This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02013R0813-20170109
Commission Regulation (EU) No 813/2013 of 2 August 2013 implementing Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council with regard to ecodesign requirements for space heaters and combination heaters (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat- 2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat- 2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
02013R0813 — MT — 09.01.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (ĠU L 239 6.9.2013, p. 136) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016 |
L 346 |
51 |
20.12.2016 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 813/2013
tat-2 ta’ Awwissu 2013
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u/jew għad-dħul fis-servizz ta’ ħiters tal-post u ta’ ħiters ikkombinati li jkollhom potenza termika nominali ta’ 400 kW jew inqas, inklużi dawk li jkunu integrati f’pakketti ta’ ħiter tal-post, apparat għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, apparat għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013.
2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika:
(a) għall-ħiters iddisinjati b’mod speċifiku biex jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti mill-bijomassa;
(b) għall-ħiters li jużaw il-fjuwils solidi;
(c) għall-ħiters li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(d) għall-ħiters li jipproduċu s-sħana biss biex jipprovdu ilma għax-xorb u sanitarju sħun;
(e) għall-ħiters użati għat-tisħin u d-distribuzzjoni ta’ mezzi gassużi għat-trasferiment tas-sħana bħal pereżempju l-fwar jew l-arja;
(f) għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkollhom kapaċità elettrika massima ta’ 50 kW jew iktar;
(g) għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-ħiters u l-oqfsa għall-ħiters maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana li jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2018 sabiex jieħdu post ġeneraturi tas-sħana identiċi u oqfsa identiċi għall-ħiters. Il-prodott ta’ sostituzzjoni jew il-pakkett tiegħu għandhom jindikaw biċ-ċar għal liema ħiter huwa maħsub.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “ħiter” tfisser ħiter tal-post jew ħiter ikkombinat;
(2) “ħiter tal-post” tfisser apparat:
(a) li jipprovdi s-sħana lil sistema ta’ tisħin ċentrali bl-ilma sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura ta’ ġewwa fil-livell mixtieq f’post magħluq bħal bini, abitazzjoni jew kamra; u
(b) li jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana;
(3) “ħiter ikkombinat” tfisser ħiter tal-post li jkun iddisinjat b’mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;
(4) “sistema ta’ tisħin ċentrali bl-ilma” tfisser sistema li tuża l-ilma bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana sabiex is-sħana prodotta ċentralment tiġi ddistribwita lill-emitturi tas-sħana għat-tisħin tal-post tal-bini jew ta’ partijiet minnu;
(5) “ġeneratur tas-sħana” tfisser il-parti ta’ ħiter li tipproduċi s-sħana billi tuża proċess wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) il-kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa;
(b) l-użu tal-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;
(c) il-qbid tas-sħana ambjentali minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew tas-sħana sekondarja;
fejn ġeneratur tas-sħana li jkun iddisinjat għal ħiter u għal qafas għall-ħiter maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tas-sħana wkoll għandu jitqies bħala ħiter;
(6) “qafas għall-ħiter” tfisser il-parti ta’ ħiter li tkun iddisinjata b’tali mod biex ġo fiha jiġi mmuntat ġeneratur tas-sħana;
(7) “potenza termika nominali” (Prated) tfisser il-potenza termika ddikjarata ta’ ħiter meta dan ikun qed isaħħan post u, jekk ikun applikabbli, meta dan ikun qed isaħħan l-ilma bil-kundizzjonijiet nominali standard, mogħtija f’kW; għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, il-kundizzjonijiet nominali standard biex tiġi stabbilita l-potenza termika nominali huma l-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn kif inhuma stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Anness III;
(8) “kundizzjonijiet nominali standard” tfisser il-kundizzjonijiet operattivi tal-ħiters f’kundizzjonijiet klimatiċi medji sabiex jiġu stabbiliti l-potenza termika nominali, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, il-livell ta’ qawwa tal-ħoss u l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu;
(9) “bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;
(10) “fjuwil tal-bijomassa” tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu prodott mill-bijomassa;
(11) “fjuwil fossili” tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu ta’ oriġini fossili;
(12) “ħiter tal-post b’bojler” tfisser ħiter tal-post li jipproduċi s-sħana billi juża l-proċess ta’ kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa u/jew billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;
(13) “ħiter ikkombinat b’bojler” tfisser ħiter tal-post b’bojler li jkun iddisinjat b’mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;
(14) “ħiter tal-post b’bojler elettriku” tfisser ħiter tal-post b’bojler li jipproduċi s-sħana biss billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;
(15) “ħiter ikkombinat b’bojler elettriku” tfisser ħiter ikkombinat b’bojler li jipproduċi s-sħana biss billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;
(16) “ħiter tal-post b’koġenerazzjoni” tfisser ħiter tal-post li jipproduċi s-sħana u l-elettriku fl-istess ħin permezz ta’ proċess wieħed;
(17) “ħiter tal-post b’pompa tas-sħana” tfisser ħiter tal-post li juża s-sħana ambjentali li tkun ġejja minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew is-sħana sekondarja biex jipproduċi s-sħana; ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jista’ jkun mgħammar b’ħiter supplimentari wieħed jew iktar li juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika jew il-proċess ta’ kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa;
(18) “ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana” tfisser ħiter tal-post b’pompa tas-sħana li jkun iddisinjat b’mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;
(19) “ħiter supplimentari” tfisser ħiter mhux preferenzjali li jipproduċi s-sħana f’każijiet fejn id-domanda għat-tisħin tkun ikbar mill-potenza termika nominali tal-ħiter preferenzjali;
(20) “l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post” (ηs ) tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post għal staġun tat-tisħin speċifikat, li għaliha jintuża ħiter partikulari, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala perċentwali;
(21) “l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma” (ηwh ) tfisser il-proporzjon tal-enerġija utli fl-ilma għax-xorb jew sanitarju li l-ħiter ikkombinat jipprovdi meta mqabbla mal-enerġija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dik l-enerġija, mogħti bħala perċentwali;
(22) “il-livell ta’ qawwa tal-ħoss” (LWA ) tfisser il-livell ta’ qawwa tal-ħoss ippeżat għall-frekwenza A, fuq ġewwa u/jew fuq barra, mogħti f’dB;
(23) “il-koeffiċjent ta’ konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ); il-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni huwa ta’: CC = 2,5.
Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa V.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien
1. L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters.
2. Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu jibda japplika skont l-iskeda taż-żmien li ġejja:
(a) mis-26 ta’ Settembru 2015:
(i) il-ħiters għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(a), 3 u 5 tal-Anness II;
(ii) il-ħiters ikkombinati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(a) tal-Anness II;
(b) mis-26 ta’ Settembru 2017:
(i) il-ħiters tal-post elettriċi, il-ħiters ikkombinati elettriċi, il-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, il-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Anness II;
(ii) il-ħiters ikkombinati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(b) tal-Anness II;
(c) mis-26 ta’ Settembru 2018, il-ħiters għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4(a) tal-Anness II.
3. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta’ kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, mingħajr ħsara għall-Artikoli 7(2) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u tal-Annessi III sa V tagħha.
2. Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha t-tagħrif dwar il-prodotti stabbilit fil-punt 5(b) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Valuri indikattivi ta’ referenza
L-Anness V jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta’ referenza għall-ħiters li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar b’rabta mal-ħiters u għandha tippreżenta r-riżultat ta’ dik ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn sa mhux aktar tard minn ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi, b’mod partikulari, valutazzjoni tal-aspetti li ġejjin:
(a) kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra marbutin mar-refriġeranti;
(b) abbażi tal-metodi tal-kejl li qed jiġu żviluppati, il-livell tar-rekwiżiti tal-ekodisinn li jistgħu jiddaħħlu għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, tal-idrokarburi u tal-materja partikulata;
(c) kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post b’bojler u tal-ħiters ikkombinati b’bojler, għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu;
(d) kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters iddisinjati b’mod speċifiku biex jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti mill-bijomassa;
(e) il-validità tal-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni;
(f) kemm hi adegwata ċ-ċertifikazzjoni magħmula minn partijiet terzi.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Sas-26 ta’ Settembru 2015, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ ħiters li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma u l-livell ta’ qawwa tal-ħoss li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.
2. Sas-26 ta’ Settembru 2018, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ ħiters li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.
Artikolu 9
Tħassir
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE qed titħassar, ħlief għall-Artikoli 7(2) u 8 tagħha u għall-Annessi III sa V tagħha, mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-applikazzjoni tagħha sa ma jibdew japplikaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn mogħtija fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa V
Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters
(1) “modalità Stennija” tfisser kundizzjoni li fiha l-ħiter ikun imqabbad mal-mejnijiet, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta’ riattivazzjoni jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istat;
(2) “konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija” (PSB ) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter li jkun fil-modalità Stennija, mogħti f’kW;
(3) “kundizzjonijiet klimatiċi medji” tfisser il-kundizzjonijiet tat-temperatura li huma tipiċi għall-belt ta’ Strasburgu;
(4) “apparat għall-kontroll tat-temperatura” tfisser l-apparat li jservi ta’ interfaċċja mal-utent aħħari b’rabta mal-valuri u l-iskeda taż-żmien tat-temperatura mixtieqa ta’ ġewwa u li jikkomunika d-dejta rilevanti lil interfaċċja tal-ħiter bħall-proċessur ċentrali, biex b’hekk tkun tista’ tiġi rregolata t-temperatura ta’ ġewwa;
(5) “valur kalorifiku gross” (GCV) tfisser l-ammont totali ta’ sħana rrilaxxat minn unità ta’ fjuwil meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni ta’ kwalunkwe fwar tal-ilma li jkun hemm fil-fjuwil u tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-ħruq ta’ kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;
(6) “mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 1 jew 2 tal-punt 5 tal-Anness II (skont liema minnhom tkun tapplika), bħal dawk ta’ mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur;
Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters tal-post b’bojler, mal-ħiters ikkombinati b’bojler u mal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni
(7) “ħiter tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil” tfisser ħiter tal-post b’bojler li jipproduċi s-sħana billi jaħraq il-fjuwils fossili u/jew il-fjuwils tal-bijomassa u li jista’ jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew iktar addizzjonali tas-sħana li juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;
(8) “ħiter ikkombinat b’bojler li jaħdem bil-fjuwil” tfisser ħiter ikkombinat b’bojler li jipproduċi s-sħana billi jaħraq il-fjuwils fossili u/jew il-fjuwils tal-bijomassa u li jista’ jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew iktar addizzjonali tas-sħana li juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;
(9) “bojler tat-tip B1” tfisser ħiter tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkun fih apparat għad-devjazzjoni tal-kurrent tal-arja li jkun maħsub biex jitqabbad ma’ ċumnija b’kurrent tal-arja naturali li minnha joħorġu r-residwi tal-kombustjoni għan-naħa ta’ barra tal-kamra li fiha jkun jinsab il-ħiter tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u li jkun jiġbed l-arja tal-kombustjoni direttament mill-kamra; bojler tat-tip B1 jiġi kkummerċjalizzat bħala bojler tat-tip B1 biss;
(10) “bojler ikkombinat tat-tip B1” tfisser ħiter ikkombinat b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkun fih apparat għad-devjazzjoni tal-kurrent tal-arja li jkun maħsub biex jitqabbad ma’ ċumnija b’kurrent tal-arja naturali li minnha joħorġu r-residwi tal-kombustjoni għan-naħa ta’ barra tal-kamra li fiha jkun jinsab il-ħiter ikkombinat b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u li jkun jiġbed l-arja tal-kombustjoni direttament mill-kamra; bojler ikkombinat tat-tip B1 jiġi kkummerċjalizzat bħala bojler ikkombinat tat-tip B1 biss;
(11) “l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva” (ηson ) tfisser:
— għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil, il-medja ppeżata tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali u tal-effiċjenza utli fi 30 % tal-potenza termika nominali, mogħtija bħala perċentwali;
— għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku, l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali, mogħtija bħala perċentwali;
— għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li ma jkunux mgħammra b’ħiters supplimentari, l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali, mogħtija bħala perċentwali;
— għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’ħiters supplimentari, il-medja ppeżata tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat u tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali meta l-ħiter supplimentari jkun attivat, mogħtija bħala perċentwali;
(12) “l-effiċjenza utli” (η) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli meta mqabbel mal-kontribut totali tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’bojler, ta’ ħiter ikkombinat b’bojler jew ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni, mogħti bħala perċentwali, fejn il-kontribut totali tal-enerġija jingħata f’termini tal-GCV u/jew f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC;
(13) “il-produzzjoni tas-sħana utli” (P) tfisser il-potenza termika ta’ ħiter tal-post b’bojler, ta’ ħiter ikkombinat b’bojler jew ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni trażmessa lill-fluwidu trasportatur tas-sħana, mogħtija f’kW;
(14) “l-effiċjenza elettrika” (ηel ) tfisser il-proporzjon tal-elettriku li jkun qed jiġi prodott meta mqabbel mal-kontribut totali tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni, mogħti bħala perċentwali, fejn il-kontribut totali tal-enerġija jingħata f’termini tal-GCV u/jew f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC;
(15) “konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid” (Pign ) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ berner li jkun maħsub biex iqabbad il-berner prinċipali, mogħti f’W f’termini tal-GCV;
(16) “bojler li juża l-kondensazzjoni” tfisser ħiter tal-post b’bojler jew ħiter ikkombinat b’bojler li fih, fil-kundizzjonijiet operattivi normali u f’temperaturi tal-ilma partikulari tal-operat, parti mill-fwar tal-ilma fil-prodotti tal-kombustjoni jispiċċa kkondensat, sabiex is-sħana latenti ta’ dan il-fwar tal-ilma tintuża għall-għanijiet tat-tisħin;
(17) “konsum tal-elettriku awżiljarju” tfisser l-ammont annwali ta’ elettriku meħtieġ għat-tħaddim ippjanat ta’ ħiter tal-post b’bojler, ħiter ikkombinat b’bojler jew ħiter tal-post b’koġenerazzjoni, ikkalkulat mill-konsum tal-elettriku meta jkun hemm tagħbija sħiħa (elmax) u tagħbija parzjali (elmin), fil-modalità Stennija u waqt il-ħinijiet normali tal-operat f’kull modalità, u mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali;
(18) “telf ta’ sħana fil-modalità Stennija” (Pstby ) tfisser it-telf tas-sħana ta’ ħiter tal-post b’bojler, ta’ ħiter ikkombinat b’bojler jew ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni f’modalitajiet ta’ operazzjoni mingħajr domanda għat-tisħin, mogħti f’kW;
Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u mal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana
(19) “temperatura ta’ barra” (Tj ) tfisser it-temperatura tal-arja ta’ barra b’termometru niexef, mogħtija fi gradi Celsius; l-umdità relattiva tista’ tintwera billi tingħata t-temperatura korrispondenti b’termometru umdu;
