This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014R0139-20230312
Commission Regulation (EU) No 139/2014 of 12 February 2014 laying down requirements and administrative procedures related to aerodromes pursuant to Regulation (EC) No 216/2008 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:
Att li jemenda | Tip ta’ emenda | Is-subdiviżjoni kkonċernata | Data tal-effett |
---|---|---|---|
32023R0203 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.B.010 titolu | 22/02/2026 |
32023R0203 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.B.005 punt (d) | 22/02/2026 |
32023R0203 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.C.005 punt (f) | 22/02/2026 |
32023R0203 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.A.030A | 22/02/2026 |
32023R0203 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.C.040A | 22/02/2026 |
32023R0203 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.A.025 punt (c) | 22/02/2026 |
32023R0203 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.B.010 punt (c) | 22/02/2026 |
32024R0894 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.A.030 punt (c) | 20/03/2025 |
32024R0894 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.B.005 punt (a) punt 1 | 20/03/2025 |
32024R0894 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.A.030 punt (b) | 20/03/2025 |
32024R0894 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.A.025 punt (a) | 20/03/2025 |
32024R0894 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.A.030 punt (a) | 20/03/2025 |
32024R0894 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.B.005 punt (c) | 20/03/2025 |
32024R0894 | Emendata minn | artikolu 5 | 20/03/2025 |
32024R0894 | Emendata minn | artikolu 4 | 20/03/2025 |
32024R0894 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.A.025 punt (b) | 20/03/2025 |
32024R0894 | Emendata minn | anness II parti ADR.AR punt ADR.AR.B.015 | 20/03/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness III punt ADR.OR.D.025 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness IV punt ADR.OPS.B.070 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness II punt ADR.AR.C.060 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness II punt ADR.AR.C.035 punt (c) | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness III punt ADR.OR.B.060 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness IV punt ADR.OPS.B.090 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness IV punt ADR.OPS.C.011 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness I punt 4a | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness IV punt ADR.OPS.B.095 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness IV punt ADR.OPS.B.011 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness I punt 19b | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | artikolu 7 paragrafu 4 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness IV punt ADR.OPS.B.071 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness III punt ADR.OR.D.005 punt (b) punt 11 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness III punt ADR.OR.D.027 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness III punt ADR.OR.D.030 punt (ab) | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness I punt 47 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness IV punt ADR.OPS.B.100 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness III punt ADR.OR.C.030 | 24/05/2025 |
32024R1400 | Emendata minn | anness III punt ADR.OR.F.055 punt (e) | 24/05/2025 |
32022R1645 | Emendata minn | anness III punt ADR.OR.D.005A | 16/10/2025 |
32022R1645 | Emendata minn | anness III punt ADR.OR.D.007 | 16/10/2025 |
32022R1645 | Emendata minn | anness III punt ADR.OR.F.045A | 16/10/2025 |
32024R0405 | Emendata minn | anness IV punt ADR.OPS.B.031 punt (c) | 01/05/2025 |
32024R0405 | Emendata minn | anness IV punt ADR.OPS.B.031 punt (d) | 01/05/2025 |
02014R0139 — MT — 12.03.2023 — 010.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 044 14.2.2014, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/161 tal-31 ta' Jannar 2017 |
L 27 |
99 |
1.2.2017 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/401 tal-14 ta' Marzu 2018 |
L 72 |
17 |
15.3.2018 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020 |
L 104 |
1 |
3.4.2020 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1234 tad-9 ta’ Ġunju 2020 |
L 282 |
1 |
31.8.2020 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2148 tat-8 ta’ Ottubru 2020 |
L 428 |
10 |
18.12.2020 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/208 tal-14 ta’ Diċembru 2021 |
L 35 |
1 |
17.2.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/697 tal-10 ta’ Frar 2022 |
L 130 |
1 |
4.5.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2074 tal-20 ta’ Lulju 2022 |
L 280 |
4 |
28.10.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/369 tad-29 ta’ Novembru 2022 |
L 51 |
23 |
20.2.2023 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 139/2014
tat-12 ta’ Frar 2014
li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar:
il-kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita u notifikata lill-applikant il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal ajrudrom kif stabbilit fl-Anness II u l-Anness III;
il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ ċertifikati għall-ajrudromi, ċertifikati għall-organizzazzjonijiet responsabbli mill-operazzjoni tal-ajrudromi, inklużi l-limitazzjonijiet fuq l-operat marbuta mad-disinn speċifiku tal-ajrudrom kif stabbilit fl-Anness II u l-Anness III;
il-kundizzjonijiet għall-operazzjoni ta’ ajrudrom skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness Va u, jekk ikun japplika, fl-Anness Vb tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 hekk kif stipulat fl-Anness IV;
ir-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati kif stabbiliti fl-Anness III;
il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni u għall-bidla taċ-ċertifikati tal-ajrudromi eżistenti maħruġa mill-Istati Membri;
il-kundizzjonijiet għad-deċiżjoni li ma jkunux permessi l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, inklużi l-kriterji għall-ajrudromi tal-merkanzija, għan-notifika tal-ajrudromi eżentati u għar-reviżjoni tal-eżenzjonijiet mogħtija;
il-kundizzjonijiet li skonthom l-operazzjonijiet jiġu pprojbiti, limitati jew suġġetti għal certi kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza skont l-Anness III;
il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn u għas-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet responsabbli mill-forniment tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) kif stabbilit fl-Annessi II u III.
▼M4 —————
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“ajrudrom” tfisser erja ddefinita (inkluż kwalunkwe bini, stallazzjoni, u tagħmir) fuq l-art jew fuq l-ilma jew fuq struttura fissa, fissa lil hinn mill-kosta (off-shore) jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, bil-ħsieb li tintuża, b’mod sħiħ jew parzjali, għall-wasla, għat-tluq u għall-moviment fuq il-wiċċ tal-inġenju tal-ajru;
“ajruplan” tfisser inġenju tal-ajru bil-magna itqal mill-arja, li t-titjira tiegħu hija sostnuta prinċipalment minn reazzjonijiet ajrudinamiċi fuq superfiċji li jibqgħu fissi f’kundizzjonijiet partikolari ta’ titjir;
“inġenju tal-ajru” tfisser makkinarju li jista’ jikseb sostenn fl-atmosfera mir-reazzjonijiet tal-arja ħlief mir-reazzjonijiet tal-arja ma’ wiċċ id-dinja;
“rampa” tfisser erja ddefinita, maħsuba biex takkomoda inġenji tal-ajru għall-iskop tat-tagħbija jew tal-ħatt ta’ passiġġieri, tal-posta jew tal-merkanzija, tar-riforniment tal-fjuwil, tal-parkeġġ jew tal-manutenzjoni;
“servizz ta’ mmaniġġjar tar-rampa” tfisser servizz ipprovdut sabiex jiġu ġestiti l-attivitajiet u l-moviment ta’ inġenji tal-ajru u vetturi fuq ir-rampa;
“verifika” tfisser proċess sistematiku, indipendenti u ddokumentat biex tinkiseb evidenza ta’ verifika u biex din tiġi evalwata b’mod oġġettiv sabiex jiġi deċiż sa liema punt huma ssodisfati l-kriterji tal-verifika;
“speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni” tfisser standards tekniċi adottati mill-Aġenzija li jindikaw il-mezzi biex tintwera l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u li jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni għall-għanijiet taċ-ċertifikazzjoni;
“Awtorità Kompetenti” tfisser awtorità maħtura fi ħdan kull Stat Membru, li jkollha s-setgħat u r-responsabbiltajiet meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-ajrudromi, kif ukoll il-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti fihom;
“sorveljanza kontinwa” tfisser il-kompiti li jitwettqu għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ sorveljanza, fi kwalunkwe ħin, mill-Awtorità Kompetenti sabiex jiġi vverifikat li l-kundizzjonijiet li skonthom ikun inħareġ iċ-ċertifikat, jibqgħu jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta’ validità tiegħu;
“Dokument ta’ Aċċettazzjoni u Azzjoni ta’ Devjazzjoni” (DAAD) tfisser dokument stabbilit mill-awtorità kompetenti biex tinġabar l-evidenza pprovduta li tiġġustifika l-aċċettazzjoni ta’ devjazzjonijiet mill-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni maħruġa mill-Aġenzija;
“spezzjoni” tfisser evalwazzjoni indipendenti li tirriżulta minn osservazzjoni u ġudizzju, akkumpanjati kif xieraq bil-kejl, l-ittestjar jew il-kalibrazzjoni tat-tagħmir, sabiex tkun ivverifikata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli;
“moviment” tfisser it-tlugħ jew l-inżul tal-inġenju tal-ajru;
“ostaklu” tfisser l-oġġetti kollha mwaħħla (kemm jekk b’mod temporanju kif ukoll b’mod permanenti) u dawk mobbli, jew partijiet minnhom, li jkunu:
“superfiċje ta’ limitazzjoni tal-ostaklu” tfisser is-superfiċje li tiddefinixxi l-limiti safejn l-oġġetti jistgħu jitwasslu fl-ispazju tal-ajru;
“superfiċje ta’ protezzjoni mill-ostaklu” tfisser superfiċje stabbilita għal sistema ta’ indikatur tal-inklinazzjoni b’avviċinament viżwali li fuqu ma jitħallewx oġġetti jew estensjonijiet ta’ oġġetti eżistenti għajr meta, fl-opinjoni tal-awtorità xierqa, l-oġġett il-ġdid jew l-estensjoni jkunu se jiġu protetti permezz ta’ oġġett immobbli eżistenti;
Artikolu 3
Sorveljanza
Jekk Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala Awtorità Kompetenti, ikunu jridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
kull Awtorità Kompetenti tkun responsabbli għal kompiti definiti speċifikament u għal erja ġeografika stabbilita; u
għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn dawn l-Awtoritajiet sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-ajrudromi u l-operaturi tal-ajrudromi kollha, kif ukoll il-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa.
Il-persunal awtorizzat mill-Awtorità Kompetenti biex iwettaq kompiti ta’ ċertifikazzjoni u/jew sorveljanza għandu jingħata s-setgħa li tal-inqas iwettaq il-kompiti li ġejjin:
jeżamina r-rekords, id-dejta, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor li jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompitu ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza;
jagħmel kopji tat-tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor, jew jieħu siltiet minnhom;
jitlob spjegazzjoni verbali fuq il-post;
jidħol fl-ajrudromi, f’binjiet u siti tal-operat rilevanti jew f’erji u mezzi ta’ trasport rilevanti oħrajn;
iwettaq verifiki, investigazzjonijiet, testijiet, eżerċizzji, valutazzjonijiet u spezzjonijiet;
jieħu jew jagħti bidu għal miżuri ta’ infurzar skont il-każ.
Artikolu 4
Informazzjoni li tingħadda lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (‘l-Aġenzija’) l-ismijiet, il-postijiet, il-kodiċi tal-ajruport ICAO tal-ajrudromi u l-ismijiet tal-operaturi tal-ajrudromi, kif ukoll in-numru ta’ movimenti ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija fl-ajrudromi li fil-każ tagħhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Eżenzjonijiet
Il-Kummissjoni tista’ f’kull ħin tiddeċiedi li ma tippermettix eżenzjoni fil-każijiet li ġejjin:
ma jkunux issodisfati l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 marbuta mas-sikurezza ġenerali;
iċ-ċifri rilevanti tat-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija jkunu nqabżu matul l-aħħar tliet snin konsekuttivi.
meta l-eżenzjoni ma tikkonformax ma’ xi leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-UE.
Artikolu 6
Konverżjoni taċ-ċertifikati
Qabel jagħlaq il-perjodu speċifikat fil-paragrafu 1, l-Awtorità Kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikati tal-ajrudromi u tal-operaturi tal-ajrudromi kkonċernati, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
tkun ġiet stabbilita l-bażi taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Anness II billi ntużaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni maħruġa mill-Aġenzija, inklużi l-każijiet ta’ livell ekwivalenti ta’ sikurezza u kundizzjonijiet speċjali li jkunu ġew identifikati u dokumentati;
id-detentur taċ-ċertifikat ikun wera li hemm konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li huma differenti mir-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom ikun inħareġ iċ-ċertifikat eżistenti;
id-detentur taċ-ċertifikat ikun wera konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu li huma applikabbli għall-organizzazzjoni u l-operat tiegħu u li huma differenti mir-rekwiżiti nazzjonali eżistenti li abbażi tagħhom ikun inħareġ iċ-ċertifikat.
Artikolu 7
Devjazzjonijiet mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni
L-Awtorità Kompetenti tista’, sal-31 ta’ Diċembru 2024, taċċetta applikazzjonijiet għal ċertifikat li jinkludi devjazzjonijiet mill-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni maħruġa mill-Aġenzija, u dan kemm-il darba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
id-devjazzjonijiet ma jikkwalifikawx bħala każ ta’ livell ekwivalenti ta’ sikurezza skont l-ADR.AR.C.020, u lanqas ma jikkwalifikaw bħala każ ta’ kundizzjoni speċjali skont l-ADR.AR.C.025 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
id-devjazzjonijiet kienu hemm qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;
ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness Va tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 huma rispettati mid-devjazzjonijiet, supplimentati b’miżuri ta’ mitigazzjoni u b’azzjonijiet korrettivi skont il-każ;
għal kull devjazzjoni saret valutazzjoni dwar is-sikurezza biex issostni dan.
Artikolu 8
Is-salvagwardja tal-inħawi madwar l-ajrudrom
Artikolu 9
Monitoraġġ tal-inħawi madwar l-ajrudrom
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu għaddejjin konsultazzjonijiet rigward l-attivitajiet tal-bniedem u l-użu tal-art, bħal:
kull żvilupp jew bidla fl-użu tal-art fiż-żona tal-ajrudrom;
kull żvilupp li jista’ joħloq turbolenza kkaġunata minn ostaklu li jista’ jkun ta’ periklu għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
l-użu ta’ dawl perikoluż, li jfixkel jew li jqarraq;
l-użu ta’ superfiċji li jirriflettu ħafna u li jistgħu jikkawżaw tgħammix;
il-ħolqien ta’ żoni li għandhom mnejn jinkoraġġixxu attività minn annimali selvaġġi li taf tkun ta’ ħsara għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
għejun ta’ radjazzjoni mhux viżibbli jew il-preżenza ta’ oġġetti li jiċċaqalqu jew li huma fissi u li jistgħu jxekklu jew jolqtu ħażin ir-rendiment tas-sistemi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tas-sorveljanza ajrunawtika.
Artikolu 10
L-immaniġġjar tal-perikli minn annimali selvaġġi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perikli mill-attività ta’ annimali selvaġġi jiġu vvalutati permezz ta’:
l-istabbiliment ta’ proċedura nazzjonali għar-reġistrazzjoni u r-rappurtaġġ ta’ meta l-annimali selvaġġi jaħbtu mal-inġenji tal-ajru;
il-ġbir tal-informazzjoni mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, mill-persunal tal-ajrudrom u minn sorsi oħra dwar il-preżenza ta’ annimali selvaġġi li tikkostitwixxi periklu potenzjali għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru; u
evalwazzjoni kontinwa tal-periklu minn annimali selvaġġi min-naħa tal-persunal kompetenti.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
▼M4 —————
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Definizzjonijiet tat-termini użati mill-Anness II sal-Anness IV
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“Mezzi Aċċettabbli tal-Konformità (AMC)” tfisser standards mhux vinkolanti adottati mill-Aġenzija biex juru l-mezzi li bihom tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu;
“id-distanza disponibbli għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien (ASDA)”, tfisser it-tul tal-ġirja tat-tlugħ disponibbli u t-tul tal-mogħdija tal-waqfien, jekk din tkun ipprovduta;
“servizz ta’ kontroll tal-ajrudrom” tfisser servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) għat-traffiku tal-ajrudrom;
“tagħmir tal-ajrudrom” tfisser kull tagħmir, apparat, drittijiet, softwer jew aċċessorju li jintuża jew li hu maħsub biex jintuża biex jikkontribwixxi għall-operazzjoni tal-inġenju tal-arju fl-ajrudrom;
“dejta ajrunawtika” tfisser rappreżentazzjoni ta’ fatti, kunċetti jew struzzjonijiet ajrunawtiċi f’għamla formalizzata adattata għall-komunikazzjoni, l-interpretazzjoni jew l-ipproċessar;
“servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika” tfisser servizz stabbilit ġewwa ż-żona ddefinita ta’ kopertura responsabbli għall-forniment ta’ informazzjoni ajrunawtika u data meħtieġa għas-sikurezza, ir-regolarità u l-effiċjenza tan-navigazzjoni tal-ajru;
Ċirkulari tal-Informazzjoni Ajrunawtika (AIC) tfisser avviż li fih informazzjoni li ma tikkwalifikax għall-oriġinazzjoni ta’ avviż lill-avjaturi (Notice to Air Men - NOTAM) jew għall-inklużjoni fl-AIP, iżda li hija relatata mas-sigurtà tat-titjira, man-navigazzjoni bl-ajru, ma’ kwistjonijiet tekniċi, amministrattivi jew leġiżlattivi;
“prodott ta’ informazzjoni ajrunawtika” tfisser data ajrunawtika u informazzjoni ajrunawtika pprovduti jew bħala settijiet tad-data diġitali jew bħala preżentazzjoni standardizzata fuq mezzi stampati jew elettroniċi. Il-prodotti ta’ informazzjoni ajrunawtika jinkludu dawn li ġejjin:
“Pubblikazzjoni ta’ Informazzjoni Ajrunawtika (AIP)” tfisser pubblikazzjoni maħruġa minn jew bl-awtorità ta’ Stat Membru u li jkun fiha informazzjoni ajrunawtika ta’ natura dejjiema essenzjali għan-navigazzjoni bl-ajru;
“servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru” tfisser servizzi ta’ traffiku tal-ajru; servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza; servizzi meteoroloġiċi għan-navigazzjoni tal-ajru; u servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika;
“servizzi ta’ traffiku tal-ajru” tfisser is-servizzi varji ta’ informazzjoni ta’ titjir, servizzi ta’ twissija, servizzi ta’ avviżi għal traffiku tal-ajru u servizzi ta’ kontroll tat-traffiku (servizzi taż-żona, avviċinament u kontroll tal-ajrudrom);
“servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC)” tfisser servizz ipprovdut għall-għan:
li jevita l-kolliżjonijiet:
li jħaffef u jżomm fluss ordnat ta’ traffiku tal-ajru;
“stand tal-inġenju tal-ajru” tfisser żona speċifika fuq rampa maħsuba biex tintuża għall-ipparkjar ta’ inġenju tal-ajru;
“taxilane tal-istand tal-inġenju tal-ajru” tfisser parti minn rampa indikata bħala taxiway u maħsuba sabiex tipprovdi aċċess għall-istands tal-inġenji tal-ajru biss;
“mezzi ta’ konformità alternattivi” huma dawk li jipproponu alternattiva għal Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità eżistenti jew inkella dawk li jipproponu mezzi ġodda sabiex tkun stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, li fil-każ tagħha ma jkun ġie adottat mill-Aġenzija l-ebda Mezz Aċċettabbli ta’ Konformità assoċjat;
“servizz ta’ twissija” tfisser servizz provdut biex javża lill-organizzazzjonijiet xierqa dwar ajruplani fi bżonn ta’ għajnuna ta’ tiftix u salvataġġ, u biex jgħin lit-tali organizzazzjonijiet skont il-ħtieġa;
“taxiway tar-rampa” tfisser parti minn sistema ta’ taxiways li tkun qiegħda fuq rampa u li tkun maħsuba sabiex tipprovdi rotta kontinwa għas-sewqan min-naħa għall-oħra tar-rampa;
“mogħdija tal-ikklerjar” tfisser żona rettangolari ddefinita fuq l-art jew fl-ilma li taqa’ taħt il-kontroll tal-entità xierqa, li tiġi magħżula jew ippreparata bħala żona xierqa li fuqha ajruplan ikun jista’ jagħmel parti mit-tlugħ inizjali tiegħu sa għoli speċifikat;
“runway kontaminata” tfisser runway li s-superfiċje tagħha (kemm jekk f’żoni iżolati jew le) fit-tul u l-wisa’ li tkun qed tintuża tkun koperta konsiderevolment minn wieħed jew aktar mis-sustanzi elenkati taħt id-deskritturi tal-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway;
“oġġetti perikolużi” tfisser artikli jew sustanzi li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa, is-sikurezza, il-proprjetà jew l-ambjent u li huma inklużi fil-lista ta’ oġġetti perikolużi fl-Istruzzjonijiet Tekniċi jew li jkunu kklassifikati skont dawn l-istess Struzzjonijiet;
“altitudni ta’ deċiżjoni” (“DA”) jew “gћoli ta’ deċiżjoni” (“DH”) tfisser altitudni jew għoli speċifikati f’operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti 3D li fih trid tinbeda proċedura ta’ avviċinament interrott jekk ir-referenza viżwali meħtieġa biex jitkompla l-avviċinament ma tkunx ġiet stabbilita;
“kwalità tad-dejta” tfisser grad jew livell ta’ kunfidenza li l-informazzjoni pprovduta tissodisfa r-rekwiżiti tal-utent tal-informazzjoni f’dak li jirrigwarda l-eżattezza, ir-riżoluzzjoni u l-integrità;
sett tad-data tfisser kollezzjoni identifikabbli ta’ data;
“distanzi ddikjarati” tfisser:
“niexef” fir-rigward tal-kundizzjonijiet tar-runway, tfisser li s-superfiċje tar-runway ikun ħieles minn umdità viżibbli u mhux kontaminat fiż-żona maħsuba biex tintuża;
“servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjira” tfisser servizz provdut sabiex jingħataw pariri u informazzjoni utli għat-tmexxija sikura u effiċjenti tat-titjiriet;
“fdalijiet ta’ oġġetti barranin (FOD)” tfisser oġġett inanimat fiż-żona ta’ moviment li ma għandu l-ebda funzjoni operazzjonali jew ajrunawtika u li għandu l-potenzjal li jkun ta’ periklu għall-operat tal-inġenji tal-ajru;
“prinċipji ta’ fatturi umani” tfisser prinċipji li japplikaw għad-disinn, it-taħriġ, iċ-ċertifikazzjoni, l-operat u l-manteniment tal-ajrunawtika u li mmiraw għal interfaċċja sikura bejn il-komponenti umani u dawk ta’ sistemi oħrajn b’konsiderazzjoni f’lokha għall-prestazzjoni umana;
“il-prestazzjoni umana” tfisser il-kapaċitajiet umani u l-limitazzjonijiet li għandhom impatt fuq is-sikurezza u l-effiċjenza ta’ operazzjonijiet tal-ajrunawtika;
“runway ta’ strument” tfisser waħda mit-tipi ta’ runways li ġejjin maħsuba għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru bl-użu ta’ proċeduri tal-avviċinament bl-istrumenti:
“runway b’approċċ mhux bi preċiżjoni”: runway attrezzata b’għajnuniet viżwali u b’mill-inqas għajnuna mhux viżwali waħda, maħsuba għall-operazzjonijiet tal-inżul wara operazzjoni tal-avviċinament bl-istrumenti tat-tip A;
“runway b’avviċinament bi preċiżjoni, il-Kategorija I”: runway attrezzata b’għajnuniet viżwali u b’mill-inqas għajnuna mhux viżwali waħda, maħsuba għall-operazzjonijiet tal-inżul wara operazzjoni tal-avviċinament bl-istrumenti tat-tip B CAT I;
“runway b’avviċinament bi preċiżjoni, il-Kategorija II”: runway attrezzata b’għajnuniet viżwali u b’mill-inqas għajnuna mhux viżwali waħda, maħsuba għall-operazzjonijiet tal-inżul wara operazzjoni tal-avviċinament bl-istrumenti tat-tip B CAT I;
“runway b’avviċinament bi preċiżjoni, il-Kategorija III”: runway attrezzata b’għajnuniet viżwali u b’mill-inqas għajnuna mhux viżwali waħda, maħsuba għall-operazzjonijiet tal-inżul wara operazzjoni tal-avviċinament bl-istrumenti tat-tip B CAT I;
“integrità” tfisser grad ta’ assigurazzjoni li dejta ajrunawtika u l-valur tagħha ma jkunx intilef u lanqas inbidel minn meta tkun inkisbet id-dejta jew minn meta tkun saret l-emenda awtorizzata;
“id-distanza tal-inżul disponibbli (LDA)” tfisser it-tul tar-runway li hu ddikjarat bħala disponibbli u adegwat għall-ġirja ta’ fuq l-art ta’ ajruplan li jinżel;
“affidabbiltà tas-sistema tat-tidwil” tfisser il-probabbiltà li l-installazzjoni sħiħa topera fi ħdan it-tolleranzi speċifikati u li s-sistema tkun operazzjonalment utilizzabbli;
“Indikaturi tal-Post” tfisser l-aħħar edizzjoni effettiva tal-“Indikaturi tal-Post” (Dok 7910), approvata u ppubblikata mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
“operazzjonijiet f’viżibilità baxxa (LVOs)” tfisser operazzjonijiet ta’ avviċinament jew ta’ tlugħ fuq runway b’medda viżwali tar-runway ta’ inqas minn 550 m jew b’għoli ta’ deċiżjoni ta’ inqas minn 200 pied;
“proċeduri f’viżibilità baxxa” tfisser proċeduri applikati f’ajrudrom għall-fini li tiġi żgurata s-sikurezza waqt operazzjonijiet f’viżibilità baxxa;
“tlugħ f’viżibilità baxxa (LVTO)” tfisser tlugħ b’medda viżwali tar-runway ta’ inqas minn 550 m;
▼M6 —————
“erja ta’ mmanuvrar” tfisser dik il-parti minn ajrudrom li għandha tintuża għat-tlugħ, għall-inżul u għas-sewqan tal-inġenji tal-ajru, esklużi r-rampi;
“servizzi meteoroloġiċi” tfisser dawk il-faċilitajiet u s-servizzi li jipprovdu lill-ajruplani bi tbassir meteoroloġiku, istruzzjonijiet u osservazzjonijiet kif ukoll kull informazzjoni u dejta meteoroloġika oħra pprovduta minn Stati għal użu ajrunawtiku;
“indikatur” tfisser oġġett muri ‘l fuq mil-livell tal-art sabiex jindika ostaklu jew biex juri fruntiera;
“immarkar” tfisser simbolu jew grupp ta’ simboli murija fuq is-superfiċje tal-erja ta’ moviment sabiex titwassal informazzjoni ajrunawtika;
“erja ta’ moviment” tfisser dik il-parti minn ajrudrom li għandha tintuża għat-tlugħ, għall-inżul u għas-sewqan ta’ inġenju tal-ajru, li tikkonsisti fl-erja ta’ mmanuvrar u fir-rampa jew rampi;
“servizzi ta’ navigazzjoni” tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi li jipprovdu lill-inġenju tal-ajru b’informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-ħin propizju;
“runway mhux ta’ strument” tfisser runway maħsuba għat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru permezz ta’ proċeduri ta’ avviċinament viżwali;
“avviż lill-avjaturi (NOTAM)” tfisser avviż imqassam permezz tat-telekomunikazzjoni li jkun fih informazzjoni dwar l-istabbiliment, il-kundizzjoni ta’ jew tibdil fi kwalunkwe faċilità, servizz, proċedura jew periklu ajrunawtiċi, li l-għarfien dwaru fiż-żmien opportun huwa essenzjali għall-persunal relatat mal-operazzjonijiet ta’ titjir;
“kodiċi tan-NOTAM” tfisser il-kodiċi li jinsab fl-aħħar edizzjoni effettiva tal-“Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru - Abbrevjazzjonijiet u Kodiċijiet tal-ICAO” (PANS ABC - Dok 8400), approvat u ppubblikat mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
“operazzjoni bi krediti operazzjonali” tfisser operazzjoni bl-użu ta’ inġenji tal-ajru jew tagħmir tal-art speċifiċi, jew kombinazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u tagħmir tal-art li tippermetti kwalunkwe wieħed mill-elementi li ġejjin:
l-applikazzjoni ta’ valuri minimi operattivi tal-ajrudrom li jkunu inqas mill-istandard għal klassifikazzjoni partikolari tal-operazzjoni;
ir-rekwiżiti tal-viżibilità jistgħu jiġu ssodisfati jew jitnaqqsu;
huma meħtieġa inqas faċilitajiet tal-art;
▼M6 —————
“ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza” tfisser perjodu ta’ żmien li fih tiġi vverifikata l-konformità kontinwa;
“taxiway għal ħruġ rapidu” tfisser taxiway konnessa ma’ runway b’angolu akut u ddisinjata sabiex tħalli l-ajruplani li jkunu neżlin iduru b’veloċitajiet ikbar minn dawk li jintlaħqu f’taxiways għall-ħruġ oħrajn u b’hekk jiġu minimizzati l-ħinijiet ta’ okkupanza tar-runways;
“runway” tfisser erja rettangolari ddefinita f’ajrudrom fuq l-art ippreparata għall-inżul u għat-tlugħ tal-inġenji tal-ajru;
“matriċi tal-valutazzjoni tal-kundizzjoni tar-runway (RCAM)” tfisser matriċi li tippermetti l-valutazzjoni tal-kodiċi tal-kundizzjoni tar-runway (RWYCC), permezz ta’ proċeduri assoċjati, minn sett ta’ kundizzjonijiet osservati tas-superfiċje tar-runway u rapport pilota tal-azzjoni ta’ bbrejkjar;
“kodiċi tal-kundizzjoni tar-runway (RWYCC)” tfisser numru, li għandu jintuża fir-rapport dwar il-kundizzjoni tar-runway (RCR), li jiddeskrivi l-effett tal-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway fuq il-prestazzjoni tad-deċellerazzjoni u l-kontroll laterali tal-ajruplan;
“rapport dwar il-kundizzjoni tar-runway (RCR)” tfisser rapport komprensiv standardizzat relatat mal-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway u l-effett tagħhom fuq il-prestazzjoni tal-inżul u t-tluq tal-ajruplan, deskritt permezz tal-kodiċi tal-kundizzjonijiet tar-runway;
“żona ta’ sikurezza ta’ tmiem ir-runway (RESA)” tfisser żona simmetrika madwar il-linja ċentrali tar-runway u biswit tmiem l-istrixxa primarjament maħsuba sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ ħsara lil ajruplan li jillandja qabel jew wara r-runway;
“pożizzjoni ta’ stennija fuq ir-runway” tfisser pożizzjoni deżinjata maħsuba sabiex tipproteġi runway, superfiċje li jillimita l-ostakoli, jew żona kritika jew sensittiva ta’ Sistema għall-Illandjar bl-Istrumenti (ILS) jew Sistema ta’ Nżul b’Microwaves (MLS) fejn l-inġenji tal-ajru li jkunu taxiing u l-veikoli jridu jieqfu u jistennew, sakemm ma jkunux awtorizzati jagħmlu mod ieħor mit-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom;
“strixxa tar-runway” tfisser żona ddefinita, inkluż ir-runway u l-istopway, jekk din tkun ipprovduta, maħsuba biex:
tnaqqas ir-riskju ta’ ħsara lill-inġenji tal-ajru li jiġru fuq runway;
tipproteġi l-inġenji tal-ajru li jtiru fuqha matul l-operazzjonijiet tal-qtugħ mill-art jew tal-illandjar;
“kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway” tfisser deskrizzjoni tal-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway użata fl-RCR li tistabbilixxi l-bażi għad-determinazzjoni tal-RWYCC għall-finijiet tal-prestazzjoni tal-ajruplan;
“deskritturi tal-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway” tfisser wieħed mill-elementi li ġejjin fuq is-superfiċje tar-runway:
borra kompatta: borra li tkun ġiet kompatta f’massa solida b’tali mod li t-tajers tal-ajruplan, fi pressjonijiet u tagħbijiet operatorji, meta jimxu fuq is-superfiċje ma jikkawżawx aktar kompattazzjoni jew raddi sinifikanti fuq is-superfiċje;
borra niexfa: borra li minnha ma jkunx jista’ jsir ballun tas-silġ;
ġlata: kristalli tas-silġ iffurmati minn umdità fl-arja fuq superfiċje li t-temperatura tiegħu tkun fil-punt tal-iffriżar jew taħt il-punt tal-iffriżar; il-ġlata hija differenti mis-silġ billi l-kristalli tal-ġlata jikbru b’mod indipendenti u għalhekk, għandhom konsistenza aktar granulari;
silġ: ilma li jkollu borra ffriżata jew kompatta li tkun inbidlet f’silġ f’kundizzjonijiet kesħin u nexfin;
silġ maħlul: borra li tant tkun saturata bl-ilma li l-ilma joħroġ minnha meta tinġabar bl-idejn jew tittajjar meta tintrifes bis-saħħa;
ilma qiegħed: ilma aktar fond minn 3 mm;
silġ imxarrab: silġ bl-ilma fuqu jew silġ li qed idub;
borra mxarrba: borra li fiha biżżejjed ilma biex ikun jista’ jsir ballun tas-silġ solidu kompatt sew, iżda li minnu l-ilma ma joħroġx;
“tip ta’ runway” tfisser runway ta’ strument jew runway mhux ta’ strument;
“medda viżwali tar-runway (RVR)” tfisser il-medda li minn fuqha l-bdot ta’ inġenju tal-ajru li jinsab fuq il-linja taċ-ċentru ta’ runway jista’ jara l-immarkar fuq is-superfiċje tar-runway jew id-dwal li jiddelinjaw ir-runway jew li jidentifikaw il-linja taċ-ċentru tagħha;
“sistema għall-immaniġġjar tas-sikurezza” tfisser approċċ sistematiku għall-ġestjoni tas-sikurezza li jinkludi l-istrutturi organizzattivi neċessarji, ir-responsabbiltajiet, il-politiki u l-proċeduri;
“runway imxarrba tiżloq” tfisser runway imxarrba li l-karatteristiċi tal-frizzjoni tas-superfiċje tagħha għal parti sinifikanti minnha jkunu ġew iddeterminati li jkunu ġew iddegradati;
“SNOWTAM” tfisser NOTAM ta’ serje speċjali mogħti f’format standard, li jipprovdi rapport dwar il-kundizzjoni tas-superfiċje li jinnotifika l-preżenza jew il-waqfien ta’ kundizzjonijiet perikolużi minħabba borra, silġ, silġ maħlul, ġlata, ilma qiegħed jew ilma assoċjati mal-borra, mas-silġ maħlul, mas-silġ, jew mal-ġlata fiż-żona tal-moviment;
“runway tax-xitwa ppreparata apposta” tfisser runway b’superfiċje niexef u ffriżat ta’ borra kompatta u/jew silġ li ġiet ittrattata bir-ramel jew żrar jew li ġiet ittrattata b’mod mekkaniku biex tittejjeb il-frizzjoni tar-runway;
“il-mogħdija tal-waqfien” tfisser erja rettangolari ddefinita fuq l-art fi tmiem il-ġirja tat-tlugħ, ippreparata bħala żona xierqa li fih l-inġenju tal-ajru jista’ jitwaqqaf fil-każ ta’ tlugħ abbandunat;
“id-distanza disponibbli għat-tlugħ (TODA)”, tfisser it-tul tal-ġirja tat-tlugħ disponibbli u t-tul tal-mogħdija tal-ikklerjar, jekk din tkun ipprovduta;
“il-ġirja tat-tlugħ disponibbli (TORA)” tfisser it-tul tar-runway li hu ddikjarat bħala disponibbli u adegwat għall-ġirja ta’ fuq l-art ta’ ajruplan li jitla’;
“taxiway” tfisser passaġġ iddefinit fuq ajrudrom fuq l-art stabbilit għas-sewqan tal-inġenji tal-ajru u maħsub sabiex jipprovdi kollegament bejn parti tal-ajrudrom u parti oħra, li jinkludi:
“Struzzjonijiet Tekniċi” tfisser l-edizzjoni effettiva l-iktar riċenti tal-“Istruzzjonijiet Tekniċi għat-Trasport Sikur tal-Oġġetti Perikolużi bl-Ajru” (Dok 9284-AN/905), inkluż is-Suppliment tagħha u kwalunkwe Addenda għaliha, approvata u ppubblikata mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
“kundizzjonijiet taċ-ċertifikat” tfisser dan li ġej:
“operazzjoni ta' avviċinament tat-tip ta' strument A” tfisser operazzjoni ta' strument ta' avviċinament b'għoli minimu ta' nżul jew għoli deċiż ta' 75 m (250 pied) jew ogħla;
“operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti tat-tip B” tfisser operazzjoni ta’ avviċinament bl-istrumenti b’għoli ta’ deċiżjoni aktar baxx minn 75 m (250 pied) kategorizzata kif ġej:
Kategorija I (CAT I): għoli ta’ deċiżjoni mhux iktar baxx minn 60 m (200 pied) u b’viżibilità ta’ mhux inqas minn 800 m jew medda viżwali tar-runway ta’ mhux inqas minn 550 m;
Kategorija II (CAT II): għoli ta’ deċiżjoni iktar baxx minn 60 m (200 pied), iżda mhux iktar baxx minn 30 m (100 pied) u medda viżwali tar-runway ta’ mhux inqas minn 300 m;
Kategorija III (CAT III): għoli ta’ deċiżjoni iktar baxx minn 30 m (100 pied) jew l-ebda gћoli ta’ deċiżjoni u medda viżwali tar-runway ta’ inqas minn 300 m jew l-ebda limitazzjoni tal-medda viżwali tar-runway;
“għajnuniet viżwali” tfisser indikaturi u apparat tas-sinjalazzjoni, il-marki, id-dwal, is-sinjali u l-markaturi jew kombinazzjonijiet tagħhom;
“runway imxarrba” tfisser runway li s-superfiċje tagħha jkun kopert minn kwalunkwe umdità jew ilma viżibbli sa u li jinkludi fond ta’ 3 mm fiż-żona maħsuba biex tintuża.
