Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R0548-20191114

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 tal-21 ta' Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' transformers tal-elettriku ta' qawwa żgħira, medja u għolja

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/548/2019-11-14

    02014R0548 — MT — 14.11.2019 — 002.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 548/2014

    tal-21 ta' Mejju 2014

    dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' transformers tal-elettriku ta' qawwa żgħira, medja u għolja

    (ĠU L 152 22.5.2014, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016

      L 346

    51

    20.12.2016

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1783 tal-1 ta’ Ottubru 2019

      L 272

    107

    25.10.2019




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 548/2014

    tal-21 ta' Mejju 2014

    dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' transformers tal-elettriku ta' qawwa żgħira, medja u għolja



    ▼M2

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.  Dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ transformers tal-elettriku b’potenza nominali minima ta’ 1 kVA li jintużaw f’netwerks ta’ 50 Hz għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, jew għal applikazzjonijiet industrijali.

    Dan ir-Regolament għandu japplika għal transformers mixtrija wara l-11 ta’ Ġunju 2014.

    2.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal transformers li jiġu ddisinjati b’mod speċifiku għall-applikazzjonijiet li ġejjin:

    (a) transformers ta’ strumenti, iddisinjati b’mod speċifiku biex jittrażmettu sinjal ta’ informazzjoni lil strumenti tal-kejl, miters u apparati protettivi jew ta’ kontroll jew apparati simili;

    (b) transformers iddisinjati b’mod speċifiku u li huma maħsuba sabiex jipprovdu provvista tal-elettriku DC lil tagħbijiet elettroniċi jew ta’ rettifikaturi. Din l-eżenzjoni ma tinkludix transformers li huma maħsuba biex jipprovdu provvista tal-elettriku AC minn sorsi tal-elettriku DC, bħal transformers għal turbini tar-riħ u applikazzjonijiet fotovoltajċi jew transformers iddisinjati għal applikazzjonijiet ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku DC;

    (c) transformers iddisinjati b’mod speċifiku biex jiġu mqabbda direttament ma’ forn;

    (d) transformers iddisinjati b’mod speċifiku biex jiġu installati fuq pjattaformi offshore fissi jew li jżommu f’wiċċ l-ilma, turbini tar-riħ offshore jew abbord vapuri u kull tip ta’ bastimenti;

    (e) transformers iddisinjati b’mod speċifiku biex jipprovdu enerġija elettrika għal perjodu ta’ ħin limitat meta l-provvista tal-elettriku normali tkun interrotta minħabba xi okkorrenza imprevista (bħal qtugħ tal-elettriku) jew rinnovament tal-impjant, iżda mhux biex itejbu substazzjon eżistenti b’mod permanenti;

    (f) transformers (b’koljaturi separati jew awtokonnessi) konnessi direttament jew permezz ta’ konvertitur ma’ linja ta’ kuntatt ta’ kurrent alternat (AC) jew ta’ kurrent dirett (DC), li jintużaw f’installazzjonijiet fissi għal applikazzjonijiet ferrovjarji;

    (g) earthing transformers jew grounding transformers iddisinjati b’mod speċifiku biex jiġu konnessi f’sistema tal-enerġija elettrika biex jipprovdu konnessjoni newtrali għall-earthing jew direttament inkella permezz ta’ impedenza;

    (h) transformers ta’ trazzjoni ddisinjati b’mod speċifiku biex jiġu installati fuq vetturi ferrovjarji, konnessi direttament jew permezz ta’ konvertitur ma’ linja ta’ kuntatt AC jew DC, għal użu speċifiku f’installazzjonijiet fissi għal applikazzjonijiet ferrovjarji;

    (i) transformers ta’ avvjament, iddisinjati b’mod speċifiku għall-istartjar ta’ muturi ta’ induzzjoni trifażi sabiex jiġi eliminat kwalunkwe tnaqqis fil-vultaġġ tal-provvista u li jibqgħu bla provvista waqt it-tħaddim normali;

    (j) transformers ta’ prova, iddisinjati b’mod speċifiku biex jintużaw f’ċirkwit biex jiġi prodott vultaġġ jew kurrent speċifiku għall-ittestjar ta’ tagħmir elettriku;

    (k) transformers tal-iwweldjar, iddisinjati b’mod speċifiku biex jintużaw f’tagħmir tal-iwweldajr bl-ark jew f’tagħmir tal-iwweldjar ta’ reżistenza;

    (l) transformers iddisinjati b’mod speċifiku għal applikazzjonijiet li jifilħu għall-isplużjonijiet skont id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u għal applikazzjonijiet ta’ minjieri;

    (m) transformers iddisinjati b’mod speċifiku għal applikazzjonijiet li jitwettqu f’ilmijiet fondi (taħt l-ilma);

    (n) transformers ta’ interfaċċa ta’ Vultaġġ Medju (MV) għal Vultaġġ Medju (MV), sa 5 MVA, li jintużaw bħala transformers ta’ interfaċċa li jintużaw fi programm ta’ konverżjoni ta’ vultaġġ tan-netwerk u li jiġu installati fil-punt fejn jiltaqgħu żewġ livelli ta’ vultaġġ ta’ żewġ netwerks ta’ vultaġġ medju u li jridu jkunu kapaċi jlaħħqu ma’ tagħbijiet eċċessivi (overloads) ta’ emerġenza;

    (o) transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja u għolja, iddisinjati b’mod speċifiku biex jikkontribbwixxu għas-sigurtà ta’ installazzjonijiet nukleari, kif definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom ( 2 );

    (p) transformers tal-elettriku trifażi ta’ qawwa medja b’potenza nominali ta’ inqas minn 5 kVA,

    għajr fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4 a), b) u d) tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    3.  It-transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja u għolja, irrispettivament minn meta tqiegħdu fis-suq jew fis-servizz għall-ewwel darba, għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid għall-konformità u jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, jekk ikunu soġġetti għall-operazzjonijiet li ġejjin:

    (a) sostituzzjoni tal-qalba tat-transformer jew ta’ parti minnha;

    (b) sostituzzjoni ta’ koljatura sħiħa waħda jew aktar.

    Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi legali skont leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni oħra tal-Unjoni li dawn il-prodotti jistgħu jkunu soġġetti għaliha.

    ▼B

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u tal-annessi tiegħu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.

    (1) “Transformer tal-elettriku” tfisser unità ta' apparat statika b'żewġ koljaturi jew aktar li permezz tal-induzzjoni elettromanjetika tittrasforma sistema ta' vultaġġ u ta' kurrent alternanti f'sistema oħra ta' vultaġġ u ta' kurrent alternanti li normalment ikunu ta' valuri differenti, izda li jkunu tal-istess frekwenza għall-iskop tat-trażmissjoni tal-enerġija elettrika.

