutazzjoni mill-Bord għandha, b'mod partikolari, tevalwa l-limitu msemmi fit-tieni subparagrafu fir-rigward ta' kwalunkwe impatt possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq ir-riskju ta' kontaġju għas-sistema finanzjarja.
Fil-każ ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun dan li ġej:
bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt a) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':
l-ammont ta' telf li jrid jiġi assorbit fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità ta' riżoluzzjoni fil-livell konsolidat ta' grupp ta' riżoluzzjoni; u
ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit ta' proporzjon ta' kapital totali tiegħu msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta; u
bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':
l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità ta' riżoluzzjoni msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u
ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu diviż bl-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bil-mi'ura tal-iskopertura totali.
Meta jkun qed jistabbilixxi r-rekwiżit individwali provdut fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jqis ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27(7).
Meta jkun qed jistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmija fis-subparagrafi preċedenti, il-Bord għandu:
juża l-valuri l-aktar reċenti rrappurtati għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jew il-miżura tal-iskopertura totali rilevanti, aġġustati għall-kwalunkwe bidla li tirriżulta mill-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u
wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jaġġusta 'l isfel jew 'il fuq l-ammont li jikkorrispondi għar-rekwiżit attwali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiddetermina r-rekwiżit applikabbli għall-entità ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.
Il-Bord għandu jkun jista' jżid ir-rekwiżit previst fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu b'ammont xieraq meħtieġ biex jiġi żgurat li, wara r-riżoluzzjoni, l-entità hija kapaċi żżomm fiduċja suffiċjenti tas-suq għal perijodu xieraq li ma għandux jaqbeż sena.
Fejn japplika s-sitt subparagrafu ta' dan l-Artikolu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni, bit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.
L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun aġġustat 'l isfel jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx huwa suffiċjenti biex tinżamm il-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 12(1) u l-aċċess minnha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju minbarra kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jkun aġġustat 'il fuq jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun meħtieġ ammont akbar biex tinżamm fiduċja tas-suq suffiċjenti u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) u l-aċċess minnha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju minbarra kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), għal perijodu xieraq ta' żmien li ma għandux jaqbeż sena.
Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li huma parti minn grupp ta' riżoluzzjoni, li l-assi totali tiegħu jaqbżu EUR 100 biljun, il-livell tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jkun tal-anqas daqs:
13,5 % meta kkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 12a(2); u
5 % meta kkalkulat skont il-punt (b) tal-Artikolu 12a(2).
B'deroga mill-Artikolu 12c, l-entitajiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jissodisfaw livell tar-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu li huwa daqs 13,5 % meta kkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) u daqs 5 % meta kkalkulat skont il-punt (b) tal-Artikolu 12a(2) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew l-obbligazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 12c(3) ta' dan ir-Regolament.
Meta tkun qed tieħu deċiżjoni li tagħmel talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tqis:
il-prevalenza ta' depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament;
il-punt sa fejn l-aċċess huwa limitat għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli;
il-punt sa fejn l-entità ta' riżoluzzjoni tiddipendi fuq kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f.
In-nuqqas ta' talba mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord taħt l-Artikolu 12c(5).
Għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun li ġej:
bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':
l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit li jikkorrispondi għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità; u
ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità tirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon totali tal-kapital tagħha msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u
għall-fini li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':
l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit li jikkorrispondi għar-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità tirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ tagħha msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu diviż bl-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bil-miżura tal-iskopertura totali.
Meta jkun qed jistabbilixxi r-rekwiżit individwali provdut fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jqis ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27(7).
Meta jkun qed jistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmija fil-paragrafi preċedenti, il-Bord għandu:
juża l-valuri l-aktar reċenti rrappurtati għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jew għall-miżura ta' skopertura totali rilevanti, aġġustati għal kwalunkwe tibdil li jirriżulta mill-azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u
wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jaġġusta 'l isfel jew 'il fuq l-ammont li jikkorrispondi għar-rekwiżit attwali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiddetermina r-rekwiżit applikabbli għall-entità rilevanti wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni.
Il-Bord għandu jkun jista' jżid ir-rekwiżit stipulat fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'ammont adegwat meħtieġ biex jiżgura li, wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti f'konformità mal-Artikolu 21, l-entità hija kapaċi iżżomm fiduċja suffiċjenti tas-suq għal perijodu xieraq li m'għandux jaqbeż sena.
Fejn ikun applikabbli s-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun stabbilit fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21 jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, bit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.
L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun aġġustat 'l isfel jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx huwa suffiċjenti biex tiġi żgurata l-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr kontribuzzjonijiet mill-Fond, b'mod konsistenti mal-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21 jew ir-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jkun aġġustat 'il fuq jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li huwa meħtieġ ammont ogħla biex tinżamm il-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3) għal perijodu xieraq ta' żmien li ma għandux jaqbeż sena.
Fejn il-Bord jistenna li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli raġonevolment x'aktarx li jiġu esklużi kompletament jew parzjalment mir-rikapitalizzazzjoni interna f'konformità mal-Artikolu 27(5) jew jistgħu jiġu trasferiti kompletament lil riċevitur taħt trasferiment parzjali, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi ssodisfat b'fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħra b'mod suffiċjenti sabiex:
jiġi kopert l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi identifikati skont l-Artikolu 27(5);
jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma ssodisfati.
Artikolu 12e
Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs u sussidjarji materjali tal-Unjoni ta' G-SIIs mhux tal-UE
Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew parti minn G-SII għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:
ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli determinat mill-Bord speċifikament relattiv għal dik l-entità f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal sussidjarja materjali tal-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:
ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92b u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli determinat mill-Bord speċifikament relattiv għal dik is-sussidjarja materjali f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, li għandu jiġi ssodisfat b'fondi proprji u obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 12g u l-Artikolu 92b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Il-Bord għandu jimponi rekwiżit addizzjonali għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu (1) u l-punt (b) tal-paragrafu 2 biss:
meta r-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew il-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma jkunx biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12d; u
sa punt li jiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12d jiġu ssodisfati.
Artikolu 12f
Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni
Artikolu 12g
Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni
Il-Bord jista', wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti inkluż il-BĊE, jiddeċiedi li japplika r-rekwiżit stabbilit f'dan l-Artikolu għal entità msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2 li hija sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni u li mhijiex entità ta' riżoluzzjoni hija nnifisha.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-impriżi omm tal-Unjoni li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma nfushom u huma sussidjarji ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12d u 12e fuq bażi konsolidata.
B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-Bord jista’ jiddeċiedi li jiddetermina r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12d fuq bażi konsolidata għal sussidjarja kif imsemmija f’dan il-paragrafu fejn il-Bord jikkonkludi li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma sodisfati:
is-sussidjarja tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
is-sussidjarja tkun miżmuma direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni u:
is-sussidjarja tkun soġġetta għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata biss u d-determinazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12d ta’ dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata ma twassalx għal dikjarazzjoni eċċessiva tal-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni, għall-finijiet tal-Artikolu 12d(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament, tas-subgrupp li jikkonsisti f’entitajiet fil-perimetru ta’ konsolidazzjoni kkonċernat, b’mod partikolari fejn hemm prevalenza ta’ entitajiet ta’ likwidazzjoni fl-istess perimetru ta’ konsolidazzjoni;
il-konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12d fuq bażi konsolidata bħala sostitut għall-konformità ma’ dak ir-rekwiżit fuq bażi individwali ma tfixkilx b’mod materjali kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
il-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-grupp;
il-kapaċità tas-sussidjarja li tikkonforma mar-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħha wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni; u
l-adegwatezza tal-mekkaniżmu ta’ trasferiment intern tat-telf u tar-rikapitalizzazzjoni, inkluż il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni, f’konformità mal-Artikolu 21, tal-istrumenti kapitali rilevanti u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja kkonċernata jew ta’ entitajiet oħra fil-grupp ta’ riżoluzzjoni.
Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (24b) tal-Artikolu 3(1), dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, iżda li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, korp ċentrali li mhuwiex entità ta' riżoluzzjoni, u kwalunkwe entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għal rekwiżit taħt l-Artikolu 12f(3), għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 12d(6) fuq bażi individwali.
Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità msemmija f'dan il-paragrafu għandu jkun determinat abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12d.
Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ssodisfat permezz ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
obbligazzjonijiet:
li jinħarġu lill-entità ta' riżoluzzjoni u li jinxtraw minnha, direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni li jkun xtara l-obbligazzjonijiet mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu jew li jinħarġu lil azzjonist eżistenti li mhux parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jew li huma mixtrija minnu, dment li l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 21 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;
li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-punti (b), (c), (k), (l) u (m) tal-Artikolu 72b(2) u l-Artikolu 72b(3) sa (5) ta' dak ir-Regolament;
li fi proċedimenti ta' insolvenza normali jikklassifikaw taħt obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjoni msemmija fil-punt (i) u li mhumiex eliġibbli għal rekwiżiti ta' fondi proprji;
li huma soġġetti għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 21 b'mod li huwa konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari billi ma jiġix affettwat il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;
li l-akkwist ta' sjieda tagħhom mhuwiex iffinanzjat direttament jew indirettament mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu;
id-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet għandhom jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni ta' dik l-entità, u dik l-entità ma tipprovdix b'mod ieħor indikazzjoni tali;
id-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jaċċellera l-pagament skedat fil-futur tal-imgħax jew tal-kapital, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-entità soġġetta għal dan l-Artikolu;
il-livell ta' pagamenti ta' mgħax jew dividenti, kif applikabbli, li huma dovuti fuq l-obbligazzjonijiet ma jiġix emendat abbażi tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità soġġetta għal dan l-Artikolu jew tal-intrapriża omm tagħha;
fondi proprji, kif ġej:
kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni, u
fondi proprji oħrajn li:
Meta entità kif imsemmija fil-paragrafu 1 tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) fuq bażi konsolidata, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ dik l-entità għandu jinkludi l-obbligazzjonijiet li ġejjin maħruġa f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni inkluża fil-konsolidament ta’ dik l-entità:
l-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta’ riżoluzzjoni, jew direttament, jew indirettament permezz ta’ entitajiet oħra fl-istess grupp ta’ riżoluzzjoni li ma jkunux inklużi fil-konsolidament tal-entità li tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) fuq bażi konsolidata;
l-obbligazzjonijiet maħruġa lil azzjonist eżistenti li ma jkunx parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni.
L-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2a, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, ma għandhomx jaqbżu l-ammont iddeterminat billi titnaqqas mill-ammont tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12(1) applikabbli għas-sussidjarja inkluż fil-konsolidazzjoni is-somma ta’ dawn kollha li ġejjin:
l-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità li tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) fuq bażi konsolidata kemm direttament, jew indirettament permezz ta’ entitajiet oħra fl-istess grupp ta’ riżoluzzjoni li jkunu inklużi fil-konsolidazzjoni ta’ dik l-entità;
l-ammont ta’ fondi proprji li jinħarġu f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu.
Il-Bord jista' jippermetti li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 21a(1) jiġi ssodisfat kompletament jew parzjalment b'garanzija pprovduta mill-entità ta' riżoluzzjoni, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta' riżoluzzjoni huma stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f:
il-garanzija tingħata għal mill-inqas ammont li huwa ekwivalenti għall-ammont tar-rekwiżit li tissostitwixxi;
il-garanzija tiġi skattata meta s-sussidjarja ma tkunx kapaċi tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħra meta jsiru dovuti jew tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 21(3) fir-rigward tas-sussidjarja, skont liema jiġi l-ewwel;
il-garanzija tkun kollateralizzata permezz ta' arranġament kollaterali finanzjarju kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) għal mill-inqas 50 % tal-ammont tagħha;
il-kollateral li jappoġġa l-garanzija jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 197 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li, wara valwazzjonijiet negattivi adegwatament konservattivi, ikun biżżejjed biex ikopri l-ammont kollateralizzat kif imsemmi fil-punt (e);
il-kollateral li jappoġġa l-garanzija mhux gravat u b'mod partikolari ma jintużax bħala kollateral biex jappoġġa kwalunkwe garanzija oħra;
il-kollateral għandu maturità effettiva li tissodisfa l-istess kondizzjoni ta' maturità bħal dik imsemmija fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
ma hemm l-ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti, inkluż fejn tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (i) tal-ewwel subparagrafu, fuq talba tal-Bord, l-entità ta' riżoluzzjoni għandha tipprovdi opinjoni legali indipendenti, motivata u bil-miktub jew inkella għandha turi b'mod sodisfaċenti ieħor li ma hemm ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti.
Artikolu 12h
Rinunzja tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli applikata għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni
Il-Bord jista' jirrinunzja l-applikazzjoni tal-Artikolu 12g fir-rigward ta' sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti fejn:
kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta' riżoluzzjoni jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
l-entità ta' riżoluzzjoni tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f;
ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali, attwali jew antiċipat għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għall-ħlas lura tal-obbligazzjonijiet mill-entità ta' riżoluzzjoni lis-sussidjarja li fir-rigward tagħha tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 21(3), b'mod partikolari meta tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni.
Il-Bord jista' jirrinunzja l-applikazzjoni tal-Artikolu 12g għal sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti fejn:
kemm is-sussidjarja kif ukoll l-impriża omm tagħha huma stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
l-intrapriża omm tikkonforma fuq bażi konsolidata mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) f'dak l-Istat Membru parteċipanti;
ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali, attwali jew antiċipat għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għall-ħlas lura tal-obbligazzjonijiet mill-impriża omm lis-sussidjarja li fir-rigward tagħha tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 21(3), b'mod partikolari meta tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-impriża omm.