ANNESS II
Il-Parti Rekwiżiti tal-Awtorità — Ajrudromi (Parti-ADR.AR)
IS-SUBPARTI A — REKWIŻITI ĠENERALI (ADR.AR.A)
ADR.AR.A.001 Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Awtoritajiet Kompetenti responsabbli minn:
iċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-ajrudromi u tal-operaturi tal-ajrudromi;
ir-riċeviment tad-dikjarazzjonijiet ta’ kapaċità u disponibbiltà tal-mezzi biex jitwettqu r-responsabbiltajiet mill-organizzazzjonijiet responsabbli mill-forniment ta’ servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa u s-sorveljanza tagħhom.
ADR.AR.A.005 Awtorità Kompetenti
L-Awtorità Kompetenti maħtura mill-Istat Membru fejn jinsab l-ajrudrom għandha tkun responsabbli:
għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta’ ajrudromi u l-operaturi tal-ajrudrom tagħhom;
ir-riċeviment tad-dikjarazzjonijiet ta’ kapaċità u disponibbiltà tal-mezzi biex jitwettqu r-responsabbiltajiet mill-organizzazzjonijiet responsabbli mill-forniment ta’ servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa u s-sorveljanza tagħhom.
ADR.AR.A.010 Dokumentazzjoni tas-superviżjoni
(a) L-Awtorità Kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti relatati lill-persunal rilevanti sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu l-kompiti tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.
(b) L-Awtorità Kompetenti għandha tagħmel disponibbli l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti relatati għall-operaturi tal-ajrudromi, għall-organizzazzjonijiet responsabbli mill-forniment ta’ AMS u għal partijiet interessati oħrajn biex jiffaċilitaw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti applikabbli.
ADR.AR.A.015 Mezzi ta’ konformità
(a) L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Meta jkun hemm konformità mal-Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità, ir-rekwiżiti meħtieġa tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni jkunu ġew issodisfati.
(b) Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.
(c) L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b’mod konsistenti li l-mezzi alternattivi ta’ konformità użati minnha jew minn organizzazzjonijiet jew persuni li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
(d) L-Awtorità Kompetenti għandha tevalwa l-mezzi alternattivi ta’ konformità proposti minn operatur tal-ajrudrom jew minn organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS, f’konformità mal-punt ADR.OR.A.015, billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk jitqies bħala meħtieġ, billi tagħmel spezzjoni tal-operatur tal-ajrudrom, tal-ajrudrom jew tal-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS.
Meta l-Awtorità Kompetenti ssib li l-mezzi ta’ konformità alternattivi proposti minn operatur tal-ajrudrom jew minn fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa huma skont ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni, għandha tagħmel li ġej, mingħajr dewmien żejjed:
tgħarraf lill-applikant li l-mezzi alternattivi ta’ konformità jistgħu jiġu implimentati u, jekk ikun applikabbli, temenda l-approvazzjoni jew iċ-ċertifikat tal-applikant kif meħtieġ;
tgħarraf lill-Aġenzija dwar il-kontenut tagħhom, u tibagħtilha kopji tad-dokumentazzjoni rilevanti;
tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar il-mezzi alternattivi ta’ konformità li jkunu ġew aċċettati; u
tinforma lill-ajrudromi ċċertifikati u lill-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS taħt is-sorveljanza tagħha, kif xieraq.
(e) Meta l-Awtorità Kompetenti stess tuża mezzi alternattivi ta’ konformità biex tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, din għandha:
tagħmilhom disponibbli għal operaturi tal-ajrudromi u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa taħt is-sorveljanza tagħha; u
tavża lill-Aġenzija b’dan mingħajr dewmien żejjed.
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta’ konformità, inkluż bi kwalunkwe reviżjoni għall-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll b’valutazzjoni li turi li r-Regoli ta’ Implimentazzjoni ġew issodisfati.
ADR.AR.A.025 Informazzjoni lill-Aġenzija
(a) L-Awtorità Kompetenti għandha tavża lill-Aġenzija, mingħajr dewmien żejjed, f’każ ta’ xi problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
(b) L-Awtorità Kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li toħroġ mir-rapporti ta’ okkorrenza li tkun irċeviet.
ADR.AR.A.030 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza
(a) L-Awtorità Kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred b’mod xieraq l-informazzjoni dwar is-sikurezza f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).
(b) L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza b’mod xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza li din tkun irċeviet u biex tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li huma jkunu jeħtieġu biex jirreaġixxu fil-ħin għal problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi l-ajrudromi, l-opertauri tal-ajrudromi, il-fornituri tas-servizz tal-immaniġġjar tar-rampa li huma suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
(c) Kif tirċievi l-informazzjoni msemmija f’(a) u (b), l-Awtorità Kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza l-problema ta’ sikurezza, inkluża dik tal-ħruġ ta’ direttivi dwar is-sikurezza skont l-ADR.AR.A.040.
(d) Il-miżuri meħuda f’konformità mal-punt (c) għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-operaturi tal-ajrudromi jew lill-organizzazzjonijiet responsabbli mill-forniment ta’ AMS li jeħtieġ li jkunu konformi magħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħhom. L-Awtorità Kompetenti għandha tinnotifika wkoll b’dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.
(e) Il-miżuri nnotifikati lil organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandhom jiġu nnotifikati wkoll lill-operatur tal-ajrudrom fejn jiġi pprovdut is-servizz.
ADR.AR.A.040 Direttivi dwar is-sikurezza
(a) L-Awtorità Kompetenti għandha toħroġ direttiva dwar is-sikurezza jekk tkun stabbiliet l-eżistenza ta’ kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza li tkun teħtieġ azzjoni immedjata, inkluż it-turija ta’ konformità ma’ xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni emendata jew addizzjonali stabbilita mill-Aġenzija, li l-Awtorità Kompetenti ssib li hemm bżonn.
(b) Id-direttiva dwar is-sikurezza għandha tingħadda lill-operaturi tal-ajrudrom jew lill-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa kkonċernata, kif xieraq, u għandu jkun fiha, bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja:
l-identifikazzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza;
l-identifikazzjoni tad-disinn, it-tagħmir, jew l-operazzjoni affettwata;
l-azzjonijiet meħtieġa u l-ġustifikazzjoni għalihom, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet emendati jew dawk addizzjonali ta’ ċertifikazzjoni li jridu jiġu osservati;
il-limitu ta’ żmien għall-konformità mal-miżura meħtieġa; u
id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.
(c) L-Awtorità Kompetenti għandha tibgħat kopja tad-direttiva dwar is-sikurezza lill-Aġenzija.
(d) L-Awtorità Kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-operaturi tal-ajrudromi u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa bid-direttivi ta’ sikurezza applikabbli.
(e) Id-direttivi dwar is-sikurezza nnotifikati lill-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandhom jiġu nnotifikati wkoll lill-operatur tal-ajrudrom fejn jiġi pprovdut is-servizz.
IS-SUBPARTI B — IMMANIĠĠJAR (ADR.AR.B)
ADR.AR.B.005 Sistema ta’ mmaniġġjar
(a) L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ mmaniġġjar, li tkun tinkludi mill-inqas:
politiki u proċeduri ddokumentati biex jiddeskrivu l-organizzazzjoni tagħha u l-mezzi u l-metodi tagħha biex tikseb konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti bażiċi ta’ ħidma f’dik l-Awtorità Kompetenti għall-kompiti relatati kollha;
għadd suffiċjenti ta’ impjegati, inklużi l-operaturi tal-ajrudrom, biex jaqdu l-kompiti tagħha u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħha. Dawn l-impjegati għandhom ikunu kkwalifikati biex iwettqu l-kompiti allokati lilhom u għandu jkollhom l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ fuq il-lant tax-xogħol u dak rikorrenti meħtieġ biex jiżguraw kompetenza kontinwa. Għandu jkun hemm sistema fis-seħħ biex tkun tista’ tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-impjegati, sabiex ikun żgurat it-twettiq xieraq tal-kompiti kollha;
faċilitajiet u uffiċċji adegwati biex jitwettqu l-kompiti allokati;
funzjoni biex jiġu mmonitorjati l-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni mar-rekwiżiti rilevanti u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż l-istabbiliment ta’ proċess ta’ verifika interna u ta’ proċess ta’ mmaniġġjar tar-riskji għas-sikurezza.
(b) L-Awtorità Kompetenti għandha taħtar, għal kull qasam ta’ attività li tinkludi sistema ta’ mmaniġġjar, persuna jew persuni li jkollhom ir-responsabbiltà ġenerali għall-immaniġġjar tal-kompiti rilevanti.
(c) L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-assistenza kollha meħtieġa ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn ikkonċernati, inkluża informazzjoni dwar is-sejbiet kollha mqajma, l-azzjonijiet korrettivi ta’ segwitu meħuda b’reazzjoni għal dawn is-sejbiet, u l-miżuri ta’ infurzar meħuda bħala riżultat tas-sorveljanza tal-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS irreġistrati f’aktar minn Stat Membru wieħed.
ADR.AR.B.010 Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati
(a) Il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-sorveljanza kontinwa tal-persuni jew tal-organizzazzjonijiet suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu allokati mill-Istati Membri biss lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-Awtorità Kompetenti għandha tiżġura:
li jkollha sistema implimentata biex tivverifika, fil-bidu u b’mod kontinwu, li l-entità kkwalifikata hija konformi mal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
li din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;
li hija tkun stabbiliet ftehim iddokumentat mal-entità kkwalifikata, li jkun approvat miż-żewġ partijiet fil-livell tal-maniġment ix-xieraq, li jiddefinixxi b’mod ċar:
il-kompiti li għandhom jitwettqu;
id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li għandhom jiġu pprovduti;
il-kundizzjonijiet tekniċi li jridu jintlaħqu fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti;
il-kopertura tar-responsabbiltà relatata;
il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba huma u jitwettqu t-tali kompiti.
(b) L-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta’ verifika interna u l-proċess ta’ mmaniġġjar tar-riskji għas-sikurezza, li huma meħtieġa skont il-punt ADR.AR.B.005(a)(4), ikopru l-kompiti kollha ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ sorveljanza kontinwa li jitwettqu f’isimha.
ADR.AR.B.015 Tibdil fis-sistema tal-immaniġġjar
(a) L-Awtorità Kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ sabiex tidentifika t-tibdiliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Din is-sistema għandha tippermettilha tieħu azzjoni xierqa biex tiżgura li s-sistema ta’ mmaniġġjar tagħha tibqa’ adegwata u effettiva.
(b) L-Awtorità Kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta’ mmaniġġjar tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu fil-ħin, sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.
(c) L-Awtorità Kompetenti għandha tgħarraf lill-Aġenzija bi kwalunkwe tibdil li jaffettwa l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
ADR.AR.B.020 Żamma tar-rekords
(a) L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tipprovdi għall-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà affidabbli:
tal-politiki u l-proċeduri ddokumentati tas-sistema ta’ mmaniġġjar;
tat-taħriġ, il-kwalifiki u l-awtorizzazzjoni tal-impjegati tagħha;
tal-allokazzjoni tal-kompiti għall-entitajiet ikkwalifikati, li tkopri l-elementi meħtieġa skont il-punt ADR.AR.B.010 kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;
tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni u sorveljanza kontinwa ta’ ajrudromi u l-operaturi tal-ajrudrom tagħhom;
il-proċess ta’ dikjarazzjoni u s-superviżjoni kontinwa tal-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa;
id-dokumentazzjoni rigward każijiet ta’ livell ekwivalenti ta’ sikurezza u l-kundizzjonijiet speċjali li jinsabu fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni, kif ukoll kwalunkwe Dokument ta’ Azzjoni ta’ Devjazzjoni u ta’ Aċċettazzjoni (DAAD);
tal-evalwazzjoni u n-notifika lill-Aġenzija tal-mezzi alternattivi ta’ konformità proposti mill-operaturi tal-ajrudrom u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa u tal-valutazzjoni tal-mezzi alternattivi ta’ konformità użati mill-Awtorità Kompetenti stess;
tas-sejbiet, l-azzjonijiet korrettivi u d-data tal-għeluq tal-azzjoni, u l-osservazzjonijiet;
tal-miżuri ta’ infurzar li jkunu ttieħdu;
tal-informazzjoni marbuta mas-sikurezza u tal-miżuri ta’ segwitu;
l-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139.
(b) L-Awtorità Kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati kollha maħruġa minnha u tad-dikjarazzjonijiet li tkun irċeviet.
(c) Ir-rekords relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom u ta’ operatur tal-ajrudrom, jew id-dikjarazzjoni ta’ fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa għandhom jinżammu għall-ħajja kollha taċ-ċertifikat jew tad-dikjarazzjoni, kif xieraq.
(d) Ir-rekords li jirrigwardaw il-punti minn (a)(1) sa (a)(3) u l-punti minn (a)(7) sa (a)(11) għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ ħames snin, suġġett għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.
SUBPARTI C — SUPERVIŻJONI, ĊERTIFIKAZZJONI U INFURZAR (ADR.AR.C)
ADR.AR.C.005 Sorveljanza
(a) L-Awtorità Kompetenti għandha tivverifika:
il-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti kollha applikabbli għall-ajrudromi u l-operaturi tal-ajruport qabel il-ħruġ tal-approvazzjoni jew taċ-ċertifikat;
il-konformità kontinwa mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti applikabbli tal-ajrudromi u tal-operaturi tal-ajrudromi jew tal-organizzazzjonijiet responsabbli mill-forniment ta’ AMS; u
l-implimentazzjoni tal-miżuri x-xierqa tas-sikurezza kif iddefinit fil-punt ADR.AR.A.030(c) u (d).
(b) Din il-verifika għandha:
tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tkun maħsuba speċifikament biex tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza bi gwida dwar kif għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu;
tipprovdi lill-operaturi tal-ajrudromi u l-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa ikkonċernati bir-riżultati tal-attività tas-sorveljanza tas-sikurezza;
tkun ibbażata fuq verifiki u spezzjonijiet, inkluż spezzjonijiet tar-rampa u oħrajn li ma jkunux avżati minn qabel; u
tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f’każ li tkun meħtieġa aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti fil-punti ADR.AR.C.055.
(c) L-ambitu tas-sorveljanza għandu jqis ir-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza tal-imgħoddi, kif ukoll il-prijoritajiet tas-sikurezza li jkunu ġew identifikati.
(d) L-Awtorità Kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala utli għas-sorveljanza, inkluża dik għall-ispezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel, skont il-każ.
(e) Fis-setgħat ta’ sorveljanza tagħha, l-Awtorità Kompetenti tista’ tiddeċiedi li titlob approvazzjoni minn qabel għal kwalunkwe ostaklu, żviluppi u attivitajiet oħra fi ħdan iż-żoni ssorveljati mill-operatur tal-ajrudrom skont l-ADR.OPS.B.075, li jistgħu jipperikolaw is-sikurezza u jolqtu ħażin l-operat tal-ajrudrom.
ADR.AR.C.010 Programm ta’ sorveljanza
(a) L-Awtorità Kompetenti għandha, għal kull operatur tal-ajrudrom u għal kull organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS:
tistabbilixxi u tmantni programm ta’ superviżjoni li jkopri l-attivitajiet ta’ superviżjoni meħtieġa skont ADR.AR.C.005;
tapplika ċiklu ta’ ppjanar ta’ sorveljanza adegwat, li ma jaqbiżx it-48 xahar.
(b) F’kull ċiklu ta’ ppjanar ta’ sorveljanza, il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi, verifiki u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mhux avżati minn qabel, skont il-każ.
(c) Il-programm ta’ sorveljanza u ċ-ċiklu tal-ippjanar għandhom jirriflettu l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operatur tal-ajrudrom jew tal-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS, rispettivament, kif ukoll l-esponiment għar-riskju tal-ajrudrom.
(d) Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi r-rekords tad-dati ta’ meta jkunu se jsiru l-verifiki, l-ispezzjonijiet u ta’ meta tali verifiki u spezzjonijiet ikunu diġà saru.
ADR.AR.C.015 Bidu tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni
(a) Meta tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat, l-Awtorità Kompetenti għandha tistudja l-applikazzjoni u tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli.
(b) Fil-każ ta’ ajrudrom eżistenti, l-Awtorità Kompetenti għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet skont liema l-operatur tal-ajrudrom għandu jopera matul il-perjodu ta’ ċertifikazzjoni, sakemm l-Awtorità Kompetenti ma tistabbilixxix li l-operat tal-ajrudrom jeħtieġ jiġi sospiż. L-Awtorità Kompetenti għandha tinforma l-operatur tal-ajrudrom bl-iskeda mistennija għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni u tikkonkludi ċ-ċertifikazzjoni fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli.
(c) L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi u tinnotifika lill-applikant il-bażi taċ-ċertifikazzjoni skont l-ADR.AR.C.020.
ADR.AR.C.020 Bażi taċ-ċertifikazzjoni
Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiġi stabbilita u nnotifikata lil applikant mill-Awtorità Kompetenti u għandha tikkonsisti:
mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija li l-Awtorità Kompetenti ssib applikabbli għat-tfassil u t-tip ta’ operazzjoni tal-ajrudrom u li jkunu effettivi fid-data tal-applikazzjoni għal dak iċ-ċertifikat sakemm:
l-applikant ma jagħżilx il-konformità b’emendi li jsiru effettivi aktar tard; jew
l-Awtorità Kompetenti ssib li hija meħtieġa l-konformità ma’ tali emendi li jsiru effettivi aktar tard;
minn kwalunkwe dispożizzjoni li għaliha jkun ġie aċċettat livell ekwivalenti ta’ sikurezza mill-Awtorità Kompetenti li jintwera mill-applikant; u
kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta f’konformità ma’ ADR.AR.C.025, li l-Awtorità Kompetenti jidhrilha li tkun meħtieġa sabiex tiġi inkluża fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni.
ADR.AR.C.025 Kundizzjonijiet speċjali
(a) L-Awtorità Kompetenti għandha tippreskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali, imsejħa kundizzjonijiet speċjali, għal ajrudrom, jekk l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni relatati maħruġa mill-Aġenzija msemmija fil-punt ADR.AR.C.020(a) ikunu inadegwati jew mhux xierqa, sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness Va tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, minħabba li:
l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati minħabba l-limitazzjonijiet fiżiċi, topografiċi jew simili marbuta mal-post tal-ajrudrom;
l-ajrudrom ikollu karatterisitiki ta’ disinn ġodda jew mhux tas-soltu; jew
l-esperjenza mit-tħaddim ta’ dak l-ajrudrom jew ajrudromi oħra li jkollhom karatterisitiki tad-disinn simili tkun uriet li s-sikurezza tista’ tkun ipperikolata.
(b) Il-kundizzjonijiet speċjali għandhom jinkludu dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inklużi l-limitazzjonijiet jew proċeduri li għandhom jiġu rrispettati, skont ma l-Awtorità Kompetenti jidhrilha li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness Va tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
ADR.AR.C.035 Ħruġ ta’ ċertifikati
(a) L-Awtorità Kompetenti tista’ titlob kwalunkwe spezzjoni, test, valutazzjoni tas-sikurezza, jew eżerċizzju li jidhrilha neċessarji qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat.
(b) L-Awtorità Kompetenti għandha toħroġ:
ċertifikat ta’ ajrudrom wieħed; jew
żewġ ċertifikati distinti, wieħed għall-ajrudrom u wieħed għall-operatur tal-ajrudrom.
(c) L-Awtorità Kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat(i) preskritti fil-punt (b) meta l-operatur tal-ajrudrom ikun wera b’mod li jissodisfa l-Awtorità Kompetenti il-konformità ma’ ADR.OR.B.025 u ADR.OR.E.005.
(d) Iċ-ċertifikat għandu jitqies li jinkludi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom, il-manwal tal-ajrudrom u, jekk rilevanti, kwalunkwe kundizzjonijiet jew limitazzjonijiet operattivi oħrajn preskritti mill-Awtorità Kompetenti u kwalunkwe Dokument ta’ Azzjoni ta’ Devjazzjoni u ta’ Aċċettazzjoni (DAAD).
(e) Iċ-ċertifikat jinħareġ għal perjodu mhux limitat. Il-privileġġi tal-attivitajiet li l-operatur tal-ajrudrom ikun approvat iwettaq għandhom jiġu speċifikati fil-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat mehmuż.
(f) Fejn ir-responsabbiltajiet huma attribwiti lil organizzazzjonijiet rilevanti oħra, dawn għandhom ikunu identifikati u elenkati b’mod ċar.
(g) Is-sejbiet, minbarra il-livell 1 u li ma jkunux ingħalqu qabel id-data taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, għandhom jiġu vvalutati u mtaffija kif meħtieġ u għandu jiġi approvat pjan ta’ azzjoni korrettiva għall-għeluq tas-sejbiet mill-Awtorità Kompetenti.
(h) Biex operatur tal-ajrudrom ikun jista’ jimplimenta tibdiliet mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-Awtorità Kompetenti skont il-punt ADR.OR.B.040(d), l-Awtorità Kompetenti għandha tapprova proċedura li tiddefinixxi l-ambitu tat-tali tibdiliet u tiddeskrivi kif dawn se jiġu mmaniġġjati u nnotifikati.