    (2) “Transformer tal-elettriku ta' qawwa żgħira” tfisser transformer tal-elettriku li l-ogħla vultaġġ tiegħu għal tagħmir ieħor ma jaqbiżx il-1,1 kV.

    ▼M2

    (3) “transformer tal-elettriku ta’ qawwa medja” tfisser transformer tal-elettriku li l-koljaturi kollha tiegħu ikollhom potenza nominali ta’ 3 150 kVA jew inqas, u li l-ogħla vultaġġ tiegħu għat-tagħmir ikun bejn 1,1 kV u 36 kV.

    (4) “transformer tal-elettriku ta’ qawwa għolja” tfisser transformer tal-elettriku li jkollu mill-inqas koljatura waħda b’potenza nominali ogħla minn 3 150 kVA jew li l-ogħla vultaġġ tiegħu għat-tagħmir ikun ogħla minn 36 kV.

    ▼B

    (5) “Transformer mgħaddas fil-likwidu” tfisser transformer tal-elettriku li ċ-ċirkwit manjetiku u l-koljaturi tiegħu ikunu mgħaddsa f'likwidu.

    (6) “Transformer mingħajr likwidu għall-insulazzjoni” tfisser transformer tal-elettriku li ċ-ċirkwit manjetiku u l-koljaturi tiegħu ma jkunux mgħaddsa f'likwidu għall-insulazzjoni.

    ▼M2

    (7) “transformer tal-elettriku ta’ qawwa medja immuntat fuq arblu” tfisser transformer tal-elettriku b’potenza nominali ta’ sa 400 KVA li jkun xieraq għal użu estern u li jkun iddisinjat b’mod speċifiku biex jiġi mmuntat fuq l-istrutturi ta’ appoġġ ta’ linji tal-elettriku sospiżi fl-ajru.

    ▼B

    (8) “Transformer ta' Distribuzzjoni b'Regolazzjoni tal-Vultaġġ” tfisser transformer tal-elettriku ta' qawwa medja mgħammar b'komponenti addizzjonali installati ġewwa jew barra t-tank tat-transformer, li permezz tagħhom il-vultaġġ tad-dħul jew tal-ħruġ tat-transformer jista' jiġi kkontrollat b'mod awtomatiku għal għanijiet ta' regolazzjoni tal-vultaġġ tat-transformer waqt it-tagħbija.

    (9) “Koljatura” tirreferi għall-assemblaġġ ta' tidwiriet li jiffurmaw ċirkwit elettriku li huwa assoċjat ma' wieħed mill-vultaġġi assenjati lit-transformer.

    (10) “Vultaġġ nominali ta' koljatura” (Ur) huwa l-vultaġġ assenjat li għandu jiġi applikat, jew żviluppat fin-nuqqas ta' tagħbija, bejn it-terminali ta' koljatura mingħajr punti ta' konnessjoni, jew il-vultaġġ assenjat lil koljatura b'punti ta' konnessjoni mqabbda mal-punt ta' konnessjoni ewlieni.

    (11) “Koljatura b'vultaġġ għoli” tirreferi għall-koljatura bl-ogħla vultaġġ nominali.

    (12) “L-ogħla vultaġġ għat-tagħmir” (Um) applikabbli għal koljatura ta' transformer huwa l-ogħla vultaġġ r.m.s. minn fażi għal oħra f'sistema trifażi li għaliha koljatura ta' transformer tiġi ddiżinjata skont l-insulazzjoni tagħha.

    (13) “Potenza nominali” (Sr) hija valur konvenzjonali ta' potenza apparenti assenjat lil koljatura li, flimkien mal-vultaġġ nominali tal-koljatura, jiddetermina l-kurrent nominali tagħha.

    (14) “Telf bit-tagħbija” (Pk) tfisser l-enerġija attiva assorbita fuq frekwenza nominali u f'temperatura ta' referenza assoċjata ma' żewġ koljaturi meta l-kurrent nominali (kurrent tal-punt ta' konnessjoni) jkun qed jgħaddi minn ġot-terminal/s ta' waħda mill-koljaturi u t-terminals tal-koljaturi l-oħra jkunu qegħdin jixxortjaw ma' kwalunkwe koljatura mgħammra b'punti ta' konnessjoni mqabbda mal-punti ta' konnessjoni prinċipali, filwaqt li koljaturi oħra, jekk ikun hemm, ikollhom ċirkwit miftuħ.

    (15) “Telf mingħajr tagħbija” (Po) tfisser l-enerġija attiva assorbita fuq frekwenza nominali meta t-transformer jiġi enerġizzat u ċ-ċirkwit sekondarju jkun miftuħ. Il-vultaġġ applikat huwa l-vultaġġ nominali, u jekk il-koljatura enerġizzata tkun mgħammra b'punt ta' konnessjoni, din għandha tiġi mqabbda mal-punt ta' konnessjoni ewlieni tagħha.

    (16) “Indiċi ta' Effiċjenza Massima” (PEI) tfisser il-valur massimu tal-proporzjon tal-potenza apparenti trażmessa ta' transformer wara li jitnaqqas it-telf ta' elettriku, imqabbel mal-potenza apparenti trażmessa tat-transformer.

    ▼M2

    (17) “valur(i) iddikjarat(i)” tfisser il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri.

    (18) “transformer ta’ vultaġġ doppju” tfisser transformer tal-elettriku b’koljatura waħda jew iktar b’żewġ vultaġġi disponibbli sabiex ikun jista’ jopera u jipprovdi potenza nominali b’wieħed minn żewġ valuri differenti tal-vultaġġ.

    (19) “ittestjar fil-preżenza ta’ osservatur” tfisser l-osservazzjoni attiva tal-ittestjar fiżiku tal-prodott investigat fil-preżenza ta’ persuna terza, biex isiru konklużjonijiet dwar il-validità tat-test u r-riżultati tat-test. Dan jista’ jinkludi konklużjonijiet dwar il-konformità tal-ittestjar u l-metodi ta’ kalkolu użati mal-istandards u l-leġiżlazzjoni applikabbli.

    (20) “test tal-aċċettazzjoni fil-fabbrika” tfisser test fuq prodott ordnat fejn il-konsumatur juża l-ittestjar fil-preżenza ta’ osservatur biex jivverifika l-konformità sħiħa mar-rekwiżiti kuntrattwali, qabel ma l-prodott jiġi aċċettat jew jitqiegħed fis-servizz.

    (21) “mudell ekwivalenti” tfisser mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tingħata, iżda li jitqiegħed fis-suq jew fis-servizz mill-istess fornitur jew importatur bħal mudell ieħor b’identifikatur differenti tal-mudell.