(20) “koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni” (COPrated ) jew “proporzjon nominali tal-enerġija primarja” (PERrated ) tfisser il-kapaċità tat-tisħin iddikjarata, mogħtija f’kW, diviża bil-kontribut tal-enerġija, mogħti f’kW f’termini tal-GCV u/jew f’kW f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC, għat-tisħin ipprovdut f’kundizzjonijiet nominali standard;
(21) “kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn” tfisser il-kombinazzjoni tat-temperatura ta’ referenza tad-disinn, tat-temperatura bivalenti massima u tat-temperatura massima tal-limitu tat-tħaddim, kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III;
(22) “temperatura ta’ referenza tad-disinn” (Tdesignh) tfisser it-temperatura ta’ barra, mogħtija fi gradi Celsius, kif stabbilita fit-Tabella 4 tal-Anness III, li fiha l-proporzjon tat-tagħbija parzjali jkun ta’ 1;
(23) “il-proporzjon tat-tagħbija parzjali” (pl(Tj )) tfisser it-temperatura ta’ barra mnaqqsa b’16 °C u diviża bit-temperatura ta’ referenza tad-disinn imnaqqsa b’16 °C;
(24) “staġun tat-tisħin” tfisser sett ta’ kundizzjonijiet operattivi li jiddeskrivu, għal kull intervall ta’ temperaturi, il-kombinazzjoni ta’ temperaturi ta’ barra mal-għadd ta’ sigħat li matulhom ikun hemm dawk it-temperaturi waqt kull staġun;
(25) “intervall ta’ temperaturi” (binj ) tfisser kombinazzjoni ta’ temperatura ta’ barra mas-sigħat tal-intervall ta’ temperaturi, kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III;
(26) “sigħat tal-intervall ta’ temperaturi” (Hj ) tfisser is-sigħat għal kull staġun tat-tisħin, mogħtija f’sigħat fis-sena, li matulhom ikun hemm temperatura ta’ barra partikulari għal kull intervall ta’ temperaturi, kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III;
(27) “tagħbija parzjali għat-tisħin” (Ph(Tj )) tfisser it-tagħbija tat-tisħin f’temperatura speċifika ta’ barra, ikkalkulata bħala t-tagħbija tad-disinn immultiplikata bil-proporzjon tat-tagħbija parzjali u mogħtija f’kW;
(28) “koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni” (SCOP) jew “proporzjon staġonali tal-enerġija primarja” (SPER) jirreferu għall-koeffiċjent kumplessiv tal-prestazzjoni ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bl-elettriku jew għall-proporzjon kumplessiv tal-enerġija primarja ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bil-fjuwil, li jkun rappreżentattiv għall-istaġun tat-tisħin speċifikat u jkun ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin diviża bil-konsum annwali tal-enerġija;
(29) “domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin” (QH ) tfisser id-domanda ta’ referenza għat-tisħin għal staġun tat-tisħin speċifikat li għandha tintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valuri ta’ SCOP jew SPER u li tiġi kkalkulata billi t-tagħbija tad-disinn għat-tisħin tiġi mmultiplikata bis-sigħat annwali ekwivalenti fil-modalità attiva, mogħtija f’kWh;
(30) “konsum annwali tal-enerġija” (QHE ) tfisser il-konsum tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata d-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin għal staġun tat-tisħin speċifikat, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV u/jew f’kWh f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC;
(31) “sigħat annwali ekwivalenti fil-modalità attiva” (HHE ) tfisser l-għadd annwali presuppost ta’ sigħat li ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew li ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jrid jipprovdi lit-tagħbija tad-disinn għat-tisħin biex jissodisfa d-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, mogħti f’sigħat;
(32) “koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità attiva” (SCOPon ) jew “proporzjon tal-enerġija primarja fil-modalità attiva” (SPERon ) tfisser il-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bl-elettriku fil-modalità attiva, jew il-proporzjon medju tal-enerġija primarja ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bil-fjuwil fil-modalità attiva għall-istaġun tat-tisħin speċifikat;
(33) “kapaċità supplimentari tat-tisħin” (sup(Tj )) tfisser il-potenza termika nominali (Psup), mogħtija f’kW, ta’ ħiter supplimentari li jissupplimenta l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin, f’każ li l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun inqas mit-tagħbija parzjali għat-tisħin;
(34) “koeffiċjent tal-prestazzjoni għal intervall ta’ temperaturi partikulari” (COPbin(Tj )) jew “proporzjon tal-enerġija primarja għal intervall ta’ temperaturi partikulari” (PERbin(Tj )) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bl-elettriku, jew il-proporzjon tal-enerġija primarja ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bil-fjuwil għal kull intervall ta’ temperaturi fi staġun, li jiġi mit-tagħbija parzjali għat-tisħin, mill-kapaċità tat-tisħin iddikjarata u mill-koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni għal intervalli ta’ temperaturi partikulari u jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni jew tal-estrapolazzjoni għal intervalli ta’ temperaturi oħrajn, u kkoreġut, f’każ li jkun hemm bżonn, permezz tal-koeffiċjent ta’ degradazzjoni;