ADR.AR.C.040 Bidliet — operatur tal-ajrudrom
(a) Meta tirċievi applikazzjoni għal bidla, skont l-ADR.OR.B.40, li tkun teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-applikazzjoni u, jekk rilevanti, tinnotifika l-operatur tal-ajrudrom:
bl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli maħruġin mill-Aġenzija, li huma applikabbli għat-tibdil propost u li jkunu fis-seħħ mid-data tal-applikazzjoni, sakemm:
l-applikant ma jagħżilx il-konformità b’emendi li jsiru effettivi aktar tard; jew
l-Awtorità Kompetenti ssib li hija meħtieġa l-konformità ma’ tali emendi li jsiru effettivi aktar tard;
b’kull speċifikazzjoni ta’ ċertifikazzjoni oħra maħruġa mill-Aġenzija li l-Awtorità Kompetenti jidhrilha li hija relatata mat-tibdil propost;
b’kull kundizzjoni speċjali, u b’kull emenda għal kundizzjonijiet speċjali, preskritta mill-Awtorità Kompetenti skont l-ADR.AR.C.025, li l-Awtorità Kompetenti tqis li hemm bżonn; u
il-bażi taċ-ċertifikazzjoni emendata, jekk affettwata mit-tibdil propost.
(b) L-Awtorità Kompetenti għandha tapprova l-bidla meta l-operatur tal-ajrudrom ikun wera, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità Kompetenti, il-konformità mar-rekwiżiti f’ADR.OR.B.040 u, jekk applikabbli, ma’ ADR.OR.E.005.
(c) Jekk il-bidla approvata taffettwa l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat, l-Awtorità Kompetenti għandha temendahom.
(d) L-Awtorità Kompetenti għandha tapprova kull kundizzjoni li biha l-operatur tal-ajrudrom għandu jopera waqt il-bidla.
(e) Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura oħra ta’ infurzar, meta l-operatur tal-ajrudrom jimplimenta tibdiliet li jkunu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mingħajr ma jkun irċieva l-approvazzjoni tal-Awtorità Kompetenti kif iddefinit fil-punt (a), l-Awtorità Kompetenti għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat.
(f) Għal tibdiliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel, l-Awtorità Kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fin-notifika mibgħuta mill-operatur tal-ajrudrom skont l-ADR.OR.B.040(d) biex tivverifika l-immaniġġjar adegwat tiegħu tivverifika l-konformità tiegħu mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u rekwiżiti adegwati oħrajn applikabbli għall-bidla. F’każ ta’ xi nuqqas ta’ konformità, l-Awtorità Kompetenti għandha:
tgħarraf lill-operatur tal-ajrudrom dwar in-nuqqas ta’ konformità u titlob li jsiru aktar tibdiliet; u
fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1 jew 2, taġixxi skont il-punt ADR.AR.C.055.
ADR.AR.C.050 Dikjarazzjoni tal-organizzazzjonijiet responsabbli mill-forniment ta’ AMS u n-notifika ta’ bidla
Malli tirċievi dikjarazzjoni minn organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS li jkollha l-ħsieb li tipprovdi tali servizz f’ajrudrom, jew malli tirċievi notifika ta’ bidla fl-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni, l-Awtorità Kompetenti għandha tirrikonoxxi li rċeviet id-dikjarazzjoni jew in-notifika ta’ bidla, u għandha tivverifika li d-dikjarazzjoni jew in-notifika jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Anness III (Parti-ADR.OR).
Jekk id-dikjarazzjoni jew in-notifika ta’ bidla ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-punt ADR.OR.F.005 tal-Anness III, jew ikun fiha informazzjoni li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-Awtorità Kompetenti għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS u lill-operatur tal-ajrudrom fejn jiġi pprovdut tali servizz dwar in-nuqqas ta’ konformità u titlob aktar informazzjoni. Jekk jitqies li huwa meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjoni fuq l-organizzazzjoni. Jekk in-nuqqas ta’ konformità jiġi kkonfermat, l-Awtorità Kompetenti għandha tieħu azzjoni kif definit fil-punt ADR.AR.C.055 ta’ dan l-Anness.
L-Awtorità Kompetenti għandha żżomm reġistru tad-dikjarazzjonijiet u tan-notifiki ta’ bidla tal-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS taħt is-sorveljanza tagħha.
ADR.AR.C.055 Sejbiet, osservazzjonijiet, azzjonijiet korrettivi u miżuri ta’ infurzar
(a) L-Awtorità Kompetenti għas-sorveljanza skont il-punt ADR.AR.C.005(a) għandu jkollha sistema biex tanalizza kemm is-sejbiet ikunu importanti għas-sikurezza.
(b) Sejba tal-livell 1 tinħareġ mill-Awtorità Kompetenti meta jiġi identifikat xi nuqqas sinifikanti ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom, mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, fil-proċeduri u l-manwal tal-operatur tal-ajrudrom jew tal-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa, mal-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat jew maċ-ċertifikat jew mal-kontenut ta’ dikjarazzjoni li jbaxxu s-sikurezza jew serjament jipperikolaw is-sikurezza.
Is-sejbiet tal-livell 1 jinkludu:
in-nuqqas ta’ għoti ta’ aċċess lill-Awtorità Kompetenti għall-faċilitajiet tal-ajrudrom jew għall-operatur tal-ajrudrom jew għall-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa kif iddefinit fil-punt ADR.OR.C.015 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;
il-kisba jew iż-żamma tal-validità taċ-ċertifikat bil-falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentata ppreżentata;
l-evidenza ta’ prattika ħażina jew ta’ użu qarrieqi taċ-ċertifikat; u
in-nuqqas ta’ maniġer responsabbli.
(c) Sejba tal-livell 2 tinħareġ mill-Awtorità Kompetenti meta jiġi identifikat xi nuqqas ta’ konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom, mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, fil-proċeduri u l-manwal tal-operatur tal-ajrudrom jew tal-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa mal-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat jew maċ-ċertifikat jew mal-kontenut ta’ dikjarazzjoni li jbaxxu s-sikurezza jew serjament jipperikolaw is-sikurezza.
(d) Meta tiġi identifikata sejba, waqt xi sorveljanza jew b’xii mezz ieħor, l-Awtorità Kompetenti, mingħajr ħsara għal xi azzjoni mitluba fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, jikkomunikaw is-sejba lill-operatur tal-ajrudrom u lill-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa bil-miktub u jitolbu azzjoni korrettiva biex jindirizzaw in-nuqqas(ijiet) ta’ konformità identifikat(i).
Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex twaqqaf jew tillimita l-attivitajiet u, jekk ikun xieraq, għandha tieħu azzjoni biex tirrevoka ċ-ċertifikat jew tiddireġistra d-dikjarazzjoni kompletament jew parzjalment, skont l-estent tas-sejba tal-livell 1, sa ma l-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa jieħu azzjoni korrettiva b’suċċess.
Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:
tagħti lill-operatur tal-ajrudrom jew lill-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa perjodu għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva inkluż fi pjan ta’ azzjoni xieraq għan-natura tas-sejba; u
tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-operatur tal-ajrudrom jew mill-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa u, jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn huma biżżejjed biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ konformità, din għandha taċċettahom.
Meta l-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa jonqos milli jissottometti pjan ta’ azzjoni korrettiva aċċettabbli, jew li jwettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien stabbilit jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba għandha titla’ għal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni kif stabbilit fil-punt (d)(1).
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet kollha li tkun stabbiliet u, fejn ikun japplika, il-miżuri ta’ infurzar li tkun applikat, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi kollha u d-data tal-għeluq tal-azzjoni għas-sejbiet.
(e) Għal dawk il-każijiet li ma jkunux jeħtieġu sejbiet tal-livell 1 jew 2, l-awtorità kompetenti tista’ toħroġ osservazzjonijiet.
(f) Kwalunkwe sejba maħruġa fir-rigward ta’ organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS jew kwalunkwe osservazzjoni magħmula lill-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tiġi nnotifikata mill-Awtorità Kompetenti lill-operatur tal-ajrudrom fejn jiġi pprovdut tali servizz.
ANNESS III
Parti Rekwiżiti tal-Organizzazzjoni (Parti-ADR.OR)
SUBPARTI A — REKWIŻITI ĠENERALI (ADR.OR.A)
ADR.OR.A.005 Ambitu
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandu jsegwi:
operatur ta’ ajrudrom, suġġett għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni, it-tmexxija, il-manwali u responsabbiltajiet oħra tiegħu; u
il-fornituri tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa.
ADR.OR.A.010 Awtorità Kompetenti
Għall-finijiet ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn ikun l-ajrudrom.
ADR.OR.A.015 Mezzi ta’ konformità
(a) Operatur ta’ ajrudrom jew fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa jista’ juża mezzi alternattivi ta’ konformità minn dawk adottati mill-Aġenzija biex jistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
(b) Meta operatur ta’ ajrudrom jew fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa jkun jixtieq juża mezzi alternattivi ta’ konformità mill-Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (l-AMC) adottati mill-Aġenzija biex tistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, dan għandu, qabel ma jimplimentahom, jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta’ konformità. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni tal-manwali jew tal-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li r-Regoli ta’ Implimentazzjoni jkunu ġew issodisfati.
L-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa jista’ jimplimenta dawn il-mezzi alternattivi ta’ konformità jekk jingħata approvazzjoni minn qabel għalihom min-naħa tal-awtorità kompetenti u ladarba jirċievi n-notifika kif previst fil-punt ADR.AR.A.015(d).
(c) Fejn is-servizzi ta’ mmaniġġjar tar-rampa mhumiex ipprovduti mill-operatur tal-ajrudrom stess, l-użu ta’ mezzi alternattivi ta’ konformità minn fornituri ta’ dawn is-servizzi skont (a) u (b), ikunu jirrikjedu wkoll ftehim minn qabel mill-operatur tal-ajrudrom fejn jiġu pprovduti tali servizzi.
SUBPARTI B – ĊERTIFIKAZZJONI – AJRUDROMI U OPERATURI TAL-AJRUDROMI (ADR.OR.B)
ADR.OR.B.005 Obbligi ta’ ċertifikazzjoni għall-ajrudromi u l-operaturi tal-ajrudromi
Qabel jibda jopera l-ajrudrom, jew meta tiġi revokata eżenzjoni skont l-Artikolu 5, l-operatur tal-ajrudrom għandu jikseb iċ-ċertifikat(i) applikabbli maħruġa mill-awtorità kompetenti.
ADR.OR.B.015 Applikazzjoni għal ċertifikat
(a) L-applikazzjoni għal ċertifikat għandha ssir skont kif tkun stabbiliet l-awtorità kompetenti.
(b) L-applikant għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’dan li ġej:
l-isem uffiċjali tiegħu u l-isem tan-negozju, l-indirizz u l-indirizz postali;
kwalunkwe devjazzjoni proposta mill-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni identifikati, applikabbli u stabbiliti mill-Aġenzija;
id-dokumentazzjoni li turi kif se tiġi konformi mar-rekwiżiti applikabbli u stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi proċedura, inkluża fil-manwal tal-ajrudrom, li tiddeskrivi kif it-tibdiliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel sejrin jiġu mmaniġġjati u nnotifikati lill-Awtorità Kompetenti; it-tibdiliet sussegwenti għal din il-proċedura għandhom jirrikjedu l-approvazzjoni minn qabel tal-Awtorità Kompetenti;
l-evidenza tal-adegwatezza ta’ riżorsi biex l-ajrudrom jopera skont ir-rekwiżiti applikabbli;
l-evidenza dokumentata li turi r-relazzjoni tal-applikant ma’ sid l-ajrudrom u/jew sid l-art;
l-isem u t-tagħrif rilevanti dwar il-maniġer responsabbli u l-persuni nominati l-oħra mitluba fl-ADR.OR.D.015; u
kopja tal-manwal tal-ajrudrom mitlub fil-punt ADR.OR.E.005;
(c) Jekk ikun aċċettabbli għall-awtorità kompetenti, l-informazzjoni li tissemma fil-punti (7) u (8) tista’ tingħata fi stadju ulterjuri stabbilit mill-awtorità kompetenti, iżda qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat.
ADR.OR.B.025 Turija ta’ konformità
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jwettaq u jiddokumenta l-azzjonijiet, l-ispezzjonijiet, it-testijiet, il-valutazzjonijiet tas-sikurezza jew l-eżerċizzji meħtieġa kollha, u għandu juri lill-awtorità kompetenti:
konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni nnotifikata, mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal bidla, ma’ kwalunkwe direttiva dwar is-sikurezza, kif xieraq, u r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu;
li l-ajrudrom, kif ukoll fis-superfiċje ta’ limitazzjoni u ta’ protezzjoni tal-ostaklu u fl-erji l-oħra assoċjati mal-ajrudrom, ma jkollhomx kwalitajiet jew karatteristiki li jagħmluh perikoluż meta jkun operat;
li l-proċeduri tat-titjir tal-ajrudrom u l-bidliet assoċjati li jsirulhom ġew stabbiliti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 ( 3 ).
jipprovdi lill-Awtorità Kompetenti bil-mezzi li bihom tkun intweriet il-konformità; u
jiddikjara lill-awtorità kompetenti l-konformità tiegħu mal-punt (a)(1).
(b) Informazzjoni rilevanti għad-disinn, inklużi rapporti dwar id-disinji, l-ispezzjoni, l-ittestjar u rapporti rilevanti oħrajn, għandha tinżamm għand l-operatur tal-ajrudrom għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ADR.OR.D.035 u tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti meta din titlobha.
ADR.OR.B.030 Kundizzjonijiet taċ-ċertifikat u l-privileġġi tad-detentur taċ-ċertifikat
Operatur tal-ajrudrom għandu jkun konformi mal-ambitu u l-privileġġi ddefiniti fil-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat mehmuż magħha.
ADR.OR.B.035 Validità kontinwa ta’ ċertifikat
(a) Ċertifikat jibqa’ validu sakemm:
l-operatur tal-ajrudrom jibqa’ konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u l-ajrudrom jibqa’ konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet marbutin mat-trattament tas-sejbiet kif speċifikat fil-punt ADR.OR.C.020;
l-Awtorità Kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni tal-operatur tal-ajrudrom kif iddefinit fil-punt ADR.OR.C.015 sabiex tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu; u
iċ-ċertifikat ma jiġix mogħti lura jew irrevokat.
(b) Meta jingħata lura jew jiġi rrevokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.
▼M4 —————
ADR.OR.B.040 Tibdiliet
(a) Kwalunkwe bidla:
li taffettwa l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu u t-tagħmir tal-ajrudrom li hu kruċjali għas-sikurezza; jew
li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-elementi tas-sistema tal-immaniġġjar tal-operatur tal-ajrudrom kif jirrikjedi l-ADR.OR.D.005 (b)
trid tiġi approvata minn qabel mill-awtorità kompetenti.
(b) Għal tibdiliet oħra li jkunu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-operatur tal-ajrudrom għandu japplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti u jiksibha.
(c) L-applikazzjoni għal bidla skont il-punt (a) jew (b) għandha titressaq qabel ma ssir xi bidla bħal din, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu u temenda, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċertifikat u l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni relatati mehmuża miegħu.
Il-bidla tiġi implimentata biss meta tasal l-approvazzjoni formali mingħand l-awtorità kompetenti skont ADR.AR.C.040.
Matul it-tibdiliet, l-operatur tal-ajrudrom għandu jopera bil-kundizzjonijiet approvati mill-awtorità kompetenti.
(d) It-tibdiliet kollha li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu ttrattati u nnotifikati lill-awtorità kompetenti hekk kif iddefinit fil-proċedura approvata mill-awtorità kompetenti skont il-punt ADR.AR.C.035(h).
(e) L-operatur tal-ajrudrom għandu jipprovdi l-awtorità kompetenti b’dokumentazzjoni rilevanti skont il-punt (f) u l-ADR.OR.E.005.
(f) Bħala parti mis-sistema ta’ mmaniġġjar tagħha, kif definit f’ADR.OR.D.005, l-operatur tal-ajrudrom li jipproponi bidla fl-ajrudrom, l-operat tiegħu, l-organizzazzjoni tiegħu jew is-sistema ta’ mmaniġġjar tiegħu jista’:
jiddetermina l-interdipendenzi ma’ kwalunkwe parti affettwata, jippjana u jwettaq valutazzjoni tas-sikurezza f’koordinazzjoni ma’ dawn l-organizzazzjonijiet;
jallinja l-presuppożizzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni ma’ xi parti affettwata, b’mod sistematiku;
jiżgura valutazzjoni komprensiva tal-bidla inkluż kwalunkwe interazzjoni meħtieġa; u
jiżgura li jiġu stabbiliti u dokumentati argumenti kompluti u validi, evidenza u kriterji ta’ sikurezza biex isostnu l-valutazzjoni tas-sikurezza, u li l-bidla tkun waħda li ssostni t-titjib tas-sikurezza kull meta jkun raġonevolment prattikabbli.
ADR.OR.B.050 Il-konformità kontinwa mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-Aġenzija
L-operatur tal-ajrudrom, wara emenda tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti mill-Aġenzija, għandu:
iwettaq reviżjoni biex jidentifika kwalunkwe speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni li huma applikabbli għall-ajrudrom; u
jekk rilevanti, jagħti bidu għal proċess ta’ tibdil skont l-ADR.OR.B.040 u jimplimenta t-tibdiliet neċessarji fl-ajrudrom.
▼M4 —————
ADR.OR.B.065 Twaqqif tal-operat
Operatur li jgħandu l-ħsieb itemm it-tħaddim ta’ ajrudrom għandu:
jinnotifika lill-Awtorità Kompetenti malajr kemm jista’ jkun;
jipprovdi din l-informazzjoni lill-fornitur tas-Servizz ta’ Informazzjoni Ajrunawtika;
irodd lura ċ-ċertifikat lill-Awtorità Kompetenti fid-data li fiha jwaqqaf l-operat; u
jiżgura li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġi evitat l-użu mhux intenzjonat tal-ajrudrom minn inġenji tal-ajru, sakemm l-Awtorità Kompetenti ma tkunx approvat l-użu tal-ajrudrom għal skopijiet oħra.
ADR.OR.B.070 Terminazzjoni tal-forniment ta’ servizz tal-immaniġġjar tar-rampa
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li r-riskji tas-sikurezza li jirriżultaw mit-terminazzjoni tal-operazzjoni jkunu ġew ivvalutati u mitigati;
jipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri msemmija fil-punt (a) lill-fornitur tas-servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika xierqa.
SUBPARTI C — AKTAR RESPONSABBILTAJIET TAL-OPERATUR TAL-AJRUDROM (ADR.OR.C)
ADR.OR.C.005 Ir-responsabbiltajiet tal-operatur tal-ajrudrom
(a) L-operatur tal-ajrudrom huwa responsabbli għat-tħaddim sikur u għall-manutenzjoni tal-ajrudrom f’konformità ma’:
ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu;
il-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat;
il-kontenut tal-manwal tal-ajrudrom; u
kull manwal ieħor ta’ tagħmir tal-ajrudrom disponibbli fl-ajrudrom, kif applikabbli.
(b) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura direttament, jew permezz ta’ arranġamenti kkoordinati kif meħtieġ mill-entitajiet responsabbli li jipprovdi s-servizzi li ġejjin:
il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru xierqa għal-livell ta’ traffiku u l-kundizzjonijiet operattivi fl-ajrudrom; u
id-disinn u l-manutenzjoni tal-proċeduri tat-titjira, b’konformità mar-rekwiżiti applikabbli.
(c) L-operatur tal-ajrudrom għandu jikkoordina mal-Awtorità Kompetenti biex jiżgura li l-informazzjoni rilevanti għas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru jinsab f’manwal tal-ajrudrom u jkun ippubblikat fejn xieraq. Dan għandu jinkludi:
eżenzjonijiet jew derogi mogħtija mir-rekwiżiti applikabbli;
dispożizzjonijiet li fil-każ tagħhom ikun ġie aċċettat livell ekwivalenti ta’ sikurezza mill-Awtorità Kompetenti bħala parti mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni; u
kundizzjonijiet u limitazzjonijiet speċjali fir-rigward tal-użu tal-ajrudrom.
(d) Jekk tiżviluppa kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza fl-ajrudrom, l-operatur tal-ajrudrom għandu, b’mod immedjat, jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li dawk il-partijiet tal-ajrudrom fejn instab periklu għas-sikurezza ma jintużawx mill-inġenji tal-ajru.
(e) L-operatur tal-ajrudrom, sabiex jiżgura l-operazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru fl-ajrudrom, għandu jipprovdi u jwettaq il-manutenzjoni, direttament jew permezz ta’ arranġamenti ma’ partijiet terzi, ta’ għajnuniet viżwali u mhux viżwali, tagħmir meteoroloġiku u kwalunkwe tagħmir ieħor, proporzjonat mat-tip ta’ operazzjonijiet imwettqa fl-ajrudrom.
ADR.OR.C.015 Aċċess
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti fir-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, operatur ta’ ajrudrom għandu jagħti aċċess lil kwalunkwe persuna awtorizzata mill-Awtorità Kompetenti għal:
kull faċilità, dokument, rekord, dejta, proċedura jew kull materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu suġġetta għal ċertifikazzjoni jew dikjarazzjoni, sew jekk ikkuntrattata u sew jekk le; u
twettiq jew tingħata xhieda ta’ kull azzjoni, spezzjoni, ittestjar, valutazzjoni jew eżerċizzju li l-Awtorità Kompetenti ssib li hu meħtieġ.
ADR.OR.C.020 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi
Wara li jkun irċieva notifika tas-sejbiet, l-operatur tal-ajrudrom għandu:
jidentifika l-kawża oriġinali tan-nuqqas ta’ konformità;
jiddefinixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva; u
juri l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva b’mod li jissodisfa lill-Awtorità Kompetenti f’perjodu taż-żmien miftiehem ma’ dik l-awtorità, hekk kif iddefinit fil-punt ADR.AR.C.055(d).
ADR.OR.C.025 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza — konformità mad-direttivi dwar is-sikurezza
L-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta kwalunkwe miżura ta’ sikurezza, inklużi d-direttivi dwar is-sikurezza, meħuda mill-Awtorità Kompetenti f’konformità mal-punti ADR.AR.A.030(c) u ADR.AR.A.040 tal-Anness II.
ADR.OR.C.030 Rappurtar ta’ okkorrenza
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jirrapporta lill-Awtorità Kompetenti u lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra meħtieġa mill-Istat fejn jinsab l-ajrudrom, kwalunkwe aċċident, inċident serju u okkorrenza kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014.
(b) Mingħajr ħsara għall-punt (a) l-operatur għandu jirrapporta lill-Awtorità Kompetenti u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tagħmir tal-ajrudrom kwalunkwe funzjoni ħażina, difett tekniku, eċċess fil-limiti tekniċi, okkorrenzi jew ċirkostanzi irregolari oħra li pperikolaw jew li setgħu pperikolaw l-operat sikur u li ma jkunux wasslu għal inċident jew inċident serju.
(c) Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u għad-Direttiva 2003/42/KE, għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 ( 5 ) u għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 ( 6 ), ir-rapporti msemmija fil-paragrafi (a) u (b) għandhom isiru f’forma u manjiera stabbiliti mill-Awtorità Kompetenti u għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-kundizzjoni li jkun jaf biha l-operatur jew il-fornitur tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa.
(d) Ir-rapporti għandhom isiru mill-operatur tal-ajrudrom fi żmien 72 siegħa minn dak il-ħin li jsir konxju tal-okkorrenza li magħha huwa relatat ir-rapport, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jipprevjenu dan.
(e) Fejn ikun rilevanti, l-operatur tal-ajrudrom għandu jipproduċi rapport ta’ segwitu biex jipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet li jkollu l-ħsieb li jieħu biex jevita okkorrenzi simili fil-ġejjieni, hekk kif dawk l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati. Dak ir-rapport għandu jiġi prodott f’forma u b’mod stabbiliti mill-Istat Membru.
ADR.OR.C.040 Prevenzjoni tan-nar
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jipprojbixxi:
it-tipjip fl-erja ta’ moviment, erji operazzjonali oħra tal-ajrudrom, jew erji tal-ajrudrom fejn jinħażen fjuwil jew materjal ieħor li jaqbad;
l-espożizzjoni ta’ fjamma miftuħa jew it-twettiq ta’ attività li tista’ toħloq periklu:
fiż-żoni tal-ajrudrom fejn jinħażen il-fjuwil jew materjal ieħor li jaqbad;
fl-erja ta’ moviment jew erji operazzjonali oħra tal-ajrudrom, sakemm mhux awtorizzati mill-operatur tal-ajrudrom.
ADR.OR.C.045 Użu ta’ alkoħol, sustanzi psikoattivi u mediċini
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi proċeduri dwar il-livell ta’ konsum ta’ alkoħol, sustanzi psikoattivi u mediċini:
mill-persunal involut fl-operazzjoni, salvataġġ u tifi tan-nar, u fil-manutenzjoni tal-ajrudrom;
mill-persuni li jaħdmu mingħajr skorta fl-erja ta’ moviment jew erji operazzjonali oħra tal-ajrudrom.
(b) Dawn il-proċeduri għandhom jinkludu r-rekwiżiti li tali persuni:
ma jikkunsmawx alkoħol waqt il-qadi ta’ dmirijiethom;
ma jwettqu ebda kompitu taħt l-influwenza:
ta’ alkoħol, jew kwalunkwe sustanza psikoattiva; jew
kwalunkwe mediċina li jista’ jkollha effett fuq il-kapaċitajiet tiegħu/tagħha b’mod kuntrarju gћas-sikurezza.
SUBPARTI D – IMMANIĠĠJAR – OPERATURI TAL-AJRUDROMI (ADR.OR.D)
ADR.OR.B.005 Sistema ta’ mmaniġġjar
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta u jmantni sistema ta’ mmaniġġjar li tintegra sistema ta’ mmaniġġjar tas-sikurezza.
(b) Is-sistema ta’ mmaniġġjar għandha tinkludi:
linji li jiddefinixxu b’mod ċar ir-responsabbiltajiet kollha tal-operatur tal-ajrudrom, inkluża dik direttament marbuta mas-sikurezza min-naħa tal-maniġment għoli;
deskrizzjoni tal-filosofiji u l-prinċipji ġenerali tal-operatur tal-ajrudrom marbutin mas-sikurezza, magħrufa bħala l-politika tas-sikurezza, iffirmati mill-maniġer responsabbli;
proċess formali li jiżgura li jiġu identifikati l-perikli fl-operazzjonijiet;
proċess formali li jiżgura l-analiżi, il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni ta’ riskji marbuta mas-sikurezza fl-operazzjonijiet tal-ajrudrom;
il-mezzi li jivverifikaw il-prestazzjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjoni tal-operatur tal-ajrudrom b’referenza għall-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza u l-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistema ta’ mmaniġġjar tas-sikurezza, u sabiex tiġi kkonvalidata l-effettività tal-kontrolli tar-riskju tas-sikurezza;
proċess formali sabiex:
jidentifika tibdiliet fl-organizzazzjoni tal-operatur tal-ajrudrom, fis-sistema tal-immaniġġjar, fl-ajrudrom jew fl-operat tiegħu li jistgħu jaffettwaw il-proċessi, il-proċeduri u s-servizzi stabbiliti;
jiddeskrivi l-arranġamenti sabiex jiżgura l-prestazzjoni tas-sikurezza qabel ma jiġu implimentati t-tibdiliet; u
jelimina jew jimmodifika l-kontrolli tar-riskju għas-sikurezza li ma jkunux għadhom meħtieġa jew ma jkunux għadhom effettivi minħabba tibidliet fl-ambjent operazzjonali;
proċess formali biex jeżamina mill-ġdid is-sistema ta’ mmaniġġjar imsemmija fil-paragrafu (a), hekk li jidentifika l-kawżi ta’ prestazzjoni substandard tas-sistema ta’ mmaniġġjar tas-sikurezza, jiddetermina l-implikazzjonijiet ta’ tali prestazzjoni substandard fl-operazzjonijiet, u jelimina jew inaqqas tali kawżi;
programm ta’ taħriġ fis-sikurezza li jiżgura li l-persunal involut fit-tħaddim, fis-salvataġġ u fit-tifi tan-nar, fil-manutenzjoni u fl-immaniġġjar tal-ajrudrom ikun imħarreġ u kompetenti biex jaqdi d-dmirijiet tas-sistema tal-immaniġġjar tas-sikurezza;
mezz formali għall-komunikazzjoni dwar is-sikurezza li jiżgura li l-persunal hu konxju bis-sħiħ tas-sistema ta’ mmaniġġjar tas-sikurezza, li jwassal informazzjoni kruċjali dwar is-sikurezza, u li jispjega għalfejn jittieħdu azzjonijiet partikolari f’isem is-sikurezza u għaliex jiġu introdotti jew mibdula proċeduri ta’ sikurezza;
il-koordinazzjoni tal-pjan ta’ reazzjoni f’każ ta’ emerġenza tal-ajrudrom mal-pjanijiet ta’ reazzjoni għall-emerġenzi ta’ dawk l-organizzazzjonijiet li jkollu jaħdem magħhom tul il-forniment tas-servizzi tal-ajrudrom; u
proċess formali biex tkun sorveljata l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti.
(c) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiddokumenta l-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta’ mmaniġġjar.
(d) Is-sistema ta’ mmaniġġjar għandha tkun fi proporzjon mad-daqs tal-organizzazzjoni u tal-attivitajiet tagħha, u tqis il-perikli u r-riskji inerenti assoċjati f’dawn l-attivitajiet.
(e) Fil-każ li l-operatur tal-ajrudrom ikollu wkoll ċertifikat biex jipprovdi servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, għandu jiżgura li s-sistema ta’ mmaniġġjar tkopri l-attivitajiet kollha fl-ambitu taċ-ċertifikati tagħha.