    (22) “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell ta’ prodott speċifiku minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew tal-istess isem ta’ manifattur jew importatur.

    ▼B

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    ▼M2

    Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness I għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.

    “Jekk il-limiti tal-vultaġġi fin-netwerks tad-distribuzzjoni tal-elettriku jiddevjaw minn dawk standard madwar l-Unjoni ( 3 ), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b’dan lill-Kummissjoni, b’tali mod li tkun tista’ ssir notifika pubblika għall-interpretazzjoni korretta tat-Tabelli I.1, I.2, I.3a, I.3b, I.4, I.5, I.6, I.7, I.8 u I.9 fl-Anness I.”

    Artikolu 4

    Valutazzjoni tal-konformità

    1.  Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

    2.  Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduta skont il-punt 4 tal-Anness I, u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    3.  Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:

    (a) minn mudell li għandu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta iżda huwa prodott minn manifattur differenti, jew

    (b) permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew ta’ estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn,

    id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi verifikata l-eżattezza tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni tal-identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.

    4.  Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.

    ▼B

    Artikolu 5

    Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    Fit-twettiq tal-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stipulata fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Punti ta' Referenza indikattivi

    Il-punti ta' referenza indikattivi għat-transformers bl-aħjar prestazzjoni teknoloġikament possibbli fil-ħin meta jiġi adottat dan ir-Regolament huma identifikati fl-Anness IV.

    ▼M2

    Artikolu 7

    Analiżi

    Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati tal-valutazzjoni, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar mill-1 ta’ Lulju 2023. L-analiżi għandha tindirizza b’mod partikolari dawn il-kwistjonijiet:

     il-punt sa fejn ir-rekwiżiti stipulati għall-Grad 2 kienu kosteffiċjenti u l-adegwatezza li jiddaħħlu r-rekwiżiti aktar stretti tal-Grad 3;

     l-adegwatezza tal-konċessjonijiet introdotti għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja u għolja f’każijiet fejn l-ispejjeż tal-installazzjoni kienu jkunu sproporzjonati;

     il-possibbiltà li jintuża l-kalkolu tal-PEI għal telf flimkien mat-telf f’valuri assoluti għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja;

     il-possibbiltà li jiġi adottat approċċ newtrali fir-rigward tat-teknoloġija għar-rekwiżiti minimi stipulati għal transformers immersi f’likwidu, tat-tip xott u, possibbilment, elettroniċi;

     l-adegwatezza li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira;

     l-adegwatezza tal-eżenzjonijiet għal transformers f’applikazzjonijiet offshore;

     l-adegwatezza tal-konċessjonijiet għal transformers immuntati fuq l-arbli, kif ukoll tal-konċessjonijiet li saru għal kombinamenti speċjali ta’ vultaġġi ta’ koljaturi għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja;

     il-possibbiltà u l-adegwatezza li jiġu koperti impatti ambjentali oħra apparti dak tal-enerġija fil-fażi tal-użu, bħalma huma l-istorbju u l-effiċjenza tal-materjali.

    ▼M2

    Artikolu 8

    Ċirkomvenzjoni

    Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed prodotti fis-suq li jkunu ġew iddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jirrikonoxxu l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri ddikjarati mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi kwalunkwe dokumentazzjoni pprovduta.

    ▼M2

    Artikolu 9

    ▼B

    Dħul fis-seħħ

    Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-g]oxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    1.    Rekwiżiti minimi dwar il-prestazzjoni jew l-effiċjenza enerġetika għal transformers tal-elettriku ta' qawwa medja

    It-transformers tal-elettriku ta' qawwa medja għandhom ikunu konformi mal-livelli massimi permessi għal telf bit-tagħbija u għal telf mingħajr tagħbija, jew mal-valuri tal-Indiċi ta' Effiċjenza Massima (PEI) indikati fit-Tabelli I.1 sa I.5, bl-esklużjoni ta' transformers tal-elettriku ta' qawwa medja li jiġu mmuntati fuq l-arbli, li għandhom ikunu konformi mal-livelli massimi permessi għal telf bit-tagħbija u għal telf mingħajr tagħbija indikati fit-Tabella I.6.

    ▼M2

    Mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Grad 2 (l-1 ta’ Lulju 2021), meta s-sostituzzjoni ta’ transformer tal-elettriku ta’ qawwa medja eżistenti bi transformer bħalu tkun tinvolvi spejjeż sproporzjonati assoċjati mal-installazzjoni tagħhom, it-transformer ta’ sostituzzjoni ikun, b’eċċezzjoni, meħtieġ li jissodisfa biss ir-rekwiżiti tal-Grad 1 għall-potenza nominali indikata.

    F’dan ir-rigward, l-ispejjeż tal-installazzjoni huma sproporzjonati jekk l-ispejjeż tas-sostituzzjoni tas-substazzjon sħiħ li fih ikun hemm it-transformer u/jew tal-akkwist jew tal-kiri ta’ spazju ta’ art addizzjonali jkunu ogħla mill-valur nett attwali tat-telf tal-elettriku evitat (tariffi, taxxi u imposti esklużi) ta’ transformer ta’ sostituzzjoni konformi mal-Grad 2 matul il-ħajja operattiva normalment mistennija tiegħu. Il-valur nett attwali għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valuri tat-telf kapitalizzat bl-użu ta’ rati ta’ skont soċjali li huma ġeneralment aċċettati ( 4 ).

    F’dan il-każ, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jinkludi fid-dokumentazzjoni teknika tat-transformer ta’ sostituzzjoni, l-informazzjoni li ġejja:

     L-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tikkummissjona t-transformer ta’ sostituzzjoni

     L-istazzjon fejn it-transformer ta’ sostituzzjoni għandu jiġi installat. Dan għandu jiġi identifikat b’mod inekwivoku permezz ta’ post speċifiku jew tip ta’ installazzjoni speċifika (eż., tip ta’ stazzjon jew kabina).

     Il-ġustifikazzjoni teknika u/jew ekonomika tal-kost sproporzjonat għall-installazzjoni ta’ transformer li huwa konformi mal-Grad 1 biss minflok ta’ wieħed konformi mal-Grad 2. Jekk it-transformer(s) ikunu ġew ikkummissjonati permezz ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti, għandha tingħata l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-analiżi tal-offerti u dwar id-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni.

    Fil-każijiet ta’ hawn fuq, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sorveljanza tas-suq.