Artikolu 12i
Eżenzjoni għal korp ċentrali u istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali
Il-Bord jista' jirrinunzja, parzjalment jew kompletament, l-applikazzjoni tal-Artikolu 12g fir-rigward ta' korp ċentrali jew ta' istituzzjoni ta' kreditu li tkun affiljata b'mod permanenti ma' korp ċentrali, fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali huma soġġetti għal superviżjoni mill-istess awtorità kompetenti u huma stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
l-impenji tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti tagħha huma konġunti u bosta obbligazzjonijiet jew l-impenji tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti tiegħu huma garantiti totalment mill-korp ċentrali;
ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, u s-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti kollha huma sorveljati bħala ħaġa waħda abbażi ta' kontijiet konsolidati ta' dawk l-istituzzjonijiet;
fil-każ ta' rinunzja għal istituzzjoni ta' kreditu li tkun affiljata b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-maniġment tal-korp ċentrali għandu s-setgħa joħroġ struzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljati b'mod permanenti;
il-grupp ta' riżoluzzjoni rilevanti jikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f(3); u,
ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali, attwali jew antiċipat għat-trasferiment immedjat ta' fondi proprji jew ħlas lura ta' obbligazzjonijiet bejn il-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti f'każ ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 12j
Ksur tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
Kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikoli 12f jew 12g għandu jiġi indirizzat abbażi ta' mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
setgħat biex jiġu indirizzati jew jitneħħew impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 10;
setgħat imsemmija fl-Artikolu 10a;
miżuri msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE;
miżuri ta' intervent bikri skont l-Artikolu 13;
penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra skont l-Artikoli 110 u 111 tad-Direttiva 2014/59/UE.
Barra minn hekk, il-Bord jew il-BĊE jistgħu jwettqu alutazzjoni ta' jekk l-istituzzjoni hux qed tfalli jew probabbilment ser tfalli f'konformità mal-Artikolu 18.,
Artikolu 12k
Arranġamenti tranżizzjonali u ta' wara riżoluzzjoni
Il-Bord għandu jiddetermina livelli ta' mira intermedju għar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew għal rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), skont il-każ, li magħhom l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) għandhom jikkonformaw fl-1 ta' Jannar 2022. Il-livelli tal-mira intermedja għandhom, bħala regola, jiżguraw akkumulazzjoni lineari tal-obbligazzjonijiet eliġibbli u fondi proprji lejn ir-rekwiżit.
Il-Bord jista' jistabbilixxi perijodu tranżizzjonali li jkun itwal mill-1 ta' Jannar 2024 meta dan ikun debitament ġustifikat u adatt, abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 7 u billi jittieħed kont ta':
l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità;
il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità f'perijodu ta' żmien raġonevoli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g jew rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7); u
jekk l-entità tistax tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li m'għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 12c jew l-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, u jekk le, jekk dik l-inabbiltà hijiex ta' natura idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu.
Il-livelli minimi tar-rekwiżiti imsemmija fl-Artikolu 12d(4) u (5) ma għandhomx japplikaw fi żmien sentejn wara d-data:
li fiha l-Bord jew l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ikunu applikaw l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna;
li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni tkun stabbilixxiet miżura alternattiva għas-settur privat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1) li permezz tagħha strumenti kapitali u obbligazzjonijiet oħra jkunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertiti fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew li fiha ġew eżerċitati setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, skont l-Artikolu 21, fir-rigward ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni, sabiex l-entità ta' riżoluzzjoni tkun rikapitilizzata mingħajr l-applikazzjoni ta' għodod ta' riżoluzzjoni.
Meta jiddetermina l-perijodi tranżizzjonali, il-Bord għandu jqis:
il-prevalenza ta' depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament;
l-aċċess għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli;
sa fejn tkun id-dipendenza tal-entità ta' riżoluzzjoni fuq il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni 1 biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f.
KAPITOLU 2
Intervent bikri
Artikolu 13
Intervent bikri
Il-Bord għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni li jkun rċieva skont l-ewwel subparagrafu.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jimmonitorjaw mill-qrib, f'kooperazzjoni mal-Bord, il-kondizzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali u l-konformità tagħhom ma' kwalunkwe miżura ta' intervent bikri li kien meħtieġ minnhom.
Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jipprovdu lill-Bord l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jaġġornaw il-pjan ta' riżoluzzjoni u jħejju għar-riżoluzzjoni eventwali tal-istituzzjoni u għall-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 20(1) sa (15).
Il-Bord għandu s-setgħa wkoll li jesiġi li l-awtorità nazzjonali rilevanti ta' riżoluzzjoni tabbozza skema preliminari ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjoni jew il-grupp konċernat.
Il-Bord għandu jinforma lill-BĊE, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti u lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni li jieħu skont dan il-paragrafu.
KAPITOLU 3
Riżoluzzjoni
Artikolu 14
Objettivi ta' riżoluzzjoni
L-objettivi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:
li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi;
li jiġu evitati effetti avversi sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, b'mod partikolari permezz tal-prevenzjoni tal-kontaġju, inkluż lill-infrastrutturi tas-suq, u billi tinżamm id-dixxiplina tas-suq;
li jiġu protetti l-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;
li jiġu protetti d-depożitanti koperti mid-Direttiva 2014/49/UE u l-investituri koperti mid-Direttiva 97/9/KE;
li jiġu protetti l-fondi u l-assi tal-klijenti.
Meta jfittxu li jiksbu l-objettivi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord, l-Kunsill, il-Kummissjoni u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-kost tar-riżoluzzjoni u jevitaw id-distruzzjoni tal-valur ħlief jekk neċessarju sabiex jinkisbu l-objettivi ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 15
Prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni
Meta jaġixxu skont il-proċedura ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18, il-Bord, il-Kunsill, l-Kummissjoni u, fejn rilevanti, l-awtortitajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed skont il-prinċipji li ġejjin:
l-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf;
il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta' prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 17, ħlief fejn previst espressament mod ieħor f'dan ir-Regolament;
il-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jiġu sostitwiti, ħlief f'dawk il-każijiet fejn iż-żamma tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri, kollha jew parti minnhom, kif xieraq fiċ-ċirkostanzi, titqies meħtieġa għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni;
il-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għandhom jagħtu l-assistenza neċessarja kollha għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni;
persuni fiżiċi u ġuridiċi huma responsabbli, soġġett għal-liġi nazzjonali, skont il-liġi ċivili jew kriminali, għar-responsabbiltà tagħhom għall-falliment tal-istituzzjoni;
ħlief fejn previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b'mod ekwu;
l-ebda kreditur ma għandu jġarrab telf akbar milli kien iġarrab li kieku entità msemmija fl-Artikolu 2 tkun ġiet stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza skont is-salvagwardji previsti fl-Artikolu 29;
id-depożiti koperti jkunu protetti għalkollox, u
l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed f'konformità mas-salvagwardji f'dan ir-Regolament.
Dan mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati f' korpi maniġerjali kif previst mil-liġi nazzjonali jew fil-prattika.
Artikolu 16
Riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi prinċipali
Artikolu 17
Ordni tal-prijorità tal-pretensjonijiet
Fejn tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, l-iskema rilevanti ta' garanzija tad-depożiti għandha tkun responsabbli skont it-termini previsti fl-Artikolu 79.
Artikolu 18
Proċedura ta' riżoluzzjoni
Il-Bord għandu jadotta skema ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 6 fir-rigward ta' entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u lill-entitajiet u lill-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi, biss meta dan jivvaluta, matul is-sessjoni eżekuttiva tiegħu, hekk kif jirċievi komunikazzjoni skont ir-raba' subparagrafu jew fuq inizjattiva proprja, li ntlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-entità qed tfalli jew x'aktarx li tfalli;
b'kont meħud taż-żmien u ta' ċirkostanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li xi miżura alternattiva tas-settur privat, inklużi miżuri minn IPS, jew azzjoni ta' superviżjoni, inklużi miżuri ta' intervent bikri jew valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21, meħuda fir-rigward tal-entità, jistgħu jimpedixxu l-falliment tagħha f'limitu ta' żmien raġonevoli;
hija meħtieġa azzjoni ta' riżoluzzjoni fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 5.
Għandha ssir mill-BĊE valutazzjoni tal-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, wara konsultazzjoni mal-Bord. Il-Bord, matul is-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jista' jagħmel tali valutazzjoni biss wara li jkun informa lill-BĊE bl-intenzjoni tiegħu u biss jekk il-BĊE, fi żmien tlitt ijiem kalendarji wara li tkun waslet tali informazzjoni, ma jkunx għamel tali valutazzjoni. Il-BĊE għandu jipprovdi, mingħajr dewmien, lill-Bord bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li l-Bord jirrikjedi biex ikollu informazzjoni għall-valutazzjoni tiegħu.
Fejn l-BĊE jivvaluta li l-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ntlaħqet fir-rigward ta' istituzzjoni jew grupp imsemmija fl-ewwel subparagrafu, huwa għandu jikkomunika dik il-valutazzjoni mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Bord.
Il-valutazzjoni tal-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha ssir mill-Bord, matul is-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jew, fejn applikabbli, mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE. Il-BĊE jista' jinforma wkoll lill-Bord jew lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni konċernati li huwa jqis li l-kondizzjoni stipulata f'dak il-punt ġiet sodisfatta.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-entità għandha titqies li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli f'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
l-entità qed tikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu deteminazzjoni li l-istituzzjoni, fil-futur qrib, ser tkun qed tikser ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni b'mod li jkun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-BĊE, inkluż iżda mhux biss, il-fatt li l-istituzzjoni ġarrbet jew x'aktarx iġġarrab telf li se juża l-fondi proprji kollha jew ammont sinifikanti minnhom;
l-assi tal-entità huma, jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu determinazzjoni li l-assi tal-entità se jkunu, fil-futur qrib, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha;
l-entità hija, jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu determinazzjoni li dik l-entità se tkun, fil-futur qrib, f'pożizzjoni li ma tistax tħallas id-dejn tagħha jew obbligazzjonijiet oħrajn malli jsiru dovuti;
hija meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief fejn, sabiex jiġi rimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru u tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, dik l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu xi waħda minn dawn l-għamliet:
garanzija tal-Istat biex issostni l-faċilitajiet ta' likwidità minn banek ċentrali skont il-kondizzjonijiet tal-banek ċentrali;
garanzija tal-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġa ġodda; jew
injezzjoni ta' fondi proprji jew ix-xiri ta' strumenti kapitali bi prezzijiet u termini li ma jagħtux vantaġġ lill-entità, fejn la ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u lanqas iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 21(1) ma jkunu jeżistu fiż-żmien li tingħata l-għajnuna pubblika.
F'kull każ imsemmi fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-garanzija jew il-miżuri ekwivalenti msemmija fihom għandhom ikunu ristretti għall-entitajiet solventi u bil-kondizzjoni li tingħata approvazzjoni finali taħt il-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom ikunu ta' natura prekawzjonarja u temporanja u għandhom ikunu proporzjonati biex jirrimedjaw il-konsegwenzi ta' taqlib serju u ma għandhomx jintużaw biex jikkumpensaw għat-telf li ġarrbet l-entità jew li x'aktarx iġġarrab fil-futur qrib.
Il-miżuri ta' appoġġ taħt il-punt (d)(iii) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati għal injezzjonijiet meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqas ta' kapital stabbilit fit-testijiet tal-istress fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni jew tal-SSM, ir-rieżamijiet tal-kwalità tal-assi jew l-eżerċizzji ekwivalenti mwettqa mill-BĊE, l-ABE jew l-awtoritajiet nazzjonali, fejn applikabbli, ikkonfermati mill-awtorità kompetenti.
Jekk il-Kummissjoni tressaq proposta leġislattiva skont l-Artikolu 32(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, din għandha, jekk xieraq, tressaq proposta leġislattiva li temenda dan ir-Regolament bl-istess mod.
Jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-Bord għandu jadotta skema ta' riżoluzzjoni. L-iskema ta' riżoluzzjoni għandha:
tqiegħed lill-entità taħt riżoluzzjoni;
tiddetermina l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni lill-istituzzjoni taħt rizoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2), b'mod partikolari kwalunkwe esklużjonimill-applikazzjoni ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(5) u (14);
tiddetermina l-użu tal-Fond biex jappoġġa l-azzjoni ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 76 u skont deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda skont l-Artikolu 19.
Fi żmien 24 siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kummissjoni għandha jew tapprova l-iskema ta' riżoluzzjoni, jew toġġezzjonaha fir-rigward tal-aspetti ta' diskrezzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni f'każijiet li mhumiex koperti fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Fi żmien 12-il siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kummissjoni tista' tipproponi lill-Kunsill biex:
joġġezzjona għall-iskema ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi li l-iskema ta' riżoluzzjoni adottata mill-Bord ma tissodisfax il-kriterju tal-interess pubbliku msemmi fil-paragrafu 1(c);
japprova jew joġġezzjona modifika materjali tal-ammont tal-Fond prevista fl-iskema ta' riżoluzzjoni tal-Bord.
Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza sempliċi.
L-iskema ta' riżoluzzjoni tista' tidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa wara t-trażmissjoni tagħha mill-Bord.
Il-Kunsill jew il-Kummissjoni, skont il-każ, għandhom jiġġustifikaw l-eżerċizzju tas-setgħa ta' oġġezzjoni li għandhom.
Fil-każ fejn, fi żmien 24 siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kunsill ikun approva l-proposta tal-Kummissjoni għal modifika tal-iskema ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi msemmija fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu jew il-Kummissjoni tkun oġġezzjonat skont it-tieni subparagrafu, il-Bord, fi żmien tmien siegħat, għandu jimmodifika l-iskema ta' riżoluzzjoni skont ir-raġunijiet espressi.
Fejn l-iskema ta' riżoluzzjoni adottata mill-Bord tipprevedi l-esklużjoni ta' ċerti obbligazzjonijiet fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 27(5), u fejn tali esklużjoni tirrikjedi kontribuzzjoni mill-Fond jew sors alternattiv ta' finanzjament, bil-ħsieb li titħares l-integrità tas-suq intern, il-Kummissjoni tista' tipprojbixxi jew titlob emendi għall-esklużjoni proposta filwaqt li telenka raġunijiet adegwati bbażati fuq il-ksur tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 27 u fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 44(11) tad-Direttiva 2014/59/UE.