ADR.OR.D.007 Ġestjoni ta’ data ajrunawtika u ta’ informazzjoni ajrunawtika
Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tiegħu, l-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta u jmantni sistema ta’ mmaniġġjar tal-kwalità li tkopri l-attivitajiet li ġejjin:
l-attivitajiet tiegħu dwar id-data ajrunawtika;
l-attivitajiet tiegħu ta’ forniment ta’ informazzjoni ajrunawtika.
L-operatur tal-ajrudrom, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tiegħu, għandu jistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà sabiex jiżgura s-sigurtà tad-data operazzjonali li jirċievi, jew jipproduċi, jew iħaddem b’xi mod ieħor, sabiex l-aċċess għal dik id-data operazzjonali jkun ristrett għal dawk awtorizzati biss.
Is-sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-operatur tal-ajrudrom għandha tiddefinixxi l-elementi li ġejjin:
il-proċeduri marbutin mal-valutazzjoni u mal-mitigazzjoni tar-riskji għas-sigurtà tad-data, mal-monitoraġġ u t-titjib tas-sigurtà, mar-reviżjonijiet tas-sigurtà u mat-tixrid tal-għarfien miksub;
il-mezzi mfasslin ta’ detezzjoni ta’ ksur tas-sigurtà u biex jiġbdu l-attenzjoni tal-persunal bi twissijiet xierqa dwar is-sigurtà;
il-mezzi kif jiġu kkontrollati l-effetti tal-ksur tas-sigurtà u kif jiġu identifikati l-azzjoni ta’ rkupru u l-proċeduri ta’ mitigazzjoni sabiex jiġi evitat milli jerġgħu jseħħu.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura l-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal tiegħu fir-rigward tas-sigurtà tad-dataajrunawtika.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jipproteġi d-data ajrunawtika tiegħu kontra theddidiet għaċ-ċibersigurtà.
ADR.OR.D.010 Attivitajiet kuntrattati
(a) L-attivitajiet kuntrattati jinkludu l-attivitajiet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-operatur skont il-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat li jitwettqu minn organizzazzjoni oħra li jew tkun iċċertifikata hi stess biex twettaq it-tali attivitajiet jew li, jekk ma tkunx iċċertifikata hi stess, twettaqhom bl-approvazzjoni tal-operatur tal-ajrudrom. L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li meta jagħti b’kuntratt jew jixtri parti mill-attività tiegħu, is-servizz jew it-tagħmir jew is-sistema kuntrattati jew mixtrija jkunu jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli.
(b) Meta l-operatur tal-ajrudrom jikkuntratta parti mill-attività tiegħu lil organizzazzjoni li ma tkunx iċċertifikata hija stess skont din il-Parti biex twettaq dik l-attività, l-organizzazzjoni li tkun ingħatat il-kuntratt għandha taħdem skont l-approvazzjoni tal-operatur tal-ajrudrom. L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-Awtorità Kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni li tkun ingħatat il-kuntratt, biex tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli.
ADR.OR.D.015 Rekwiżiti tal-persunal
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jaħtar maniġer responsabbli, li jkollu l-awtorità jiżgura li l-attivitajiet kollha jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u eżegwiti skont ir-rekwiżiti applikabbli. Il-maniġer responsabbli għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ sistema effettiva ta’ mmaniġġjar.
(b) L-operatur tal-ajrudrom għandu jaħtar il-persuni li jkunu responsabbli għall-immaniġġjar u s-superviżjoni tal-oqsma li ġejjin:
is-servizzi tal-operat tal-ajrudrom; u
il-manutenzjoni tal-ajrudrom.
(c) L-operatur tal-ajrudrom għandu jinnomina persuna jew grupp ta’ persuni responsabbli għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tas-sistema ta’ mmaniġġjar tas-sikurezza.
Dawk il-persuni għandhom jaġixxu indipendentament minn maniġers oħra fi ħdan l-organizzazzjoni, għandu jkollhom aċċess dirett għall-maniġer responsabbli u għall-immaniġġjar adegwat ta’ kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza u għandhom jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.
(d) L-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu biżżejjed persunal ikkwalifikat għall-kompiti u l-attivitajiet ippjanati, li għandhom isiru skont ir-rekwiżiti applikabbli.
(e) L-operatur tal-ajrudrom għandu jaħtar għadd suffiċjenti ta’ superviżuri tal-persunal f’karigi ta’ doveri u responsabbiltajiet speċifiċi, u dan filwaqt li jqis l-istruttura tal-organizzazzjoni tiegħu u l-għadd ta’ persuni impjegati.
(f) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li persunal involut fl-operazzjoni, fil-manutenzjoni u l-immaniġġjar tal-ajrudrom ikun imħarreġ adegwatament skont il-programm ta’ taħriġ.
ADR.OR.D.017 Programmi ta’ taħriġ u ta’ ċċekkjar tal-profiċjenza
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ taħriġ għall-persunal involut fl-operat, il-manutenzjoni u l-immaniġġjar tal-ajrudrom, sabiex jiżgura l-kompetenza kontinwa tagħhom, u li huma konxji mir-regoli u l-proċeduri rilevanti għall-operat tal-ajrudrom u r-relazzjoni tal-funzjonijiet u l-kompiti tagħhom mal-operat tal-ajrudrom b’mod ġenerali.
It-taħriġ imsemmi fil-punt (a) għandu:
jinkludi taħriġ inizjali, rikorrenti, ta’ aġġornament u ta’ kontinwazzjoni;
ikun adatt għall-funzjonijiet u l-kompiti tal-persunal;
jinkludi l-proċeduri u r-rekwiżiti operazzjonali applikabbli tal-ajrudrom, kif ukoll is-sewqan.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li kwalunkwe persunal ieħor, inkluż persunal ta’ organizzazzjonijiet oħra li joperaw jew jipprovdu servizzi fl-ajrudrom, li jkollu aċċess mingħajr skorta awtorizzat għaż-żona ta’moviment u żoni operazzjonali oħra tal-ajrudrom, ikun imħarreġ b’mod adegwat u kkwalifikat għal tali aċċess mingħajr skorta.
It-taħriġ imsemmi fil-punt (c) għandu:
jinkludi taħriġ inizjali, rikorrenti, ta’ aġġornament u ta’ kontinwazzjoni;
jinkludi l-proċeduri u r-rekwiżiti operazzjonali applikabbli tal-ajrudrom, kif ukoll is-sewqan.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-persunal imsemmi fil-punti (a) u (c) ikun temm b’suċċess it-taħriġ inizjali meħtieġ qabel ma jingħata permess:
biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu mingħajr sorveljanza;
biex ikollu aċċess mingħajr skorta għaż-żona ta’ moviment u żoni operazzjonali oħra tal-ajrudrom.
It-taħriġ inizjali għandu jinkludi taħriġ teoretiku u prattiku ta’ durata adegwata u valutazzjonijiet tal-kompetenza tal-persunal wara l-għoti tat-taħriġ.
Sabiex ikomplu jwettqu d-dmirijiet tagħhom mingħajr sorveljanza u biex jitħallew ikollhom aċċess mingħajr skorta għaż-żona ta’ moviment u żoni operazzjonali oħra tal-ajrudrom u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’din il-Parti u fil-Parti ADR.OPS, l-operaturi tal-ajrudrom għandhom jiżguraw li l-persunal imsemmi fil-punti (a) u (c) ikun tħarreġ dwar ir-regoli u l-proċeduri rilevanti għat-tħaddim tal-ajrudrom billi jtemm b’suċċess:
taħriġ rikorrenti, f’intervalli li ma jaqbżux l-24 xahar mit-tlestija tat-taħriġ inizjali tiegħu. Jekk it-taħriġ rikorrenti jsir fl-aħħar 3 xhur kalendarji ta’ wara l-intervall, il-perjodu l-ġdid ta’ intervall għandu jingħadd mid-data ta’ skadenza tal-intervall oriġinali;
taħriġ ta’ aġġornament, qabel ma jwettqu d-dmirijiet tagħhom mingħajr sorveljanza jew jitħallew ikollhom aċċess mingħajr skorta għaż-żona ta’ moviment jew żona operazzjonali oħra tal-ajrudrom, meta jkunu assenti mid-dmirijiet tagħhom għal perjodu ta’ mhux inqas minn 3 xhur u mhux aktar minn 12-il xahar konsekuttiv. F’każ ta’ assenza ta’ aktar minn 12-il xahar konsekuttivi, tali persunal għandu jgħaddi minn taħriġ inizjali f’konformità mal-punt (c);
taħriġ ta’ kontinwazzjoni minħabba bidliet fl-ambjent operatorju tagħhom jew minħabba kompiti assenjati, kif meħtieġ.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ ċċekkjar tal-profiċjenza għall-persunal imsemmi fil-punt (a), u jiżgura għall-persunal imsemmi fil-punt (c) li huwa jkun wera l-kapaċitajiet tiegħu fil-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu, skont il-programm tal-iċċekkjar tal-profiċjenza, sabiex jiżgura:
il-kompetenza kontinwa tiegħu;
li huwa konxju mir-regoli u l-proċeduri rilevanti għall-funzjonijiet u l-kompiti tiegħu.
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’din il-Parti u fil-Parti-ADR.OPS, l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-persuni msemmija fil-punti (a) u (c) jgħaddu minn ċekkjaturi tal-profiċjenza f’intervalli li ma jaqbżux l-24 xahar mit-tlestija tat-taħriġ inizjali tagħhom.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:
jintużaw għalliema bi kwalifiki u esperjenza adegwati għall-għoti ta’ taħriġ u assessuri għall-valutazzjonijiet u ċ-ċekkjaturi tal-profiċjenza;
jintużaw faċilitajiet, mezzi u tagħmir xierqa għall-forniment tat-taħriġ u, fejn applikabbli, għat-twettiq taċ-ċekkjaturi tal-profiċjenza.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ u ta’ ċċekkjar tal-profiċjenza u għandu:
iżomm rekords xierqa tal-kwalifiki, tat-taħriġ u tal-iċċekkjar tal-profiċjenza biex juri l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit;
fuq talba, jagħmel dawn ir-rekords disponibbli għall-persunal ikkonċernat tiegħu;
jekk persuna tkun impjegata minn impjegatur ieħor, fuq talba, tagħmel dawn ir-rekords ta’ dik il-persuna disponibbli għal dak l-impjegatur il-ġdid.
ADR.OR.D.020 Rekwiżiti tal-faċilitajiet
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li huma disponibbli faċilitajiet adegwati u xierqa għall-persunal tiegħu jew il-persunal impjegat mill-partijiet li jkun sar magħhom kuntratt għall-forniment ta’ servizzi ta’ manutenzjoni u dawk operattivi fl-ajrudrom.
(b) L-operatur tal-ajrudrom għandu jaħtar oqsma xierqa fl-ajrudrom li jintużaw għall-ħażna ta’ merkanzija perikoluża li tinġarr fl-ajrudrom, skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi.
ADR.OR.D.025 Koordinazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jiżgura li s-sistema ta’ mmaniġġjar tal-ajrudrom tindirizza l-koordinazzjoni u l-interfaċċja mal-proċeduri ta’ sikurezza ta’ organizzazzjonijiet oħra li joperaw jew li jipprovdu servizzi fl-ajrudrom; u
jiżgura li organizzazzjonijiet bħal dawn ikollhom fis-seħħ proċeduri ta’ sikurezza li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu u r-rekwiżiti stabbiliti fil-manwal tal-ajrudrom.
ADR.OR.D.027 Programmi ta’ sikurezza
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jistabbilixxi, imexxi u jimplimenta programmi għall-promozzjoni tas-sikurezza u tal-iskambju tal-informazzjoni b’rilevanza għas-sikurezza; u
jinkoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet li joperaw jew li jipprovdu servizzi fl-ajrudrom biex jinvolvu ruħhom f’dawn il-programmi.
ADR.OR.D.030 Sistema ta’ rappurtar dwar is-sikurezza
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta sistema ta’ rappurtar dwar is-sikurezza għall-persunal kollu u organizzazzjonijiet kollha li joperaw jew li jipprovdu servizzi fl-ajrudrom, sabiex jippromwovi s-sikurezza fl-ajrudrom kif ukoll l-użu sikur tiegħu.
(b) L-operatur tal-ajrudrom, skont ADR.OR.D.005 (b)(3), għandu:
jitlob li l-persunal u l-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jużaw is-sistema ta’ rappurtar dwar is-sikurezza għar-rappurtar obbligatorju ta’ kwalunkwe inċident, inċident serju u okkorrenza; u
jiżgura li s-sistema ta’ rappurtar dwar is-sikurezza tkun tista’ tintuża għar-rappurtar volontarju ta’ kull difett, nuqqas jew kwalunkwe riskju għas-sikurezza li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza.
(c) Is-sistema ta’ rappurtar dwar is-sikurezza gћandha tipproteġi l-identità ta’ min ikun gћamel ir-rapport, tinkoraġġixxi rappurtar volontarju u tinkludi l-possibilità li r-rapporti jkunu jistgћu jingħataw b’mod anonimu.
(d) L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jirreġistra r-rapporti kollha ppreżentati;
janalizza u jevalwa r-rapporti, kif inhu xieraq, sabiex jindirizza n-nuqqasijiet fis-sikurezza u jidentifika t-tendenzi;
jiżgura li l-organizzazzjonijiet kollha li joperaw jew li jipprovdu servizzi fl-ajrudrom li huma rilevanti għall-kwistjoni ta’ sikurezza, jipparteċipaw fl-analiżi ta’ dawn ir-rapporti u li kwalunkwe miżuri preventivi u/jew korrettivi identifikati jiġu implimentati;
iwettaq investigazzjonijiet ta’ rapporti, kif xieraq; u
jżomm lura milli jiddetermina fuq min taqa’ l-ħtija abbażi tal-prinċipji tal-“kultura ġusta”.
ADR.OR.D.035 Żamma tar-rekords
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi sistema adegwata ta’ żamma ta’ rekords li tkopri l-attivitajiet kollha tiegħu mwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
(b) Il-format tar-rekords għandu jkun speċifikat fil-manwal tal-ajrudrom.
(c) Ir-rekords għandhom jinħażnu b’mod li jiżgura l-protezzjoni mill-ħsara, mill-modifiki u mis-serq.
(d) Ir-rekords għandhom jinżammu għal minimu ta’ ħames snin, ħlief għal dawn li ġejjin, li jinżammu kif ġej:
il-bażi ta’ ċertifikazzjoni tal-ajrudrom, il-mezzi alternattivi ta’ konformità li qed jintużaw bħalissa u ċ-ċertifikat(i) tal-ajrudrom jew tal-operatur tal-ajrudrom ta’ bħalissa, għat-tul kollu taċ-ċertifikat;
arranġamenti ma’ organizzazzjonijiet oħra, sakemm tali arranġamenti jkunu fis-seħħ;
il-manwali ta’ tagħmir tal-ajrudrom jew is-sistemi użati fl-ajrudrom, sakemm dawn ikunu qed jintużaw fl-ajrudrom;
Ir-rapporti tal-valutazzjoni tas-sikurezza għat-tul tas-sistema/proċedura/attività;
il-persunal tat-taħriġ, il-kwalifiki, u r-rekords mediċi kif ukoll il-kontrolli tal-profiċjenza, skont il-każ, għal mill-inqas erba’ snin wara t-tmiem tal-impjieg tagħhom, jew sakemm il-qasam tal-impjieg tagħhom ikun ġie vverifikat mill-Awtorità Kompetenti; u
il-verżjoni kurrenti tar-reġistru tal-perikli;
cl-awtorizzazzjonijiet tas-sewqan u, jekk xieraq, ċertifikati ta’ profiċjenza fil-lingwa, għal mill-inqas erba’ snin wara t-tmiem tal-impjieg ta’ persuna, jew ir-revoka jew it-tħassir ta’ awtorizzazzjoni tas-sewqan, jew sakemm dan il-qasam ta’ attività jkun ġie vverifikat mill-awtorità kompetenti; u
l-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u r-rekords tal-manutenzjoni tal-vetturi tal-operatur tal-ajrudrom, għal mill-inqas erba’ snin wara li vettura titneħħa mill-operazzjonijiet, jew sakemm din iż-żona tkun ġiet ivverifikata mill-awtorità kompetenti.
(e) Ir-rekords kollha għandhom ikunu suġġetti għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.
SUBPARTI E — MANWAL TAL-AJRUDROM U DOKUMENTAZZJONI (ADR.OR.E)
ADR.OR.E.005 Manwal tal-ajrudrom
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jżomm manwal tal-ajrudrom.
(b) Il-kontenut tal-manwal tal-ajrudrom għandu jirrifletti l-bażi taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti stabbiliti f’din il-Parti u fil-Parti-ADR.OPS, skont kif ikun applikabbli, u m’għandux imur kontra l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat. Il-manwal tal-ajrudrom għandu jkun fih jew ikun jirreferi għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-użu, l-operat u l-manutenzjoni bla periklu tal-ajrudrom, għat-tagħmir tiegħu, kif ukoll għas-superfiċje ta’ limitazzjoni u ta’ protezzjoni tal-ostaklu u għall-erji l-oħra assoċjati mal-ajrudrom.
(c) Il-manwal tal-ajrudrom jista’ jinħareġ f’partijiet separati.
(d) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li persunal tal-ajrudom kollu u li l-bqija tal-persunal rilevanti kollu tal-organizzazzjoni jkollu aċċess faċli għall-partijiet mill-manwal tal-ajrudrom li huma rilevanti għad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu.
(e) L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jipprovdi lill-Awtorità Kompetenti bl-emendi jew ir-reviżjonijiet maħsuba tal-manwal tal-ajrudrom, għal oġġetti li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel skont ADR.OR.B.040, qabel id-data effettiva, u jiżgura li dawn ma jsirux effettivi qabel ma jikseb l-approvazzjoni tal-Awtorità Kompetenti; jew
jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-emendi jew ir-reviżjonijiet maħsuba tal-manwal tal-ajrudrom, qabel id-data effettiva, jekk l-emenda jew ir-reviżjoni proposta tal-manwal tal-ajrudrom tkun teħtieġ biss notifika lill-Awtorità Kompetenti skont ADR.OR.B.040(d) u ADR.OR.B.015(b).
(f) Minkejja l-punt (e), meta jkun hemm bżonn ta’ emendi jew reviżjonijiet immedjati fl-interess tas-sikurezza, dawn jistgħu jiġu ppubblikati u applikati immedjatament, dejjem jekk tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni meħtieġa.
(g) L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jeżamina mill-ġdid il-kontenut tal-manwal tal-ajrudrom, jiżgura li dan jinżamm aġġornat u jemendah kull meta jkun meħtieġ;
jinkorpora l-emendi u r-reviżjonijiet kollha mitluba mill-Awtorità Kompetenti; u
jagħmel il-persunal kollu tal-ajrudom u l-organizzazzjonijiet rilevanti l-oħra konxji mill-bidliet li jkunu rilevanti għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom.
(h) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-informazzjoni meħuda minn dokumenti approvati, u minn kwalunkwe emenda tagħhom, tidher b’mod korrett fil-manwal tal-ajrudrom. Dan ma jwaqqafx lill-operatur tal-ajrudrom milli jippubblika dejta u proċeduri iktar konservattivi fil-manwal tal-ajrudrom.
(i) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:
l-manwal tal-ajrudrom huwa miktub b’lingwa aċċettabbli għall-Awtorità Kompetenti; u
il-persunal kollu jkun kapaċi jaqra u jifhem il-lingwa li fiha jkunu nkitbu l-partijiet tal-manwal tal-ajrudrom u d-dokumenti operattivi oħra li għandhom x’jaqsmu mad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.
(j) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-manwal tal-ajrudrom:
huwa ffirmat mill-maniġer responsabbli tal-ajrudrom;
huwa stampat jew f’format elettroniku u huwa faċli li jiġi rivedut;
għandu sistema ta’ mmaniġġjar tal-kontroll tal-verżjonijiet li tiġi applikata u li tkun viżibbli fil-manwal tal-ajrudrom; u
josserva l-prinċipji tal-fatturi umani u huwa organizzat b’mod li jiffaċilita l-preparazzjoni, l-użu u r-reviżjoni tiegħu.
(k) L-operatur tal-ajrudrom għandu jżomm mill-inqas kopja waħda kompluta u pprovduta f’waqtha tal-manwal tal-ajrudrom fl-ajrudrom u jagħmilha disponibbli għal spezzjoni mill-Awtorità Kompetenti.
(l) Il-kontenut tal-manwal tal-ajrudrom għandu jkun kif ġej:
Ġenerali;
Is-sistema tal-immaniġġjar tal-ajrudrom, ir-rekwiżiti b’rabta mal-kwalifika u t-taħriġ;
Dettalji tal-post fejn jinżamm l-ajrudrom;
Dettalji tal-ajrudrom li jridu jiġu rrappurtati lis-Servizz ta’ Informazzjoni Ajrunawtika; u
Dettalji dwar il-proċeduri operattivi tal-ajrudrom, it-tagħmir tiegħu u l-miżuri ta’ sikurezza.
ADR.OR.E.010 Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura d-disponibbiltà ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni oħra meħtieġa u tal-emendi assoċjati.
(b) L-operatur gћandu jkun kapaċi jqassam struzzjonijiet operattivi u informazzjoni oħra mingћajr dewmien.
SUBPARTI F – IS-SERVIZZ TAL-IMMANIĠĠJAR TAR-RAMPA (ADR.OR.F)
ADR.OR.F.001 Ir-responsabbiltajiet tal-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tipprovdi s-servizz tal-immaniġġjar tar-rampa f’konformità ma’:
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-Anness III (Parti-ADR.OR) u fl-Anness IV (Parti-ADR.OPS) ta’ dan ir-Regolament;
id-dikjarazzjoni tagħha;
il-proċeduri operattivi inklużi fil-manwal tal-ajrudrom;
il-manwal tas-sistema tal-immaniġġjar tagħha f’konformità mal-punt ADR.OR.F.095;
kwalunkwe manwal ieħor użat għall-forniment ta’ servizz tal-immaniġġjar tar-rampa.
ADR.OR.F.005 Dikjarazzjoni tal-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS
Meta organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS ikollha l-ħsieb li tipprovdi gwida lill-inġenji tal-ajru kif stipulat fil-punti a(1) u a(2) tal-punt ADR.OPS.D.001 bħala minimu, hija għandha tissottometti dikjarazzjoni lill-Awtorità Kompetenti mill-inqas xahrejn qabel id-data tal-bidu intenzjonat tal-forniment tas-servizz. Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
l-isem tal-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS;
id-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS;
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-maniġer responsabbli;
l-isem/ismijiet tal-ajrudrom(i) fl-Istat Membru fejn ser jiġi pprovdut is-servizz;
lista ta’ ajrudromi li jinsabu fi Stati Membri oħrajn fejn jiġi pprovdut is-servizz;
id-data tal-bidu intenzjonat tal-forniment tas-servizz tal-immaniġġjar tar-rampa;
dikjarazzjoni li tikkonferma li hija stabbilixxiet arranġamenti formali mal-operatur tal-ajrudrom u mal-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru fl-ajrudrom fejn ikollha l-ħsieb li tipprovdi s-servizz tal-immaniġġjar tar-rampa;
dikjarazzjoni li tikkonferma li l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS żviluppat politika dwar is-sikurezza u ser tapplika dik il-politika matul il-forniment tas-servizz kopert mid-dikjarazzjoni, f’konformità mal-punt ADR.OR.F.045(b)(2);
dikjarazzjoni li tikkonferma li l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS hija konformi u, matul il-forniment tas-servizz kopert mid-dikjarazzjoni, ser tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-Anness III (Parti-ADR.OR) u tal-Anness IV (Parti-ADR.OPS) ta’ dan ir-Regolament;
B’deroga mill-punt (a), meta operatur tal-ajrudrom iċċertifikat jew fornitur approvat ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru jkollu l-ħsieb li jipprovdi servizz tal-immaniġġjar tar-rampa, huwa għandu:
jinnotifika lill-Awtorità Kompetenti tiegħu;
jirrevedi l-politika tas-sikurezza tiegħu sabiex tinkludi l-forniment ta’ servizz tal-immaniġġjar tar-rampa;
jissottometti lill-Awtorità Kompetenti l-programm ta’ taħriġ tal-persunal maħsub biex jintuża għall-forniment tas-servizz.
ADR.OR.F.010 Il-validità kontinwa tad-dikjarazzjoni
Dikjarazzjoni magħmula minn organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS f’konformità mal-punt ADR.OR.F.005 għandha tibqa’ valida soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-Anness III (Parti-ADR.OR) u fl-Anness IV (Parti-ADR.OPS) ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tqis id-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament tas-sejbiet kif speċifikati taħt il-punt ADR.OR.F.035 ta’ dan l-Anness;
l-Awtorità Kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS f’konformità mal-punt ADR.OR.F.030 ta’ dan l-Anness biex tiddetermina l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-Anness III (Parti-ADR.OR) u fl-Anness IV (Parti-ADR.OPS) ta’ dan ir-Regolament;
id-dikjarazzjoni ma tkunx ġiet irtirata mill-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS jew innotifikata mill-Awtorità Kompetenti dwar il-waqfien ta’ wħud mis-servizzi jew tas-servizzi kollha koperti mid-dikjarazzjoni.
ADR.OR.F.015 Il-bidu tal-forniment ta’ servizz tal-immaniġġjar tar-rampa
Organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tibda l-forniment tas-servizz tal-immaniġġjar tar-rampa f’ajrudrom, meta:
id-dikjarazzjoni tkun ġiet riċevuta mill-Awtorità Kompetenti;
hija tkun stabbilixxiet arranġamenti formali mal-operatur tal-ajrudrom iċċertifikat u mal-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru approvat fl-ajrudrom fejn ser jiġi pprovdut is-servizz f’konformità mal-punti ADR.OR.F.085 u ADR.OR.F.090, rispettivament;
hija tipprovdi evidenza li l-membri tal-persunal tagħha jkunu lestew it-taħriġ inizjali u tal-unità meħtieġ.
ADR.OR.F.020 It-terminazzjoni tal-forniment ta’ servizz tal-immaniġġjar tar-rampa
Organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS li jkollha l-ħsieb li tittermina b’mod permanenti l-forniment tas-servizz f’ajrudrom għandha:
tinnotifika lill-operatur tal-ajrudrom u lill-Awtorità Kompetenti, mill-aktar fis possibbli, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri xierqa għall-kontinwazzjoni sikura tas-servizz;
tissottometti lill-Awtorità Kompetenti dikjarazzjoni emendata jew jitlob li titneħħa r-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni, fid-data tat-terminazzjoni tal-forniment tas-servizz.
ADR.OR.F.025 Bidliet
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tikkoordina mal-operatur tal-ajrudrom kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni speċifikata fil-punt ADR.OR.F.005(a) u fil-programm ta’ taħriġ jew fil-manwal tas-sistema tal-immaniġġjar imsemmi, rispettivament, fil-punt ADR.OR.F.005(b) u fil-punt ADR.OR.F.095.
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-Awtorità Kompetenti bi kwalunkwe bidla speċifikata fil-punt (a) u, jekk ikun meħtieġ, tissottometti dikjarazzjoni emendata.
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tipprovdi lill-Awtorità Kompetenti bid-dokumentazzjoni rilevanti f’konformità mal-punt (d).
Bħala parti mis-sistema tal-immaniġġjar tagħha msemmija fil-punt ADR.OR.F.045, l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS li tipproponi bidla fl-organizzazzjoni tagħha, fis-sistema tal-immaniġġjar tagħha jew fil-programm ta’ taħriġ tagħha għandha:
tiddetermina l-interdipendenzi ma’ kwalunkwe parti affettwata, u tippjana u twettaq valutazzjoni tas-sikurezza b’koordinazzjoni ma’ dawn l-organizzazzjonijiet;
tallinja s-suppożizzjonijiet u l-mitigazzjonijiet ma’ kwalunkwe parti affettwata b’mod sistematiku;
tiżgura valutazzjoni komprensiva tal-bidla, inkluża kwalunkwe interazzjoni meħtieġa;
tiżgura li jiġu stabbiliti u ddokumentati argumenti kompleti u validi, evidenza u kriterji ta’ sikurezza biex jappoġġjaw il-valutazzjoni tas-sikurezza, u li l-bidla tkun waħda li tappoġġja t-titjib tas-sikurezza kull meta jkun raġonevolment prattikabbli.
ADR.OR.F.030 Aċċess
Għall-fini tad-determinazzjoni ta’ jekk organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS hijiex qiegħda taġixxi f’konformità mad-dikjarazzjoni tagħha, l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tiżgura li kwalunkwe persuna debitament awtorizzata mill-Awtorità Kompetenti, fi kwalunkwe ħin:
tingħata aċċess għal kwalunkwe faċilità, dokument, rekord, data, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tagħha;
titħalla twettaq jew tagħti xhieda ta’ kwalunkwe azzjoni, spezzjoni, test, valutazzjoni jew eżerċizzju li l-Awtorità Kompetenti ssib li huma meħtieġa.
ADR.OR.F.035 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi
Wara li l-Awtorità Kompetenti tkun ikkomunikat sejba lil organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS f’konformità mal-punt ADR.AR.C.055 tal-Anness II, l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tieħu l-passi li ġejjin fil-perjodu ta’ żmien iddeterminat mill-Awtorità Kompetenti:
tidentifika l-kawża ewlenija tan-nuqqas ta’ konformità;
tiddefinixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva;
turi l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-Awtorità Kompetenti fil-perjodu ta’ żmien miftiehem ma’ dik l-awtorità f’konformità mal-punt ADR.AR.C.055(d) tal-Anness II.