(35) “kapaċità tat-tisħin iddikjarata” (Pdh(Tj )) tfisser il-kapaċità tat-tisħin, mogħtija f’kW, li ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jista’ jipprovdi f’temperatura partikulari ta’ barra;
(36) “kontroll tal-kapaċità” tfisser il-ħila ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jibdel il-kapaċità tiegħu billi jbiddel ir-rata tal-fluss volumetriku ta’ mill-inqas wieħed mil-likwidi meħtieġa biex jitħaddem iċ-ċiklu ta’ refriġerazzjoni. Dan għandu jiġi mmarkat bħala “fiss” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku ma tistax tinbidel jew bħala “varjabbli” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f’sensiela ta’ żewġ stadji jew iktar;
(37) “tagħbija tad-disinn għat-tisħin” (Pdesignh) tfisser il-potenza termika nominali (Prated), mogħtija f’kW, ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana fit-temperatura ta’ referenza tad-disinn, fejn it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin hija daqs it-tagħbija parzjali għat-tisħin u t-temperatura ta’ barra tkun daqs it-temperatura ta’ referenza tad-disinn;
(38) “koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni” (COPd(Tj )) jew “proporzjon iddikjarat tal-enerġija primarja” (PERd(Tj )) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni jew il-proporzjon tal-enerġija primarja f’għadd limitat ta’ intervalli ta’ temperaturi partikulari;
(39) “temperatura bivalenti” (Tbiv ) tfisser it-temperatura ta’ barra ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, mogħtija fi gradi Celsius, li fiha l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun daqs it-tagħbija parzjali għat-tisħin u li f’temperaturi inqas minnha l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun teħtieġ kapaċità supplimentari tat-tisħin sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin;
(40) “temperatura tal-limitu tat-tħaddim” (TOL) tfisser it-temperatura ta’ barra ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, mogħtija fi gradi Celsius, li f’temperaturi inqas minnha ħiter tal-post b’pompa tas-sħana arja-ilma jew ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana arja-ilma ma jkun jista’ jwassal l-ebda kapaċità tat-tisħin u l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun ta’ żero;
(41) “temperatura limitu tat-tħaddim għall-ilma tat-tisħin” (WTOL) tfisser it-temperatura tal-ħruġ tal-ilma ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, mogħtija fi gradi Celsius, li f’temperaturi ogħla minnha ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana ma jkun jista’ jwassal l-ebda kapaċità tat-tisħin u l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun ta’ żero;
(42) “kapaċità tal-intervall ċikliku għat-tisħin” (Pcych) tfisser il-kapaċità tat-tisħin integrata tul l-intervall ċikliku tat-test għat-tisħin, mogħtija f’kW;
(43) “l-effiċjenza tal-intervall ċikliku” (COPcyc jew PERcyc) tfisser il-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni jew il-proporzjon medju tal-enerġija primarja tul l-intervall ċikliku tat-test, ikkalkulat billi l-kapaċità tat-tisħin integrata tul l-intervall, mogħtija f’kWh, tiġi diviża bil-kontribut tal-enerġija integrat tul dak l-istess intervall, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV u/jew f’kWh f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC;
(44) “koeffiċjent ta’ degradazzjoni” (Cdh) tfisser il-kejl tal-effiċjenza mitlufa minħabba ċ-ċikli tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana jew tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana; jekk dan il-koeffiċjent ma jiġix stabbilit bil-kejl, b’mod awtomatiku jitqies li huwa ta’ Cdh = 0,9;
(45) “modalità attiva” tfisser il-kundizzjoni li tikkorrispondi għas-sigħat b’tagħbija tat-tisħin għall-post magħluq u b’funzjoni attivata tat-tisħin; din il-kundizzjoni tista’ tinvolvi ċikli tal-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew tal-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana sabiex tintlaħaq jew tinżamm it-temperatura tal-arja ta’ ġewwa meħtieġa;
(46) “modalità Mitfi” tfisser kundizzjoni li fiha l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew il-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jkun imqabbad mal-mejnijiet imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni, inklużi kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta’ kundizzjoni ta’ modalità Mitfi, kif ukoll kundizzjonijiet li jipprovdu biss funzjonijiet maħsuba biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(47) “modalità bit-termostat mitfi” tfisser il-kundizzjoni li tikkorrispondi għas-sigħat mingħajr tagħbija tat-tisħin u b’funzjoni attivata tat-tisħin, fejn il-funzjoni tat-tisħin tkun mixgħula imma l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew il-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana ma jkunx qed jaħdem; iċ-ċikli fil-modalità attiva mhumiex meqjusa bħala modalità bit-termostat mitfi;