Artikolu 19
Għajnuna mill-Istat u għajnuna mill-Fond
Fit-twettiq tal-kompiti konferiti lilhom mill-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaġixxu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2014/59/UE u għandhom jippubblikaw b'mod adegwat l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-organizzazzjoni interna tagħhom f'dan ir-rigward.
In-notifika li ssir taħt dan il-paragrafu għandha tiskatta investigazzjoni preliminari mill-Kummissjoni li matulha l-Kummissjoni tista' tagħmel talba għal aktar informazzjoni mill-Bord. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-użu tal-Fond jgħawwiġx jew jhedded li jgħawweġ, il-kompetizzjoni billi jiffavorixxi lill-entità benefiċarja jew lil kwalunkwe impriża oħra, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u tkun inkompatibbli mas-suq intern. Fl-użu tal-Fond, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterju stabbilit għall-applikazzjoni tar-regoli għall-għajnuna mill-Istat kif minqux fl-Artikolu 107 TFUE. Il-Bord għandu jibgħat lill-Kummissjoni dik l-informazzjoni li l-Kummissjoni tqis li tkun meħtieġa biex twettaq dik il-valutazzjoni.
Jekk il-Kummissjoni jkollha dubji serji dwar il-kompatibilità tal-użu propost tal-Fond mas-suq intern, jew jekk il-Bord jonqos milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fuq talba tal-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tniedi investigazzjoni fil-fond u għandha tinnotifika l-Bord skont il-każ. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha li tniedi investigazzjoni fil-fond f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Bord, kwalunkwe Stat Membru jew kwalunkwe persuna, impriża jew assoċjazzjoni li jista' jkollhom l-interessi tagħhom affettwati mill-użu tal-Fond, jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien tali limitu ta' żmien kif jista' jkun speċifikat fin-notifika. Il-Bord jista' jissottometti osservazzjonijiet dwar il-kummenti mill-Istati Membri u minn partijiet terzi interessati fi żmien tali limitu ta' żmien kif jista' jkun speċifikat mill-Kummissjoni. Fi tmiem il-perijodu ta' investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni tagħha dwar jekk l-użu tal-Fond ikunx kompatibbli mas-suq intern.
Fil-valutazzjonijiet tagħha u fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha timxi fuq ir-regolamenti rilevanti kollha adottati skont l-Artikolu 109 TFUE kif ukoll fuq il-komunikazzjonijiet, il-gwida u l-miżuri rilevanti adottati mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattati relatati mal-għajnuna mill-Istat kif ikunu fis-seħħ fiż-żmien li fih għandha ssir il-valutazzjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu applikati daqs li kieku r-referenzi għall-Istat Membru responsabbli għan-notifika tal-għajnuna kienu referenzi għall-Bord, u bi kwalunkwe modifika oħra meħtieġa.
Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kompatibiltà tal-użu tal-Fond mas-suq intern, li għandha tkun indirizzata lill-Bord u lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati. Dik id-deċiżjoni tista' tiddependi fuq il-kondizzjonijiet, l-impenji jew l-impriżi fir-rigward tal-benefiċjarju.
Id-deċiżjoni tista' tistipula wkoll obbligi fuq il-Bord, fuq l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni fl-Istat Membru parteċipanti jew fl-Istati Membri kkonċernati jew fuq il-benefiċjarju li tippermetti l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom magħha. Dawn jistgħu jinkludu rekwiżiti dwar il-ħatra ta' fiduċjarju jew ta' persuna indipendenti oħra biex jgħinu fil-monitoraġġ. Fiduċjarju jew persuna indipendenti oħra jistgħu jwettqu tali funzjonijiet kif speċifikat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
Kwalunkwe deċiżjoni skont dan il-paragrafu għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tista' toħroġ deċiżjoni negattiva, indirizzata lill-Bord, fejn tiddeċiedi li l-użu tal-Fond Uniku kif propost ma jkunx kompatibbli mas-suq intern u ma jkunx jista' jiġi implimentat fil-forma kif proposta mill-Bord. Malli jirċievi tali deċiżjoni, il-Bord għandu jikkunsidra mill-ġdid l-iskema ta' riżoluzzjoni tiegħu u għandu jħejji skema ta' riżoluzzjoni riveduta.
Il-Bord għandu jitfa' fil-Fond kwalunkwe ammont riċevut skont l-ewwel subparagrafu u għandu jikkunsidra tali ammonti meta jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet skont l-Artikoli 70 u 71.
Il-proċedura ta' rkupru msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tirrispetta d-dritt għal amministrazzjoni tajba u d-dritt għall-aċċess għal dokumenti tal-benefiċjarji, kif stipulat fl-Artikoli 41 u 42 tal-Karta.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 93 rigward regoli ta' proċedura dettaljati dwar:
il-kalkolu tar-rata ta' imgħax li għandha tkun applikata fil-każ ta' deċiżjoni ta' rkupru skont il-paragrafu 5;
il-garanziji tad-dritt ta' amministrazzjoni tajba u tad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti msemmija fil-pargrafu 5.
Artikolu 20
Valwazzjoni tal-għanijiet ta' riżoluzzjoni
L-għanijiet tal-valwazzjoni għandhom ikunu:
li tingħata informazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk il-kondizzjonijiet tar-riżoluzzjoni jew il-kondizzjonijiet għall-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-i ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ intlaħqux;
jekk il-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni ntlaħqu, li tingħata informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar l-azzjoni xierqa ta' riżoluzzjoni li għandha tittieħed fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 2;
meta tiġi applikata s-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21(7), biex tkun infurmata d-deċiżjoni dwar il-punt sa liema għandhom jiġu kkanċellati jew dilwiti l-istrumenti ta' sjieda, u l-punt sa liema għandhom jiġu vvalutati negattivament jew kkonvertiti l-istrumenti kapitali rilevanti u l-obbligazzjonijiet eliġibbli;
meta tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, biex tkun infurmata d-deċiżjoni dwar il-punt sa liema għandhom jiġu valwati negattivament jew jiġu kkonvertiti l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna;
meta tiġi applikata l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja jew l-għodda ta' separazzjoni tal-assi, li tingħata informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-strumenti ta' sjieda li għandhom jiġu trasferiti u d-deċiżjoni dwar il-valur ta' kwalunkwe korrispettiv li għandu jitħallas lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, skont il-każ, lis-sidien tal-istrumenti ta' sjieda;
meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta' operat, li tingħata informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti l-oħra ta' sjieda li għandhom jiġu ttrasferiti u biex jgħinu lill-Bord jifhem x'jikkostitwixxi termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 24(2)(b);
fil-każijiet kollha, biex jiġi żgurat li kwalunkwe telf fuq l-assi ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 jiġi rikonoxxut bis-sħiħ meta jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni jew jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-i ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ rilevanti.
Bla ħsara għall-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli, il-valwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenzjali, inklużi r-rati ta' inadempjenza u l-gravità tat-telf. Il-valwazzjoni ma tassumi l-ebda għoti potenzjali fil-futur ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja kwalunkwe assistenza ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali, jew kwalunkwe assistenza ta' likwidità minn bank ċentali pprovduta skont termini ta' kollaterilizzazzjoni, maturità u rati tal-imgħax mhux standard, lil entità msemmija fl-Artikolu 2 minn meta tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-i ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ◄ rilvanti. Aktar minn hekk, il-valwazzjoni tqis li jekk tiġi applikata kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni:
il-Bord jista' jirkupra kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba kif xieraq mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 22(6);
il-Fond jista' jimponi imgħax jew tariffi fir-rigward ta' kwalunkwe self jew garanziji mogħtija lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 76.
Il-valwazzjoni għandha tkun issupplimentata bl-informazzjoni li ġejja kif tidher fil-kotba tal-kontabbiltà u r-reġistri ta' entità msemmija fl-Artikolu 2:
karta bilanċjali aġġornata u rapport dwar il-pożizzjoni ta' entità msemmija fl-Artikolu 2;
analiżi u stima tal-valur kontabilistiku tal-assi;
il-lista tal-obbligazzjonijiet pendenti fuq il-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali murija fil-kotba u r-reġistri ta' entità msemmija fl-Artikolu 2, b'indikazzjoni tal-krediti rispettivi u l-prijorità tal-pretensjonijiet msemmija fl-Artikolu 17.
Il-valwazzjoni provviżorja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi buffer għal telf addizzjonali, b'ġustifikazzjoni xierqa.
L-għanijiet tal-valwazzjoni ex-post definittiva għandhom ikunu:
li jiġi żgurat li kwalunkwe telf fl-assi ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 jiġu rikonoxxuti bis-sħiħ fil-kotba tal-kontabbiltà ta' dik l-entità;
tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni li ssir valwazzjoni negattiva tal-pretensjonijiet tal-kredituri jew li jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas, skont il-paragrafu 12 ta' dan l-Artikolu.
Fil-każ li l-istima tal-valwazzjoni ex-post definittiva tal-valur tal-assi netti ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 tkun ogħla mill-istima tal-valwazzjoni provviżorja tal-valur tal-assi netti ta' dik l-entità, il-Bord jista' jitlob lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex:
teżerċita s-setgħat tagħha li żżid il-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri jew tas-sidien ta' strumenti kapitali rilevanti li tagħmel valwazzjoni negattiva bl-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna;
jagħti struzzjonijiet lil istituzzjoni tranżitorja jew mezz ta' mmaniġġjar tal-assi li jħallas aktar korrispettiv fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet lil istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew skont il-każ, fir-rigward tal-istrumenti ta' sjieda lis-sidien ta' dawk l-istrumenti ta' sjieda.
Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 16 għandha tiddetermina:
it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri, jew l-iskemi rilevanti ta' garanzija tad-depożiti kienu jirċievu li kieku istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha jkunu nħarġu l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, tkun daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza fi żmien meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar azzjoni ta' riżoluzzjoni;
it-trattament reali li l-azzjonisti u l-kredituri jirċievu fir-riżoluzzjoni ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; u
jekk hemmx xi differenza bejn it-trattament imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu u t-trattament imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu.
Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 16 għandha:
tassumi li istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jkunu ġew affettwati, tkun daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza fi żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni għal riżoluzzjoni;
tassumi li l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni ma daħlux fis-seħħ;
ma tqis l-ebda għoti ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja lil istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.
Artikolu 21
Valutazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli
Il-Bord għandu jeżerċita s-setgħa li jagħmel valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilevanti billi jaġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u lill-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi, biss fejn jivvaluta, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, hekk kif jirċievi komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafu jew fuq inizjattiva proprja, li tkun ġiet sodisfatta kondizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
fejn ikun ġie stabbilit li jkunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 16 u 18 qabel ma tkun ittieħdet kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni;
l-entità mhux se tibqa' vijabbli sakemm l-i ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilvanti ma ssirilhomx valwazzjoni negattiva jew jiġu konvertiti f'ekwità;
f'każ ta' strumenti kapitali rilevanti maħruġa minn sussidjarja u fejn dawk l-istrumenti kapitali rilvanti jiġu rikonoxxuti għall-finijiet li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi konsolidata, sakemm is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni ma tiġix eżerċitata fir-rigward ta' dawk l-istrumenti, il-grupp ma jibqax aktar vijabbli;
f'każ ta' strumenti kapitali rilevanti maħruġa fil-livell ta' impriża prinċipali u fejn dawk l-istrumenti kapitali rilevanti jiġu rikonoxxuti għall-finijiet li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali fil-livell ta' impriża prinċipali jew fuq bażi konsolidata, sakemm is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ma tiġix eżerċitata fir-rigward ta' dawk l-istrumenti, il-grupp ma jibqax aktar vijabbli;
hija meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja għall-entità jew il-grupp, ħlief fi kwalunkwe ċirkostanza stipulata fil-punt (d)(iii) tal-Artikolu 18(4).
Il-valutazzjoni tal-kondizzjonijiet msemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu għandha ssir mill-BĊE wara konsultazzjoni mal-Bord. Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu jista' jagħmel ukoll tali valutazzjoni.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, entità msemmija fl-Artikolu 2 jew grupp għandhom jitqiesu li mhumiex aktar vijabbli fil-każ biss li jintlaħqu dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:
l-entità jew il-grupp qed ifalli jew li x'aktarx jfalli;
filwaqt li jittieħed kont taż-żmien u ċirkostanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li kwalunkwe azzjoni, inklużi miżuri minn settur privat alternattiv jew ta' superviżjoni (inklużi miżuri ta' intervent bikri), apparti l-valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-i ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilevanti, indipendentement jew f'kumbinazzjoni ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni, jistgħu jimpedixxu l-falliment tal-entità jew il-grupp f'qafas ta' żmien raġonevoli.
Fejn strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu nxtraw mill-entità ta' riżoluzzjoni b'mod indirett permezz ta' entitajiet oħrajn fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' dawk l-istrumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tiġi eżerċitata flimkien mal-eżerċizzju tal-istess setgħa fil-livell tal-intrapriża omm tal-entità kkonċernata jew fil-livell ta' intrapriżi omm oħrajn li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, sabiex it-telf jiġi effettivament mgħoddi lill-entità ta' riżoluzzjoni, u l-entità kkonċernata tiġi rikapitalizzata mill-entità ta' riżoluzzjoni.
Wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha titwettaq il-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(16) u għandu japplika l-punt (e) tal-Artikolu 76(1).
Meta dik is-setgħa tkun eżerċitata, il-valutazzjoni negattiva jew il-konverżjoni għandhom isiru f'konformità mal-prinċipju msemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 15(1).