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tinforma lill-operatur tal-ajrudrom bl-azzjonijiet spjegati fid-dettall fil-punt (a) u, fejn xieraq, tikkoordina dawn l-azzjonijiet mal-operatur tal-ajrudrom.
ADR.OR.F.040 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza — konformità mad-direttivi dwar is-sikurezza
Organizzazzjoni responsabbli għall-forniment ta’ AMS għandha:
timplimenta kwalunkwe miżura ta’ sikurezza, inklużi d-direttivi dwar is-sikurezza, meħuda mill-Awtorità Kompetenti f’konformità mal-punti ADR.AR.A.030(c) u ADR.AR.A.040 tal-Anness II;
meta jiġu implimentati l-miżuri msemmija fil-punt (a), tikkoordina mal-operatur tal-ajrudrom u mal-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru, fejn meħtieġ.
ADR.OR.F.045 Is-sistema tal-immaniġġjar
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS, l-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru, fil-każ li dan tal-aħħar ikun qed jipprovdi parzjalment jew esklussivament servizz tal-immaniġġjar tar-rampa, għandha timplimenta u żżomm sistema tal-immaniġġjar li tintegra sistema tal-immaniġġjar tas-sikurezza li tkopri dawk l-attivitajiet ukoll.
Is-sistema tal-immaniġġjar għandha tinkludi:
linji ta’ responsabbiltà u akkontabbiltà definiti b’mod ċar fl-organizzazzjoni kollha, inkluża akkontabbiltà diretta għas-sikurezza min-naħa tal-maniġment superjuri;
deskrizzjoni tal-filosofiji u l-prinċipji ġenerali tal-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS fir-rigward tas-sikurezza, imsejħa l-politika tas-sikurezza, iffirmata mill-maniġer responsabbli;
proċess formali li jiżgura li jiġu identifikati l-perikli fl-operazzjonijiet;
proċess formali li jiżgura l-analiżi, il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji marbuta mas-sikurezza fil-forniment ta’ servizz tal-immaniġġjar tar-rampa;
il-mezzi sabiex tiġi vverifikata l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS, b’referenza għall-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza u l-miri marbuta mal-prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistema tal-immaniġġjar tas-sikurezza, u sabiex tiġi vvalidata l-effettività tal-kontrolli tar-riskju tas-sikurezza;
proċess formali sabiex:
jiġu identifikati l-bidliet fl-organizzazzjoni, fis-sistema tal-immaniġġjar tagħha, jew fil-forniment ta’ servizz tal-immaniġġjar tar-rampa, li jistgħu jaffettwaw il-proċessi, il-proċeduri u s-servizzi stabbiliti;
jiġu deskritti l-arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-prestazzjoni tas-sikurezza qabel ma jiġu implimentati l-bidliet;
jiġu eliminati jew immodifikati l-kontrolli tar-riskju għas-sikurezza li ma jkunux għadhom meħtieġa jew effettivi minħabba bidliet fl-ambjent operattiv;
proċess formali biex tiġi rieżaminata s-sistema tal-immaniġġjar imsemmija fil-punt (a), identifikata/i l-kawża/i tal-prestazzjoni substandard tas-sistema tal-immaniġġjar tas-sikurezza, iddeterminati l-implikazzjonijiet ta’ tali prestazzjoni substandard fl-operazzjonijiet, kif ukoll eliminati jew mitigati tali kawżi;
programm ta’ taħriġ fis-sikurezza li jiżgura li l-membri tal-persunal involuti fil-forniment ta’ servizz tal-immaniġġjar tar-rampa jkunu mħarrġin u kompetenti biex jaqdu d-dmirijiet tal-immaniġġjar tas-sikurezza;
mezz formali għall-komunikazzjoni dwar is-sikurezza li jiżgura li l-membri tal-persunal ikunu konxji bis-sħiħ tas-sistema tal-immaniġġjar tas-sikurezza, li jwassal informazzjoni kritika għas-sikurezza, u li jispjega għaliex jittieħdu azzjonijiet partikolari għall-fini tas-sikurezza u għaliex jiġu introdotti jew mibdula proċeduri ta’ sikurezza;
proċess formali biex tiġi ssorveljata l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti.
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tiddokumenta l-proċessi ewlenin kollha tas-sistema tal-immaniġġjar f’manwal.
ADR.OR.F.050 Rapportar tal-ħsarat fis-sistemi użati għall-forniment tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tirrapporta lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat fejn jinsab l-ajrudrom, lill-operatur tal-ajrudrom u lill-organizzazzjoni responsabbli mid-disinn ta’ kwalunkwe tagħmir tal-ajrudrom użat għall-forniment tas-servizz tal-immaniġġjar tar-rampa, kwalunkwe ħsara jew difett tekniku li jeċċedu l-limitazzjonijiet tekniċi, l-okkorrenza jew ċirkostanza irregolari oħra li pperikolat jew setgħet ipperikolat is-sikurezza u li ma rriżultatx f’aċċident jew inċident serju.
ADR.OR.F.055 Sistema ta’ rapportar dwar is-sikurezza
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tistabbilixxi u timplimenta sistema ta’ rapportar dwar is-sikurezza għall-persunal tagħha.
Bħala parti mill-proċess imsemmi fil-punt ADR.OR.F.045(b)(3), l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tiżgura li:
il-membri tal-persunal tagħha jużaw is-sistema ta’ rapportar dwar is-sikurezza għar-rapportar obbligatorju ta’ kwalunkwe aċċident, inċident serju u okkorrenza;
is-sistema ta’ rapportar dwar is-sikurezza tkun tista’ tintuża għar-rapportar volontarju ta’ kwalunkwe difett, ħsara u periklu għas-sikurezza li jistgħu jħallu impatt fuq is-sikurezza.
Is-sistema ta’ rapportar dwar is-sikurezza gћandha tipproteġi l-identità ta’ min ikun gћamel ir-rapport, tinkoraġġixxi r-rapportar volontarju u tinkludi l-possibbiltà li r-rapporti jkunu jistgћu jiġu ppreżentati b’mod anonimu.
L-organizzazzjoni responsabbli għall-forniment ta’ AMS għandha:
tirreġistra r-rapporti kollha ppreżentati;
tibgħat ir-rapporti lill-operatur tal-ajrudrom u, jekk ikun rilevanti, lill-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru;
b’kooperazzjoni mal-operatur tal-ajrudrom jew mal-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru, jew mat-tnejn li huma, tanalizza u tivvaluta r-rapporti, sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fis-sikurezza u identifikati x-xejriet;
tipparteċipa fl-investigazzjoni tar-rapporti mwettqa mill-operatur tal-ajrudrom, kif xieraq;
toqgħod lura milli tattribwixxi l-ħtija f’konformità mal-prinċipji ta’ “kultura ġusta”.
ADR.OR.F.060 Programmi ta’ sikurezza
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tipparteċipa fil-programmi ta’ sikurezza stabbiliti mill-operatur tal-ajrudrom.
ADR.OR.F.065 Rekwiżiti tal-persunal
L-organizzazzjoni responsabbli għall-forniment ta’ AMS għandha:
taħtar maniġer responsabbli, li jkollu l-awtorità biex jiżgura li l-attivitajiet kollha jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u mwettqa f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli. Il-maniġer responsabbli għandu jkun responsabbli mill-istabbiliment u ż-żamma ta’ sistema tal-immaniġġjar effettiva;
tinnomina persuna responsabbli mill-immaniġġjar u s-superviżjoni tas-servizzi operattivi relatati mal-immaniġġjar tar-rampa;
tinnomina persuna responsabbli mill-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tas-sistema tal-immaniġġjar tas-sikurezza. Dik il-persuna għandha taġixxi b’mod indipendenti minn maniġers oħrajn fi ħdan l-organizzazzjoni, għandu jkollha aċċess dirett għall-maniġer responsabbli u għall-immaniġġjar xieraq għal kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza u għandha tkun responsabbli lejn il-maniġer responsabbli;
ikollha membri tal-persunal suffiċjenti u kkwalifikati għall-kompiti u l-attivitajiet ippjanati, li għandhom jitwettqu f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli;
tassenja għadd suffiċjenti ta’ superviżuri tal-persunal għal doveri u responsabbiltajiet definiti, filwaqt li tqis l-istruttura tal-organizzazzjoni u l-għadd ta’ membri tal-persunal impjegati;
tiżgura li l-membri tal-persunal involuti fil-forniment ta’ servizz tal-immaniġġjar tar-rampa jkunu mħarrġin b’mod adegwat f’konformità mal-programm ta’ taħriġ.
Fil-każ li l-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru jkun qed jipprovdi parzjalment jew esklussivament servizz tal-immaniġġjar tar-rampa, huwa għandu jiżgura li r-rekwiżiti tal-punt (a) jiġu inklużi fl-allokazzjoni stabbilita tagħhom tar-responsabbiltajiet fi ħdan is-sistemi tal-immaniġġjar tagħhom.
ADR.OR.F.075 L-użu ta’ alkoħol, sustanzi psikoattivi u mediċini
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha timplimenta l-proċeduri stabbiliti mill-operatur tal-ajrudrom f’konformità mal-punt ADR.OR.C.045 fir-rigward tal-konsum ta’ alkoħol, sustanzi psikoattivi u mediċini mill-membri tal-persunal tagħha involuti fil-forniment ta’ servizz tal-immaniġġjar tar-rampa.
ADR.OR.F.080 Żamma tar-rekords
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tistabbilixxi sistema adegwata ta’ żamma tar-rekords li tkopri l-attivitajiet kollha tagħha mwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.
Il-format tar-rekords għandu jkun speċifikat fil-manwal tas-sistema tal-immaniġġjar.
Ir-rekords għandhom jinħażnu b’mod li tiġi żgurata l-protezzjoni minn ħsara, alterazzjoni u serq.
Ir-rekords għandhom jinżammu għal minimu ta’ 5 snin, ħlief li:
id-dikjarazzjoni attwali għandha tinżamm għal kemm iddum fis-seħħ id-dikjarazzjoni;
il-ftehimiet bil-miktub ma’ organizzazzjonijiet oħrajn għandhom jinżammu sakemm idumu fis-seħħ tali ftehimiet;
ir-rapporti ta’ valutazzjoni tas-sikurezza għandhom jinżammu għal kemm iddum fis-seħħ is-sistema, il-proċedura jew l-attività;
it-taħriġ, il-kwalifiki, kif ukoll il-kontrolli tal-profiċjenza tal-membri tal-persunal għandhom jinżammu għal mill-inqas 4 snin wara t-tmiem tal-impjieg tagħhom, jew sakemm il-qasam tal-impjieg tagħhom ikun ġie vverifikat mill-Awtorità Kompetenti;
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tal-perikli.
ADR.OR.F.085 Arranġament formali bejn l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS u l-operatur tal-ajrudrom
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandu jkollha arranġament formali mal-operatur tal-ajrudrom meta hija jkollha l-ħsieb li tipprovdi servizz tal-immaniġġjar tar-rampa.
L-arranġament għandu jiġi konkluż qabel il-bidu tal-forniment tas-servizz.
L-arranġament formali għandu jinkludi, bħala minimu, dawn li ġejjin:
it-tul ta’ żmien tal-arranġament;
id-definizzjoni taż-żona fejn ser jiġi pprovdut is-servizz tal-immaniġġjar tar-rampa;
il-lista tas-servizzi li ser jitwettqu mill-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS;
il-metodi għall-iskambju ta’ informazzjoni operattiva bejn l-operatur tal-ajrudrom u l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS.
ADR.OR.F.090 Arranġament formali bejn l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS u l-fornitur ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru
L-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS għandu jkollha arranġament formali mal-fornitur ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru tal-ajrudrom meta hija jkollha l-ħsieb li tipprovdi servizz tal-immaniġġjar tar-rampa.
L-arranġament għandu jiġi konkluż qabel il-bidu tal-forniment tas-servizz.
L-arranġament formali għandu jinkludi, bħala minimu, dawn li ġejjin:
it-tul ta’ żmien tal-arranġament;
il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, inkluż il-koordinazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-bidu, tat-taxiing u tal-imbottar tal-inġenji tal-ajru;
il-punti ta’ trasferiment bejn is-servizz tal-immaniġġjar tar-rampa u l-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru;
il-metodi għall-iskambju ta’ informazzjoni operattiva bejn il-fornitur ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru u l-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS;
il-koordinazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-bidu, tat-taxiing u tal-imbottar tal-inġenji tal-ajru.
ADR.OR.F.095 Manwal tas-sistema tal-immaniġġjar
L-organizzazzjoni responsabbli għall-forniment ta’ AMS għandha:
tistabbilixxi u żżomm manwal tas-sistema tal-immaniġġjar;
tiżgura li l-membri tal-persunal tagħha jkollhom aċċess faċli għall-manwal u li jkunu konxji ta’ kwalunkwe bidla;
wara konsultazzjoni u b’koordinazzjoni mal-operatur tal-ajrudrom, tipprovdi lill-Awtorità Kompetenti bl-emendi u r-reviżjonijiet maħsuba tal-manwal qabel id-data effettiva;
teżamina mill-ġdid il-kontenut tal-manwal, tiżgura li dan jinżamm aġġornat u temendah kull meta jkun meħtieġ;
tinkorpora l-emendi u r-reviżjonijiet kollha fil-manwal kif mitluba mill-Awtorità Kompetenti;
tgħarraf lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati l-oħrajn bil-bidliet li huma rilevanti għad-dmirijiet tagħhom.
tiżgura li kwalunkwe informazzjoni meħuda minn dokumenti approvati oħrajn, u kwalunkwe emenda tagħhom, ikunu riflessi b’mod korrett fil-manwal;
tiżgura li l-manwal ikun miktub b’lingwa aċċettabbli għall-Awtorità Kompetenti;
tiżgura li l-membri tal-persunal kollha jkunu kapaċi jaqraw u jifhmu l-lingwa li biha jkunu nkitbu dawk il-partijiet tal-manwal u d-dokumenti l-oħrajn li jappartjenu għad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom;
tiżgura li l-manwal jiġi ffirmat mill-maniġer responsabbli tal-organizzazzjoni;
tiżgura li l-manwal jiġi stampat jew ikun f’format elettroniku u faċli biex jiġi rivedut;
tiżgura li l-manwal ikollu sistema għall-immaniġġjar tal-kontroll tal-verżjonijiet li tiġi applikata u magħmula viżibbli fil-manwal;
tiżgura li l-manwal josserva l-prinċipji tal-fatturi umani u li jkun organizzat b’mod li jiffaċilita t-tħejjija, l-użu u r-rieżami tiegħu;
iżżomm mill-inqas kopja kompleta u attwali waħda tal-manwal fl-ajrudrom fejn tipprovdi s-servizz u tagħmilha disponibbli għall-ispezzjoni mill-Awtorità Kompetenti.
Il-kontenut tal-manwal għandu jkun strutturat kif ġej:
parti ġenerali;
is-sistema tal-immaniġġjar tal-organizzazzjoni u r-rekwiżiti tal-kwalifiki.
Fil-każ li l-operatur tal-ajrudrom jew il-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru jkun qed jipprovdi parzjalment jew esklussivament servizz tal-immaniġġjar tar-rampa, huwa għandu jiżgura li r-rekwiżiti rilevanti fil-punt (b) jiġu inklużi fil-manwal tal-ajrudrom jew fil-manwal tal-operazzjonijiet tas-servizz tat-traffiku tal-ajru, rispettivament.
ADR.OR.F.100 Rekwiżiti relatati mad-dokumentazzjoni
L-organizzazzjoni responsabbli għall-forniment ta’ AMS għandha:
tagħmel disponibbli l-partijiet tal-manwal tal-ajrudrom relatati mal-forniment ta’ servizz tal-immaniġġjar tar-rampa għall-membri tal-persunal operattivi tagħha;
tagħmel disponibbli kwalunkwe dokumentazzjoni oħra meħtieġa mill-Awtorità Kompetenti u l-emendi assoċjati;
ixxerred struzzjonijiet operattivi u informazzjoni oħra mingħajr dewmien.
ANNESS IV
Il-Parti Rekwiżiti tal-Awtorità — Ajrudromi (Parti-ADR.OPS)
SOTTOPARTI A — DEJTA TAL-AJRUDROM (ADR.OPS.A)
ADR.OPS.A.005 Dejta tal-ajrudrom
L-operatur tal-ajrudrom għandu, skont il-każ:
jiddetermina, jiddokumenta u jżomm dejta rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli;
jipprovdi dejta rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli lill-utenti u lis-servizzi tat-traffiku tal-ajru u lill-fornituri tas-servizzi tal-informazzjoni ajrunawtika.
ADR.OPS.A.010 Rekwiżiti tal-kwalità tad-data
L-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu arranġamenti formali mal-organizzazzjonijiet li magħhom jiskambja data ajrunawtika jew informazzjoni ajrunawtika u għandu jiżgura dan li ġej:
li d-data kollha rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi tiġi pprovduta bil-kwalità meħtieġa; li r-rekwiżiti tal-kwalità tad-data (DQRs) jiġu rrispettati fl-oriġinazzjoni tad-data u jinżammu matul it-trażmissjoni tad-data;
li l-akkuratezza tad-data ajrunawtika tkun kif speċifikata fil-katalogu dwar id-data ajrunawtika;
li l-integrità tad-data ajrunawtika tinżamm matul il-proċess kollu tad-data mill-oriġinazzjoni sat-trażmissjoni, abbażi tal-klassifikazzjoni tal-integrità speċifikata fil-katalogu ta’ data ajrunawtika. Barra minn hekk, għandhom jiddaħħlu fis-seħħ proċeduri sabiex:
għal data ta’ rutina, tiġi evitata korruzzjoni matul l-ipproċessar tad-data;
għal data essenzjali, ma sseħħx korruzzjoni f’xi stadju mill-proċess sħiħ u li jkunu inklużi proċessi addizzjonali, skont il-bżonn, sabiex jiġu indirizzati r-riskji potenzjali fl-arkitettura tas-sistema ġenerali sabiex tiġi żgurata l-integrità tad-data f’dak il-livell;
għal data kritika, ma sseħħx korruzzjoni f’xi stadju mill-proċess sħiħ u li jkunu inklużi proċessi addizzjonali ta’ garanzija tal-integrità sabiex jiġu mmitigati bis-sħiħ l-effetti tal-ħsarat identifikati permezz ta’ analiżi dettaljata tal-arkitettura kumplessiva tas-sistema bħala riskji potenzjali għall-integrità tad-data;
ir-riżoluzzjoni tad-data ajrunawtika hija proporzjonata għall-akkuratezza propja tad-data;
it-traċċabbiltà tad-data ajrunawtika;
il-puntwalità tad-data ajrunawtika, inkluż kwalunkwe limitu fuq il-perjodu effettiv;
il-kompletezza tad-data ajrunawtika;
il-format tad-data pprovduta jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati.
ADR.OPS.A.015 Koordinazzjoni bejn l-operaturi tal-ajrudrom u l-fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika
(a) Biex jiżgura li fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika jiksbu informazzjoni li tippermettilhom jipprovdu informazzjoni aġġornata ta’ qabel it-titjira u biex jissodisfaw il-ħtieġa għal informazzjoni waqt it-titjira, l-operatur tal-ajrudrom għandu jagħmel l-arranġamenti biex lill-fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika rilevanti, jirrapportalhom dan li ġej mingħajr dewmien:
informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-ajrudrom, it-tneħħija ta’ inġenji tal-ajru mhux attivati, is-salvataġġ u t-tifi tan-nar u s-sistemi ta’ indikatur tal-inklinazzjoni b’avviċinament viżwali;
l-istatus operazzjonali tal-faċilitajiet, is-servizzi u l-għajnuniet navigazzjonali fl-ajrudrom assoċjati;
kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa bħala ta’ importanza operazzjonali.
(b) Qabel ma jsiru t-tibdiliet fis-sistema ta’ navigazzjoni tal-ajru, l-operatur tal-ajrudrom għandu jqis iż-żmien meħtieġ mis-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika rilevanti għall-preparazzjoni, il-produzzjoni u l-ħruġ ta’ materjal rilevanti ta’ tixrid tal-informazzjoni.
ADR.OPS.A.020 Sistemi komuni ta’ referenza
Għall-fini ta’ navigazzjoni bl-ajru, l-operatur tal-ajrudrom għandu juża:
il-World Geodetic System — 1984 (WGS-84) bħala s-sistema ta’ referenza orizzontali;
id-datum tal-livell medju tal-baħar (MSL) bħala s-sistema ta’ referenza vertikali;
il-kalendarju Gregorjan u l-ħin universali koordinat (UTC) bħala s-sistemi ta’ referenza temporali.
ADR.OPS.A.025 Detezzjoni u awtentikazzjoni tal-erruri tad-data
Meta joriġina, jipproċessa jew jittrażmetti data lill-fornitur tas-servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS), l-operatur tal-ajrudrom għandu:
jiżgura li jintużaw tekniki diġitali ta’ detezzjoni tal-erruri tad-data matul it-trażmissjoni u l-ħżin tad-data ajrunawtika, sabiex jiġu sostnuti l-livelli applikabbli ta’ integrità tad-data;
jiżgura li t-trasferiment ta’ data ajrunawtika jkun soġġett għal proċess xieraq ta’ awtentikazzjoni b’tali mod li r-riċevituri jkunu jistgħu jikkonfermaw li d-data jew l-informazzjoni tkun ġiet trażmessa minn sors awtorizzat.
ADR.OPS.A.030 Katalogu ta’ data ajrunawtika
Meta joriġina, jipproċessa jew jittrażmetti data lill-fornitur tal-AIS, l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li d-data ajrunawtika msemmija fl-Appendiċi 1 tal-Anness III (Parti-ATM/ANS.OR) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 ( 7 ) tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-katalogu tad-data.
ADR.OPS.A.035 Validazzjoni u verifika tad-data
Meta joriġina, jipproċessa jew jittrażmetti data lill-fornitur tal-AIS, l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jitħaddmu tekniki ta’ validazzjoni u ta’ verifika sabiex id-data ajrunawtika tkun tissodisfa d-DQRs assoċjati. Barra minn hekk:
il-verifika għandha tiżgura li d-data ajrunawtika tiġi riċevuta mingħajr korruzzjoni u li l-proċess tad-data ajrunawtika ma jintroduċix korruzzjoni;
id-data ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika mdaħħla manwalment għandhom ikunu soġġetti għal verifika indipendenti għad-detezzjoni ta’ kwalunkwe errur li seta’ ġie introdott;
meta tintuża data ajrunawtika għall-kisba jew għall-kalkolu ta’ data ajrunawtika ġdida, id-data inizjali għandha tiġi vverifikata u vvalidata, ħlief meta tkun ipprovduta minn sors awtorevoli.
ADR.OPS.A.040 Rekwiżiti ta’ mmaniġġjar tal-erruri
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:
l-erruri identifikati matul l-oriġinazzjoni tad-data u wara l-konsenja tad-data jiġu indirizzati, ikkoreġuti jew solvuti;
tingħata prijorità lill-immaniġġjar tal-erruri f’data ajrunawtika kritika u essenzjali.
ADR.OPS.A.045 Metadata
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li, bħala minimu, il-metadata tinkludi:
l-identifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet jew tal-entitajiet li jwettqu kwalunkwe azzjoni ta’ oriġinazzjoni, ta’ trażmissjoni jew ta’ manipulazzjoni tad-data ajrunawtika;
l-azzjoni mwettqa;
id-data u l-ħin li fihom twettqet l-azzjoni.
ADR.OPS.A.050 Trażmissjoni tad-data
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li d-data ajrunawtika tiġi trażmessa b’mezzi elettroniċi.
ADR.OPS.A.055 Għodod u software
Meta joriġina, jipproċessa jew jittrażmetti data ajrunawtika lill-fornitur tal-AIS, l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-għodod u s-software użati għas-sostenn jew għall-awtomatizzazzjoni tal-proċessi tad-data ajrunawtika jwettqu l-funzjonijiet tagħhom mingħajr ma jaffettwaw b’mod negattiv il-kwalità tad-data ajrunawtika.
ADR.OPS.A.057 Oriġinazzjoni ta’ NOTAM
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri li skonthom huwa joriġina NOTAM maħruġ mill-fornitur tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika rilevanti:
li fih informazzjoni dwar l-istabbiliment, il-kundizzjoni, jew it-tibdil ta’ kwalunkwe faċilità, servizz, proċedura jew periklu ajrunawtiċi, li l-għarfien dwaru fiż-żmien opportun huwa essenzjali għall-persunal involut fl-operazzjonijiet ta’ titjir;
li fih informazzjoni ta’ natura temporanja jew ta’ durata qasira jew li tikkonċerna bidliet permanenti operazzjonalment sinifikanti jew bidliet temporanji ta’ durata twila li jsiru f’qasir żmien, ħlief għal test u/jew grafika estensivi;
jiddeżinja persunal tal-ajrudrom, li jkun temm b’suċċess it-taħriġ rilevanti u jkun wera l-kompetenza tiegħu, li joriġina NOTAM u jipprovdi informazzjoni rilevanti lill-fornituri tas-servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika li jkollu arranġamenti magħhom;
jiżgura li l-persunal l-ieħor kollu tal-ajrudrom li d-dmirijiet tiegħu jinvolvu l-użu tan-NOTAM ikun temm b’suċċess it-taħriġ rilevanti u jkun wera l-kompetenza tiegħu li jagħmel dan.
L-operatur tal-ajrudrom għandu joriġina NOTAM meta jkun hemm bżonn sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja:
l-istabbiliment jew l-għeluq ta’ ajrudromi jew ta’ ħeliports jew ta’ runways jew bidliet sinifikanti fl-operat ta’ dawn;
l-istabbiliment jew l-irtirar ta’ servizzi tal-ajrudrom jew bidliet sinifikanti fl-operat tagħhom;
l-istabbiliment jew l-irtirar ta’ servizzi tan-navigazzjoni bir-radju u ta’ komunikazzjoni mill-ajru għall-art jew bidliet sinifikanti fil-kapaċità operazzjonali ta’ dawn li għalihom l-operatur tal-ajrudrom huwa responsabbli;
l-indisponibbiltà ta’ sistemi ta’ riżerva u sekondarji, b’impatt operazzjonali dirett;
l-istabbiliment jew l-irtirar ta’ għajnuniet viżwali jew bidliet sinifikanti fihom;
l-interruzzjoni jew ir-ritorn lura għall-operat ta’ komponenti importanti tas-sistemi tat-tidwil tal-ajrudrom;
l-istabbiliment jew l-irtirar ta’ proċeduri għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jew bidliet sinifikanti fihom li għalihom l-operatur tal-ajrudrom huwa responsabbli;
l-okkorrenza jew il-korrezzjoni ta’ difetti jew ta’ impedimenti importanti fiż-żona ta’ mmanuvrar;
bidliet u limitazzjonijiet fid-disponibbiltà ta’ fjuwil, ta’ żejt u ta’ ossiġenu;
l-istabbiliment jew l-irtirar ta’ sinjali ta’ periklu li jimmarkaw ostakoli għan-navigazzjoni bl-ajru jew ir-ritorn għat-tħaddim tagħhom;
l-emissjonijiet ippjanati ta’ laser, displejs ta’ laser u dawl tat-tiftix fl-inħawi tal-ajrudromi, jekk huwa probabbli li l-vista tal-bdot billejl se tkun affettwata ħażin;
it-twaħħil jew it-tneħħija ta’ ostakoli għan-navigazzjoni bl-ajru fiż-żoni ta’ qtugħ mill-art, ta’ tlugħ, ta’ avviċinament bla suċċess u ta’ avviċinament, kif ukoll fl-istrixxa tar-runway jew bidliet fihom;
bidliet fil-kategorija ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar tal-ajrudrom jew tal-ħeliport;
il-preżenza jew it-tneħħija ta’ kundizzjonijiet perikolużi minħabba borra, silġ maħlul, silġ, materjal radjuattiv, sustanzi kimiċi tossiċi, depożitu ta’ rmied volkaniku jew ilma fiż-żona ta’ moviment jew bidliet sinifikanti fihom;
il-preżenza ta’ runway jew ta’ parti minnha li tkun imxarrba li tiżloq;
il-preżenza ta’ runway li mhijiex disponibbli minħabba xogħlijiet ta’ mmarkar fuq ir-runway; jew informazzjoni dwar l-intervall ta’ żmien meħtieġ biex ir-runway issir disponibbli, jekk it-tagħmir użat għal dawn ix-xogħlijiet ikun jista’ jitneħħa, fejn ikun meħtieġ;
il-preżenza ta’ perikli li jaffettwaw in-navigazzjoni bl-ajru, inkluża l-preżenza ta’ annimali selvaġġi, ostakoli, wirjiet u avvenimenti ewlenin.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:
NOTAM jiġi oriġinat b’biżżejjed żmien minn qabel sabiex il-partijiet affettwati jkunu jistgħu jieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa, ħlief fil-każ ta’ nuqqas ta’ servizzjabbiltà, ta’ rilaxx ta’ materjal radjuattiv, ta’ sustanzi kimiċi tossiċi u ta’ avvenimenti oħra li ma jistgħux ikunu previsti;
NOTAM li jinnotifika nuqqas ta’ servizzjabbiltà ta’ faċilitajiet assoċjati, servizzi u għajnuniet ta’ navigazzjoni fl-ajrudrom, jipprovdi stima tal-perjodu ta’ nuqqas ta’ servizzjabbiltà jew taż-żmien li fih huwa mistenni li jerġa’ lura s-servizz;
fi żmien tliet xhur mill-ħruġ ta’ NOTAM permanenti, l-informazzjoni li tinsab fin-NOTAM tkun inkluża fil-prodotti ta’ informazzjoni ajrunawtika affettwati;
fi żmien tliet xhur mill-ħruġ ta’ NOTAM temporanju ta’ durata twila, l-informazzjoni li tinsab fin-NOTAM tkun inkluża f’suppliment għall-AIP;
meta NOTAM bi tmiem mistenni tal-validità jaqbeż il-perjodu ta’ tliet xhur mingħajr dan ma jkun mistenni, jiġi oriġinat NOTAM sostitut sakemm il-kundizzjoni ma tkunx mistennija ddum għal perjodu itwal ta’ aktar minn tliet xhur; f’dak il-każ, l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-informazzjoni tiġi ppubblikata f’suppliment għall-AIP.