    ▼B

    1.1    Rekwiżiti għal transformers trifażi tal-elettriku ta' qawwa medja b'potenza nominali ta' ≤ 3150kVA



    Tabella I.1. ►M2  Livelli massimi tat-telf bit-tagħbija u tat-telf mingħajr tagħbija (f’W) għal transformers tal-elettriku trifażi ta’ qawwa medja immersi fil-likwidu b’koljatura waħda b’Um ≤ 24 kV u bil-koljatura l-oħra b’Um ≤ 3,6 kV ◄

     

    Grad 1 (mill-1 ta' Lulju 2015)

    Grad 2 (mill-1 ta' Lulju 2021)

    Potenza Nominali (kVA)

    Livell massimu ta' telf bit-tagħbija Pk (W) (1)

    Livell massimu ta' telf mingħajr tagħbija Po (W) (1)

    Livell massimu ta' telf bit-tagħbija Pk (W) (1)

    Livell massimu ta' telf mingħajr tagħbija Po (W) (1)

    ≤ 25

    Ck (900)

    Ao (70)

    Ak (600)

    Ao – 10 % (63)

    50

    Ck (1 100 )

    Ao (90)

    Ak (750)

    Ao – 10 % (81)

    100

    Ck (1 750 )

    Ao (145)

    Ak (1 250 )

    Ao – 10 % (130)

    160

    Ck (2 350 )

    Ao (210)

    Ak (1 750 )

    Ao – 10 % (189)

    250

    Ck (3 250 )

    Ao (300)

    Ak (2 350 )

    Ao – 10 % (270)

    315

    Ck (3 900 )

    Ao (360)

    Ak (2 800 )

    Ao – 10 % (324)

    400

    Ck (4 600 )

    Ao (430)

    Ak (3 250 )

    Ao – 10 % (387)

    500

    Ck (5 500 )

    Ao (510)

    Ak (3 900 )

    Ao – 10 % (459)

    630

    Ck (6 500 )

    Ao (600)

    Ak (4 600 )

    Ao – 10 % (540)

    800

    Ck (8 400 )

    Ao (650)

    Ak (6 000 )

    Ao – 10 % (585)

    1 000

    Ck (10 500 )

    Ao (770)

    Ak (7 600 )

    Ao – 10 % (693)

    1 250

    Bk (11 000 )

    Ao (950)

    Ak (9 500 )

    Ao – 10 % (855)

    1 600

    Bk (14 000 )

    Ao (1 200 )

    Ak (12 000 )

    Ao – 10 % (1 080 )

    2 000

    Bk (18 000 )

    Ao (1 450 )

    Ak (15 000 )

    Ao – 10 % (1 305 )

    2 500

    Bk (22 000 )

    Ao (1 750 )

    Ak (18 500 )

    Ao – 10 % (1 575 )

    3 150

    Bk (27 500 )

    Ao (2 200 )

    Ak (23 000 )

    Ao – 10 % (1 980 )

    (*1)   Valuri massimi ta' telf għal potenzi nominali f'kVA li jaqgħu bejn il-livelli ta' potenza indikati fit-Tabella I.1 għandhom jinkisbu permezz ta' interpolazzjoni lineari.



    Tabella I.2. ►M2  Livelli massimi tat-telf bit-tagħbija u tat-telf mingħajr tagħbija (f’W) għal transformers tal-elettriku trifażi ta’ qawwa medja tat-tip niexef b’koljatura waħda b’Um ≤ 24 kV u bil-koljatura l-oħra b’Um ≤ 3,6 kV ◄

     

    Grad 1 (l-1 ta' Lulju 2015)

    Grad 2 (l-1 ta' Lulju 2021)

    Potenza Nominali (kVA)

    Livell massimu ta' telf bit-tagħbija Pk (W) (1)

    Livell massimu ta' telf mingħajr tagħbija Po (W) (1)

    Livell massimu ta' telf bit-tagħbija Pk (W) (1)

    Livell massimu ta' telf mingħajr tagħbija Po (W) (1)

    ≤ 50

    Bk (1 700 )

    Ao (200)

    Ak (1 500 )

    Ao – 10 % (180)

    100

    Bk (2 050 )

    Ao (280)

    Ak (1 800 )

    Ao – 10 % (252)

    160

    Bk (2 900 )

    Ao (400)

    Ak (2 600 )

    Ao – 10 % (360)

    250

    Bk (3 800 )

    Ao (520)

    Ak (3 400 )

    Ao – 10 % (468)

    400

    Bk (5 500 )

    Ao (750)

    Ak (4 500 )

    Ao – 10 % (675)

    630

    Bk (7 600 )

    Ao (1 100 )

    Ak (7 100 )

    Ao – 10 % (990)

    800

    Ak (8 000 )

    Ao (1 300 )

    Ak (8 000 )

    Ao – 10 % (1 170 )

    1 000

    Ak (9 000 )

    Ao (1 550 )

    Ak (9 000 )

    Ao – 10 % (1 395 )

    1 250

    Ak (11 000 )

    Ao (1 800 )

    Ak (11 000 )

    Ao – 10 % (1 620 )

    1 600

    Ak (13 000 )

    Ao (2 200 )

    Ak (13 000 )

    Ao – 10 % (1 980 )

    2 000

    Ak (16 000 )

    Ao (2 600 )

    Ak (16 000 )

    Ao – 10 % (2 340 )

    2 500

    Ak (19 000 )

    Ao (3 100 )

    Ak (19 000 )

    Ao – 10 % (2 790 )

    3 150

    Ak (22 000 )

    Ao (3 800 )

    Ak (22 000 )

    Ao – 10 % (3 420 )

    (*1)   Valuri massimi ta' telf għal potenzi nominali f'kVA li jaqgħu bejn il-livelli ta' potenza indikati fit-Tabella I.2 għandhom jinkisbu permezz ta' interpolazzjoni lineari.