Il-Bord għandu jiżgura li qabel ma l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħa li jagħmlu valwazzjoni negattiva jew li jikkonvertu l-i ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilevanti, għandha titwettaq valwazzjonii tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 jew ta' grupp imsemmija fl-Artikolu 20(1) sa (15). Dik il-valwazzjoni għandha tkun il-bażi tal-kalkolu tal-valwazzjoni negattiva li għandu jiġi applikat lill-i ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilevanti sabiex jiġi assorbit it-telf u l-livell ta' konverżjoni li għandu jiġi applikat lill-i ►M1 strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a ◄ rilevanti għar-rikapitalizzazzjoni tal-entità msemmija fl-Artikolu 2 jew tal-grupp.
Il-Bord għandu jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni mingħajr dewmien, f'konformità mal-prijorità tat-talbiet skont l-Artikolu 17 u b'mod li jipproduċu r-riżultati li ġejjin:
il-punti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 jitnaqqsu l-ewwel, fi proporzjon mat-telf u sal-kapaċità tagħhom;
l-ammont kapitali tal-Grad 1 Addizzjoniali istrumenti kapitali rilevanti jiġi valwat negattivament jew ikkonvertit fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 jew sal-kapaċità tal-istrumenti kapitali rilevanti, skont liema huwa inqas;
l-ammont prinċipali ta' strumenti tal-Grad 2 isirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi konvertit fi strument tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew it-tnejn li huma, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 jew sal-punt tal-kapaċità tal-istrumenti kapitali rilevanti, liema minnhom ikun l-aktar baxx;
l-ammont prinċipali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmi fil-paragrafu 7a jiġi valutat b'mod negattiv jew konvertit fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 jew sal-punt tal-kapaċità tal-obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx.
Artikolu 22
Prinċipji ġenerali tal-għodod ta' riżoluzzjoni
L-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18(6)(b) huma dawn li ġejjin:
l-għodda tal-bejgħ ta' operat;
l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja;
l-għodda ta' separazzjoni tal-assi;
l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna.
Meta jadotta l-iskema ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18(6), il-Bord għandujieħu kont tal-fatturi li ġejjin:
l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' valwazzjoni skont l-Artikolu 20;
il-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
il-kummerċjabbiltà tal-valur tal-franchise tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fid-dawl tal-kondizzjonijiet ekonomiċi u kompetittivi tas-suq;
iż-żmien disponibbli.
Il-Bord jista' jirkupra kwalunkwe spiża raġonevoli korrettament imġarrba f'konnessjoni mal-użu ta' kwalunkwe għodda jew setgħa ta' riżoluzzjoni f'mod wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
bħala tnaqqis minn kwalunkwe korrispettiv imħallas minn riċevitur lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, jekk ikun japplika l-każ, lis-sidien ta' strumenti ta' sjieda;
mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur preferut; jew
minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni ta' operazzjoni tal-istituzzjoni tranżitorja jew il-mezz ta' mmaniġġjar tal-assi, bħala kreditur preferut.
Kwalunkwe rikavat riċevut mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni b'rabta mal-użu tal-Fond għandhom jiġu rimborżati lill-Bord.
Artikolu 23
Skema ta' Riżoluzzjoni
L-iskema ta' riżoluzzjoni adottata mill-Bord skont l-Artikolu 18 għandha tistabbilixxi, skont kwalunkwe deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat jew għajnuna mill-Fond, id-dettalji tal-għodod ta' riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li jirrigwardaw mill-inqas il-miżuri msemmija fl-Artikolu 24(2), l-Artikolu 25(2), l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 27(1) li għandu jkun implimentat minn awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni f'konformita' mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2014/59/UE kif trasposta fil-liġi nazzjonali u tiddetermina l-ammonti speċifiċi u l-għanijiet li għalihom il-Fond għandu jintuża.
L-iskema ta' riżoluzzjoni għandha tispjega l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu mill-Bord fir-rigward tal-impriża prinċipali tal-Unjoni jew entitajiet partikolari tal-grupp stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti bil-għan li tissodisfa l-objettivi ta' riżoluzzjoni u l-prinċipji kif imsemmija fl-Artikoli 14 u 15.
Meta jadottaw skema ta' riżoluzzjoni, il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw u jsegwu l-pjan ta' riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 8 sakemm il-Bord ma jivvalutax, b'konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jinkisbu b'mod aktar effikaċi bit-teħid ta' azzjonijiet li ma hemmx provvediment għalihom fil-pjan ta' riżoluzzjoni.
Matul il-proċess tar-riżoluzzjoni, il-Bord jista' jemenda u jaġġorna l-iskema ta' riżoluzzjoni kif xieraq fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ. Għal emendi u aġġornamenti għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.
B'żieda ma' dan, l-iskema ta' riżoluzzjoni għandha tipprovdi fejn xieraq għall-ħatra ta' maniġer speċjali għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/59/UE. Il-Bord jista' jistabbilixxi li dan l-istess maniġer speċjali jinħatar għall-entitajiet kollha affiljati mal-grupp fejn dak ikun meħtieġ sabiex jiffaċlita s-soluzzjonijet li jindirizzaw il-vijabilità finanzjarja tal-entitajiet ikkonċernati.
Artikolu 24
Għodda tal-bejgħ ta' operat
Fi ħdan l-iskema ta' riżoluzzjoni, l-għodda tal-bejgħ ta' operat għandha tikkonsisti fit-trasferiment għand xerrej li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja ta' dan li ġej:
strumenti ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; jew
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe waħda minn dawn.
Dwar l-għodda tal-bejgħ ta' operat, l-iskema ta' riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi:
l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 38(1) u (7) sa (11) tad-Direttiva 2014/59/UE;
it-termini kummerċjali, b' kont meħud taċ-ċirkostanzi u l-ispejjeż u l-infiq imġarrba fil-proċess tar-riżoluzzjoni, skont liema l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tagħmel trasferiment f'konformità mal-Artikolu 38(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2014/59/UE;
jekk is-setgħat ta' trasferiment jisgħux jiġu eżerċitati mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni aktar minn darba skont l-Artikolu 38(5) u (6) tad-Direttiva 2014/59/UE;
l-arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità jew dawk l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 39(1) u (2) tad-Direttiva 2014/59/UE;
jekk il-konformità mar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni x'aktarx li thedded l-objettivi ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Il-Bord għandu japplika l-għodda tal-bejgħ ta' operat mingħajr ma jissodisfa r-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni stipulati fil-punt (e) tal-paragrafu 2 meta jiddetermina li l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti x'aktarx timmina xi wieħed jew aktar mill-objettivi ta' riżoluzzjoni u b' mod partikolari jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
iqis li hemm theddida materjali għall-istabbiltà finanzjarja li tinħoloq jew tiġi aggravata mill-falliment u l-falliment possibbli tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni; u
jqis li l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti x'aktarx thedded l-effettività tal-għodda tal-bejgħ ta' operat fl-indirizzar ta' dik it-theddida jew biex jintlaħaq l-objettiv ta' riżoluzzjoni speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 14(2).
Artikolu 25
Għodda ta' istituzzjoni tranżitorja
Fil-qafas tal-iskema ta' riżoluzzjoni, l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja għandha tikkonsisti fit-trasferiment għand istituzzjoni tranżitorja ta' kwalunkwe minn dan li ġej:
strumenti ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni jew istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni;
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew kwalunkwe wieħed minnhom ta' istituzzjoni jew istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni.
Dwar l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja, l-iskema ta' riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi:
l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti lil istituzzjoni tranżitorja mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 40(1) sa (12) tad- Direttiva 2014/59/UE;
l-arranġamenti għall-ħolqien, l-operat u t-terminazzjoni tal-istituzzjoni tranżitorja mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 41(1), (2), (3) u (5) sa (9) tad-Direttiva 2014/59/UE;
l-arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjoni tranżitorja jew tal-assi jew l-obbligazzjonijiet tagħha skont l-Artikolu 41(4) tad-Direttiva 2014/59/UE.
Artikolu 26
Għodda ta' separazzjoni tal-assi
Dwar l-għodda ta' separazzjoni tal-assi l-iskema ta' riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi:
l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni lil mezz ta' mmaniġġjar tal-assi f'konformità mal-Artikolu 42(1) sa (5) u (8) sa (13) tad-Direttiva 2014/59/UE;
il-korrispettiv li għalih l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni lill-mezz tal-immaniġġjar tal-assi, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament, mal-Artikolu 42(7) tad-Direttiva 2014/59/UE u mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jimpedixxi li l-korrispettiv ikollu valur nominali jew negattiv.
Artikolu 27
Għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna
L-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna tista' tiġi applikata għal kwalunkwe wieħed minn dawn l-iskopijiet:
biex tiġi rikapitalizzata entità msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament li tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni sal-punt suffiċjenti biex tiġi restawrata l-kapaċità tagħha li tikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni (sa fejn dawk il-kondizzjonijiet japplikaw għall-entità) u li tkompli twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE fejn l-entità hija awtorizzata skont dawn id-Direttivi, u biex tkun sostnuta l-fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni jew fl-entità;
jikkonvertu għall-ekwità jew inaqqsu l-ammont kapitali ta' pretensjonijiet jew strumenti ta' dejn li huma ttrasferiti:
lill-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jipprovdu kapital għal dik l-istituzzjoni tranżitorja; jew
taħt l-għodda tal-bejgħ ta' operat jew l-għodda ta' separazzjoni tal-assi.
Fil-qafas tal-iskema ta' riżoluzzjoni dwar l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, għandu jiġi stabbilit dan li ġej:
l-ammont aggregat li bih l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jridu jiġu mnaqqsa jew konvertiti, skont il-paragrafu 13;
l-obbligazzjonijiet li jistgħu jiġu esklużi skont il-paragrafi 5 sa 14;
l-objettivi u l-kontenut minimu tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat li għandhom jiġu ppreżentati skont il-paragrafu 16.
Kwalunkwe waħda mill-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2)(a), (b) u (c), u l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-punt (d) ta' dak il-paragrafu, għandha tapplika, kif xieraq, fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ma jiġux sodisfatti.
L-obbligazzjonijiet li ġejjin, kemm jekk regolati mil-liġi ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz, ma għandhomx ikunu soġġetti għal valwazzjoni negattiva u konverżjoni:
depożiti koperti;
obbligazzjonijiet garantiti inklużi bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta' strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta' iħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta' kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma żgurati b'mod simili bħal bonds koperti;
kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma minn istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inklużi assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti miżmuma f'isem l-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE jew tal-AIFs kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), sakemm tali klijent ikun protett skont il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli;
kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta permezz ta' relazzjoni fiduċjarja bejn entità msemmija fl-Artikolu 2 (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja), sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli;
obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet, minbarra entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' inqas minn sebat ijiem;
obbligazzjonijiet b'maturità pendenti ta' inqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi maħsuba skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema, jew lil CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;
obbligazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
impjegat, b'rabta mas-salarju, benefiċċji tal-pensjoni jew remunerazzjoni oħra fissa dovuta, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li mhix regolata bil-liġi jew ftehim ta' negozjar kollettiv;
kreditur kummerċjali jew ta' negozju li jinħoloq mill-forniment ta' oġġetti jew servizzi lil istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2 li huma fundamentali għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inkluż servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet;
awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti taħt il-liġi applikabbli;
skemi ta' garanzija ta' depożiti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE;
obbligazzjonijiet lil entitajiet imsemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma nfushom entitajiet ta' riżoluzzjoni, irrispettivament mill-maturitajiet tagħhom, ħlief meta dawn l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw 'l isfel minn obbligazzjonijiet ordinarji mhux garantiti skont il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru parteċipanti li tirregola l-proċedimenti normali ta' insolvenza applikabbli fit-28 ta' Diċembru 2020; fil-każijiet fejn tkun tapplika dik l-eċċezzjoni, il-Bord għandu jivvaluta jekk l-ammont ta' punti li jikkonformaw mal-Artikolu 12g(2) ikunx suffiċjenti biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.
Il-punt (g)(i) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta' dawk li jieħdu riskju materjali kif identifikat fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.
Il-Bord għandu jiżgura li l-assi garantiti kollha relatati ma' pool ta' kopertura ta' bonds koperti jibqgħu mhux affettwati, segregati u b'finanzjament suffiċjenti.
Bla ħsara għar-regoli ta' skopertura fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u sabiex jipprevedi r-riżolvibbiltà ta' entitajiet u gruppi, il-Bord għandu jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali biex jillimitaw, skont l-Artikolu 10(11)(b) ta' dan ir-Regolament, il-punt sa fejn istituzzjonijiet oħra iżommu ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ , ħlief għal obbligazzjonijiet miżmuma f'entitajiet li jiffurmaw parti mill-istess grupp.
F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, ċerti obbligazzjonijiet jistgħu jiġu esklużi jew parzjalment esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni fejn:
mhuwiex possibbli ssir rikapitalizzazzjoni interna ta' dik l-obbligazzjoni fi żmien raġonevoli minkejja sforzi b'rieda tajba tal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti; jew
l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u tkun proporzjonata sabiex tinkiseb il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi u l-linji ewlenin tan-negozju b'mod li tinżamm l-abbiltà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li tkompli bl-operazzjonijiet, is-servizzi u t-tranżazzjonijiet ewlenin; jew
l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u proporzjonata biex tevita li twassal għal kontaġju wiesa', partikolarment rigward depożiti eliġibbli miżmuma minn persuni fiżiċi u mikroimpriżi, impriżi ta' daqs żgħir u medju, li jista' jħarbat b'mod serju l-funzjonament tas-swieq finanzjarji, inklużi l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, b'mod li jista' jikkawża tħarbit serju lill-ekonomija ta' Stat Membru jew tal-Unjoni; jew
l-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna għal dawk l-obbligazzjonijiet tikkawża qerda fil-valur b'mod li t-telf imġarrab minn kredituri oħra jkun ogħla milli kieku dawk l-obbligazzjonijiet ġew esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna.
Il-Bord għandu jivvaluta b'attenzjoni jekk l-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet jew entitajiet li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni u li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni taħt il-punt (h) tal-paragrafu 3 għandhomx jiġu esklużi jew esklużi parzjalment taħt il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni.