Barra minn hekk, l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:
ħlief kif previst fil-punt (d)(4), kull NOTAM li huwa joriġina jkun fih l-informazzjoni applikabbli fl-ordni murija fil-Format tan-NOTAM kif stabbilit fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness;
it-test tan-NOTAM ikun magħmul mis-sinifikati jew mill-frażijiet imqassra uniformi assenjati għall-Kodiċi tan-NOTAM tal-ICAO, ikkomplementat minn abbrevjazzjonijiet, indikaturi, identifikaturi, deżinjaturi, sinjali tas-sejħa, frekwenzi, figuri u lingwaġġ sempliċi tal-ICAO;
NOTAM jiġi oriġinat bil-lingwa Ingliża jew bil-lingwa nazzjonali, kif miftiehem mal-fornitur tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika rilevanti;
informazzjoni rigward borra, silġ maħlul, silġ, ġlata, ilma qiegħed jew ilma assoċjat ma’ borra, ma’ silġ maħlul, ma’ silġ jew ma’ ġlata fiż-żona ta’ moviment għandha tinxtered permezz ta’ SNOWTAM u għandu jkun fiha l-informazzjoni fl-ordni murija fil-Format ta’ SNOWTAM kif stabbilit fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness;
meta jokkorri errur f’NOTAM, jiġi oriġinat NOTAM b’numru ġdid sabiex jissostitwixxi n-NOTAM errunjuż jew in-NOTAM errunjuż jitħassar u jiġi oriġinat NOTAM ġdid;
meta jiġi oriġinat NOTAM li jħassar jew jissostitwixxi NOTAM preċedenti:
is-serje u n-numru/is-sena tan-NOTAM preċedenti huma indikati;
l-Indikaturi tal-Post u s-suġġett taż-żewġ NOTAM huma l-istess;
NOTAM wieħed biss jitħassar jew jiġi ssostitwit minn NOTAM ġdid;
kull NOTAM oriġinat ikun jindirizza suġġett wieħed biss u kundizzjoni waħda biss tas-suġġett;
kull NOTAM oriġinat ikun kemm jista’ jkun qasir u jiġi kkompilat b’tali mod li t-tifsira tiegħu tkun ċara mingħajr il-bżonn li jsir riferiment għal dokument ieħor;
NOTAM oriġinat li jkun fih informazzjoni permanenti jew temporanja ta’ durata twila jinkludi referenzi xierqa għall-AIP jew għas-suppliment għall-AIP;
l-Indikatur tal-Post tal-ICAO inkluż fit-test ta’ NOTAM oriġinat għall-ajrudrom huwa dak li jinsab fl-Indikaturi tal-Post. M’għandhiex tintuża forma mqassra tat-tali indikaturi.
L-operatur tal-ajrudrom għandu, wara l-pubblikazzjoni ta’ NOTAM li jkun oriġina hu, jirrevedi l-kontenut tiegħu biex jiżgura l-preċiżjoni tiegħu, u jiżgura t-tixrid tal-informazzjoni lill-persunal u lill-organizzazzjonijiet tal-ajrudrom rilevanti kollha fl-ajrudrom.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jżomm rekords:
tan-NOTAM li huwa jkun oriġina u ta’ dawk li nħarġu;
fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-punti (a)(2) u (3).
ADR.OPS.A.060 Rapportar ta’ kontaminanti tas-superfiċje
L-operatur tal-ajrudrom għandu jirrapporta lis-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika u lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru dwar kwistjonijiet ta’ sinifikat operazzjonali li jaffettwaw l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru u tal-ajrudrom fiż-żona ta’ moviment, b’mod partikolari fir-rigward tal-preżenza ta’ dan li ġej:
ilma;
borra;
silġ maħlul;
silġ;
ġlata;
sustanzi kimiċi likwidi kontra l-formazzjoni tas-silġ jew għat-tneħħija tas-silġ jew sustanzi kontaminanti oħra;
munzelli ta’ borra jew ċaqliq tal-borra.
ADR.OPS.A.065 Rapportar tal-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway
L-operatur tal-ajrudrom għandu jirrapporta l-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway fuq kull terz tar-runway billi juża rapport dwar il-kundizzjoni tar-runway (RCR). Ir-rapport għandu jinkludi kodiċi tal-kundizzjoni tar-runway (RWYCC) bl-użu tan-numri 0 sa 6, il-kopertura u l-fond tal-kontaminanti, u deskrizzjoni bl-użu tat-termini li ġejjin:
BORRA KOMPATTA;
NIEXEF;
BORRA NIEXFA;
BORRA NIEXFA FUQ BORRA KOMPATTA;
BORRA NIEXFA FUQ SILĠ;
ĠLATA;
SILĠ;
IMXARRAB JIŻLOQ;
SILĠ MAĦLUL;
RUNWAY TAX-XITWA PPREPARATA APPOSTA;
ILMA QIEGĦED;
ILMA FUQ BORRA KOMPATTA;
IMXARRAB;
SILĠ IMXARRAB;
BORRA MXARRBA;
BORRA MXARRBA FUQ BORRA KOMPATTA;
BORRA MXARRBA FUQ SILĠ;
ITTRATTAT KIMIKAMENT;
RAMEL MAQLUGĦ.
Ir-rapportar għandu jibda meta sseħħ bidla sinifikanti fil-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway minħabba l-ilma, il-borra, is-silġ maħlul, is-silġ jew il-ġlata.
Ir-rapportar tal-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway għandu jkompli jirrifletti bidliet sinifikanti sakemm ir-runway ma tkunx aktar ikkontaminata. Meta sseħħ dik is-sitwazzjoni, l-operatur tal-ajrudrom għandu joħroġ RCR li jiddikjara li r-runway hija mxarrba jew niexfa, kif ikun xieraq.
Il-kejl tal-frizzjoni ma għandux jiġi rrapportat.
Meta runway miksija jew parti minnha tkun imxarrba li tiżloq, l-operatur tal-ajrudrom għandu jagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-utenti rilevanti tal-ajrudrom. Dan għandu jsir billi joriġina NOTAM u għandu jiddeskrivi l-post tal-parti affettwata.
ADR.OPS.A.070 Informazzjoni dwar is-sistema tat-tidwil tal-ajrudrom
L-operatur tal-ajrudrom għandu jirrapporta lis-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika l-informazzjoni dwar il-partijiet tas-sistema tat-tidwil tal-ajrudrom fejn l-unitajiet tad-dawl ikunu dwal b’dijodi li jemettu d-dawl (LED).
ADR.OPS.A.075 Ċarts
L-operatur tal-ajrudrom, jew direttament jew permezz ta’ arranġamenti ma’ partijiet terzi, għandu jiżgura li ċ-ċarts rilevanti għall-ajrudrom jiġu ppubblikati fl-AIP mill-fornitur tas-servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika.
ADR.OPS.A.080 Informazzjoni dwar ir-radjunavigazzjoni u l-għajnuniet għall-inżul
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura, direttament jew permezz ta’ arranġamenti ma’ partijiet terzi, li tiġi pprovduta informazzjoni lis-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika dwar ir-radjunavigazzjoni u l-għajnuniet għall-inżul assoċjati mal-avviċinament bl-istrumenti u l-proċeduri taż-żona tat-terminals fl-ajrudrom.
L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) għandha tinkludi dan li ġej:
it-tip ta’ għajnuniet;
il-varjazzjoni manjetika sal-eqreb grad, kif xieraq;
it-tip ta’ operazzjoni appoġġata għal ILS/MLS/GLS, GNSS bażika u SBAS;
il-klassifikazzjoni għal ILS;
il-klassifikazzjoni tal-faċilità u deżinjazzjoni(jiet) tal-faċilità/faċilitajiet ta’ avviċinament għal GBAS;
għal VOR/ILS/MLS, id-deklinazzjoni tal-istazzjon sal-eqreb grad, użata għall-allinjar tekniku tal-għajnuna;
l-identifikazzjoni, jekk meħtieġa;
il-frekwenza/i, in-numru/i tal-kanal(i), il-fornitur ta’ servizzi u l-identifikatur(i) tat-trajettorja ta’ referenza (RPI(s)), kif xieraq;
is-sigħat ta’operazzjoni, kif xieraq;
il-koordinati ġeografiċi fi gradi, f’minuti, f’sekondi u f’kemm-il wieħed minn għaxra ta’ sekonda tal-pożizzjoni tal-antenna tat-trażmissjoni, kif xieraq;
l-elevazzjoni tal-antenna tat-trażmissjoni tad-DME sal-eqreb 30 m (100 pied) u tal-preċiżjoni tat-tagħmir ta’ kejl tad-distanza (DME/P) sal-eqreb 3 m (10 piedi), l-elevazzjoni tal-punt ta’ referenza tal-GBAS sal-eqreb metru jew pied, u l-għoli tal-elissojde tal-punt sal-eqreb metru jew pied; għall-SBAS, l-għoli tal-elissojde tal-punt ta’ livell limitu tal-inżul (LTP) jew tal-punt ta’ livell limitu fittizju (FTP) sal-eqreb metru jew pied;
ir-radjus tal-volum tas-servizz mill-punt ta’ referenza tal-GBAS sal-eqreb kilometru jew mil nawtiku; u
rimarki.
ADR.OPS.A.085 Informazzjoni dwar il-penetrazzjoni tas-superfiċe tas-segment viżwali (VSS)
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura, direttament jew permezz ta’ arranġamenti ma’ partijiet terzi, li l-informazzjoni dwar il-penetrazzjoni tas-superfiċe tas-segment viżwali tiġi pprovduta lis-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika, inklużi l-proċedura u l-valuri minimi tal-proċedura affettwati.
SUBPARTI B — SERVIZZI OPERAZZJONALI TAL-AJRUDROM, TAGĦMIR U STALLAZZJONIJIET(ADR.OPS.B)
ADR.OPS.B.001 Forniment ta’ servizzi
Is-servizzi tas-Subparti B ta’ dan l-Anness għandhom jiġu pprovduti fl-ajrudrom mill-operatur tal-ajrudrom direttament jew indirettament.
ADR.OPS.B.003 Handover tal-attivitajiet — għoti ta’ informazzjoni operazzjonali
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri għall-handover tal-attivitajiet operazzjonali bejn il-persunal involut fl-operat u l-manutenzjoni tal-ajrudrom biex jiżgura li l-persunal kollu l-ġdid li jkun dieħel jingħata informazzjoni operazzjonali relatata mal-kompiti tiegħu.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri biex jipprovdi lill-organizzazzjonijiet li joperaw jew li jipprovdu servizzi fl-ajrudrom, b’informazzjoni operazzjonali relatata mal-ajrudrom li tista’ taffettwa t-twettiq tal-kompiti tal-persunal ta’ dawn l-organizzazzjonijiet.
ADR.OPS.B.005 Ippjanar ta’ emerġenza fl-ajrudrom
L-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu pjan ta’ emerġenza għall-ajrudrom, u jimplimentah, li:
jkun proporzjonat mal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru u attivitajiet oħrajn li jsiru fl-ajrudrom;
jistipula l-koordinazzjoni ta’ organizzazzjonijiet xierqa b’reazzjoni għal każ ta’ emerġenza li jseħħ f’ajrudrom jew fl-inħawi ta’ madwaru; u
li jinkludi proċeduri għal testijiet perjodiċi tal-adegwatezza tal-pjan u għar-reviżjoni tar-riżultati sabiex titjieb l-effettività tiegħu.
ADR.OPS.B.010 Servizzi ta’ salvataġġ u tifi tan-nar
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:
il-faċilitajiet, it-tagħmir u s-servizzi ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar fl-ajrudrom ikunu pprovduti;
it-tagħmir adegwat, l-aġenti tat-tifi tan-nar u l-għadd meħtieġ ta’ persunal ikunu disponibbli fil-pront;
il-persunal tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar ikun imħarreġ, mgħammar u kkwalifikat biex jopera fl-ambjent tal-ajrudrom; u
l-persunal kollu tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar li jkun potenzjalment meħtieġ li jaġixxi f’emerġenzi tal-avjazzjoni għandu jagħti perjodikament prova ta’ qagħda medika xierqa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod sodisfaċenti, filwaqt li titqies it-tip ta’ attività.
(b) L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ taħriġ għall-persunal involut fis-servizzi tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar tal-ajrudrom.
(c) Il-programm ta’ taħriġ għandu jitwettaq skont il-punt ADR.OR.D.017, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
it-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi taħriġ prattiku teoretiku u kontinwu;
iċ-ċekkjaturi tal-profiċjenza għandhom jitwettqu f’intervalli li ma jaqbżux it-12-il xahar minn meta jintemm it-taħriġ inizjali.
(d) It-taħriġ tal-persunal ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar għandu jkun imfassal biex jipprovdi għarfien fundamentali u ħiliet prattiċi relatati mat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.
(e) It-tnaqqis temporanju fil-livell ta’ protezzjoni tas-servizzi ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar tal-ajrudrom, minħabba ċirkostanzi mhux previsti, ma għandux jirrikjedi approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.
▼M5 —————
ADR.OPS.B.015 Monitoraġġ u spezzjoni tal-erja ta’ moviment u ta’ faċilitajiet relatati
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiċċekkja l-kundizzjoni tal-erja ta’ moviment u l-istatus operazzjonali ta’ faċilitajiet relatati u jirrapporta dwar kwistjonijiet ta’ importanza operazzjonali, kemm jekk ikunu ta’ natura temporanja u kemm jekk ta’ waħda permanenti, lill-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru rilevanti u lill-fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika.
(b) L-operatur tal-ajrudrom għandu jwettaq spezzjonijiet regolari fl-erja ta’ moviment u fil-faċilitajiet relatati tagħha.
ADR.OPS.B.016 Programm ta’ kontroll tal-fdalijiet ta’ oġġetti barranin
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ kontroll tal-fdalijiet ta’ oġġetti barranin (FOD) u għandu jirrikjedi li l-organizzazzjonijiet li joperaw jew li jipprovdu servizzi fl-ajrudrom jipparteċipaw f’dak il-programm.
Bħala parti mill-programm ta’ kontroll tal-FOD, l-operatur tal-ajrudrom għandu:
jiżgura l-għarfien u l-parteċipazzjoni tal-persunal, u li tali persunal ikun temm b’suċċess it-taħriġ rilevanti u jkun wera l-kompetenza tiegħu;
jistabbilixxi u jimplimenta miżuri biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-FOD;
jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri sabiex:
jidentifika l-FOD, inkluż il-monitoraġġ u l-ispezzjoni taż-żona ta’ moviment jew taż-żoni kontigwi skont skeda ta’ spezzjoni u kull meta tali spezzjoni tkun meħtieġa minħabba attivitajiet, fenomeni tat-temp, jew okkorrenzi li setgħu wasslu għall-ġenerazzjoni tal-FOD;
ineħħi, iżomm u jarmi l-FOD mill-ewwel, u jipprovdi l-mezzi rilevanti kollha meħtieġa;
jinnotifika, mill-aktar fis possibbli, lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fil-każ ta’ partijiet tal-inġenji tal-ajru identifikati;
jiġbor u janalizza d-data u l-informazzjoni biex jidentifika s-sorsi u x-xejriet tal-FOD, u jimplimenta miżuri korrettivi u/jew preventivi biex itejjeb l-effikaċja tal-programm.
ADR.OPS.B.020 Tnaqqis fil-periklu mill-attività ta’ annimali slavaġ
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jivvaluta l-periklu mill-attività ta’ annimali selvaġġi fl-ajrudrom u fil-madwar;
jistabbilixxi l-mezzi u l-proċeduri sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ ħabtiet bejn inġenji tal-ajru u annimali slavaġ fl-ajrudrom; u
jinnotifika lill-awtorità xierqa jekk l-evalwazzjoni tindika li l-kundizzjonijiet fl-inħawi ta’ madwar l-ajrudrom iwasslu għal periklu mill-annimali slavaġ.
ADR.OPS.B.024 Awtorizzazzjoni tas-sewwieqa tal-vetturi
Ħlief kif previst fil-punt (d), is-sewqan ta’ vettura fuq kwalunkwe parti taż-żona ta’ moviment jew ta’ żoni operazzjonali oħra ta’ ajrudrom għandu jirrikjedi awtorizzazzjoni maħruġa lis-sewwieq mill-operatur ta’ dak l-ajrudrom. L-awtorizzazzjoni tas-sewqan għandha tinħareġ lil persuna li:
tiġi allokata kompiti li jinvolvu sewqan f’tali żoni;
ikollha liċenzja tas-sewqan valida, u kwalunkwe liċenzja oħra meħtieġa għat-tħaddim ta’ vetturi speċjalizzati;
tkun temmet b’suċċess programm rilevanti ta’ taħriġ fis-sewqan u tkun uriet il-kompetenza tagħha skont il-punt (b);
tkun uriet profiċjenza fil-lingwa skont il-punt ADR.OPS.B.029, jekk dik il-persuna tkun biħsiebha ssuq vettura fiż-żona ta’ mmanuvrar;
tkun irċeviet taħriġ mill-impjegatur tagħha dwar l-użu tal-vettura maħsuba biex topera fl-ajrudrom.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ taħriġ fis-sewqan għas-sewwieqa li joperaw fuq is-superfiċje asfaltata fl-ajrudrom jew żoni operazzjonali oħra, minbarra ż-żona ta’ mmanuvrar, u għas-sewwieqa li joperaw fuq iż-żona ta’ mmanuvrar. Il-programm ta’ taħriġ għandu:
ikun xieraq għall-karatteristiċi u l-operat tal-ajrudrom, il-funzjonijiet u l-kompiti tas-sewwieq li għandhom jitwettqu, u ż-żoni tal-ajrudrom li s-sewwieqa jistgħu jkunu awtorizzati joperaw;
jinkludi:
taħriġ teoretiku u prattiku ta’ durata adegwata, mill-inqas fl-oqsma li ġejjin:
qafas regolatorju u responsabbiltajiet personali;
standards tal-vetturi, rekwiżiti u proċeduri operazzjonali tal-ajrudrom;
il-komunikazzjonijiet;
radjutelefonija, għas-sewwieqa li joperaw fiż-żona ta’ mmanuvrar;
prestazzjoni umana;
familjarizzazzjoni mal-ambjent operatorju;
valutazzjoni tal-kompetenza tas-sewwieqa.
Awtorizzazzjoni tas-sewqan maħruġa skont il-punt (a) għandha tispeċifika l-partijiet taż-żona ta’ moviment jew żoni operazzjonali oħra li fuqhom is-sewwieq huwa permess isuq u għandha tibqa’ valida sakemm:
jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-punti (a)(1) u (a)(2);
id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sewqan:
jgħaddi minn u jtemm b’suċċess taħriġ u ċċekkjar tal-profiċjenza skont il-punti ADR.OR.D.017 (f) u (g);
jekk applikabbli, ikompli juri l-profiċjenza fil-lingwa meħtieġa skont il-punt ADR.OPS.B.029.
Minkejja l-punt (a), l-operatur tal-ajrudrom jista’ jippermetti persuna li ssuq vettura b’mod temporanju fiż-żona ta’ moviment jew f’żoni operazzjonali oħra jekk:
dik il-persuna jkollha liċenzja tas-sewqan valida, u kwalunkwe liċenzja oħra meħtieġa għat-tħaddim ta’ vetturi speċjalizzati;
dik il-vettura tkun skortata minn vettura misjuqa minn sewwieq awtorizzat skont il-punt (a).
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jistabbilixxi sistema u jimplimenta proċeduri:
għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sewqan u l-awtorizzazzjoni tas-sewqan tal-vetturi b’mod temporanju;
biex jiġi żgurat li s-sewwieqa li tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sewqan ikomplu jikkonformaw mal-punti (c)(1) u (c)(2);
għall-monitoraġġ tal-konformità tas-sewwieqa ma’ kwalunkwe rekwiżit ta’ sewqan applikabbli fl-ajrudrom u għat-teħid ta’ azzjoni xierqa, inklużi s-sospensjoni u r-revoka tal-awtorizzazzjonijiet tas-sewqan jew tal-permessi għas-sewqan ta’ vettura b’mod temporanju;
iżomm ir-rekords rilevanti.
▼M5 —————
ADR.OPS.B.026 Awtorizzazzjoni tal-vetturi
It-tħaddim ta’ vettura fiż-żona ta’ moviment jew f’żoni operazzjonali oħra għandu jirrikjedi awtorizzazzjoni maħruġa mill-operatur tal-ajrudrom. L-awtorizzazzjoni tista’ tinħareġ jekk il-vettura tintuża f’attivitajiet relatati mal-operat tal-ajrudrom u:
ikun jista’ jsir servizz fuqha u tkun adattata għall-operazzjoni maħsuba;
tikkonforma mar-rekwiżiti tal-immarkar u tat-tidwil tal-punt ADR.OPS.B.080;
tkun mgħammra b’radju li jippermetti komunikazzjoni bidirezzjonali fuq il-frekwenza tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa u kwalunkwe frekwenza oħra meħtieġa, jekk tkun maħsuba li titħaddem fuq waħda minn dawn iż-żewġ żoni:
iż-żona ta’ mmanuvrar;
żoni operazzjonali oħra fejn hija meħtieġa komunikazzjoni mal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jew unitajiet operazzjonali oħra tal-ajrudrom;
tkun mgħammra bi transponder jew b’tagħmir ieħor li jsostni s-sorveljanza, jekk tkun maħsuba li titħaddem fiż-żona ta’ mmanuvrar; u l-ajrudrom ikun mgħammar b’sistema ta’ gwida u ta’ kontroll tal-moviment fuq is-superfiċje li t-tħaddim tagħha jeħtieġ l-użu ta’ transponder jew ta’ tagħmir ieħor li jsostni s-sorveljanza mwaħħla fuq il-vetturi.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jillimita l-għadd ta’ vetturi awtorizzati li joperaw fiż-żona ta’ moviment u żoni operazzjonali oħra għall-għadd minimu meħtieġ għat-tħaddim sikur u effiċjenti tal-ajrudrom.
Awtorizzazzjoni maħruġa skont il-punt (a) għandha:
tispeċifika l-partijiet taż-żona ta’ moviment jew żoni operazzjonali oħra fejn tista’ titħaddem il-vettura;
tibqa’ valida sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-punt (a).
L-operatur tal-ajrudrom għandu jassenja sinjal tas-sejħa lil vettura awtorizzata skont il-punt (a) biex topera fl-ajrudrom, jekk dik il-vettura tkun meħtieġa li tkun mgħammra bir-radju. Is-sinjal tas-sejħa assenjat lil vettura:
ma għandux jikkawża konfużjoni fir-rigward tal-identità tiegħu;
għandu jkun xieraq għall-funzjoni tiegħu;
għall-vetturi li joperaw fiż-żona ta’ mmanuvrar, għandu jkun ikkoordinat mal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, u jinxtered lill-organizzazzjonijiet rilevanti fl-ajrudrom.
B’deroga mill-punt (a), l-operatur tal-ajrudrom jista’ jippermetti:
vettura awtorizzata skont il-punti (a)(1) u (2), li ma tkunx mgħammra b’radju meħtieġ skont il-punt (a)(3) u transponder jew tagħmir ieħor li jsostni s-sorveljanza meħtieġa skont il-punt (a)(4), li titħaddem kultant fiż-żoni msemmija fil-punti (a)(3) u (a)(4), sakemm:
li dik il-vettura tiġi skortata, f’kull ħin, minn vettura awtorizzata li tissodisfa r-rekwiżit tal-punt (a)(3) u, jekk ikun meħtieġ, il-punt (a)(4);
li l-vettura tal-iskorta tikkonforma mar-rekwiżiti tal-immarkar u tat-tidwil tal-punt ADR.OPS.B.080;
li ma jkunux fis-seħħ proċeduri f’viżibbiltà baxxa, jekk il-vettura skortata tkun se titħaddem fiż-żona ta’ mmanuvrar;
id-dħul temporanju ta’ vettura fl-ajrudrom u t-tħaddim tagħha fiż-żona ta’ moviment jew f’żoni operazzjonali oħra, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
spezzjoni viżwali ta’ dik il-vettura tiddetermina li l-kundizzjoni tagħha ma tipperikolax is-sikurezza;
dik il-vettura tiġi skortata, f’kull ħin, minn vettura awtorizzata li:
tissodisfa r-rekwiżit tal-punt (a)(3) u, jekk meħtieġ, il-punt (a)(4), meta topera fiż-żoni msemmija fil-punti (a)(3) u (a)(4);
tikkonforma mar-rekwiżiti tal-immarkar u tat-tidwil tal-punt ADR.OPS.B.080;
ma jkunux fis-seħħ proċeduri f’viżibbiltà baxxa, jekk il-vettura tkun se titħaddem fiż-żona ta’ mmanuvrar.
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri:
għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u awtorizzazzjoni għad-dħul u t-tħaddim temporanji ta’ vetturi fl-ajrudrom;
għall-għoti ta’ sinjali tas-sejħa lill-vetturi;
għall-monitoraġġ tal-konformità ta’ vetturi mal-punt ADR.OPS.B.026 u għat-teħid ta’ azzjoni xierqa, inkluż is-sospensjoni u r-revoka ta’ awtorizzazzjonijiet tal-vetturi jew permessi biex vettura titħaddem b’mod temporanju;
għaż-żamma ta’ rekords rilevanti.
ADR.OPS.B.027 Tħaddim tal-vetturi
Is-sewwieq ta’ vettura fiż-żona ta’ mmanuvrar għandu jħaddem il-vettura:
kif awtorizzat mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru biss, u skont l-istruzzjonijiet maħruġa minn dik l-unità;
b’konformità mal-istruzzjonijiet obbligatorji kollha mogħtija b’marki u sinjali sakemm ma jkunx awtorizzat mod ieħor mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;
b’konformità mal-istruzzjonijiet obbligatorji kollha mogħtija bid-dwal.
Is-sewwieq ta’ vettura fiż-żona ta’ mmanuvrar għandu jħaddem il-vettura skont ir-regoli li ġejjin:
vetturi tal-emerġenza li jkunu qegħdin jipproċedu sabiex imorru jassistu inġenju tal-ajru li jkun f’periklu għandhom jingħataw prijorità fuq it-traffiku l-ieħor kollu ta’ moviment fuq is-superfiċje;
soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt (1):
il-vetturi u l-vetturi li jkunu qegħdin jirmonkaw inġenju tal-ajru għandhom jagħtu d-dritta lill-inġenji tal-ajru li jkunu qed iwettqu llandjar, qtugħ mill-art jew taxiing;
il-vetturi li ma jirmonkawx inġenju tal-ajru għandhom jagħtu d-dritta lill-vetturi li jkunu qegħdin jirmonkaw inġenju tal-ajru;
il-vetturi li ma jirmonkawx inġenju tal-ajru għandhom jagħtu d-dritta lil vetturi oħra li ma jirmonkawx inġenju tal-ajru skont l-istruzzjonijiet tal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;
minkejja d-dispożizzjonijiet tal-punti (i), (ii) u (iii), il-vetturi u l-vetturi li jkunu qegħdin jirmonkaw inġenju tal-ajru għandhom jikkonformaw mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.
Is-sewwieq ta’ vettura mgħammra bir-radju, li biħsiebu jopera jew li jkun qed jopera fiż-żona ta’ mmanuvrar, għandu:
jistabbilixxi komunikazzjoni sodisfaċenti bir-radju bidirezzjonali mal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fuq il-frekwenza tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa qabel ma jidħol fiż-żona ta’ mmanuvrar, u jżomm sorveljanza bi smigħ kontinwu fuq il-frekwenza assenjata;
qabel ma jidħol fiż-żona ta’ mmanuvrar, jikseb awtorizzazzjoni mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u għandu jopera biss kif awtorizzat mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru. Minkejja tali awtorizzazzjoni, id-dħul f’runway jew fi strixxa tar-runway jew bidla fl-operazzjoni awtorizzata, għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni speċifika ulterjuri mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;
jaqra lura, lill-persunal tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, il-partijiet tal-istruzzjonijiet relatati mas-sikurezza li jiġu trażmessi bil-vuċi. L-istruzzjonijiet għad-dħul, l-istennija barra mir-runway, il-qsim u t-tħaddim fuq kwalunkwe runway, taxiway jew strixxa tar-runway għandhom dejjem jinqraw lura;
jaqra lura, lill-persunal tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jew jiġu rikonoxxuti, struzzjonijiet differenti minn dawk fil-punt (3) b’mod li jiġi indikat b’mod ċar li dawn inftiehmu u għandu jkun hemm konformità magħhom.
Is-sewwieq ta’ vettura li tkun qiegħda taħdem fiż-żona ta’ mmanuvrar, meta jkollu dubju dwar il-pożizzjoni tal-vettura fir-rigward taż-żona ta’ mmanuvrar, għandu:
jinnotifika lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru dwar iċ-ċirkostanzi, inkluża l-aħħar pożizzjoni magħrufa;
fl-istess ħin, sakemm ma jkunx ingħata struzzjonijiet mod ieħor mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jitlaq mir-runway, it-taxiway, jew parti oħra miż-żona ta’ mmanuvrar, għal distanza sikura kemm jista’ jkun malajr;
wara l-azzjonijiet imsemmija fil-punti (1) u (2), iwaqqaf il-vettura.