    ▼M2



    Tabella I.3a

    Fatturi ta’ korrezzjoni li għandhom jiġu applikati għat-telf bit-tagħbija u għat-telf mingħajr tagħbija indikat fit-Tabelli I.1, I.2 u I.6 għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja b’kombinamenti speċjali ta’ vultaġġi ta’ koljaturi (għal potenza nominali ≤ 3 150 kVA)

    Kombinament speċjali ta’ vultaġġi f’koljatura waħda

    Telf bit-tagħbija (Pk)

    Telf mingħajr tagħbija (Po)

    Għal transformers immersi f’likwidu (Tabella I.1) kif ukoll għal transformers tat-tip xott (Tabella I.2)

    L-ebda korrezzjoni

    L-ebda korrezzjoni

    L-ogħla vultaġġ primarju għal tagħmir b’Um ≤ 24 kV

    L-ogħla vultaġġ sekondarju għal tagħmir b’Um > 3,6 kV

    Għal transformers immersi f’likwidu (Tabella I.1)

    10 %

    15 %

    L-ogħla vultaġġ primarju għal tagħmir b’Um = 36 kV

    L-ogħla vultaġġ sekondarju għal tagħmir b’Um ≤ 3,6 kV

    L-ogħla vultaġġ primarju għal tagħmir b’Um = 36 kV

    L-ogħla vultaġġ sekondarju għal tagħmir b’Um > 3,6 kV

    10 %

    15 %

    Għal transformers tat-tip xott (Tabella I.2)

    10 %

    15 %

    L-ogħla vultaġġ primarju għal tagħmir b’Um = 36 kV

    L-ogħla vultaġġ sekondarju għal tagħmir b’Um ≤ 3,6 kV

    L-ogħla vultaġġ primarju għal tagħmir b’Um = 36 kV

    L-ogħla vultaġġ sekondarju għal tagħmir b’Um > 3,6 kV

    15 %

    20 %



    Tabella I.3b

    Fatturi ta’ korrezzjoni li għandhom jiġu applikati għat-telf bit-tagħbija u għat-telf mingħajr tagħbija indikat fit-Tabelli I.1, I.2 u I.6 għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja ta’ vultaġġ doppju f’koljatura waħda jew f’żewġ koljaturi, differenti b’aktar minn 10 %, u b’potenza nominali ≤ 3 150 kVA.

    Tip ta’ vultaġġ doppju

    Vultaġġ ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ korrezzjoni

    Telf bit-tagħbija (Pk) (1)

    Telf mingħajr tagħbija (Po) (1)

    Vultaġġ doppju f’koljatura waħda b’output ta’ potenza mnaqqas għall-vultaġġ aktar baxx tal-koljatura b’vultaġġ baxx

    KIF UKOLL

    potenza massima disponibbli għall-vultaġġ aktar baxx tal-koljatura b’vultaġġ baxx limitata għal 0,85 tal-potenza nominali assenjata għall-koljatura b’vultaġġ baxx fl-ogħla vultaġġ tagħha.

    it-telf għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-ogħla vultaġġ tal-koljatura b’vultaġġ baxx

    L-ebda korrezzjoni

    L-ebda korrezzjoni

    Vultaġġ doppju f’koljatura waħda b’output ta’ potenza mnaqqas għall-vultaġġ aktar baxx tal-koljatura b’vultaġġ għoli

    KIF UKOLL

    potenza massima disponibbli għall-vultaġġ aktar baxx tal-koljatura b’vultaġġ għoli limitata għal 0,85 tal-potenza nominali assenjata għall-koljatura b’vultaġġ għoli fl-ogħla vultaġġ tagħha.

    it-telf għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-ogħla vultaġġ tal-koljatura b’vultaġġ għoli

    L-ebda korrezzjoni

    L-ebda korrezzjoni

    Vultaġġ doppju f’koljatura waħda

    KIF UKOLL

    potenza nominali sħiħa disponibbli fiż-żewġ koljaturi, jiġifieri, tkun disponibbli l-potenza nominali sħiħa irrispettivament mill-kombinament ta’ vultaġġi.

    It-telf għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-ogħla vultaġġ tal-koljatura b’vultaġġ doppju

    10 %

    15 %

    Vultaġġ doppju fiż-żewġ koljaturi

    KIF UKOLL

    potenza nominali disponibbli fil-kombinamenti kollha ta’ koljaturi, jiġifieri, iż-żewġ vultaġġi f’koljatura waħda huma assenjati l-potenza nominali sħiħa f’kombinament ma’ wieħed mill-vultaġġi fil-koljatura l-oħra

    it-telf għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-ogħla vultaġġi taż-żewġ koljaturi b’vultaġġ doppju

    20 %

    20 %

    (1)   Dan it-telf għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-vultaġġ tal-koljatura speċifikat fit-tieni kolonna u jista’ jiġi miżjud bil-fatturi ta’ korrezzjoni mogħtija fl-aħħar żewġ kolonni. Fi kwalunkwe każ, irrispettivament mill-kombinamenti tal-vultaġġi tal-koljaturi, it-telf ma jistax ikun akbar mill-valuri mogħtija fit-Tabelli I.1, I.2 u I.6 ikkoreġuti bil-fatturi f’din it-tabella.

    ▼B

    1.2    Rekwiżiti għal transformers tal-elettriku ta' qawwa medja b'potenza nominali ta' > 3150kVA



    Tabella I.4: Valuri minimi tal-Indiċi ta' Effiċjenza Massima (PEI) għal transformers tal-elettriku ta' qawwa medja mgħaddsa fil-likwidu

    Potenza Nominali (kVA)

    Grad 1 (1 ta' Lulju 2015)

    Grad 2 (1 ta' Lulju 2021)

    Valuri minimi tal-Indiċi ta' Effiċjenza Massima (%)

    3150 < Sr ≤ 4000

    99,465

    99,532

    5 000

    99,483

    99,548

    6 300

    99,510

    99,571

    8 000

    99,535

    99,593

    10 000

    99,560

    99,615

    12 500

    99,588

    99,640

    16 000

    99,615

    99,663

    20 000

    99,639

    99,684

    25 000

    99,657

    99,700

    31 500

    99,671

    99,712

    40 000

    99,684

    99,724

    Valuri PEI minimi għal potenzi nominali f'kVA li jaqgħu bejn il-livelli ta' potenza indikati fit-Tabella I.4 għandhom jiġu kkalkulati permezz ta' interpolazzjoni lineari.



    Tabella I.5. Valuri minimi tal-Indiċi ta' Effiċjenza Massima (PEI) għal transformers tal-elettriku ta' qawwa medja mingħajr likwidu għall-insulazzjoni

    Potenza Nominali (kVA)

    Grad 1 (1 ta' Lulju 2015)

    Grad 2 (1 ta' Lulju 2021)

    Valuri minimi tal-Indiċi ta' Effiċjenza Massima (%)

    3150 < Sr ≤ 4000

    99,348

    99,382

    5 000

    99,354

    99,387

    6 300

    99,356

    99,389

    8 000

    99,357

    99,390

    ≥ 10 000

    99,357

    99,390

    Valuri PEI minimi għal potenzi nominali f'kVA li jaqgħu bejn il-livelli ta' potenza indikati fit-Tabella I.5 għandhom jiġu kkalkulati permezz ta' interpolazzjoni lineari

    1.3    Rekwiżiti għal transformers tal-elettriku ta' qawwa medja b'potenza nominali ta' ≤ 3150kVA mgħammra b'punti ta' konnessjoni xierqa għat-tħaddim waqt li jkunu qed jiġu enerġizzati jew waqt it-tagħbija għal skopijiet ta' adattament tal-vultaġġ. It-Transformers ta' Distribuzzjoni b'Regolazzjoni tal-Vultaġġ huma inklużi f'din il-kategorija.