Fejn tiġi eskluża, għal kollox jew parzjalment, obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna, taħt dan il- paragrafu, il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħra b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jista' jiżdied sabiex jittieħed kont ta' tali l-esklużjonijiet, sakemm il-livell ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħra b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jkun jikkonforma mal-prinċipju stipulat fil-punt (g) tal-artikolu 15(1).
Fejn obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jiġu esklużi għal kollox jew parzjalment, skont il-paragrafu 5, u t-telf li kien jiġġarrab minn dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunx għadda kollu fuq kredituri oħrajn, tista' ssir kontribuzzjoni mill-Fond lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex tagħmel waħda jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:
tkopri kwalunkwe telf li ma jkunx ġie assorbit minn obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna u jiġi restawrat għal żero l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 13;
jinxtraw strumenti ta' sjieda jew strumenti kapitali fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex l-istituzzjoni tiġi rikapitalizzata f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 13.
Il-Fond jista' jagħmel kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 6 biss meta:
kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tkun ta' ammont mhux inqas minn 8 % tal-obbligazzjonijiet totali inkluż il-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin fil-mument tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) sa (15), tkun saret mill-azzjonisti, id-detenturi ta' strumenti kapitali rilevanti u ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ oħra, permezz ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni jew mod ieħor; u
il-kontribuzzjoni mill-Fond ma taqbiżx 5 % tal-obbligazzjonijiet totali inklużi l-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin fil-mument tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) sa (15).
Il-kontribuzzjoni tal-Fond imsemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu tista' tiġi ffinanzjata permezz ta':
l-ammont disponibbli għall-Fond li nġabar permezz tal-kontribuzzjonijiet minn entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament skont ir-regoli stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE u fl-Artikolu 67(4), u fl-Artikoli 70 u 71 ta' dan ir-Regolament;
fejn l-ammonti msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma jkunux suffiċjenti, l-ammonti miġbura minn mezzi ta' finanzjament skont l-Artikoli 73 u 74.
F'ċirkostanzi straordinarji, finanzjament ulterjuri tista' jinkiseb minn sorsi alternattivi ta' finanzjament wara:
li jkun intlaħaq il-limitu ta' 5 % speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 7; u
obbligazzjonijiet mhux garantiti, mhux bi preferenza, minbarra d-depożiti eliġibbli, ikunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertit b'mod sħiħ.
Meta tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5, għandha tingħata l-konsiderazzjoni dovuta lil:
il-prinċipju li t-telf għandu jiġġarrab l-ewwel mill-azzjonisti u mbagħad, b'mod ġenerali, mill-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f'ordni ta' preferenza;
il-livell ta' kapaċità ta' assorbiment ta' telf li jibqa' fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jekk l-obbilgazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet jiġu esklużi; u
il-ħtieġa li jinżammu riżorsi adegwati għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni.
Il-Bord għandu jivvaluta fuq il-bażi ta' valwazzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 20(1) sa (15), tal-aggregat ta':
fejn rilevanti, l-ammont li bih l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jridu jiġu valwati negattivament sabiex jiġi żgurat li l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkun żero; u
fejn relevanti, l-ammont li bih l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jridu jiġu kkonvertiti f'ishma jew f'tipi oħrajn ta' strumenti kapitali sabiex jiġi rrestawrat il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta':
l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; jew
tal-istituzzjoni tranżitorja.
Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jeħtiġilhom jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti sabiex jiġi restawrat il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta-listituzzjonitaħt riżoluzzjoni, jew, fejn applikabbli, jiġi stabbilit il-proporzjon tal-istituzzjoni tranżitorja filwaqt li titqies kwalunkwe kontribuzzjoni ta' kapital mill-Fond skont il-punt (d) tal-Artikolu 76(1), u biex tiġi sostnuta biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja u jkun possibbli li tkompli tikkonforma għal tal-anqas ta' sena mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u tkompli twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE.
Fejn il-Bord ikollu l-ħsieb li juża l-għodda ta' separazzjoni tal-assi msemmija fl-Artikolu 26, l-ammont li bih jeħtieġ li jitnaqqsu l- ►M1 obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ għandu jqis stima prudenti tal-ħtiġijiet ta' kapital tal-mezz ta' mmaniġġjar tal-assi bħala adegwat.
Fi żmien ġimagħtejn mid-data tas-sottomissjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat, l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti għandha tipprovdi lill-Bord bil-valutazzjoni tagħha tal-pjan. Fi żmien xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat, il-Bord għandu jivvaluta l-probabbilità li l-pjan, jekk jiġi implimentat, għandu jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul ta' entità msemmija fl-Artikolu 2. Il-valutazzjoni għandha titlesta bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-BĊE, fejn rilevanti.
Fejn il-Bord ikun sodisfatt li l-pjan se jinkiseb dak l-għan, għandu jippermetti lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni tapprova l-pjan f'konformità mal-Artikolu 52(7) tad-Direttiva 2014/59/UE. Jekk il-Bord ma jkunx sodisfatt li l-pjan jilħaq dak l-objettiv, huwa għandu jagħti struzzjoni lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex tinnotifika lill-korp maniġerjali jew lill-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) ta' dik id-Direttiva dwar it-tħassib tagħha u teħtieġ l-emenda tal-pjan b'mod li jindirizza dan it-tħassib f'konformita' mal-Artikolu 52(6) dik id-Direttiva. Fiż-żewġ każijiet il-valutazzjoni għandha titlesta bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-BĊE, fejn rilevanti.
Fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-wasla ta' tali notifika, il-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jissottomettu għall-approvazzjoni pjan emendat lill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tippreżenta lill-Bord il-pjan emendat u l-valutazzjoni tagħha ta' tali pjan. Il-Bord għandu jivvaluta l-pjan emendat, u għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali ta' riżolużżjoni biex jinnotifikaw lill-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2014/59/UE fi żmien ġimgħa jekk hijiex sodisfatta li l-pjan, kif emendat, jindirizza t-tħassib innotifikat jew jekk humiex meħtieġa emendi ulterjuri.
Il-Bord għandu jikkomunika l-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat tal-grupp lill-ABE.
Artikolu 28
Monitoraġġ mill-Bord
Il-Bord għandu jimmonitorja mill-qrib l-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni. Għal dak l-iskop l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom:
jikkooperaw ma' u jassistu lill-Bord fil-qadi tad-dmir tiegħu ta' monitoraġġ;
jipprovdu, f'intervalli regolari stabbiliti mill-Bord, informazzjoni preċiża, affidabbli u sħiħa dwar l-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni, l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, li jistgħu jintalbu mill-Bord, inkluż dwar dan li ġej:
is-sitwazzjoni operazzjonali u finanzjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, l-istituzzjoni tranżitorja u l-mezz ta' mmaniġġjar tal-assi;
it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu li kieku saret likwidazzjoni tal-istituzzjoni bi proċedimenti normali ta' insolvenza;
kwalunkwe proċedimenti fil-qorti fis-seħħ relatati mal-likwidazzjoni tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, kontestazzjonijiet għad-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni u għall-valwazzjoni jew relatati mal-applikazzjonijiet għal kumpens ippreżentati mill-azzjonisti jew il-kredituri;
il-ħatra, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' evalwaturi, amministraturi, kontabilisti, avukati u professjonisti oħra li tista' tkun meħtieġa b'assistenza għall-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, u minħabba l-qadi ta' dmirijiethom;
kwalunkwe kwistjoni oħra li hi rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni inkluż kwalunkwe ksur potenzjali tas-salvagwardji pprovduti fid-Direttiva 2014/59/UE li tista' tissemma mill-Bord;
il-punt sa fejn u l-mod li bih is-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 63 sa 72 tad-Direttiva 2014/59/UE huma eżerċitati minnhom;
il-vijabbiltà ekonomika, il-fattibilità, u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat previst fl-Artikolu 27(16).
L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jissottomettu għand il-Bord rapport finali dwar l-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 29
Implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament
Għal dawk l-għanijiet, soġġett għal dan ir-Regolament, għandhom jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2014/59/UE u skont il-kondizzjonijiet stipulati mil-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jinformaw bis-sħiħ lill-Bord dwar l-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat. Kwalunkwe azzjoni li jieħdu għandha tikkonforma mad-deċiżjonijiet tal-Bord bis-saħħa ta' dan ir-Regolament.
Fl-implimentazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li s-salvagwardji applikabbli stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE jiġu osservati.
Fejn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ma tkunx applikat jew ma tkunx ikkonformat ma' deċiżjoni mill-Bord skontdan ir-Regolament jew applikatha b'tali mod li jhedded kwalunkwe wieħed mill-objettivi ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 14 jew l-implimentazzjoni effikaċi tal-iskema ta' riżoluzzjoni, il-Bord jista' jkollu jordna lil istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li:
f'każ ta' azzjoni skont l-Artikolu 18, tittrasferixxi għand persuna oħra drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet speċifikati ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
f'każ ta' azzjoni skont l-Artikolu 18, tesiġi l-konverżjoni ta' kwalunkwe strument ta' dejn li jkun fih terminu kuntrattwali għall-konverżjoni fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 21;
tadotta kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa biex tikkonforma mad-deċiżjoni inkwistjoni.
Il-Bord għandu jadotta deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu biss jekk il-miżura tindirizza b'mod sinifikanti t-theddida għall-objettiv ta' riżoluzzjoni rilevanti jew l-implimentazzjoni effikaċi tal-iskema ta' riżoluzzjoni.
Qabel ma jiddeċiedi li jimponi kwalunkwe miżura l-Bord għandu jinnotifika l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni u lill-Kummissjoni dwar il-miżura li jkun beħsiebu jieħu. Dik in-notifika għandha tinkludi dettalji tal-miżuri previsti, ir-raġunijiet għal dawk il-miżuri u d-dettalji ta' meta jkun previst li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.
In-notifika għandha ssir mhux anqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżuri jkunu se jidħlu fis-seħħ. F'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn ma jkunx possibbli li jingħata preavviż ta' 24 siegħa, il-Bord jista' jwassal in-notifika anqas minn 24 siegħa qabel ma jkun previst id-dħul fis-seħħ tal-miżuri.
KAPITOLU 4
Kooperazzjoni
Artikolu 30
Obbligu ta' kooperazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni fi ħdan l-SRM
Artikolu 31
Kooperazzjoni fl-SRM
Sabiex jiżgura l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-Bord:
għandu jfassal linji gwida u struzzjonijiet ġenerali lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont liema l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu adottati u jitwettqu l-kompiti u d-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni;
jista' fi kwalunkwe ħin jeżerċita s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 34 sa 37;
jista' jitlob informazzjoni, fuq bażi ad hoc jew kontinwa, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar il-prestazzjoni tal-kompiti mwettqa minnhom skont l-Artikolu 7(3);
għandu jirċievi abbozz tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni li dwarhom jista' jesprimi l-opinjoni tiegħu, u jindika b'mod partikolari, l-elementi tal-abbozz ta' deċiżjoni li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jew mal-istruzzjonijiet ġenerali tal-Bord.
Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, il-Bord jista' jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jippreżentaw lill-Bord l-informazzjoni kollha meħtieġa, miksuba minnhom skont l-Artikolu 11 u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, bla ħsara għall-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu.
Artikolu 32
Konsultazzjoni ta', u kooperazzjoni ma',Stati Membri mhux parteċipanti u ma' pajjiżi terzi
Fejn grupp jinkludi entitajiet stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti u sussidjarji stabbiliti, jew fergħat sinifikanti li jinsabu, fi Stati Membri mhux parteċipanti, il-Bord għandu jikkomunika kwalunkwe pjanijiet, deċiżjonijiet jew miżuri imsemmija fl-Artikoli 8, 10, 11, 12 u 13, rilevanti għall-grupp lill-awtoritajiet kompetenti u/jew lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti, kif xieraq.
Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu l-Bord għandu jikkonkludi memorandum ta' fehim mal-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' kull Stat Membru mhux parteċipanti li jkun jospita mill-inqas istituzzjoni globali sistemikament importanti waħda, identifikata bħala tali skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 33
Rikonoxximent u infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz
Il-Bord għandu jevalwa u joħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni mwettqa mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' istituzzjoni ta' pajjiż terz jew ta' impriża prinċipali ta' pajjiż terz li għandhom:
sussidjarja waħda jew aktar tal-Unjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti wieħed jew aktar; jew
assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li jinsabu fi Stat Membru parteċipanti wieħed jew aktar, jew ikunu regolati mil-liġi tal-Istati Membri parteċipanti.
Il-Bord għandu jwettaq il-valutazzjoni tiegħu, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, u flimkien mal-awtoritajiet Ewropej ta' riżoluzzjoni ta' Stati Membri mhux parteċipanti, fejn ikun hemm kulleġġ ta' riżoluzzjoni stabbilit f'konformita' mal-Artikolu 89 tad-Direttiva 2014/59/UE.
Il-valutazzjoni għandha tagħti konsiderazzjoni xierqa tal-interessi ta' kull Stat Membru parteċipanti individwali fejn topera istituzzjoni jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz, u partikolarment lill-impatt potenzjali tar-rikonoxximent u l-infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni minn pajjiż terz dwar partijiet oħra tal-grupp u lill-istabilità finanzjarja f'dawk l-Istati Membri.
Il-Bord għandu jirrakkomanda li jkun miċħud ir-rikonoxximent jew l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk jikkunsidra li:
il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz jista' jkollhom effett negattiv fuq l-istabbilità finanzjarja ta' Stat Membru parteċipanti;
il-kredituri, inklużi partikolarment id-depożitanti li jinsabu jew li jitħallsu fi Stat Membru parteċipanti mhux se jirċievu l-istess trattament bħall-kredituri u depożitanti tal-pajjiż terz bl-istess drittijiet legali skont il-proċedimenti domestiċi ta' riżoluzzjoni tal-pajjiż terz;
ir-rikonoxximent jew l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz ikollhom implikazzjonijiet fiskali materjali għall-Istat Membru parteċipanti; jew
l-effetti ta' tali rikonoxximent jew infurzar ikunu kuntrarji għal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti.