Is-sewwieq ta’ vettura fiż-żona ta’ mmanuvrar:
meta jkun qed iħaddem vettura fuq strixxa tar-runway meta dik ir-runway tkun qiegħda tintuża għall-illandjar jew għall-qtugħ mill-art, ma għandux jersaq lejn ir-runway aktar viċin mid-distanza li fiha l-pożizzjoni ta’ stennija fuq ir-runway jew kwalunkwe pożizzjoni ta’ stennija fit-triq tkun ġiet stabbilita għal dik ir-runway;
meta runway tintuża għall-illandjar jew għall-qtugħ mill-art, ma għandux jopera vettura fi:
il-parti tal-istrixxa tar-runway li testendi lil hinn mit-truf ta’ dik ir-runway;
iż-żoni ta’ sikurezza ta’ tarf ta’ dik ir-runway;
mogħdija tal-ikklerjar, jekk tkun disponibbli, f’distanza li tipperikola inġenju tal-ajru fl-arja.
Is-sewwieq ta’ vettura mgħammra bir-radju fuq is-superfiċje asfaltata fl-ajrudrom għandu, jekk ikun meħtieġ fl-ajrudrom:
jistabbilixxi komunikazzjoni sodisfaċenti bir-radju bidirezzjonali mal-unità responsabbli deżinjata mill-operatur tal-ajrudrom qabel ma jidħol fis-superfiċje asfaltata fl-ajrudrom;
iżomm sorveljanza ta’ smigħ kontinwu fuq il-frekwenza assenjata.
Is-sewwieq ta’ vettura fuq is-superfiċje asfaltata fl-ajrudrom għandu jħaddem il-vettura skont dan li ġej:
kif awtorizzat biss mill-unità responsabbli deżinjata mill-operatur tal-ajrudrom, u skont l-istruzzjonijiet maħruġa minn dik l-unità;
b’konformità mal-istruzzjonijiet obbligatorji kollha mogħtija b’marki u sinjali sakemm ma jkunx awtorizzat mod ieħor mill-unità responsabbli deżinjata mill-operatur tal-ajrudrom;
b’konformità mal-istruzzjonijiet obbligatorji kollha mogħtija bid-dwal;
jagħti d-dritta lil vettura tal-emerġenza, inġenju tal-ajru li jkun qed jinsaq, li jkun se jibda jinsaq, jew li jkun qed jiġi mbottat jew irmonkat;
jagħti d-dritta lil vetturi oħra skont ir-regolamenti lokali;
dejjem jagħti prijorità fuq vetturi ta’ emerġenza li jwieġbu għal emerġenza.
Is-sewwieq ta’ vettura fiż-żona ta’ moviment u żoni operazzjonali oħra għandu:
iħaddem il-vettura skont il-limiti tal-veloċità u r-rotot tas-sewqan stabbiliti;
ma jkunx involut f’attivitajiet ta’ disturb jew distrazzjoni waqt is-sewqan;
jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ komunikazzjoni u mal-proċeduri operazzjonali li jinsabu fil-manwal tal-ajrudrom.
Is-sewwieq ta’ vettura li teskorta vettura oħra għandu jiżgura li s-sewwieq tal-vettura skortata jħaddem il-vettura skont l-istruzzjonijiet mogħtija.
Is-sewwieq ta’ vettura għandu jipparkja l-vettura biss f’żoni deżinjati mill-operatur tal-ajrudrom.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri sabiex jiżgura li s-sewwieqa li joperaw fiż-żona ta’ moviment u żoni operazzjonali oħra jikkonformaw mal-punti (a) sa (j).
ADR.OPS.B.028 Irmonkar tal-inġenji tal-ajru
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jistabbilixxi proċeduri ta’ mmanuvrar tal-inġenji tal-ajru u jiddeżinja rotot li għandhom jintużaw waqt operazzjonijiet tal-irmonkar ta’ inġenju tal-ajru fiż-żona ta’ moviment, biex jiżgura s-sikurezza;
jiżgura l-forniment ta’ gwida adegwata u xierqa matul l-operazzjonijiet tal-irmonkar;
jiżgura li l-inġenji tal-ajru rmonkati, matul l-operazzjonijiet tal-irmonkar, ikollhomid-dawl mixgħul skont id-dispożizzjonijiet tal-punt SERA.3215 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 ( 8 );
jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri biex jiżgura komunikazzjoni u koordinazzjoni adegwati bejn l-organizzazzjoni li twettaq l-operazzjoni tal-irmonkar, l-unità tas-servizzi tal-immaniġġjar tas-superfiċje asfaltata fl-ajrudrom, u l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, kif ikun xieraq għall-operazzjoni tal-irmonkar;
jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri biex jiżgura s-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-irmonkar f’kundizzjonijiet tat-temp jew meteoroloġiċi ħżiena, inkluż billi jillimita jew ma jippermettix operazzjonijiet bħal dawn.
ADR.OPS.B.029 Profiċjenza fil-lingwa
Persuna meħtieġa skont il-punt ADR.OPS.B.024 biex turi profiċjenza fil-lingwa, għandha turi profiċjenza, mill-inqas f’livell operazzjonali kemm fl-użu ta’ frażijiet kif ukoll f’lingwaġġ sempliċi, skont il-punt (b), fi:
il-lingwa Ingliża; kif ukoll
kwalunkwe lingwa jew lingwi oħra użati fl-ajrudrom għall-finijiet ta’ komunikazzjoni bir-radju mal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru tal-ajrudrom.
L-applikant għandu juri l-kapaċità tiegħu li:
jikkomunika b’mod effettiv f’sitwazzjonijiet fejn tintuża l-vuċi biss u f’sitwazzjonijiet wiċċ imb wiċċ;
jikkomunika dwar suġġetti komuni u relatati max-xogħol b’mod preċiż u ċar;
juża strateġiji komunikattivi xierqa sabiex jiskambja messaġġi u biex jagħraf u jsolvi nuqqas ta’ ftehim f’kuntest ġenerali jew relatat max-xogħol;
jegħleb b’suċċess l-isfidi lingwistiċi li jitfaċċaw minħabba kumplikazzjonijiet jew avvenimenti mhux mistennija li jseħħu fil-kuntest tar-rutina tax-xogħol jew waqt kompitu ta’ komunikazzjoni li normalment ikun familjari magħhom;
juża djalett jew aċċent li jinftiehem mill-komunità ajrunawtika.
Il-profiċjenza fil-lingwa għandha tintwera permezz ta’ ċertifikat maħruġ mill-organizzazzjoni li tkun wettqet il-valutazzjoni, li jixhed il-lingwa jew il-lingwi, il-livell jew il-livelli ta’ profiċjenza, u d-data tal-valutazzjoni.
Għajr għall-persuni li jkunu wrew profiċjenza fil-lingwa fil-livell ta’ esperti, il-profiċjenza fil-lingwa għandha tiġi vvalutata mill-ġdid kull:
erba’ snin mid-data tal-valutazzjoni, jekk il-livell muri jkun il-livell operazzjonali;
sitt snin mid-data tal-valutazzjoni, jekk il-livell muri jkun livell estiż.
Il-wiri ta’ profiċjenza fil-lingwa għandha ssir permezz ta’ metodu ta’ valutazzjoni, li għandu jinkludi:
il-proċess li permezz tiegħu ssir valutazzjoni;
il-kwalifiki tal-valutaturi li jwettqu l-valutazzjonijiet tal-profiċjenza fil-lingwa;
il-proċedura ta’ appell.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni taħriġ fil-lingwa biex iżomm il-livell meħtieġ ta’ profiċjenza fil-lingwa tal-persunal tiegħu.
B’deroga mill-punt (a), l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li l-profiċjenza fil-lingwa Ingliża ma tistax tkun meħtieġa għall-persunal imsemmi fil-punt ADR.OPS.B.024, għall-finijiet ta’ komunikazzjoni bir-radju mal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru tal-ajrudrom. F’każ bħal dan, huwa għandu jwettaq valutazzjoni tas-sikurezza li tkopri ajrudrom wieħed jew aktar.
L-operatur tal-ajrudrom jista’ joħroġ awtorizzazzjoni lil persuna li ma tkunx uriet konformità mal-punti (a) u (b) sa:
is-7 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tal-lingwa Ingliża;
is-7 ta’ Jannar 2023 fir-rigward ta’ kwalunkwe lingwa oħra għajr il-lingwa Ingliża.
ADR.OPS.B.030 Sistema ta’ gwida u ta’ kontroll tal-moviment fuq is-superfiċje
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li fl-ajrudrom tiġi pprovduta sistema ta’ gwida u ta’ kontroll tal-moviment fuq is-superfiċe (SMGCS). L-SMGCS għandha:
tqis il-karatteristiċi tad-disinn u l-kundizzjonijiet operazzjonali u meteoroloġiċi tal-ajrudrom, kif ukoll il-prinċipji tal-fatturi umani;
tkun iddisinjata biex tassisti fil-prevenzjoni ta’:
inkursjonijiet involontarji ta’ inġenji tal-ajru u vetturi fuq runway attiva; u
kolliżjonijiet bejn inġenji tal-ajru kif ukoll bejn inġenji tal-ajru u vetturi jew oġġetti fuq kwalunkwe parti taż-żona ta’ moviment; u
tkun appoġġata b’mezzi u bi proċeduri adegwati.
Bħala parti mis-sistema ta’ gwida u ta’ kontroll tal-moviment fuq is-superfiċje, l-operatur tal-ajrudrom għandu, f’koordinazzjoni mal-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jivvaluta l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rotot standard għas-sewqan tal-inġenji tal-ajru fl-ajrudrom. Meta jkunu pprovduti rotot standard, l-operatur tal-ajrudrom għandu:
jiżgura li jkunu adegwati u adattati għat-traffiku tal-ajrudrom, id-disinn u l-operazzjonijiet intenzjonati, u jkunu identifikati kif xieraq;
jipprovdi informazzjoni rilevanti lill-fornitur tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika għall-pubblikazzjoni fl-AIP.
Fejn it-tħaddim tas-sistema ta’ gwida u ta’ kontroll tal-moviment fuq is-superfiċje jeħtieġ l-użu ta’ transponder minn inġenju tal-ajru fiż-żona ta’ moviment, l-operatur tal-ajrudrom għandu jikkoordina mal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru:
il-proċeduri operazzjonali tat-transponder rilevanti li għandhom jitħarsu mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru;
il-forniment tal-informazzjoni rilevanti lill-fornitur tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika għall-pubblikazzjoni fl-AIP.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jikkoordina l-iżvilupp tal-proċeduri tal-SMGCS fl-ajrudrom mal-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.
ADR.OPS.B.031 Komunikazzjonijiet
Il-vetturi u l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jikkomunikaw skont ir-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima 14 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012.
L-operatur tal-ajrudrom għandu, f’koordinazzjoni mal-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jistabbilixxi proċeduri ta’ komunikazzjoni, li jinkludu:
il-frekwenzi u l-lingwa jew il-lingwi li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni bejn l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-vetturi li għandhom l-intenzjoni li joperaw jew li qegħdin joperaw fiż-żona ta’ mmanuvrar;
il-komunikazzjoni bejn l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-persuni bil-mixi li biħsiebhom joperaw jew li qegħdin joperaw fiż-żona ta’ mmanuvrar;
it-tixrid ta’ informazzjoni sinifikanti relatata mal-ajrudrom li tista’ taffettwa s-sikurezza tal-operazzjonijiet fiż-żona ta’ mmanuvrar, bl-użu ta’ komunikazzjonijiet bir-radju;
sinjali u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, li għandhom jintużaw, fil-kundizzjonijiet kollha tal-viżibbiltà, fil-każ ta’ falliment tal-komunikazzjoni bir-radju bejn l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u vetturi jew persuni bil-mixi fiż-żona ta’ mmanuvrar.
ADR.OPS.B.033 Kontroll ta’ persuni bil-mixi
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri sabiex:
jillimita l-aċċess għaż-żona ta’ moviment u żoni operazzjonali oħra biss għall-persuni li d-dmirijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess għal tali żoni;
jiżgura li tali persuni jkunu permessi aċċess mingħajr skorta għal tali żoni biss jekk ikunu rċevew taħriġ rilevanti u jkunu wrew il-kompetenza tagħhom;
jikkontrolla l-moviment tal-persuni fuq is-superfiċje asfaltata fl-ajrudrom, u jiżgura li l-passiġġieri li jkunu qed jitilgħu jew jinżlu minn inġenju tal-ajru jew li jkunu jeħtieġu jimxu lejn, minn jew għal fuq is-superfiċje asfaltata fl-ajrudrom:
ikunu skortati minn persunal imħarreġ u kompetenti;
ma jfixklux l-attivitajiet stazzjonarji ta’ inġenji tal-ajru u ta’ manutenzjoni fuq l-art;
ikunu protetti minn inġenji tal-ajru li jkunu qegħdin joperaw, inklużi l-effetti tal-magni tagħhom, kif ukoll minn vetturi jew attivitajiet oħra.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri sabiex jiżgura:
id-dħul u t-tħaddim ordnat u sikur fiż-żona ta’ mmanuvrar tal-persunal li l-kompiti tiegħu jinvolvu aċċess għal din iż-żona mingħajr vettura;
li tali persunal:
ikun mgħammar kif xieraq, inkluż b’ilbies ta’ viżibbiltà għolja, b’mezzi ta’ orjentazzjoni, u mezzi li jippermettu komunikazzjoni bidirezzjonali mal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-unità rispettiva tal-operatur tal-ajrudrom matul operazzjonijiet bħal dawn;
jikseb awtorizzazzjoni mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru qabel ma jidħol fiż-żona ta’ mmanuvrar. Minkejja tali awtorizzazzjoni, id-dħul f’runway jew fi strixxa tar-runway jew bidla fl-operazzjoni awtorizzata għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni speċifika ulterjuri mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;
ma jidħolx fiż-żona ta’ mmanuvrar meta jkunu fis-seħħ proċeduri f’viżibbiltà baxxa.
ADR.OPS.B.035 Operazzjonijiet f’kundizzjonijiet xitwija
L-operatur tal-ajrudrom għandu, meta l-ajrudrom ikun mistenni jopera f’kundizzjonijiet fejn il-borra, is-silġ maħlul jew is-silġ jistgħu jakkumulaw fiż-żona ta’ moviment, jiżviluppa u jimplimenta pjan għall-borra. Bħala parti mill-pjan għall-borra, l-operatur tal-ajrudrom għandu:
ikollu dispożizzjonijiet għall-użu ta’ materjali sabiex titneħħa jew tiġi evitata l-formazzjoni ta’ silġ u ġlata jew biex jittejbu l-karatteristiċi tal-frizzjoni tas-superfiċje tar-runway;
jiżgura, sa fejn ikun raġonevolment prattiku, it-tneħħija tal-borra, is-silġ maħlul jew silġ mir-runways li jkunu qed jintużaw u l-partijiet l-oħra taż-żona ta’ moviment li huma maħsuba li jintużaw għat-tħaddim tal-inġenji tal-ajru.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jipprovdi għall-pubblikazzjoni fl-informazzjoni dwar l-AIP fir-rigward ta’:
id-disponibbiltà tat-tagħmir għat-tneħħija tal-borra u l-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-borra u tas-silġ;
status ta’ approvazzjoni, jekk applikabbli, rigward l-użu ta’ runways tax-xitwa ppreparati apposta;
it-tip ta’ materjali li jkunu qed jintużaw għat-trattament tas-superfiċje taż-żona ta’ moviment.
ADR.OPS.B.036 Operazzjonijiet fuq runways tax-xitwa ppreparati apposta
Operatur tal-ajrudrom jista’, soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, jistabbilixxi u juża proċeduri għat-tħaddim tal-ajruplani fuq runways tax-xitwa ppreparati apposta, meta t-tip ta’ kontaminant ikun kompatt fuq il-borra jew is-silġ. Ir-runways tax-xitwaippreparati apposta jistgħu jkunu assoċjati mal-RWYCC 4 primarju; madankollu, jekk it-trattament ma jiġġustifikax RWYCC 4, għandha tapplika l-proċedura normali skont il-punt ADR.OPS.B.037.
Sabiex jikseb l-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, l-operatur tal-ajrudrom għandu:
jistabbilixxi proċeduri li jinkludu dan li ġej:
it-tip ta’ tagħmir jew it-tip, il-kwalità u/jew il-kwantità tal-materjal li jintużaw biex jittejbu l-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway u l-metodu tal-applikazzjoni;
il-monitoraġġ tal-parametri meteoroloġiċi;
il-ġestjoni ta’ kontaminanti mhux imwaħħla;
il-valutazzjoni tar-riżultati miksuba;
jikseb data dwar l-ajruplan li jkollha x’taqsam mal-waqfien tal-prestazzjoni fuq ir-runway bit-trattament speċjali minn tal-inqas minn operatur wieħed tal-ajruplan;
janalizza u jipproċessa d-data miksuba taħt il-punt (2), sabiex juri l-kapaċità li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tar-runway skont RWYCC partikolari;
jistabbilixxi programm ta’ manutenzjoni li jkopri kemm manutenzjoni preventiva kif ukoll dik korrettiva għat-tagħmir li jintuża sabiex tinkiseb prestazzjoni konsistenti.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm għall-monitoraġġ tal-effikaċja kontinwa tal-proċedura. Il-programm għandu juża rapporti ta’ azzjoni tal-ibbrejkjar mid-data tal-ajruplan li għandhom jitqabblu mal-kundizzjonijiet tar-runway irrapportati.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jevalwa l-prestazzjoni tal-operazzjonijiet tax-xitwa wara tmiem il-perjodu tax-xitwa sabiex jidentifika l-ħtieġa għal:
rekwiżiti addizzjonali tat-taħriġ;
aġġornament tal-proċeduri;
tagħmir u materjali addizzjonali jew differenti.
ADR.OPS.B.037 Valutazzjoni tal-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway u l-assenjazzjoni tal-kodiċi tal-kundizzjoni tar-runway
Kull meta l-kontaminanti elenkati fil-punti ADR.OPS.A.060(a) sa (e) ikunu preżenti fuq is-superfiċje ta’ runway, l-operatur tal-ajrudrom għandu:
jassenja RWYCC ibbażat fuq it-tip u l-fond tal-kontaminant u t-temperatura;
jispezzjona r-runway kull meta l-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway setgħet inbidlet minħabba kundizzjonijiet meteoroloġiċi, jivvaluta l-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway u jassenja runway RWYCC ġdida;
juża rapporti speċjali dwar l-ajru biex jagħti bidu għal rivalutazzjoni tar-RWYCC.
ADR.OPS.B.040 Operazzjonijiet bil-lejl
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jkun hemm stabbiliti u implimentati mezzi u proċeduri biex jipprovdu kundizzjonijiet sikuri għall-operazzjonijiet tal-ajrudrom matul il-lejl.
ADR.OPS.B.045 Proċeduri f’viżibilità baxxa
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-ajrudrom jiġi pprovdut b’tagħmir u b’faċilitajiet tal-ajrudrom adegwati, u li jiġu stabbiliti u implimentati proċeduri f’viżibilità baxxa adegwati meta jkun maħsub li tintuża għal kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:
tlugħ f’viżibilità baxxa;
operazzjonijiet ta’ avviċinament u nżul b’kundizzjonijiet ta’ viżibilità ta’ inqas minn 550 m RVR jew DH ta’ inqas minn 200 pied (60 m);
operazzjonijiet bi krediti operazzjonali fejn l-RVR reali tkun inqas minn 550 m.
Il-proċeduri f’viżibilità baxxa għandhom jikkoordinaw il-moviment ta’ inġenji tal-ajru u vetturi u għandhom jirrestrinġu jew jipprojbixxu attivitajiet fiż-żona ta’ moviment.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta l-proċeduri f’viżibilità baxxa f’kooperazzjoni mal-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru. Il-proċeduri f’viżibilità baxxa għandhom jinkludu kriterji għat-tħejjija, għall-bidu u għat-terminazzjoni tagħhom. Il-kriterji għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri tal-RVR u tal-bażi tas-sħab.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jinforma lill-fornitur tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika u lill-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, kif xieraq, bi kwalunkwe bidla fl-istatus tat-tagħmir u tal-faċilitajiet tal-ajrudrom li jkollha impatt fuq l-operazzjonijiet f’viżibilità baxxa.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-proċeduri f’viżibilità baxxa lill-fornitur tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika, għall-pubblikazzjoni fl-AIP.
Il-proċeduri f’viżibilità baxxa, u kwalunkwe bidla fihom, għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.
ADR.OPS.B.050 Operazzjonijiet f’kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jkun hemm stabbiliti u implimentati mezzi u proċeduri biex jipprovdu kundizzjonijiet sikuri għall-operazzjonijiet tal-ajrudrom matul il-kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena.
ADR.OPS.B.055 Kwalità tal-fjuwil
L-operatur tal-ajrudrom għandu jivverifika li l-organizzazzjonijiet involuti fil-ħżin u l-għoti tal-fjuwil lill-inġenji tal-ajru jsegwu proċeduri biex jiżguraw li l-inġenji tal-ajru jingħataw fjuwil mhux ikkontaminat u bl-ispeċifikazzjoni l-korretta.
ADR.OPS.B.065 Għajnuniet viżivi u sistemi elettriċi tal-ajrudrom
L-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu proċeduri biex jiżgura li l-għajnuniet viżivi u s-sistemi elettriċi tal-ajrudrom jaħdmu kif suppost.
ADR.OPS.B.070 Xogħlijiet ta’ sikurezza fl-ajrudrom
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri sabiex jiżgura li:
is-sikurezza tal-inġenji tal-ajru ma tiġix affettwata minn xogħlijiet fl-ajrudrom; u
s-sikurezza fix-xogħlijiet tal-ajrudrom ma tkunx affettwata minn attivitajiet operattivi tal-ajrudrom.
ADR.OPS.B.075 Salvagwardja tal-ajrudromi
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jimmonitorja l-ajrudrom u l-inħawi tal-madwar tiegħu:
fis-superfiċje ta’ limitazzjoni u ta’ protezzjoni tal-ostaklu kif stabbilit skont il-bażi taċ-ċertifikazzjoni, u wċuħ oħra u żoni assoċjati mal-ajrudrom, sabiex jieħu, meta fil-kompetenza tiegħu, l-azzjoni xierqa biex itaffi r-riskji assoċjati mal-penetrazzjoni ta’ dawk l-uċuħ u l-erji;
is-sinjali u d-dawl ta’ ostakli sabiex ikun jista’ jieħu azzjoni fil-kompetenza tiegħu, skont il-każ; u
perikli marbuta ma’ attivitajiet tal-bniedem u l-użu tal-art sabiex jieħu azzjoni fil-kompetenza tiegħu, skont il-każ.
(b) L-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu proċeduri fis-seħħ biex jitnaqqsu r-riskji assoċjati ma’ ostakli, żviluppi u attivitajiet oħra fiż-żoni monitorjati li jistgħu jaffettwaw l-operat sikur tal-inġenji tal-ajru li joperaw fl-ajrudrom, lejh jew inkella minnu.
ADR.OPS.B.080 Sinjali u tidwil ta’ vetturi u oġġetti mobbli oħra
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-vetturi u oġġetti mobbli oħra, esklużi inġenji tal-ajru, fiż-żona ta’ moviment tal-ajrudrom ikunu:
immarkati bl-użu ta’ kuluri li jidhru, jew juru, f’postijiet adattati, bnadar ta’ daqs xieraq, disinn iċċangjat u kuluri kontrastanti;
mixgħula bi dwal ta’ ostaklu ta’ intensità baxxa li t-tip u l-karatteristiċi tagħhom ikunu xierqa għall-funzjoni tagħhom, jekk il-vetturi u l-ajrudrom jintużaw billejl jew f’kundizzjonijiet ta’ viżibbiltà baxxa. Il-kulur tad-dwal li għandhom jintwerew għandu jkun kif ġej:
blu jteptep għal vetturi assoċjati ma’ emerġenza jew ma’ sigurtà;
isfar iteptep għal vetturi oħra, inklużi l-vetturi ta’ insegwiment;
aħmar fiss għal oġġetti b’mobbiltà limitata.
L-operatur tal-ajrudrom jista’ jeżenta mill-punt (a) it-tagħmir ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru u vetturi użati biss fuq is-superfiċji asfaltati fl-ajrudrom.
ADR.OPS.B.090 Użu tal-ajrudrom minn inġenji tal-ajru b’kodiċi ta’ ittra ogħla
(a) Ħlief f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tal-inġenju tal-ajru, l-operatur tal-ajrudrom jista’, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Awtorità Kompetenti, jippermetti l-użu ta’ ajrudrom jew partijiet minnus minn inġenju tal-ajru b’ittra b’kodiċi ogħla mill-karatteristiki tad-disinn tal-ajrudrom speċifikati fit-termini taċ-ċertifikat.
(b) Biex tintwera l-konformità mal-punt (a), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ADR.OR.B.040.
SOTTOPARTI C — MANUTENZJONI TAL-AJRUDROM (ADR.OPS.C)
ADR.OPS.C.005 Manutenzjoni — Ġenerali
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ manutenzjoni, li jinkludi manutenzjoni preventiva fejn ikun xieraq, sabiex iżomm il-faċilitajiet, is-sistemi u t-tagħmir tal-ajrudrom meħtieġa għat-tħaddim tal-ajrudrom f’kundizzjoni li ma tfixkilx is-sikurezza, ir-regolarità jew l-effiċjenza tan-navigazzjoni bl-ajru. It-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ manutenzjoni għandhom josservaw il-prinċipji tal-fatturi umani.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jkunu pprovduti mezzi xierqa u adegwati għall-implimentazzjoni effettiva tal-programm ta’ manutenzjoni.
ADR.OPS.C.007 Manutenzjoni ta’ vetturi
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ manutenzjoni, li jinkludi manutenzjoni preventiva u josserva l-prinċipji tal-fatturi umani, għall-vetturi ta’ salvataġġ u ta’ tifi tan-nar, biex jiżgura l-effikaċja tal-vetturi u t-tagħmir tagħhom u l-konformità mal-ħin speċifikat ta’ rispons matul il-ħajja tal-vettura;
jiżgura l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ manutenzjoni għall-vetturi l-oħra tiegħu li joperaw fiż-żona ta’ moviment jew f’żoni operazzjonali oħra.
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jistabbilixxi proċeduri biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tal-programm ta’ manutenzjoni msemmi fil-punt (a);
jiżgura li jkunu pprovduti mezzi u faċilitajiet xierqa u adegwati għall-implimentazzjoni effettiva tiegħu;
iżomm rekords tal-manutenzjoni għal kull vettura.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-organizzazzjonijiet li joperaw jew jipprovdu servizzi fl-ajrudrom:
iżommu l-vetturi tagħhom li joperaw fiż-żona ta’ moviment jew f’żoni operazzjonali oħra, skont programm ta’ manutenzjoni stabbilit, inkluża l-manutenzjoni preventiva;
iżommu rekords tal-manutenzjoni rilevanti.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-vetturi li ma jistgħux isir servizz fuqhom ma jintużawx għall-operazzjonijiet.
ADR.OPS.C.010 Manutenzjoni ta’ bankini, uċuh tal-art oħrajn u drenaġġ
L-operatur tal-ajrudrom għandu jispezzjona s-superfiċji taż-żoni ta’ moviment kollha inklużi l-bankini (ir-runways, it-taxiways u s-superfiċji asfaltati fl-ajrudrom), iż-żoni kontigwi u d-drenaġġ biex regolarment jevalwa l-kundizzjoni tagħhom bħala parti minn programm ta’ manutenzjoni preventiva jew korrettiva tal-ajrudrom.
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jagħmel manutenzjoni fuq is-superfiċji fiż-żoni ta’ moviment kollha bil-għan li jevita u jelimina kull FOD li jista’ jikkawża ħsarat lill-inġenji tal-ajru jew ixekkel l-operat tas-sistemi tal-inġenju tal-ajru;
jagħmel manutenzjoni fuq is-superfiċje tar-runways, tat-taxiways u tas-superfiċji asfaltati fl-ajrudrom biex jipprevjeni l-formazzjoni ta’ irregolaritajiet li jwasslu għal xi ħsara;
iżomm ir-runway f’kundizzjoni sabiex tipprovdi karatteristiċi tal-frizzjoni tas-superfiċje fl-istandards minimi jew ogħla minnhom;
jispezzjona u jiddokumenta perjodikament il-karatteristiċi tal-frizzjoni tas-superfiċje tar-runway għall-finijiet ta’ manutenzjoni. Il-frekwenza ta’ dawk l-ispezzjonijiet għandha tkun biżżejjed biex tiġi ddeterminata t-tendenza tal-karatteristiċi tal-frizzjoni tas-superfiċje tar-runway;
jieħu azzjoni korrettiva ta’ manutenzjoni biex ma jħallix il-karatteristiċi tal-frizzjoni tas-superfiċje tar-runway jew għar-runway kollha jew għal parti minnha, meta mhux ikkontaminata, jaqgħu taħt l-istandards minimi.