(48) “modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank” tfisser kundizzjoni li fiha jiġi attivat apparat għat-tisħin sabiex jiġi evitat li r-refriġerant jgħaddi għal ġol-kompressur biex tiġi llimitata l-konċentrazzjoni tar-refriġerant fiż-żejt malli jitqabbad il-kompressur;
(49) “konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi” (POFF ) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jkun fil-modalità Mitfi, mogħti f’kW;
(50) “konsum tal-enerġija fil-modalità bit-termostat mitfi” (PTO ) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana waqt li jkun fil-modalità bit-termostat mitfi, mogħti f’kW;
(51) “konsum tal-enerġija fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank” (PCK ) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana waqt li jkun fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank, mogħti f’kW;
(52) “pompa tas-sħana b’temperatura baxxa” tfisser ħiter tal-post b’pompa tas-sħana li jkun iddisinjat b’mod speċifiku għal applikazzjoni b’temperatura baxxa, u li ma jistax jipprovdi ilma għat-tisħin b’temperatura tal-ħruġ ta’ 52 °C f’temperatura tad-dħul b’termometru niexef ta’ – 7 °C (jew ta’ – 8 °C b’termometru umdu) fil-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn għal klima medja;
(53) “applikazzjoni b’temperatura baxxa” tfisser applikazzjoni li fiha l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jipprovdi l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tiegħu f’temperatura tal-ħruġ ta’ skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa ta’ 35 °C;
(54) “applikazzjoni b’temperatura medja” tfisser applikazzjoni li fiha l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew il-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jipprovdi l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tiegħu f’temperatura tal-ħruġ ta’ skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa ta’ 55 °C;
Definizzjonijiet marbutin mat-tisħin tal-ilma fil-ħiters ikkombinati
(55) “profil tat-tagħbija” tfisser sekwenza partikulari ta’ estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III; kull ħiter ikkombinat jissodisfa tal-inqas profil wieħed tat-tagħbija;
(56) “estrazzjoni mill-ilma” tfisser kombinazzjoni partikulari ta’ rata tal-fluss tal-ilma utli, ta’ temperatura utli tal-ilma, ta’ kontenut ta’ enerġija utli u tal-ogħla temperatura, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;
(57) “rata tal-fluss tal-ilma utli” (f) tfisser ir-rata minima ta’ fluss, mogħtija f’litri għal kull minuta, li għaliha l-misħun ikun qed jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;
(58) “temperatura utli tal-ilma” (Tm ) tfisser it-temperatura tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li fiha l-misħun jibda jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;
(59) “kontenut ta’ enerġija utli” (Qtap ) tfisser il-kontenut tal-enerġija tal-misħun, mogħti f’kWh, ipprovdut f’temperatura li tkun daqs it-temperatura utli tal-ilma jew ogħla minnha, u f’rati ta’ fluss tal-ilma li jkunu daqs ir-rata tal-fluss tal-ilma utli jew ogħla minnha, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;
(60) “kontenut tal-enerġija tal-misħun” tfisser il-prodott tal-kapaċità termika speċifika tal-ilma, id-differenza medja fit-temperatura bejn dik tal-misħun li jkun qed jiġi prodott u dik tal-ilma kiesaħ li jkun dieħel, u l-massa totali tal-misħun prodott;
(61) “l-ogħla temperatura” (Tp ) tfisser it-temperatura minima tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li għandha tinkiseb waqt l-estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;
(62) “enerġija ta’ referenza” (Qref ) tfisser is-somma tal-kontenut ta’ enerġija utli tal-estrazzjonijiet mill-ilma, mogħti f’kWh, fi profil tat-tagħbija partikulari, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;
(63) “il-profil massimu tat-tagħbija” tfisser il-profil tat-tagħbija li jkollu l-enerġija massima ta’ referenza li ħiter ikkombinat ikun jista’ jipprovdi filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet tat-temperatura u tar-rata ta’ fluss ta’ dan il-profil tat-tagħbija;
(64) “il-profil tat-tagħbija ddikjarat” tfisser il-profil tat-tagħbija li jiġi applikat meta tkun qed tiġi vvalutata l-konformità;
(65) “konsum ta’ kuljum tal-elettriku” (Qelec ) tfisser il-konsum tal-elettriku għat-tisħin tal-ilma matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat;
(66) “konsum ta’ kuljum tal-fjuwil” (Qfuel ) tfisser il-konsum tal-fjuwil għat-tisħin tal-ilma matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat.
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. IR-REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA STAĠONALI TAT-TISĦIN TAL-POST
(a) Mis-26 ta’ Settembru 2015, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u l-effiċjenzi utli tal-ħiters m’għandhomx ikunu inqas mill-valuri li ġejjin:
Għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ 70 kW jew inqas u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ 70 kW jew inqas, minbarra l-bojlers tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 10 kW jew inqas u l-bojlers ikkombinati tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 30 kW jew inqas:
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 86 %.