KAPITOLU 5
Setgħat ta' investigazzjoni
Artikolu 34
Talbiet għall-informazzjoni
Għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti skont dan ir-Regolament, il-Bord jista', permezz tal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew direttament wara li jinfurmahom, jagħmel użu sħiħ tal-informazzjoni kollha disponibbli lill-BĊE jew lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jitlob lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi li ġejjin biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex iwettaq il-kompiti konferiti lilu minn dan ir-Regolament:
l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2;
l-impjegati tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2;
partijiet terzi li l-entitajiet msemmija fl-Artikolu 2 ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet.
Artikolu 35
Investigazzjonijiet ġenerali
Għal dak il-għan, il-Bord jista':
jeżiġi s-sottomissjoni ta' dokumenti;
jeżamina l-kotba u r-reġistri ta' kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika msemmija fl-Artikolu 34(1) u jieħu kopji jew estrazzjonijiet mit-tali kotba u reġistri;
jikseb spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali minn kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika msemmija fl-Artikolu 34(1) jew mir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom;
jintervista lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata għall-iskop li tinġabar informazzjoni relatata mas-soġġett ta' investigazzjoni.
Fejn persuna tfixkel it-twettiq tal-investigazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru parteċipanti fejn ikunu jinsabu l-uffiċċji rilevanti għandhom joffru, f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-assistenza neċessarja inkluż l-iffaċilitar għall-aċċess mill-Bord fil-bini minn fejn joperaw il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 34(1), sabiex dawk id-drittijiet jkunu jistgħu jiġu eżerċitati.
Artikolu 36
Ispezzjonijiet fuq il-post
Artikolu 37
Awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja
KAPITOLU 6
Penali
Artikolu 38
Multi
Ksur minn tali entità jkun ikkunsidrat li sar intenzjonalment jew hemm fatturi oġġettivi li juru li l-entità jew il-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri tagħha aġixxew deliberatament biex iwettqu l-ksur.
Il-multi għandhom ikunu imposti fuq entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għall-ksur segwenti:
fejn ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 34;
fejn ma jaċċettawx li jkunu soġġetti għal-investigazzjoni ġenerali skont l-Artikolu 35 jew ispezzjoni fuq il-post skont l-Artikolu 36;
fejn ma jikkonformawx mad-deċiżjoni indirizzata lilhom mill-Bord skont l-Artikolu 29.
L-ammont bażiku tal-multi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jirrappreżenta perċentwal tal-fatturat annwali nett inkluż id-dħul gross li jikkonsisti f'interess riċevibbli u introjtu simili, introjtu minn ishma u minn sigurtajiet varjabbli jew b'redditu fiss, u kummissjonijiet jew miżati riċevibbli skont l-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-impriża tul is-sena kummerċjali preċedenti, jew, fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-19 ta' Awwissu 2014, u għandha tiddaħħal fil-limiti li ġejjin:
għal ksur imsemmi fil-paragrafu 2(a) u (b), l-ammont bażiku għandu jammonta għal mill-anqas 0,05 % u ma għandux jaqbeż 0,15 %;
għal ksur msemmi fil-paragrafu 2(c), l-ammont bażiku għandu jammonta għal mill-anqas 0.25 % u ma għandux jaqbeż 0,5 %;
Sabiex tiddeċiedi jekk l-ammont bażiku tal-multi għandux ikun stabbilit fl-aktar livell baxx, fil-livell tan-nofs jew fl-ogħla livell tal-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord għandu jieħu kont tal-fatturat annwali fis-sena kummerċjali preċedenti tal-entità kkonċernata. L-ammont bażiku għandu jkun fil-parti l-baxxa tal-limitu għall-entitajiet b'fatturat annwali inqas minn EUR 1 000 000 000 , fil-parti tan-nofs tal-limitu għal entitajiet b'fatturat annwali bejn EUR 1 000 000 000 u 5 000 000 000 u fil-parti għolja tal-limitu għall-entitajiet b'fatturat annwali ogħla minn EUR 5 000 000 000 .
Il-koeffiċjenti ta' mitigazzjoni rilevanti għandu jiġi applikat wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent ta' mitigazzjoni wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kull koeffiċjent ta' mitigazzjoni individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.
Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandu jiġi applikat wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.
Il-fatturi aggravanti li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tal-multi msemmija fil-paragrafu 1:
il-ksur ikun twettaq b'mod intenzjonali;
il-ksur ikun twettaq ripetutament;
il-ksur ikun twettaq fuq perijodu ta' aktar minn tliet xhur;
il-ksur ikun kixef dgħufijiet sistematiċi fl-organizzazzjoni tal-entità, partikolarmnet fil-proċeduri, fis-sistemi ta' ġestjoni jew fil-kontrolli interni tagħha,
ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni ta' rimedju sa minn meta jkun ġie identifikat il-ksur;
il-maniġent superjuri tal-entità ma jkunx ikkoopera mal-Bord fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tiegħu.
Il-fatturi ta' mitigazzjoni li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tal-multi msemmija fil-paragrafu 1:
il-ksur ikun twettaq fuq perijodu ta' inqas minn għaxart ijiem ta' ta' xogħol;
il-maniġment superjuri tal-entità jista' juri li jkunu ħadu l-miżuri kollha meħtieġa għall-prevenzjoni tal-ksur;
l-entità tkun ġibdet l-attenzjoni tal-Bord għall-ksur b'ħeffa, b'effikaċja u b'mod komplut;
l-entità tkun, minn jeddha, ħadet miżuri li jiżguraw li ksur simili ma jitwettqux fil-futur.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn l-entità tkun ibbenefikat finanzjarjament, direttament jew indirettament, minn dak il-ksur u fejn ikunu jistgħu jiġu determinati l-profitti miksuba jew it-telf evitat, il-multa għandha tkun mill-anqas indaqs għall-benefiċċju finanzjarju.
Fejn att jew ommissjoni ta' entità msemmija fil-paragrafu 1 jikkostitwixxu aktar minn tip ta' ksur wieħed elenkat fil-paragrafu 2, għandha tapplika biss l-ogħla multa kkalkolata skont dan l-Artikolu u relatata ma' wieħed minn dawn it-tipi ta' ksur.
Fil-kalkolu tal-multi l-Bord għandu japplika l-koeffiċjenti ta' aġġustament li ġejjin relatati mal-fatturi aggravanti:
jekk il-ksur jitwettaq ripetutament, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta' 1,1, għal kull darba li dan jiġi ripetut;
jekk il-ksur jitwettaq fuq perijodu ta' aktar minn tliet xhur, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,5;
jekk il-ksur ikun kixef dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tal-entità, partikolarment fil-proċeduri, is-sistemi tal-maniġment jew il-kontrolli interni tiegħu, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 2,2;
jekk il-ksur twettaq intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta' 2;
jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta' rimedju minn meta kien identifikat il-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,7;
jekk il-maniġement superjuri ma jkunx ikkoopera mal-Bord fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tiegħu, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,5.
Il-Bord għandu japplika l-koeffiċjenti ta' aġġustament li ġejjin relatati mal-fatturi aggravanti fil-kalkolu tal-multi:
jekk il-ksur ikun twettaq fuq perijodu ta' inqas minn għaxart ijiem ta' xogħol, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,9;
jekk il-maniġement superjuri jista' juri li jkun ħa l-miżuri kollha meħtieġa biex jimpedixxi l-ksur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,7;
jekk l-entità tkun ressqet malajr, b'mod effettiv u komplet, il-ksur għall-attenzjoni tal-Bord, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,4;
jekk l-entità tkun ħadet miżuri b'mod volontarju biex ikun żgurat li ksur simili ma jkunx jista' jitwettaq fil-futur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,6.
Artikolu 39
Pagamenti perjodiċi ta' penali
Il-Bord għandu, b'deċiżjoni jimponi l-pagamenti perjodiċi ta' penali fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 sabiex iġġiegħel lil:
dik l-entità tikkonforma ma' deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 34;
persuna msemmija fl-Artikolu 34(1) biex tipprovdi informazzjoni kompluta li kienet meħtieġa minn deċiżjoni skont dak l-Artikolu;
persuna msemmija fl-Artikolu 35(1) tissottometti ruħha għal investigazzjoni u, b'mod partikolari, tipproduċi reġistri, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b'mod komplut u tikkompleta u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f'investigazzjoni mnedija b'deċiżjoni meħuda skont dak l-Artikolu;
persuna msemmija fl-Artikolu 36(1) biex taċċetta li ssirilha ispezzjoni fuq il-post ordnata minn deċiżjoni skont dak l-Artikolu;
Artikolu 40
Smigħ tal-persuni soġġetti għall-proċedimenti
Artikolu 41
L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi
Il-Bord għandu jippubblika d-deċiżjonijiet li jimponu penali msemmija fl-Artikolu 38(1) u l-Artikolu 39(1), sakemm tali żvelar ma jipperikolax ir-riżoluzzjoni tal-entità kkonċernata. Il-pubblikazzjoni għandha ssir fuq bażi anonima, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
fejn l-informazzjoni ppubblikata tkun tinkludi data personali u wara li tkun saret valutazzjoni obbligatorja minn qabel, tali pubblikazzjoni ta' data personali hi meqjusa bħala sproporzjonata;
fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;
fejn il-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn ikun jista' jiġi determinat, dannu sproporzjonat lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti.
Alternattivament, f'tali każijiet, il-pubblikazzjoni tad-data in kwistjoni ista' tiġi posposta għal perijodu raġonevoli jekk ikun prevedibbli li r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ikunu se jieqfu f'dak il-perijodu.
Il-Bord għandu jinforma lill-ABE dwar kull multa u pagamenti perjodiċi ta' penali imposti minnu skont l-Artikoli 38 u 39 u għandu jagħti informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u l-eżitu tiegħu.
L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli ta' proċedura applikabbli fis-seħħ fl-Istat Membru parteċipanti li fit-territorju tiegħu titwettaq. L-ordni għall-infurzar tiegħu għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni, mingħajr kwalunkwe formalità oħra ħlief il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali li l-gvern ta' kull Stat Membru għandu jaħtar għal dak il-fini u li għandu jgħarraf lill-Bord u lill-Qorti tal-Ġustizzja.
Fejn dawk il-formalitajiet ikunu ġew ikkompletati fuq talba tal-parti kkonċernata, din tista' twettaq l-infurzar f' konformita' mal-liġi nazzjonali, billi ġġib il-kwistjoni direttament quddiem l-entità kompetenti.
L-infurzar jista' jiġi sospiż biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-qrati tal-Istat Membru parteċipanti kkonċernat għandhom ikollhom ġurisdizzjoni fuq ilmenti li l-infurzar qed jitwettaq b'mod irregolari.
PARTI III
QAFAS ISTITUZZJONALI
TITOLU I
IL-BORD
Artikolu 42
Status ġuridiku
Artikolu 43
Kompożizzjoni
Il-Bord għandu jkun kompost minn:
il-President maħtura skont l-Artikolu 56;
erba' membri sħaħ oħrajn maħtura skont l-Artikolu 56;
membru maħtur minn kull Stat Membru parteċipati, li jirrappreżenta l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tagħhom.
Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-BĊE għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fid-dibattiti u għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti kollha.
L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Bord għandha tkun magħmula minn:
sessjoni plenarja tal-Bord, li għandha twettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 50;
sessjoni eżekuttiva tal-Bord, li għandha twettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 54;
President, li għandu jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 56;
Segretarjat, li għandu jipprovdi l-appoġġ neċessarju amministrattiv u tekniku rigward il-prestazzjoni tal-kompiti kollha assenjati lill-Bord.
Artikolu 44
Konformità mal-liġi tal-Unjoni
Il-Bord għandu jaġixxi f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, partikolarment mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.
Artikolu 45
Obbligu ta' rendikont
Artikolu 46
Parlamenti nazzjonali
Artikolu 47
Indipendenza
Fid-deliberazzjonijiet u fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan il-Bord, huma għandhom jesprimu l-opinjoni tagħhom u jivvutaw b'mod indipendenti.
Artikolu 48
Sede
Il-Bord għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell, il-Belġju.
TITOLU II
SESSJONI PLENARJA TAL-BORD
Artikolu 49
Parteċipazzjoni f'sessjonijiet plenarji
Il-Membri kollha tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 43(1) għandhom jieħdu sehem fis-sessjonijiet plenarji tiegħu.