    Il-livelli massimi permissibbli tat-telf stipulati fit-Tabelli I.1 u I.2 għandhom jiżdiedu b'20 % għal telf mingħajr tagħbija u b'5 % għal telf bit-tagħbija fil-Grad 1, u b' 10 % għal telf mingħajr tagħbija fil-Grad 2.

    ▼M2

    1.4    Għas-sostituzzjoni ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja eżistenti mmuntati fuq l-arbli bi transformers bħalhom ta’ potenzi nominali bejn 25 kVA u 400 kVA, il-livelli massimi applikabbli ta’ telf bit-tagħbija u ta’ telf mingħajr tagħbija mhumiex dawk fit-Tabelli I.1 u I.2, iżda dawk fit-Tabella I.6 ta’ hawn taħt. Il-valuri massimi permissibbli ta’ telf għall-potenzi nominali f’kVA differenti minn dawk imsemmija espliċitament fit-Tabella I.6 għandhom jinkisbu permezz ta’ interpolazzjoni jew estrapolazzjoni lineari. Il-fatturi ta’ korrezzjoni għall-kombinamenti speċjali ta’ vultaġġi tal-koljaturi indikati fit-Tabelli I.3a u I.3b huma applikabbli wkoll.

    Għas-sostituzzjoni ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja eżistenti mmuntati fuq l-arbli bi transformers bħalhom, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jinkludi, fid-dokumentazzjoni teknika tat-transformer, l-informazzjoni li ġejja:

     l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tikkummissjona t-transformer ta’ sostituzzjoni;

     l-istazzjon fejn it-transformer ta’ sostituzzjoni għandu jiġi installat. Dan għandu jiġi identifikat b’mod inekwivoku permezz ta’ post speċifiku jew tip ta’ installazzjoni speċifika (eż., deskrizzjoni teknika tal-arblu).

    Fil-każijiet ta’ hawn fuq, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sorveljanza tas-suq.

    Fir-rigward tal-installazzjoni ta’ transformers ġodda immuntati fuq l-arbli, ir-rekwiżiti fit-Tabelli I.1 u I.2, flimkien mat-Tabelli I.3a u I.3b fejn iġġustifikat, li huma applikabbli.

    ▼B



    Tabella I.6 Telf bit-tagħbija u telf mingħajr tagħbija (f'W) għal transformers tal-elettriku mgħaddsa fil-likwidu ta' qawwa medja li jiġu mmuntati fuq l-arbli

     

    Grad 1 (1 ta' Lulju 2015)

    Grad 2 (1 ta' Lulju 2021)

    Potenza Nominali (kVA)

    Livell massimu ta' telf bit-tagħbija (f'W) (1)

    Livell massimu ta' telf mingħajr tagħbija (f'W) (1)

    Livell massimu ta' telf bit-tagħbija (f'W) (1)

    Livell massimu ta' telf mingħajr tagħbija (f'W) (1)

    25

    Ck (900)

    Ao (70)

    Bk (725)

    Ao (70)

    50

    Ck (1 100 )

    Ao (90)

    Bk (875)

    Ao (90)

    100

    Ck (1 750 )

    Ao (145)

    Bk (1 475 )

    Ao (145)

    160

    Ck + 32 % (3 102 )

    Co (300)

    Ck + 32 % (3 102 )

    Co-10 % (270)

    200

    Ck (2 750 )

    Co (356)

    Bk (2 333 )

    Bo (310)

    250

    Ck (3 250 )

    Co (425)

    Bk (2 750 )

    Bo (360)

    315

    Ck (3 900 )

    Co (520)

    Bk (3 250 )

    Bo (440)

    (*1)   Valuri massimi permissibbli ta' telf għall-potenzi nominali f'kVA li jaqgħu bejn il-livelli ta' potenza indikati fit-Tabella I.6 għandhom jinkisbu permezz ta' interpolazzjoni lineari.

    ▼M2

    2.    Rekwiżiti minimi dwar l-effiċjenza enerġetika għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja

    Ir-rekwiżiti minimi dwar l-effiċjenza għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja huma stabbiliti fit-Tabelli I.7, I.8 u I.9.

    Jista’ jkun hemm każijiet speċifiċi fejn is-sostituzzjoni ta’ transformer eżistenti, jew l-installazzjoni ta’ wieħed ġdid, li jissodisfa r-rekwiżiti minimi applikabbli stabbiliti fit-Tabelli I.7, I.8 u I.9, twassal għal fi spejjeż sproporzjonati. Bħala regola ġenerali, l-ispejjeż jistgħu jitqiesu sproporzjonati meta l-ispejjeż żejda tat-trasport u/jew tal-installazzjoni ta’ transformer konformi mal-Grad 2 jew mal-Grad 1, skont liema jkun applikabbli, ikunu ogħla mill-valur nett preżenti tat-telf addizzjonali ta’ elettriku evitat (tariffi, taxxi u imposti esklużi) matul il-ħajja operattiva normalment mistennija tiegħu. Dan il-valur nett attwali għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valuri tat-telf kapitalizzat bl-użu ta’ rati ta’ skont soċjali li huma ġeneralment aċċettati ( 5 )

    F’dawk il-każijiet, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ riżerva li ġejjin:

    Mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Grad 2 (l-1 ta’ Lulju 2021), meta s-sostituzzjoni ta’ transformer tal-elettriku ta’ qawwa għolja bi transformer bħalu f’sit eżistenti tkun tinvolvi spejjeż sproporzjonati assoċjati mat-trasport u/jew mal-installazzjoni tagħhom, jew ma tkunx teknikament fattibbli, it-transformer ta’ sostituzzjoni ikun, b’eċċezzjoni, meħtieġ li jikkonforma biss mar-rekwiżiti tal-Grad 1 għall-potenza nominali indikata.

    Barra minn hekk, jekk l-ispejjeż tal-installazzjoni ta’ transformer ta’ sostituzzjoni li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Grad 1 ikunu sproporzjonati wkoll, jew meta ma jkun hemm l-ebda soluzzjoni teknikament fattibbli, ma għandu japplika l-ebda rekwiżit minimu għat-transformer ta’ sostituzzjoni.

    Mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Grad 2 (l-1 ta’ Lulju 2021), meta l-installazzjoni ta’ transformer tal-elettriku ta’ qawwa għolja ġdid f’sit ġdid tkun tinvolvi spejjeż sproporzjonati assoċjati mat-trasport u/jew mal-installazzjoni tiegħu, jew ma tkunx teknikament fattibbli, it-transformer ġdid ikun, b’eċċezzjoni, meħtieġ li jissodisfa biss ir-rekwiżiti tal-Grad 1 għall-potenza nominali indikata.