ADR.OPS.C.015 Manutenzjoni ta’ għajnuniet viżwali u sistemi elettriċi
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ manutenzjoni preventiva u korrettiva sabiex jiżgura s-servizzjabbiltà tas-sistemi elettriċi u d-disponibbiltà tal-provvista tal-enerġija fil-faċilitajiet kollha meħtieġa tal-ajrudrom, b’mod li jiżgura s-sikurezza, ir-regolarità u l-effiċjenza tan-navigazzjoni bl-ajru.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ manutenzjoni preventiva u korrettiva sabiex jiżgura s-servizzjabbiltà tad-dwal individwali u l-affidabbiltà tas-sistemi tat-tidwil tal-ajrudrom, b’mod li jiżgura l-kontinwità tal-gwida u l-kontroll tal-inġenji tal-ajru u l-vetturi, kif ġej:
Għal runway b’avviċinament bi preċiżjoni, għall-Kategorija II jew III, is-sistema ta’ manutenzjoni preventiva għandu jkollha bħala l-għan tagħha, li matul kwalunkwe perjodu ta’ operazzjonijiet tal-Kategorija II jew III, l-avviċinament u d-dwal tar-runway kollha jkun jista’ jsir servizz fuqhom u li, fi kwalunkwe każ, mill-inqas:
95 % tad-dwal ikun jista’ jsir servizz fuqhom f’kull wieħed minn dawn l-elementi:
sistema tat-tidwil tal-Kategorija II u III b’avviċinament ta’ preċiżjoni, 450 m interni;
dwal tal-linja ċentrali tar-runway;
dwal tal-livell limitu tar-runway;
dwal tat-tarf tar-runway.
90 % tad-dwal ikun jista’ jsir servizz fuqhom fid-dwal taż-żona tal-illandjar;
85 % tad-dwal ikun jista’ jsir servizz fuqhom fis-sistema tat-tidwil ta’ avviċinament ta’ aktar minn 450 m;
5 % tad-dwal ikun jista’ jsir servizz fuqhom fid-dwal ta’ tmiem ir-runway.
Id-dwal li ma jistgħux isiru servizzi fuqhom f’konformità mal-punt (1) ma għandhomx ibiddlu l-mudell bażiku tas-sistema tat-tidwil.
Dawl li ma jistax isir servizz fuqu ma għandux ikun permess ħdejn dawl ieħor li ma jistax isir servizz fuqu, ħlief f’barrette jew fi crossbar fejn jistgħu jkunu permessi żewġt idwal li ma jistax isir servizz fuqhom ħdejn xulxin.
Għal żbarra tal-waqfien li tkun ipprovduta f’pożizzjoni ta’ stennija fuq ir-runway u li tintuża flimkien ma’ runway maħsuba għall-operazzjonijiet f’kundizzjonijiet ta’ medda viżwali tar-runway b’valur ta’ inqas minn 550 m, is-sistema ta’ manutenzjoni preventiva għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin:
mhux aktar minn żewġt idwal għandhom jibqgħu tat-tip li ma jistax isir servizz fuqhom;
żewġt idwal ħdejn xulxin ma għandhomx jibqgħu tat-tip li ma jistax isir servizz fuqhom sakemm l-ispazjar tad-dawl ma jkunx sostanzjalment inqas minn dak meħtieġ.
Għal taxiway maħsuba għall-użu f’kundizzjonijiet ta’ medda viżwali tar-runway b’valur ta’ inqas minn 550 m, is-sistema ta’ manutenzjoni preventiva għandu jkollha bħala l-għan tagħha li l-ebda żewġt idwal tal-linja ċentrali tat-taxiway ħdejn xulxin ma jkunu tat-tip li ma jistax isir servizz fuqhom.
Għal runway b’avviċinament bi preċiżjoni tal-Kategorija I, is-sistema ta’ manutenzjoni preventiva mħaddma għandu jkollha, bħala l-għan tagħha, li matul kwalunkwe perjodu ta’ operazzjonijiet tal-Kategorija I, id-dwal kollha ta’ avviċinament u tar-runway ikun jista’ jsir servizz fuqhom u li, fi kwalunkwe każ:
mill-inqas 85 % tad-dwal ikun jista’ jsir servizz fuqhom f’kull wieħed minn dawn li ġejjin:
sistema tat-tidwil tal-Kategorija I b’avviċinament ta’ preċiżjoni;
dwal tal-livell limitu tar-runway;
dwal tat-tarf tar-runway;
dwal ta’ tmiem ir-runway;
dawl li ma jistax isir servizz fuqu ma għandux ikun permess ħdejn dawl ieħor li ma jistax isir servizz fuqu sakemm l-ispazjar tad-dawl ma jkunx inqas sew minn dak meħtieġ.
Għal runway maħsuba għall-qtugħ mill-art f’kundizzjonijiet ta’ medda viżwali tar-runway b’valur ta’ 550 m, is-sistema ta’ manutenzjoni preventiva għandu jkollha bħala l-għan tagħha li, matul kwalunkwe perjodu tal-operazzjonijiet, id-dwal kollha tar-runway ikun jista’ jsir servizz fuqhom, u li, fi kwalunkwe każ:
mill-inqas:
95 % tad-dwal ikun jista’ jsir servizz fuqhom fid-dwal tal-linja ċentrali tar-runway (fejn ikun ipprovdut) u fid-dwal tat-tarf tar-runway;
75 % tad-dwal ikun jista’ jsir servizz fuqhom fid-dwal ta’ tmiem ir-runway;
dawl li ma jistax isir servizz fuqu ma għandux ikun permess ħdejn dawl ieħor li ma jistax isir servizz fuqu.
Għal runway maħsuba għall-qtugħ mill-art f’kundizzjonijiet ta’ medda viżwali tar-runway b’valur ta’ 550 m jew aktar, is-sistema ta’ manutenzjoni preventiva għandu jkollha bħala l-għan tagħha li, matul kwalunkwe perjodu tal-operazzjonijiet, id-dwal kollha tar-runway ikun jista’ jsir servizz fuqhom, u li, fi kwalunkwe każ:
mill-inqas 85 % tad-dwal ikun jista’ jsir servizz fuqhom fid-dwal tat-tarf tar-runway u fid-dwal ta’ tmiem ir-runway;
dawl li ma jistax isir servizz fuqu ma għandux ikun permess ħdejn dawl ieħor li ma jistax isir servizz fuqu.
Għal runway mgħammra b’sistemi ta’ indikatur tal-inklinazzjoni b’avviċinament viżwali, is-sistema ta’ manutenzjoni preventiva għandu jkollha bħala l-għan tagħha li, matul kwalunkwe perjodu tal-operazzjonijiet, l-unitajiet kollha jkun jista’ jsir servizz fuqhom. Unità għandha titqies li ma jistax isir servizz fuqha jekk l-għadd ta’ dwal li ma jistax isir servizz fuqhom ikun tali li l-unità ma tipprovdix il-gwida intenzjonata lill-inġenju tal-ajru.
Għall-finijiet tal-punt (b), dawl għandu jitqies li ma jistax isisr servizz fuqu jekk:
l-intensità medja tar-raġġ ewlieni tkun inqas minn 50 % tal-valur speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġa mill-Aġenzija. Għall-unitajiet tad-dawl fejn l-intensità medja tar-raġġ ewlieni ddiżinjata tkun ogħla mill-valur speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġa mill-Aġenzija, il-valur ta’ 50 % għandu jkun relatat ma’ dak il-valur tad-disinn;
il-filtru assoċjat mad-dawl huwa nieqes, bil-ħsara, jew id-dawl ma jipproduċix ir-raġġ korrett tad-dawl tal-kulur.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ manutenzjoni preventiva u korrettiva sabiex jiżgura s-servizzjabbiltà u l-affidabbiltà tas-sistema tal-immarkar u tas-sinjali tal-ajrudrom, b’mod li jiżgura l-kontinwità tal-gwida u l-kontroll tal-inġenji tal-ajru u l-vetturi.
L-attivitajiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni ma għandhomx iseħħu fil-prossimità tas-sistemi elettriċi tal-ajrudrom meta l-proċeduri f’viżibbiltà baxxa jkunu fis-seħħ fl-ajrudrom.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:
l-programmi ta’ manutenzjoni preventiva msemmija fil-punti (a), (b) u (d) jinkludu spezzjonijiet u ċekkjaturi xierqa tal-elementi individwali ta’ kull sistema, u tas-sistema nnifisha, li jitwettqu f’konformità mal-proċeduri stabbiliti, u f’intervalli ddefiniti, xierqa għall-operazzjoni u s-sistema prevista;
jittieħdu azzjonijiet korrettivi xierqa biex jitranġaw xi difetti identifikati.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jżomm rekords tal-attivitajiet ta’ manutenzjoni rilevanti.
SUBPARTI D – OPERAZZJONIJIET TAL-IMMANIĠĠJAR TAR-RAMPA
ADR.OPS.D.001 Attivitajiet relatati mas-sikurezza tal-immaniġġjar tar-rampa
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jiġu stabbiliti u implimentati mezzi u proċeduri fuq ir-rampa sabiex ikun jista’:
jirregola l-moviment bl-għan li jiġu evitati kolliżjonijiet bejn l-inġenji tal-ajru, u bejn l-inġenji tal-ajru u l-ostakoli;
jirregola d-dħul ta’ inġenji tal-ajru fir-rampa, u jikkoordina l-ħruġ tagħhom minnha mat-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom;
jiżgura moviment sikur u rapidu tal-vetturi;
u regolamentazzjoni xierqa tal-attivitajiet li ġejjin:
l-allokazzjoni tal-istands tal-inġenji tal-ajru;
il-forniment ta’ servizzi ta’ marshalling;
il-proċedura ta’ pparkjar tal-inġenji tal-ajru u t-tluq mill-istand;
ir-riforniment tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru;
il-prekawzjonijiet tal-blast tal-ġett u t-testijiet tal-magna;
l-awtorizzazzjonijiet tal-bidu u l-istruzzjonijiet dwar it-taxiing.
Sabiex jimplimenta l-punt (a), l-operatur tal-ajrudrom jista’ jalloka responsabbiltajiet lil organizzazzjonijiet oħrajn. Jekk l-operatur tal-ajrudrom jalloka tali responsabbiltajiet, huwa għandu jinkludi l-allokazzjoni fil-manwal tal-ajrudrom.
ADR.OPS.D.005 Il-limiti tar-rampa
L-operatur tal-ajrudrom, b’kooperazzjoni mal-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru, għandu jiddefinixxi u jipprovdi l-limiti tar-rampa lill-fornitur tas-servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika għall-pubblikazzjoni fil-Pubblikazzjoni ta’ Informazzjoni Ajrunawtika (AIP).
Meta jiġu definiti l-limiti tar-rampa, għandhom jiġu kkunsidrati mill-inqas dawn li ġejjin:
it-tqassim tal-ajrudrom;
il-konfigurazzjoni tar-runway u tat-taxiway u l-metodu tal-operat;
id-densità tat-traffiku;
il-kundizzjonijiet tat-temp;
il-proċeduri operattivi.
ADR.OPS.D.010 Il-koordinazzjoni tad-dħul/ħruġ tal-inġenji tal-ajru mir-rampa
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li d-dħul tal-inġenji tal-ajru fuq ir-rampa u l-ħruġ tagħhom minnha jiġu kkoordinati mal-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, meta l-moviment tal-inġenji tal-ajru fuq ir-rampa ma jkunx ġestit mill-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru. Il-koordinazzjoni għandha tinkludi:
punti ta’ trasferiment deżinjati bejn is-servizz tal-immaniġġjar tar-rampa u s-servizz tat-traffiku tal-ajru għall-inġenji tal-ajru li jaslu u jitilqu;
faċilitajiet deżinjati ta’ komunikazzjoni mill-ajru għall-art li għandhom jintużaw fir-rampa;
żoni ta’ żamma għall-inġenji tal-ajru li jaslu meta ma jkunux disponibbli l-istands tal-inġenji tal-ajru.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jipprovdi lill-fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika għall-pubblikazzjoni fil-Pubblikazzjoni ta’ Informazzjoni Ajrunawtika (AIP):
il-punti ta’ trasferiment deżinjati msemmija fil-punt (a)(1);
il-faċilitajiet deżinjati ta’ komunikazzjoni mill-ajru għall-art imsemmija fil-punt (a)(2).
ADR.OPS.D.015 Immaniġġjar tal-movimenti tal-inġenji tal-ajru fuq ir-rampa
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:
l-inġenji tal-ajru jiġu pprovduti bi struzzjonijiet dwar ir-rotta li għandhom jiġu segwiti fuq ir-rampa;
jiġu pprovduti għajnuniet viżivi adegwati sabiex ikun żgurat li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jkunu jistgħu jidentifikaw ir-rotta assenjata;
ir-rotta intenzjonata tkun ħielsa minn kwalunkwe ostakolu li jista’ jikkawża riskju ta’ kolliżjoni mal-inġenju tal-ajru li jkun qed jiċċaqlaq.
ADR.OPS.D.025 Allokazzjoni tal-istand tal-inġenju tal-ajru
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jiżgura l-implimentazzjoni ta’ proċeduri biex jiżgura li l-istand tal-inġenju tal-ajru allokat huwa:
addattat għat-tip ta’ inġenju tal-ajru maħsub biex jużah;
ikkomunikat lill-organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ AMS, meta stabbilita, jew lill-fornitur xieraq tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;
ikkomunikat lill-persuni responsabbli mill-manuvrar tal-inġenju tal-ajru.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jitqiesu mill-inqas il-parametri li ġejjin meta jiġu allokati l-inġenji tal-ajru għall-istands tal-inġenji tal-ajru:
il-karatteristiċi tal-inġenju tal-ajru;
l-għajnuniet għall-parkeġġ;
il-faċilitajiet li jservu l-istand tal-inġenju tal-ajru;
il-viċinanza tal-infrastruttura;
inġenji tal-ajru oħrajn ipparkjati fl-istands tal-inġenji tal-ajru fil-viċinat;
id-dipendenzi fuq l-istands tal-inġenji tal-ajru.
ADR.OPS.D.030 Marshalling tal-inġenji tal-ajru
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-marshalling tal-inġenji tal-ajru jiġi pprovdut billi jintużaw is-sinjali ta’ marshalling f’konformità mal-Appendiċi 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 ( 9 ).
ADR.OPS.D.035 Ipparkjar tal-inġenji tal-ajru
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jiżgura l-implimentazzjoni ta’ proċeduri sabiex jiżgura li:
żona deżinjata għall-ipparkjar tal-inġenji tal-ajru fuq rampa tiġi mmonitorjata sabiex jiġi żgurat li jinżammu d-distanzi tal-ispazju matul il-manuvra tal-ipparkjar;
tiġi pprovduta gwida li tippermetti lill-inġenju tal-ajru jipparkja b’mod sikur;
is-sistemi awtomatizzati ta’ gwida għall-ipparkjar, jekk installati, ikunu qed jiffunzjonaw kif suppost;
il-persuni responsabbli għat-taxiing tal-inġenji tal-ajru jiġu mwissija biex iwaqqfu l-inġenju tal-ajru meta ma jinżammux id-distanzi tal-ispazju;
il-persuni, għajr dawk meħtieġa biex jassistu l-proċedura ta’ pparkjar tal-inġenji tal-ajru, ikunu pprojbiti milli javviċinaw l-inġenju tal-ajru meta jinxtegħlu d-dwal kontra l-kolliżjonijiet u meta l-magni jkunu qed jaħdmu;
l-istand tal-inġenju tal-ajru jkun ħieles minn kwalunkwe Fdal ta’ Oġġetti Barranin (FOD) li jista’ jħalli impatt fuq is-sikurezza.
ADR.OPS.D.040 It-tluq tal-inġenji tal-ajru mill-istand
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jiżgura l-implimentazzjoni ta’ proċeduri sabiex jiġi żgurat li matul it-tluq ta’ inġenju tal-ajru mill-istand tal-inġenju tal-ajru:
it-tagħmir għall-manutenzjoni fuq l-art, minbarra t-trakkijiet tal-imbottar jekk ikunu meħtieġa għall-moviment tal-inġenji tal-ajru, u l-vetturi jkunu tneħħew mill-istand tal-inġenju tal-ajru jew ipparkjati f’żoni deżinjati;
jekk l-istand tal-inġenju tal-ajru jkun servut minn pontijiet tal-imbark tal-passiġġieri, dawn ikunu nġibdu lura;
ir-rotta tal-ħruġ deżinjata mill-istand tal-inġenju tal-ajru hija tkun ħielsa minn fdalijiet ta’ oġġetti barranin (FOD);
il-movimenti tal-vetturi fuq l-istand u t-traffiku fit-triq/toroq kontigwa/i jkunu waqfu, ħlief għal trakkijiet li jimbottaw jekk ikunu meħtieġa għaċ-ċaqliq tal-inġenji tal-ajru;
il-persuni, għajr dawk meħtieġa biex jassistu t-tluq tal-inġenji tal-ajru mill-istand tal-inġenju tal-ajru, ikunu pprojbiti milli javviċinaw l-inġenju tal-ajru meta jinxtegħlu d-dwal kontra l-kolliżjonijiet u meta l-magni jkunu qed jaħdmu.
ADR.OPS.D.045 It-tixrid ta’ informazzjoni lill-organizzazzjonijiet li joperaw fuq ir-rampa
L-operatur tal-ajrudrom għandu jxerred informazzjoni rigward il-limitazzjonijiet għall-operazzjonijiet fuq ir-rampa fil-ħin lill-organizzazzjonijiet rilevanti li joperaw fuq ir-rampa.
L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta għandha tinkludi dawn li ġejjin, kif applikabbli:
it-tip tal-limitazzjoni;
it-tul ta’ żmien tal-limitazzjoni, jekk ikun magħruf;
il-miżuri ta’ mitigazzjoni li jridu jiġu applikati;
l-impatt operattiv tal-limitazzjoni;
id-disponibbiltà tal-istands tal-inġenji tal-ajru;
ir-restrizzjonijiet fuq l-istands tal-inġenji tal-ajru;
id-disponibbiltà ta’ installazzjonijiet fissi fl-istands tal-inġenji tal-ajru;
il-proċeduri ta’ pparkjar speċjali;
il-bidliet temporanji fir-rotot tas-sewqan;
ix-xogħol li jkun għaddej;
kwalunkwe informazzjoni oħra li għandha sinifikat operattiv għall-utenti tar-rampa.
ADR.OPS.D.050 Twissija tas-servizzi ta’ emerġenza
L-operatur tal-ajrudrom għandu:
jistabbilixxi u jimplimenta, fil-pjan ta’ emerġenza tal-ajrudrom, proċedura għat-twissija tas-servizzi ta’ emerġenza għal aċċidenti u inċidenti fir-rampa;
jipprovdi l-mezzi u l-faċilitajiet xierqa għat-twissija tas-servizzi ta’ emerġenza rilevanti.
Il-proċedura stabbilita mill-operatur tal-ajrudrom għandha tinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:
id-dettalji ta’ kuntatt u l-mezzi li għandhom jintużaw għat-twissija tas-servizzi ta’ emerġenza;
l-informazzjoni li għandha tingħata lis-servizzi ta’ emerġenza sabiex l-inċident jiġi ttrattat b’mod effiċjenti, bħal:
il-post tal-aċċident jew tal-inċident;
in-natura tal-aċċident jew tal-inċident;
id-danni;
korrimenti lil persuni;
merkanzija perikoluża.
ADR.OPS.D.055 Prekawzjonijiet għall-blast tal-ġett
L-operatur tal-ajrudrom għandu jagħmel lill-utenti tar-rampa konxji mill-perikli li jirriżultaw mill-blast tal-ġett u mill-kurrent tal-arja mitfugħ mill-iskrun.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jesiġi li l-utenti tar-rampa jipproteġu l-vetturi u t-tagħmir sewwa u jiddeżinjaw żoni tal-parkeġġ fejn l-effett tal-blast tal-ġett jew tal-kurrent tal-arja mitfugħ mill-iskrun ikun minimizzat.
Meta jiddisinja jew jagħmel bidliet fit-tqassim tar-rampa, l-operatur tal-ajrudrom għandu jqis l-effett tal-blast tal-ġett jew tal-kurrent tal-arja mitfugħ mill-iskrun.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jidentifika l-postijiet sensittivi għall-blast tal-ġett u għandu jippubblika talba għal imbottatura minima lill-bdoti, jew jieħu miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa biex jimminimizza l-effett tal-blast tal-ġett.
ADR.OPS.D.060 Riforniment tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi proċedura għar-riforniment tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru.
Il-proċedura għandha tirrikjedi dawn li ġejjin:
il-projbizzjoni ta’ fjammi mikxufa u l-użu ta’ għodod elettriċi jew simili li x’aktarx jipproduċu xrar jew arki fiż-żona tar-riforniment tal-fjuwil;
il-projbizzjoni li jinxtegħlu l-unitajiet tal-enerġija fuq l-art waqt ir-riforniment tal-fjuwil;
l-eżistenza ta’ passaġġ mingħajr ostakli mill-inġenju tal-ajru biex jippermetti t-tneħħija malajr tal-bawżers tal-fjuwil u tal-persuni f’każ ta’ emerġenza;
l-irbit korrett tal-inġenji tal-ajru u tas-sorsi tal-provvista tal-fjuwil u l-applikazzjoni korretta tal-proċeduri tal-ertjar;
in-notifika immedjata tas-superviżur tal-forniment tal-fjuwil fil-każ ta’ tixrid tal-fjuwil u struzzjonijiet dettaljati dwar kif għandu jiġi ttrattat it-tixrid tal-fjuwil;
l-ippożizzjonar tat-tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art b’tali mod li l-ħruġ ta’ emerġenza jkun ħieles minn kwalunkwe ostakolu li jippermetti l-evakwazzjoni fil-pront tal-passiġġieri, jekk il-passiġġieri jkunu qed jimbarkaw jew jiżbarkaw jew jekk jibqgħu fl-inġenju tal-ajru waqt ir-riforniment tal-fjuwil;
id-disponibbiltà fil-pront ta’ ċilindri tat-tifi tan-nar ta’ tip addattat għal mill-inqas intervent inizjali fil-każ ta’ fjuwil li jieħu n-nar;
il-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ riforniment tal-fjuwil jekk ikun hemm maltempati bis-sajjetti fl-ajrudrom jew fil-viċinanzi tiegħu.
ADR.OPS.D.065 Ittestjar tal-magna
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċedura għall-ittestjar tal-magna.
Il-proċedura għandha tinkludi dawn li ġejjin:
il-persuna li għandha l-awtorità li tapprova t-testijiet tal-magna;
iż-żoni fejn għandhom isiru t-testijiet tal-magna;
il-miżuri ta’ sikurezza li jeħtieġ li jittieħdu.
ADR.OPS.D.070 Ilbies b’viżibbiltà għolja
L-operatur tal-ajrudrom għandu jesiġi li l-membri tal-persunal kollha li jaħdmu fuq barra, fuq saqajhom, għandhom jilbsu lbies b’viżibbiltà għolja waqt li jkunu fiż-żona tal-moviment.
ADR.OPS.D.075 Awtorizzazzjonijiet tal-bidu u struzzjonijiet dwar it-taxiing
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-awtorizzazzjonijiet tal-bidu, l-awtorizzazzjonijiet tal-imbottar lura, jekk ikunu meħtieġa, u l-istruzzjonijiet dwar it-taxiing jiġu kkoordinati mal-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru, meta l-moviment tal-inġenju tal-ajru fuq ir-rampa ma jkunx ġestit mill-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru.
F’dan il-każ, l-operatur tal-ajrudrom, b’kooperazzjoni mal-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru, għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċedura li għandha tinkludi dawn li ġejjin:
definizzjoni tal-awtorità li toħroġ awtorizzazzjonijiet tal-bidu;
mezzi biex jinfurmaw lil xulxin għall-awtorizzazzjonijiet tal-bidu maħruġa;
mezzi biex jinfurmaw lil xulxin dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-imbottar lura u l-istruzzjonijiet dwar it-taxiing mogħtija.
ADR.OPS.D.080 Programmi ta’ taħriġ u kontroll tal-profiċjenza ta’ marshallers u sewwieqa “FOLLOW-ME”
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jiżgura l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ għall-persuni li jipprovdu:
servizz ta’ marshalling;
gwida “FOLLOW-ME”.
Il-programm ta’ taħriġ għandu jiġi implimentat f’konformità mal-punt ADR.OR.D.017 tal-Anness III.
It-taħriġ għandu jkun imfassal biex jipprovdi għarfien fundamentali u ħiliet prattiċi relatati mat-twettiq ta’ dmirijiethom.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ kontroll tal-profiċjenza għall-membri tal-persunal imsemmija fil-punt (a) sabiex jiżguraw:
il-kompetenza kontinwa tagħhom;
li huma konxji tar-regoli u l-proċeduri rilevanti għall-funzjonijiet u l-kompiti tagħhom. L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-persuni msemmija fil-punt (a) jsirulhom kontrolli tal-profiċjenza f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il xahar mit-tlestija tat-taħriġ inizjali tagħhom.
ADR.OPS.D.085 Programm ta’ taħriġ u kontroll tal-profiċjenza tal-membri tal-persunal li jipprovdu struzzjonijiet ta’ taxiing lill-inġenji tal-ajru permezz tar-radjutelefonija
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li:
il-persuni li jipprovdu struzzjonijiet ta’ taxiing lill-inġenji tal-ajru fuq ir-rampa permezz tar-radjutelefonija, bl-użu tal-frekwenzi tar-radju ajrunawtiku assenjati, ikunu mħarrġin u kkwalifikati kif xieraq;
il-programm ta’ taħriġ jiġi implimentat f’konformità mal-punt ADR.OR.D.017 tal-Anness III, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
it-taħriġ inizjali għandu jkun segwit minn taħriġ tal-unità li jinkludi l-fażijiet li ġejjin:
fażi tranżitorja tat-taħriġ, imfassla primarjament biex jiġi pprovdut għarfien u fehim ta’ proċeduri operattivi speċifiċi għas-siti u aspetti speċifiċi għall-kompiti;
fażi tat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol, li hija l-fażi finali tat-taħriġ tal-unità li matulha r-rutini u l-ħiliet relatati max-xogħol miksuba preċedentement jiġu integrati fil-prattika taħt is-superviżjoni ta’ għalliem tat-taħriġ ikkwalifikat f’sitwazzjoni tat-traffiku reali;
it-taħriġ rikorrenti għandu jitwettaq f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il xahar u għandu jinkludi rieżami tal-kontenut tat-taħriġ inizjali
it-taħriġ ta’ aġġornament għandu jitwettaq meta persuna tkun assenti minn dmirijietha għal perjodu ta’ aktar minn 12-il xahar u għandu jinkludi l-kontenut kollu tat-taħriġ inizjali.
Il-persuni msemmija fil-punt (a)(1) għandhom juru profiċjenza fil-lingwa, mill-inqas f’livell operattiv kemm fl-użu ta’ frażjoloġiji kif ukoll f’lingwaġġ sempliċi, f’konformità mal-punt (c), fil-lingwi użati għall-komunikazzjoni mill-ajru għall-art fl-ajrudrom.
L-applikant għandu juri l-kapaċità tiegħu li:
jikkomunika b’mod effettiv f’sitwazzjonijiet fejn tintuża l-vuċi biss u f’sitwazzjonijiet wiċċ imb’wiċċ;
jikkomunika dwar suġġetti komuni u relatati max-xogħol b’mod preċiż u ċar;
juża strateġiji komunikattivi xierqa biex jiskambja messaġġi u biex jagħraf u jsolvi nuqqasijiet ta’ ftehim f’kuntest ġenerali jew relatat max-xogħol;
jittratta b’suċċess l-isfidi lingwistiċi ppreżentati minn kumplikazzjoni jew mill-mod mhux mistenni kif żvolġew l-avvenimenti fil-kuntest ta’ sitwazzjoni tax-xogħol ta’ rutina jew kompitu ta’ komunikazzjoni li jkun familjari magħhom b’mod ieħor;
juża djalett jew aċċent li jinftiehem mill-komunità ajrunawtika.
Il-profiċjenza fil-lingwa għandha tintwera permezz ta’ ċertifikat maħruġ mill-organizzazzjoni li tkun wettqet il-valutazzjoni, li jafferma l-lingwa jew il-lingwi, il-livell jew il-livelli ta’ profiċjenza u d-data tal-valutazzjoni.
Għajr għall-persuni li jkunu wrew profiċjenza fil-lingwa f’livell ta’ esperti, il-profiċjenza fil-lingwa għandha tiġi vvalutata mill-ġdid kull:
erba’ snin mid-data tal-valutazzjoni, jekk il-livell muri jkun il-livell operattiv;
sitt snin mid-data tal-valutazzjoni, jekk il-livell muri jkun livell estiż.
Id-dimostrazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa għandha ssir permezz ta’ metodu ta’ valutazzjoni, li għandu jinkludi:
il-proċess li permezz tiegħu ssir valutazzjoni;
il-kwalifiki tal-evalwaturi li jwettqu l-valutazzjonijiet tal-profiċjenza fil-lingwa;
il-proċedura ta’ appell.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jagħmel disponibbli taħriġ lingwistiku biex iżomm il-livell meħtieġ ta’ profiċjenza fil-lingwa tal-persunal tiegħu.
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ kontroll tal-profiċjenza għall-membri tal-persunal imsemmija fil-punt (a)(1) sabiex jiżguraw:
il-kompetenza kontinwa tagħhom;
li huma konxji tar-regoli u l-proċeduri rilevanti għall-funzjonijiet u l-kompiti tagħhom. L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-persuni msemmija fil-punt (a) jsirulhom kontrolli tal-profiċjenza f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il xahar mit-tlestija tat-taħriġ inizjali tagħhom.
Appendiċi 1
FORMAT TAN-NOTAM
Appendiċi 2
FORMAT TA’ SNOWTAM
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).
( 3 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).
( 5 ) ĠU L 294, 13.11.2007, p. 3.
( 6 ) ĠU L 295, 14.11.2007, p. 7.
( 7 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).
( 8 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).
( 9 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).