Artikolu 50
Kompiti
Fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Bord għandu:
kull sena jadotta, sat-30 ta' Novembru, il-programm ta' ħidma annwali tal-Bord għas-sena sussegwenti, abbażi ta' abbozz ippreżentat mill-President u jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-BĊE;
jadotta u jissorvelja l-baġit annwali tal-Bord skont l-Artikolu 61(2) u japprova l-kontijiet finali tal-Bord u jagħti l-kwittanza lill-President skont l-Artikolu 63(4) u (8);
soġġett għall-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, jiddeċiedi dwar l-użu tal-Fond, jekk ikun meħtieġ appoġġ għall-Fond f'dik l-azzjoni ta' riżoluzzjoni speċifika li jmur lil hinn mil-limtu ta' EUR 5 000 000 000 u li għalih il-kalkolu għal-likwidità jkun ta' 0.5;
ladarba l-użu nett akkumullat tal-Fond tul l-aħħar 12-il xahar konsekuttivi jilħaq il-livell limitu ta' EUR 5 000 000 000 , jevalwa l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni, partikolarment l-użu tal-Fond, u joffri gwida li s-sessjoni eżekuttiva għandha ssegwi fid-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni sussegwenti tagħha, partikolarment, dwar id-divrenzjar bejn il-likwidità u forom oħra ta' trasport, jekk ikun xieraq;
jiddeċiedi dwar il-bżonn li jinġabru kontibuzzjonijiet ex-post straordinarji f'konformità mal-Artikolu 71, dwar is-self volontarju bejn arranġamenti ta' finanzjament skont l-Artikolu 72, dwar mezzi finanzjarji alternattivi skont l-Artikolu 73 u 74, u dwar il-mutwalizzazzjoni tal-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament skont l-Artikolu 78, li jinvolvi l-appoġġ għall-Fond li jmur lil hinn mil-limitu msemmi fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;
jiddeċiedi dwar l-investimenti skont l-Artikolu 75;
jadotta r-rapport annwali ta' attività dwar l-attivitajiet tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 45 li għandu jippreżenta spjegazzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Bord f'konformità mal-Artikolu 64;
jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom ikunu implimentati;
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;
jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu u dawk tal-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu;
f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Bord, is-setgħat mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (“Kondizzonijiet tal-Impjieg”) lill-Awtorità bis-Setgħa Tikkonkludi Kuntratti ta' Impjieg (“setgħat tal-awtorità li taħtar”);
jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;
jaħtar Uffiċjal tal-Kontijiet, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li għandu jkun funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu jew dmirijietha;
jiżgura segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF);
jieħu d-deċiżjoni kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Bord u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom;
japprova l-qafas imsemmi fl-Artikolu 31(1) biex jorganizza l-arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-iskema ta' riżoluzzjoni mħejjija mis-sessjoni eżekuttiva għandha titqies bħala adottata sakemm, fi żmien tliet sigħat mis-sottomissjoni tal-abbozz mis-sessjoni eżekuttiva lis-sessjoni plenarja, tal-inqas membru wieħed mis-sessjoni plenarja jkun sejjaħ laqgħa tas-sessjoni plenarja. Fil-każ tal-aħħar, is-sessjoni plenarja għandha tieħu deċiżjoni dwar l-iskema ta' riżoluzzjoni.
F' ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord, fis-sessjoni plenarja tiegħu, jista' permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lill-President u lil kull sottodelegat mill-President u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelega dawk is-setgħat lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex il-President.
Artikolu 51
Laqgħa tas-sessjoni plenarja tal-Bord
Artikolu 52
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet
TITOLU III
SESSJONI EŻEKUTTIVA TAL-BORD
Artikolu 53
Parteċipazzjoni f'sessjonijiet eżekuttivi
Il-laqgħat tal-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandhom jitlaqqgħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu, u għandhom ikunu ppreseduti mill-President.
Fejn xieraq, il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu jista' jistieden osservaturi flimkien ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 43(3), biex jipparteċipaw fil-laqgħat tiegħu, inkluż rappreżentant tal-ABE, u għandu jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' Stati Membri mhux parteċipanti, meta jkun qed jiddiskuti dwar grupp li jkollu sussidjarji jew fergħat sinifikanti f'dawk l-Istati Membri mhux parteċipanti. Il-parteċipazzjoni għandha tkun fuq bażi ad hoc.
Artikolu 54
Kompiti
Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, għandu:
iħejji d-deċiżjonijiet kollha li għandhom ikunu adottati mill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu;
jieħu d-deċiżjonijiet kollha biex ikun implimentat dan ir-Regolament, sakemm dan ir-Regolament ma jistipulax mod ieħor.
Fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, the Bord għandu:
iħejji, jevalwa u japprova pjanijiet ta' riżoluzzjoni għal entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u għalentitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi, skont l-Artikoli 7, 10 u 11;
japplika obbligazzjonijiet simplifikati lil ċerti entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u lil entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5) fejn il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi jiġu sodisfatti, skont l-Artikolu 11;
jiddetermina r-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi, li għandhom iżommu kull ħin skont l-Artikolu 12;
jipprovdi lill-Kummissjoni, kemm jista' jkun malajr, bi skema ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 18 li għandha tkun akkompanjata mill-informazzjoni rilevanti kollha, biex iħalli żmien xieraq lill-Kummissjoni biex tevalwa u tieħu deċiżjoni jew fejn xieraq, tipproponi deċiżjoni lill-Kunsill, skont l-Artikolu 18(7);
jiddeċiedi fuq il-parti II tal-baġit fuq il-Fond tal-Bord, skont l-Artikolu 60.
Artikolu 55
Teħid ta' deċiżjonijiet
TITOLU IV
PRESIDENT
Artikolu 56
Ħatra u kompiti
Il-President għandu jkun responsabbli għal:
it-tħejjija tal-ħidma tal-Bord, fis-sessjonijiet plenarji u eżekuttivi tiegħu, u biex ilaqqa' u jippresiedi l-laqgħat tiegħu;
kull kwistjoni tal-persunal;
il-kwistjonijiet ta' amministrazzjoni ta' kuljum;
l-istabbiliment ta' abbozz ta' baġit tal-Bord skont l-Artikolu 61(1) u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Bord skont l-Artikolu 63;
il-ġestjoni tal-Bord;
l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-Bord;
it-tħejjija, kull sena, ta' abbozz tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 45 b'taqsima dwar l-attivitajiet ta' riżoluzzjoni tal-Bord u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.
Il-President, fit-twettiq tal-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu, għandu jkun assistit minn persunal dedikat.
Il-Viċi President għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fl-assenza tiegħu jew tagħha jew f'każ ta' impediment raġonevoli, f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Il-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) ma għandux ikollhom kariga fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-Unjoni, jew f'dak internazzjonali.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-ħatra tal-ewwel membri tal-Bord wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lista mqassra ta' kandidati bla ma tisma' lill-Bord.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni ta' dik il-proposta, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni implimentattiva biex jaħtar lill-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b). Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata.
Għal dawk l-iskopijiet, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jinforma lill-Kummissjoni li jqis li l-kondizzjonijiet għat-tneħħija tad-President, il-Viċi President jew il-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) mill-kariga huma sodisfatti, u għal dan il-Kummissjoni għandha tagħti tweġiba.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 57
Riżorsi
Artikolu 58
Baġit
Artikolu 59
Parti I tal-baġit dwar l-amministrazzjoni tal-Bord
Artikolu 60
Parti II tal-baġit dwar il-Fond
Id-dħul tal-Parti II tal-baġit għandu jikkonsisti, b'mod partikolari, minn dan li ġej:
kontribuzzjonijiet imħallsa minn istituzzjonijiet stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti f'konformità mal-Artikolu 67(4) u l-Artikoli 69, 70 u 71;
self riċevut minn arranġamenti tal-finanzjament ta' riżoluzzjoni oħra fi Stati Membri mhux parteċipanti skont l-Artikolu 72(1);
self riċevut minn istituzzjonijiet finanzjarji jew partijiet terzi oħra skont l-Artikoli 73 u 74;
redditi fuq l-investimenti tal-ammonti miżmuma fil-Fond skont l-Artikolu 75;
kwalunkwe parti tal-ispejjeż imġarrba għall-iskopijiet indikati fl-Artikolu 76 li jiġu rkuprati fil-proċedimenti ta' riżoluzzjoni.
In-nefqa tal-Parti II tal-baġit għandha tikkonsisti minn dan li ġej:
spejjeż għall-għanijiet indikati fl-Artikolu 76;
investimenti skont l-Artikolu 75;
imgħax imħallas fuq selfiet riċevuti minn arranġamenti tal-finanzjament ta' riżoluzzjoni oħra fi Stati Membri mhux parteċipanti skont l-Artikolu 72(1);
imgħax imħallas fuq self riċevut minn istituzzjonijiet finanzjarji jew partijiet terzi oħra skont l-Artikoli 73 u 74.
Artikolu 61
Stabbiliment u implimentazzjoni tal-baġit
Artikolu 62
Awditjar intern u kontroll
Artikolu 63
Implimentazzjoni tal-baġit, preżentazzjoni tal-kontijiet u kwittanza
Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarjasussegwenti, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Bord għandu jippreżenta r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-membri tal-Bord, u lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.
Artikolu 64
Regoli finanzjarji
Wara li jikkonsulta lill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni u lill-Kummissjoni, il-Bord għandu jadotta dispożizzjonijiet finanzjarji interni li jispeċifikaw, partikolarment, il-proċedura dettaljata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikoli 61 u 63.
Sa fejn ikun kumpatibbli mal-karatteristiċi partikolari tal-Bord, id-dispożizzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu bbażati fuq ir-Regolament finanzjarju ta' qafas adottat għal korpi mwaqqfa skont it-TFUE skont l-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 ( 13 ).
Artikolu 65
Kontribuzzjonijiet għan-nefqiet amministrattivi tal-Bord
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 93 biex:
tiddetermina t-tip ta' kontribuzzjonijiet u l-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti kontribuzzjonijiet, il-mod li bih l-ammont tal-kontribuzzjonijiet huwa kkalkolat u l-mod li bih għandhom jitħallsu;
tispeċifika r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà u r-rappurtar u regoli oħra msemmija fil-paragrafu 3 neċessarji biex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet jitħallsu b'mod sħiħ u f'waqtu;
tiddetermina l-kontribuzzjonijiet annwali neċessarji biex tiġi koperta n-nefqa amministrattiva tal-Bord qabel ma jsir kompletament operazzjonali.
Artikolu 66
Miżuri kontra l-frodi
KAPITOLU 2
Il-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek
Artikolu 67
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 68
Rekwiżiti biex jiġu stabbiliti arranġamenti tal-finanzjament ta' riżoluzzjoni
L-Istati Membri parteċipanti għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta' finanzjament f'konformità mal-Artikolu 100 tad-Direttiva 2014/59/UE u ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 69
Livell immirat
Il-kontribuzzjoni regolari għandha tieħu kont dovut tal-fażi taċ-ċiklu ta' negozju, u l-impatt li kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fl-iffissar tal-kontribuzzjonijiet annwali fil-kuntest ta' dan il-paragrafu.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delgati skont l-Artikolu 93 biex tispeċifika dan li ġej:
kriterji biex il-kontribuzzjonijiet għall-Fond ikkalkolati skont il-paragrafu 2 jitqassmu tul iż-żmien;
kriterji għad-determinazzjoni tal-għadd ta' snin li bihom il-perijodu inizjali msemmi fil-paragrafu 1 jista' jkun estiż skont il-paragrafu 3;
kriterji għall-istabbiliment tal-kontribuzzjonijiet annwali previsti fil-paragrafu 4.
Artikolu 70
Kontribuzzjonijiet ex ante
Kull sena l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għal istituzzjonijiet individwali għandu jkun ibbażat fuq:
kontribuzzjoni fissa, li tkun ibbażata prorata għall-ammont tal-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni minbarra l-fondi proprji u d-depożiti koperti, fir-rigward tal-obbligazzjonijiet totali, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u d-depożiti koperti, tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti; u
kontribuzzjoni aġġustata skont ir-riskju, li għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità, mingħajr ma jinħoloq tgħawwiġ bejn l-istrutturi tas-settur tal-banek tal-Istati Membri.
Ir-relazzjoni bejn il-kontribuzzjoni fissa u l-kontribuzzjonijiet aġġustati skont ir-riskju għandha tikkunsidra distribuzzjoni bbilanċjata tal-kontribuzzjonijiet bejn tipi differenti ta' banek.
Fi kwalunkwe każ, l-ammont aggregat ta' kontribuzzjonijiet individwali mill-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha, ikkalkolat skont il-punti (a) u (b), ma għandux jaqbeż annwalment it-12,5 % tal-livell fil-mira.
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, fil-qafas tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6, jadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, u b'mod partikolari fir-rigward ta':
l-applikazzjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet individwali;
il-modalitajiet prattiċi għall-allokazzjoni lill-istituzzjonijiet tal-fatturi ta' riskju speċifikati fl-att delegat.
Artikolu 71
Kontribuzzjonijiet straordinarji ex post
L-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet ex post straordinarji kull sena ma għandux jaqbż l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għal tliet darbiet determinati f'konformità mal-Artikolu 70.
Artikolu 72
Self volontarju bejn arranġamenti tal-finanzjament ta' riżoluzzjoni
Il-Bord għandu jiddeċiedi li jagħmel talba biex jissellef volontarjament għall-Fond mill-arranġamenti tal-finanzjament ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri mhux parteċipanti, fil-każ li:
l-ammonti miġbura taħt l-Artikolu 70 ma humiex biżżejjed biex ikopru t-telf, il-kostijiet jew spejjeż oħra mġarrba bl-użu tal-Fond b'rabta ma' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni;
il-kontribuzzjonijiet straordinarji ex post previsti fl-Artikolu 71 mhumiex immedjatament aċċessibbli; u
il-mezzi alternattivi ta' finanzjament previsti fl-Artikolu 73 mhumiex immedjatament aċċessibbli b'kondizzjonijiet raġonevoli.
Artikolu 73
Mezzi alternattivi ta' finazjament
Artikolu 74
Aċċess għal faċilità finanzjarja
Il-Bord għandu jikkuntratta għall-arranġamenti finanzjarji tal-Fond, inkluż, fejn possibbli, arranġamenti finanzjarji, fir-rigward tad-disponibilità immedjata ta' mezzi finanzjarji addizzjonali biex jintużaw skont l-Artikolu 76, meta l-ammonti miġbura jew disponibbli skont l-Artikoli 70 u 71 ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi tal-Fondi.