    F’dawn il-każijiet, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat responsabbli għat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz tat-transformer għandu:

    jinkludi fid-dokumentazzjoni teknika tat-transformer il-ġdid jew ta’ sostituzzjoni, l-informazzjoni li ġejja:

     l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tikkummissjona t-transformer;

     il-post speċifiku fejn it-transformer għandu jiġi installat;

     il-ġustifikazzjoni teknika u/jew ekonomika għall-installazzjoni ta’ transformer ġdid jew ta’ sostituzzjoni li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Grad 2 jew tal-Grad 1. Jekk it-transformer(s) ikunu ġew ikkummissjonati permezz ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti, għandha tingħata wkoll l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-analiżi tal-offerti u dwar id-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni;

     jinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sorveljanza tas-suq.

     



    Tabella I.7

    Rekwiżiti Minimi dwar l-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja immersi f’likwidu

    Potenza Nominali (MVA)

    Grad 1 (1.7.2015)

    Grad 2 (1.7.2021)

    Valur minimu tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima (%)

    ≤ 0,025

    97,742

    98,251

    0,05

    98,584

    98,891

    0,1

    98,867

    99,093

    0,16

    99,012

    99,191

    0,25

    99,112

    99,283

    0,315

    99,154

    99,320

    0,4

    99,209

    99,369

    0,5

    99,247

    99,398

    0,63

    99,295

    99,437

    0,8

    99,343

    99,473

    1

    99,360

    99,484

    1,25

    99,418

    99,487

    1,6

    99,424

    99,494

    2

    99,426

    99,502

    2,5

    99,441

    99,514

    3,15

    99,444

    99,518

    4

    99,465

    99,532

    5

    99,483

    99,548

    6,3

    99,510

    99,571

    8

    99,535

    99,593

    10

    99,560

    99,615

    12,5

    99,588

    99,640

    16

    99,615

    99,663

    20

    99,639

    99,684

    25

    99,657

    99,700

    31,5

    99,671

    99,712

    40

    99,684

    99,724

    50

    99,696

    99,734

    63

    99,709

    99,745

    80

    99,723

    99,758

    100

    99,737

    99,770

    125

    99,737

    99,780

    160

    99,737

    99,790

    ≥ 200

    99,737

    99,797

    Il-valuri minimi tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal potenzi nominali f’MVA li jikkorrispondu mal-valuri indikati fit-Tabella I.7 għandhom jiġu kkalkulati permezz ta’ interpolazzjoni lineari



    Tabella I.8

    Rekwiżiti Minimi dwar l-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja tat-tip niexef b’Um ≤ 36 kV

    Potenza Nominali (MVA)

    Grad 1 (1.7.2015)

    Grad 2 (1.7.2021)

    Valur minimu tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima (%)

    3,15 < Sr ≤ 4

    99,348

    99,382

    5

    99,354

    99,387

    6,3

    99,356

    99,389

    8

    99,357

    99,390

    ≥ 10

    99,357

    99,390

    Il-valuri minimi tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal potenzi nominali f’MVA li jikkorrispondu mal-valuri indikati fit-Tabella I.8 għandhom jiġu kkalkulati permezz ta’ interpolazzjoni lineari



    Tabella I.9

    Rekwiżiti Minimi dwar l-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja tat-tip niexef b’Um > 36 kV

    Potenza Nominali (MVA)

    Grad 1 (1.7.2015)

    Grad 2 (1.7.2021)

    Valur minimu tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima (%)

    ≤ 0,05

    96,174

    96,590

    0,1

    97,514

    97,790

    0,16

    97,792

    98,016

    0,25

    98,155

    98,345

    0,4

    98,334

    98,570

    0,63

    98,494

    98,619

    0,8

    98,677

    98,745

    1

    98,775

    98,837

    1,25

    98,832

    98,892

    1,6

    98,903

    98,960

    2

    98,942

    98,996

    2,5

    98,933

    99,045

    3,15

    99,048

    99,097

    4

    99,158

    99,225

    5

    99,200

    99,265

    6,3

    99,242

    99,303

    8

    99,298

    99,356

    10

    99,330

    99,385

    12,5

    99,370

    99,422

    16

    99,416

    99,464

    20

    99,468

    99,513

    25

    99,521

    99,564

    31,5

    99,551

    99,592

    40

    99,567

    99,607

    50

    99,585

    99,623

    ≥ 63

    99,590

    99,626

    Valuri minimi tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal potenzi nominali f’MVA li jikkorrispondu mal-valuri indikati fit-Tabella I.9 għandhom jiġu kkalkulati permezz ta’ interpolazzjoni lineari.

    ▼B

    3.    Rekwiżiti ta' informazzjoni dwar il-prodott

    Mill-1 ta' Lulju 2015, ir-rekwiżiti li ġejjin rigward l-informazzjoni dwar il-prodott għat-transformers li huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament (Artikolu 1) għandhom jiġu inklużi fi kwalunke dokumentazzjoni relatata dwar il-prodott, inkluż aċċess bla ħlas għal siti tal-Internet tal-produtturi:

    (a) informazzjoni dwar il-potenza nominali, dwar it-telf bit-tagħbija, dwar it-telf mingħajr tagħbija u dwar l-enerġija elettrika ta' kwalunkwe sistema ta' tkessiħ meħtieġa fi istat ta' mingħajr tagħbija;

    (b) għal transformers tal-elettriku ta' qawwa medja (fejn applikabbli) u transformers tal-elettriku ta' qawwa għolja, il-valur tal-Indiċi ta' Effiċjenza Massima u l-potenza fejn dan iseħħ;

    (c) għal transformers b'vultaġġ doppju, il-potenza nominali massima fuq l-aktar vultaġġ baxx, skont it-Tabella I.3;

    (d) informazzjoni dwar il-piż tal-komponenti ewlenin kollha ta' transformer tal-elettriku (inkluż mill-inqas il-konduttur, in-natura tal-konduttur u l-materjal ewlieni tal-qalba tat-transformer);

    (e) Transformers tal-elettriku ta' qawwa medja li jiġu mmuntati fuq l-arbli għandu jkollhom fuqhom il-kitba “Għal tħaddim fuq arbli tal-elettriku biss” murija b'mod viżibbli.

    ▼M2

    Għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja u għolja biss, l-informazzjoni msemmija fil-punti a), c) u d) għandha tiġi inkluża wkoll fuq il-pjanċa ta’ klassifikazzjoni tat-transformer.