Artikolu 75
Investimenti
Artikolu 76
Missjoni tal-Fond
Fil-qafas tal-iskema ta' riżoluzzjoni, meta jiġu applikati l-għodod ta' r-riżoluzzjoni fuq l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Bord jista' juża l-Fond biss sal-punt neċessarju biex jiżgura l-applikazzjoni effikaċi tal-għodod ta' riżoluzzjoni għall-iskopijiet li ġejjin:
biex jiġu garantiti l-assi jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, is-sussidjarji tagħha, istituzzjoni tranżitorja jew ta' mezz tal-immaniġġjar tal-assi;
biex jingħata self lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, is-sussidjarji tagħha, istituzzjoni tranżitorja jew mezz tal-immaniġġjar tal-assi;
biex jinxtraw assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
biex isiru kontribuzzjonijiet għal istituzzjoni tranżitorja u mezz tal-immaniġġjar tal-assi;
biex jitħallas kumpens lill-azzjonisti jew lill-kredituri jekk, wara evalwazzjoni skont l-Artikolu 20(5) ikunu ġarrbu telf ikbar milli kieku kienu jġarrbu, wara valwazzjoni skont l-Artikolu 20(16), fi stralċ skont proċeduri normali ta' insolvenza;
biex issir kontribuzzjoni lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni minflok il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet ta' ċerti kredituri, meta tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna u tittieħed id-deċiżjoni biex ċerti kredituri jiġu esklużi mill-ambitu tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(5);
biex tittieħed kwalunkwe kombinazzjoni ta' azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f).
Artikolu 77
Użu tal-fond
L-użu tal-Fond għandu jkun kontinġenti fuq il-Ftehim li permezz tiegħu l-Istati Membri parteċipanti jaqblu li jittrasferixxu lill-Fond, il-kontribuzzjonijiet li jiġbru fil-livell nazzjonali f'konformità ma' dan ir-Regolament u mad-Direttiva 2014/59/UE u għandu jkun f'konformità mal-prinċipji stipulati f'dak il-Ftehim.
Għaldaqstant, sakemm il-Fond jilħaq il-livell immirat ta' finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 69, iżda sa mhux iktar tard minn tmien snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Bord għandu juża l-Fond skont prinċipji bbażati fuq diviżjoni tal-Fond f'kompartimenti nazzjonali li jikkorrispondu għal kull Stat Membru parteċipanti, kif ukoll fuq fużjoni progressiva tal-fondi differenti miġbura fil-livell nazzjonali biex ikunu allokati lil kompartimenti nazzjonali tal-Fond, kif stipulat fil-Ftehim.
Artikolu 78
Mutwalizzazzjoni ta' arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament fil-każ ta' riżoluzzjoni ta- grupp li tinvolvi istituzzjonijiet fi Stati Membri mhux parteċipanti
Fil-każ ta' riżoluzzjoni tal-' grupp li tinvolvi istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti wieħed jew aktar minn naħa waħda, u istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti wieħed jew aktar min-naħa l-oħra, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-grupp skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107(2) sa (5) tad-Direttiva 2014/59/UE.
Artikolu 79
Użu tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti fil-kuntest ta' riżoluzzjoni
L-iskema ta' garanzija tad-depożiti rilevanti għandha tissurroga d-drittijiet u l-obbligi ta' depożitanti koperti fi proċedimenti ta' likwidazzjoni għal ammont ugwali għall-ħlas tagħha.
L-obbligazzjoni ta' skema ta' garanzija tad-depożiti ma għandhiex tkun akbar mill-ammont ekwivalenti għal 50 % tal-livell immirat skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2014/49/UE.
Fi kwalunkwe ċirkostanza, il-parteċipazzjoni tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti skont dan ir-regolament ma għandhiex teċċedi t-telf li ġġarrab fi stralċ skont il-proċedimenti ta' insolvenza normali.
TITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA
Artikolu 80
Privileġġi u Immunitajiet
Il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-TUE u t-TFUE għandu japplika għall-Bord u għall-persunal tiegħu.
Artikolu 81
Arranġamenti lingwistiċi
Artikolu 82
Persunal
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-President, il-Viċi President u l-erba' membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) għandhom, rispettivament, ikunu fuq l-istess livell bħal Viċi President, Imħallef u Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward l-emolumenti u l-età tal-pensjoni, kif definit fir-Regolament Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-Kunsill ( 17 ); ma għandhomx ikunu soġġetti għal età tal-pensjoni massima. Fir-rigward ta' aspetti mhux koperti b'dan ir-Regolament jew bir-Regolament Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom, ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għandhom japplikaw b'analoġija.
Artikolu 83
Skambju tal-persunal
Artikolu 84
Kumitati interni
Il-Bord jista' jistabbilixxi kumitati interni biex jipprovduh b'parir u gwida dwar il-kwittanza tal-funzjonijiet tiegħu skont dan ir-Regolament.
Artikolu 85
Bord tal-Appell
L-appell, flimkien ma' dikjarazzjoni tar-raġunijiet, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Bord tal-Appell fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata, jew, fin-nuqqas ta' notifika, mill-jum li fih il-persuna kkonċernata tkun saret taf bid-deċiżjoni.
Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi abbażi ta' maġġoranza ta' mill-inqas tlieta mill-ħames membri tiegħu.
Madankollu, il-Bord tal-Appell jista', jekk iqis li ċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
Artikolu 86
Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
Artikolu 87
Responsabbiltà tal-Bord
Artikolu 88
Segretezza professjonali u skambju ta' informazzjoni
L-informazzjoni soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali ma għandhiex tiġi żvelata lil entità pubblika jew privata oħra għajr meta tali żvelar ikun meħtieġ għall-fini ta' proċess legali.
Dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll għal akkwirenti potenzjali kkuntattjati sabiex iħejju għar-riżoluzzjoni ta' entità skont l-Artikolu 13(3).
Artikolu 89
Protezzjoni tad-data
Dan ir-Regolament għandu jkun bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar min-naħa tagħhom ta' data personali skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ) jew l-obbligi tal-Bord, tal-Kunsill u l-Kummissjoni relatati mal-ipproċessar min-naħa tagħhom ta' data personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ) waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħhom.
Artikolu 90
Aċċess għad-dokumenti
Artikolu 91
Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata
Il-Bord għandu japplika l-prinċipji tas-sigurtà li jinsabu fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI), u ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom ( 21 ). L-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sigurtà għandha tinkludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta' informazzjoni bħal din.
Artikolu 92
Il-Qorti tal-Awdituri
Kull rapport għandu jeżamina jekk:
ingħatatx konsiderazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-mod ekonomiku, effiċjenti u effikaċi li bih intuża l-Fond, b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġi minimizzat l-użu tal-Fond;
il-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Fond kinitx effiċjenti u rigoruża.
Fi żmien xahrejn mid-data li fiha kull rapport skont il-paragrafu 4 jiġi ppubblikat, il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom, kull wieħed, jipprovdu risposta dettaljata bil-miktub li għandha ssir pubblika.
PARTI IV
SETGĦAT TA' EŻEKUZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 93
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 94
Reviżjoni
Sal-31 ta' Diċembru 2018, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'enfasi speċjali fuq il-monitoraġġ tal-impatt potenzjali fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dan ir-rapport għandu jivvaluta:
il-funzjonament tal-SRM, il-kosteffiċjenza tiegħu, kif ukoll l-impatt tal-attivitajiet tiegħu ta' riżoluzzjoni fuq l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u fuq il-koerenza u l-integrità tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji, inkluż l-impatt possibbli tiegħu fuq l-istrutturi tas-sistemi tal-banek nazzjonali fi ħdan l-Unjoni, b'paragun ta' sistemi tal-banek oħrajn, u dwar l-effettività tal-arranġamenti tal-kooperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni fil-SRM, bejn l-SRM u l-SSM, u bejn l-SRM, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' Stati Membri mhux parteċipanti b'mod partikolari fil-valutazzjoni jekk:
hemmx ħtieġa li l-funzjonijiet allokati b'dan ir-Regolament lill-Bord, lill- Kunsill u lill-Kummissjoni, ikunux eżerċitati esklużivament minn istituzzjoni indipendenti tal-Unjoni u, jekk dan ikun il-każ, jekk tkunx meħtieġa xi bidla tad-dispożizzjonijiet rilevanti inkluż fil-livell tal-liġi primarja;
il-kooperazzjoni bejn l-SRM, l-SSM, il-BERS, l-ABE, l-ESMA u l-EIOPA, u l-awtoritajiet l-oħra li jagħmlu parti mis-SESF hijiex xierqa;
il-portafoll tal-investiment skont l-Artikolu 75 huwiex magħmul minn assi sodi u diversifikati;
ir-rabta bejn id-dejn sovran u r-riskju tal-banek ġietx maqtuha;
l-arranġamenti ta' governanza, inklużi t-tqassim tal-kompiti fi ħdan il-Bord u l-kompożizzjoni tal-arranġamenti ta' votazzjoni kemm fl-eżekuttiv kif ukoll fis-sessjonijiet plenarji tal-Bord u r-relazzjonijiet mal-Kummissjoni u mal-Kunsill humiex xierqa;
il-punt ta' referenza biex jiġi stabbilit il-livell fil-mira għall-Fond huwiex adegwat, jekk id-depożiti koperti jew l-obbligazzjonijiet totali humiex bażi aktar adatta u jekk għandux jiġi stabbilit ammont minimu assolut għall-Fond sabiex tiġi evitata l-volatilità fil-fluss ta' mezzi finanzjarji għall-Fond u biex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-adegwatezza tal-finanzjament tal-Fond matul iż-żmien;
huwiex meħtieġ li jiġi mmodifikat il-livell immirat għall-Fond u l-livell ta' kontribuzzjonijiet sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni;
l-effikaċja tal-arranġamenti ta' indipendenza u responsabbiltà;
l-interazzjoni bejn il-Bord u l-ABE;
l-interazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti u l-effetti tal-SRM fuq dawk l-Istati Membri, u l-interazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet relevanti ta' pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 2(1)(90) tad-Direttiva 2014/59/UE;
il-ħtieġa li jittieħdu passi sabiex jiġu armonizzati l-proċedimenti ta' insolvenza għal istituzzjonijiet falluti.
Artikolu 95
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
Ir-Regolament (KE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 4, il-punt (2) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
“(2) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser:
awtoritajiet kompetenti kif iddefinit fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-kompiti kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013u fid-Direttiva 2007/64/KE,u kif imsemmi fid-Direttiva 2009/110/KE;
fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, l-awtoritajiet kompetenti tfisser l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dawk id-Direttivi mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u dawk finanzjarji;
f'dak li jirrigwarda l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, il-korpi li jamministraw skemi ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ), jew, meta l-operat tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti tkun amministrata minn kumpanija privata, l-awtorità pubblika li tagħmel superviżjoni ta' dawk l-iskemi skont dik id-Direttiva; u
fir-rigward tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ) u tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE, il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Kunsill u l-Kummissjoni meta jieħdu azzjonijiet skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, għajr meta huma jeżerċitaw setgħat diskrezzjonali jew jagħmlu għażliet ta' politika.
Fl-Artikolu 25, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
Fl-Artikolu 40(6), is- subparagrafu li ġej huwa miżjud:
“Għall-fini li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE, il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu jkun osservatur fil-Bord tas-Superviżuri.”.
Artikolu 96
Sostituzzjoni tal-arranġamenti nazzjonali tal-finanzjament ta' riżoluzzjoni
Mid-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 99(2) u (6) ta' dan ir-Regolament, il-Fond għandu jitqies li huwa l-arranġament ta' finanzjament tar-riżoluzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti skont Artikoli 99 sa 109 tad-Direttiva 2014/59/UE.
Artikolu 97
Ftehim dwar l-uffiċċji prinċipali u l-kondizzjonijiet operazzjonali
Artikolu 98
Bidu tal-attivitajiet tal-Bord
Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għat-twaqqif u l-operat inizjali tal-Bord sakemm il-Bord ikollu l-kapaċità operazzjonali biex jimplimenta l-baġit tiegħu stess. Għal dak il-għan:
sa meta l-President jibda l-kompiti tiegħu jew tagħha wara l-ħatra tiegħu jew tagħha mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 56, il-Kummissjoni tista' taħtar uffiċjal tal-Kummissjoni biex jaġixxi bħala President interim u jeżerċita d-dmirijiet assenjati lill-President;
b'deroga mill-Artikolu 50(1)(l) u sakemm tiġi adottata deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 50(3), il-President interim għandu jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra;
il-Kummissjoni tista' toffri għajnuna lill-Bord, b'mod partikolari billi tissekonda uffiċjali tal-Kummissjoni biex iwettqu l-attivitajiet tal-aġenzija fir-responsabbiltà tal-President interim jew tal-President;
Artikolu 99
Dħul fis-seħħ
Mill-1 ta' Diċembru 2015, fejn dawk ir-rapporti juru li l-kondizzjonijiet għat-trasferimennt ta' kontribuzzjonijiet lill-Fond ma ġewx sodisfatti, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi posposta kull darba b'xahar. Il-Bord għandu jippreżenta rapport ieħor kull darba fi tmiem dak ix-xahar.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
( 2 ) Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).
( 3 ) Direttiva 2014/65/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju, 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/KE (ĠU L 173, 2014/6/12, p. 349).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
( 5 ) ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 80/19 (2017/0359(COD)) u imla n-nota korrispondenti fil-qiegħ tal-paġna.
( 6 ) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).
( 7 ) ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 79/19 (2017/0358(COD)) u imla n-nota korrispondenti fil-qiegħ tal-paġna.
( 8 ) Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti ta' kollateral finanzjarju (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).
( 9 ) Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16).
( 10 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 11 ) Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
( 12 ) Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
( 13 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 996/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2012. p. 1).
( 14 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18/09/2013, p. 1).
( 15 ) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
( 16 ) Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).
( 17 ) Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom tal-25 ta' Lulju 1967 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u tal-Membri tal-Kummissjoni, tal-President, tal-Imħallfin, tal-Avukati Ġenerali u tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-President, tal-Membri u tar-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali, kif ukoll tal-President, tal-Membri u tar-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 187, 8.8.1967, p. 1).
( 18 ) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
( 19 ) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
( 20 ) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
( 21 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).
( *1 ) Id-Direttiva 2014/49/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April, 2014 dwar l-iskema ta'garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 2014/6/12, p. 149).
( *2 ) Direttiva 2014/59/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/EU u 2013/36/EU, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 2014/6/12, p. 190).
( *3 ) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti ta' investiment fil-qafas ta 'Mekkaniżmu Riżoluzzjoni Wieħed u Riżoluzzjoni Uniku Fond u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010. (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1)”;