    ▼B

    4.    Dokumentazzjoni teknika

    L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika tat-transformers tal-elettriku:

    (a) isem u indirizz tal-manifattur;

    (b) l-identifikatur tal-mudell, il-kodiċi alfanumeriku li jiddistingwi mudell wieħed mill-mudelli l-oħra tal-istess manifattur;

    (c) l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt 3;

    ▼M2

    (d) ir-raġuni(jiet) speċifiku/speċifiċi għaliex it-transformers jitqiesu li huma eżentati mir-Regolament skont l-Artikolu 1.2.

    ▼M2 —————

    ▼M2




    ANNESS II

    Metodi tal-kejl

    Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl għandu jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxuti, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Metodi ta’ kalkolu

    Il-metodu li jintuża biex jiġi kkalkulat l-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima (PEI) għal transformers ta’ qawwa medja u għolja msemmija fit-Tabelli I.4, I.5, I.7, I.8 u I.9 tal-Anness I huwa bbażat fuq il-proporzjon tal-potenza apparenti trażmessa ta’ transformer wara li jitnaqqas it-telf ta’ elettriku, imqabbel mal-potenza apparenti trażmessa tat-transformer. Il-kalkolu tal-PEI għandu juża metodoloġija tal-ogħla livell disponibbli fl-aħħar verżjoni tal-istandards armonizzati rilevanti għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja u għolja.

    Il-formula li għandha tintuża għall-kalkolu tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima hija:

    image

    Fejn:

    P0

    huwa l-valur tat-telf mingħajr tagħbija mkejjel b’vultaġġ nominali u bi frekwenza nominali fil-punt ta’ konnessjoni nominali

    Pc0

    hija l-potenza elettrika meħtieġa mis-sistema tat-tkessiħ għal tħaddim mingħajr tagħbija, derivata mill-valuri, imkejla waqt it-test tat-tip, tal-potenza assorbita mill-muturi tal-fann u tal-pompa tal-liwidu (għal sistemi tat-tkessiħ ONAN u ONAN/ONAF, Pc0 hija dejjem żero)

    Pck (kPEI)

    hija l-potenza elettrika meħtieġa mis-sistema tat-tkessiħ, flimkien ma’ Pc0, għal tħaddim b’tagħbija nominali mmultiplikata b’ kPEI Pck hija funzjoni tat-tagħbija. Pck (kPEI) hija derivata mill-valuri, imkejla waqt it-test tat-tip, tal-potenza assorbita mill-muturi tal-fann u tal-pompa liwidu (għal sistemi tat-tkessiħ ONAN u ONAN/ONAF, Pck hija dejjem żero)

    Pk

    huwa l-valur tat-telf bit-tagħbija mkejjel b’kurrent nominali u bi frekwenza nominali fil-punt ta’ konnessjoni nominali, ikkoreġut skont it-temperatura ta’ referenza

    Sr

    huwa l-valur tal-potenza nominali tat-transformer jew tal-autotransformer, li fuqu huwa bbażat il-valur ta’ Pk

    kPEI

    huwa l-fattur ta’ tagħbija korrispondenti għall-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima

    ▼M1




    ANNESS III

    Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

    It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

    ▼M2

    Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.

    ▼M1

    Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fl-Annessi tiegħu, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

    (1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell. Minħabba l-limitazzjonijiet tal-piż u d-daqs fil-kuntest tat-trasport ta' transformers tal-elettriku ta' qawwa medja u għolja, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu l-proċedura ta' verifika fl-istabbilimenti tal-manifatturi, qabel ma t-transformers jiġu installati u mħaddma fid-destinazzjoni finali tagħhom.

    ▼M2

    L-awtorità tal-Istat Membru tista’ twettaq din il-verifika billi tuża t-tagħmir tal-ittestjar tagħha stess.

    Jekk għal tali transformers ikunu ppjanati Testijiet ta’ Aċċettazzjoni tal-Fabbrika (FATs), li jittestjaw il-parametri stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li waqt dawn il-FATs jużaw testijiet fil-preżenza ta’ osservatur sabiex jinġabru riżultati tat-testijiet li jistgħu jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità tat-transformer investigat. L-awtoritajiet jistgħu jitolbu lill-manifattur biex jiżvela informazzjoni dwar kwalunkwe FAT rilevanti ppjanat għal ittestjar fil-preżenza ta’ osservatur.

    Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2 (c), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. Meta tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

    ▼M1

    (2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

    (a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

    (b) il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

    (c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

    ▼M2

    (3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b) jew (c), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

    ▼M1

    (4) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punt 3, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 4 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



    Tabella 1

    It-tolleranzi tal-verifika

    Parametri

    It-tolleranzi tal-verifika

    Telf bit-tagħbija

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

    Telf mingħajr tagħbija

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

    L-elettriku meħtieġ mis-sistema tat-tkessiħ biex titħaddem mingħajr tagħbija

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

    ▼B




    ANNESS IV

    Punti ta' Referenza indikattivi

    Fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għat-transformers tal-elettriku ta' qawwa medja ġiet identifikata kif ġej:

    (a) Transformers tal-elettriku ta' qawwa medja mgħaddsa fil-likwidu: Ao – 20 %, Ak – 20 %

    (b) Transformers tal-elettriku ta' qawwa medja mingħajr likwidu għall-insulazzjoni: Ao – 20 %, Ak – 20 %

    ▼M2

    (c) Transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja b’qalba tal-azzar amorfu: Ao-50 %, Ak.

    ▼B

    Jeħtieġ li d-disponibbiltà ta' materjal għall-manifattura ta' transformers b'qalba tal-azzar amorfu tiġi żviluppata aħjar qabel ma dawn il-valuri ta' telf ikunu jistgħu jitqiesu bħala rekwiżiti minimi fil-ġejjieni.



    ( 1 ) Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1).

    ( 2 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari. (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).

    ( 3 ) L-istandard CENELEC EN 60038, fl-Anness 2B tiegħu jinkludi devjazzjoni nazzjonali fir-Repubblika Ċeka, skont liema l-vultaġġi standard tal-ogħla vultaġġ għat-tagħmir f’sistemi trifażi AC huma 38,5 kV minflok 36 kV u 25 kV minflok 24 kV.

    ( 4 ) Is-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea jissuġġerixxi li jintuża valur ta’ 4 % għar-rata ta’ skont soċjali

    https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/better-regulation-toolbox-61_en_0.pdf

    ( 5 ) Is-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea jissuġġerixxi li jintuża valur ta’ 4 % għar-rata ta’ skont soċjali,

    https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/better-regulation-toolbox-61_en_0.pdf.

    Top