Għall-bojlers tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 10 kW jew inqas u għall-bojlers ikkombinati tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 30 kW jew inqas:
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 75 %.
Għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ iktar minn 70 kW iżda ta’ mhux iktar minn 400 kW u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ iktar minn 70 kW iżda ta’ mhux iktar minn 400 kW:
l-effiċjenza utli f’100 % tal-potenza termika nominali m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 86 % u l-effiċjenza utli fi 30 % tal-potenza termika nominali m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 94 %.
Għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku:
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 30 %.
Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni:
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 86 %.
Għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, minbarra l-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa:
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 100 %.
Għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa:
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 115 %.
(b) Mis-26 ta’ Settembru 2017, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’bojler elettriku, tal-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku, tal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:
Għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku:
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 36 %.
Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni:
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 100 %.
Għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, minbarra l-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa:
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 110 %.
Għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa:
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 125 %.
2. IR-REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA TAT-TISĦIN TAL-ILMA
(a) Mis-26 ta’ Settembru 2015, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:
Profil tat-tagħbija ddikjarat |
3XS |
XXS |
XS |
S |
M |
L |
XL |
XXL |
3XL |
4XL |
Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma |
22 % |
23 % |
26 % |
26 % |
30 % |
30 % |
30 % |
32 % |
32 % |
32 % |
(b) Mis-26 ta’ Settembru 2017, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:
Profil tat-tagħbija ddikjarat |
3XS |
XXS |
XS |
S |
M |
L |
XL |
XXL |
3XL |
4XL |
Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma |
32 % |
32 % |
32 % |
32 % |
36 % |
37 % |
38 % |
60 % |
64 % |
64 % |
3. IR-REKWIŻITI GĦAL-LIVELL TA’ QAWWA TAL-ĦOSS
Mis-26 ta’ Settembru 2015, il-livell ta’ qawwa tal-ħoss tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana m’għandux ikun ogħla mill-valuri li ġejjin:
Potenza termika nominali 6 kW jew inqas |
Potenza termika nominali iktar minn 6 kW u ta’ 12-il kW jew inqas |
Potenza termika nominali iktar minn 12-il kW u ta’ 30 kW jew inqas |
Potenza termika nominali iktar minn 30 kW u ta’ 70 kW jew inqas |
||||
Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa |
Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra |
Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa |
Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra |
Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa |
Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra |
Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa |
Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra |
60 dB |
65 dB |
65 dB |
70 dB |
70 dB |
78 dB |
80 dB |
88 dB |
4. IR-REKWIŻITI GĦALL-EMISSJONIJIET TAL-OSSIDI TAN-NITROĠENU
(a) Mis-26 ta’ Settembru 2018, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tal-ħiters, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu, m’għandhomx ikunu ogħla mill-valuri li ġejjin:
— għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jużaw il-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 56 mg/kWh f’termini tal-GCV;
— għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jużaw il-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;
— għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 70 mg/kWh f’termini tal-GCV;
— għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;
— għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 240 mg/kWh f’termini tal-GCV;
— għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 420 mg/kWh f’termini tal-GCV;
— għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 70 mg/kWh f’termini tal-GCV;
— għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;
— għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 240 mg/kWh f’termini tal-GCV;
— għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 420 mg/kWh f’termini tal-GCV.
5. IR-REKWIŻITI GĦAT-TAGĦRIF DWAR IL-PRODOTTI
Mis-26 ta’ Settembru 2015, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b’rabta mal-ħiters:
(a) il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin u s-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:
— għall-ħiters tal-post b’bojler, il-ħiters ikkombinati b’bojler u l-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, il-parametri tekniċi mogħtija fit-Tabella 1, imkejlin u kkalkulati skont l-Anness III;
— għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, il-parametri tekniċi mogħtija fit-Tabella 2, imkejlin u kkalkulati skont l-Anness III;
— kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter jew meta ssirlu xi manutenzjoni;
— għall-bojlers tat-tip B1 u għall-bojlers ikkombinati tat-tip B1, il-karatteristiċi tagħhom u t-test standard li ġej: “Dan il-bojler b’kurrent tal-arja naturali huwa maħsub biex jitqabbad biss ma’ ċumnija li tkun komuni għal diversi abitazzjonijiet f’bini eżistenti li minnha joħorġu r-residwi tal-kombustjoni għan-naħa ta’ barra tal-kamra li fiha jkun jinsab il-bojler. Huwa jiġbed l-arja tal-kombustjoni direttament mill-kamra u fih apparat għad-devjazzjoni tal-kurrent tal-arja. Minħabba l-effiċjenza mnaqqsa, kwalunkwe użu ieħor ta’ dan il-bojler għandu jiġi evitat u dan it-tip ta’ użu jwassal għal iktar konsum tal-enerġija u għal iktar spejjez tat-tħaddim.”;
— għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-ħiters u l-oqfsa għall-ħiters maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana, il-karatteristiċi tagħhom, ir-rekwiżiti għall-immuntar tagħhom, sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters, u, fejn ikun xieraq, il-lista ta’ kombinazzjonijiet irrakkomandati mill-manifattur;
— tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom;
(b) id-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
— l-elementi speċifikati fil-punt (a);
— għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, meta t-tagħrif dwar mudell speċifiku li jkun magħmul minn unitajiet għal użu fuq ġewwa u fuq barra jkun inkiseb permezz ta’ kalkolu abbażi tad-disinn u/jew permezz ta’ estrapolazzjoni minn kumbinazzjonijiet oħrajn, id-dettalji ta’ dawn il-kalkoli u/jew l-estrapolazzjonijiet u ta’ kwalunkwe test li jitwettaq biex tiġi vverifikata l-eżattezza tal-kalkoli, inklużi d-dettalji tal-mudell matematiku użat għall-kalkolu tal-prestazzjoni ta’ dawn il-kumbinazzjonijiet u d-dettalji tal-kejl meħud sabiex jiġi vverifikat dan il-mudell;
(c) it-tagħrif li ġej għandu jkun immarkat fuq il-ħiter b’mod li ma jistax jitħassar:
— il-kliem “bojler tat-tip B1” jew “bojler ikkombinat tat-tip B1”, jekk dan ikun applikabbli;
— għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, il-kapaċità elettrika.
Tabella 1
Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post b’bojler, għall-ħiters ikkombinati b’bojler u għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni
Mudell(i): [tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli li magħhom huwa relatat dan it-tagħrif] |
||||||||
Bojler li juża l-kondensazzjoni: [iva/le] |
||||||||
Bojler b’temperatura baxxa (2): [iva/le] |
||||||||
Bojler tat-tip B1: [iva/le] |
||||||||
Ħiter tal-post b’koġenerazzjoni: [iva/le] |
Jekk iva, mgħammar b’ħiter supplimentari: [iva/le] |
|||||||
Ħiter ikkombinat: [iva/le] |
||||||||
Fattur |
Simbolu |
Valur |
Unità |
|
Fattur |
Simbolu |
Valur |
Unità |
Potenza termika nominali |
Prated |
x |
kW |
Effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post |
ηs |
x |
% |
|
Għall-ħiters tal-post b’bojler u għall-ħiters ikkombinati b’bojler: il-produzzjoni tas-sħana utli |
Għall-ħiters tal-post b’bojler u għall-ħiters ikkombinati b’bojler: l-effiċjenza utli |
|||||||
Fil-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi għoljin (1) |
P4 |
x,x |
kW |
Fil-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi għoljin (1) |
η4 |
x,x |
% |
|
Fi 30 % tal-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi baxxi (2) |
P1 |
x,x |
kW |
Fi 30 % tal-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi baxxi (2) |
η1 |
x,x |
% |
|
Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni: il-produzzjoni tas-sħana utli |
Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni: l-effiċjenza utli |
|||||||
Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat |
PCHP100 + Sup0 |
x,x |
kW |
Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat |
ηCHP100 + Sup0 |
x,x |
% |
|
Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun attivat |
PCHP100 + Sup100 |
x,x |
kW |
Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun attivat |
ηCHP100 + Sup100 |
x,x |
% |
|
Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni: l-effiċjenza elettrika |
Ħiter supplimentari |
|||||||
Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat |
ηel,CHP100 + Sup0 |
x,x |
% |
Potenza termika nominali |
Psup |
x,x |
kW |
|
Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun attivat |
ηel,CHP100 + Sup100 |
x,x |
% |
Tip ta’ kontribut tal-enerġija |
|
|||
Il-konsum tal-elettriku awżiljarju |
Fatturi oħrajn |
|||||||
Meta jkun hemm tagħbija sħiħa |
elmax |
x,xxx |
kW |
Telf ta’ sħana fil-modalità Stennija |
Pstby |
x,xxx |
kW |
|
Meta jkun hemm tagħbija parzjali |
elmin |
x,xxx |
kW |
Konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid |
Pign |
x,xxx |
kW |
|
Fil-modalità Stennija |
PSB |
x,xxx |
kW |
Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu |
NOx |
x |
mg/kWh |
|
Għall-ħiters ikkombinati: |
||||||||
Profil tat-tagħbija ddikjarat |
|
|
Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma |
ηwh |
x |
% |
||
Konsum ta’ kuljum tal-elettriku |
Qelec |
x,xxx |
kWh |
Konsum ta’ kuljum tal-fjuwil |
Qfuel |
x,xxx |
kWh |
|
Dettalji ta’ kuntatt |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
|||||||
(*1) Reġim ta’ temperaturi għoljin tfisser temperatura ta’ ritorn ta’ 60 °C fil-post tad-dħul ta’ ħiter u temperatura ta’ alimentazzjoni ta’ 80 °C fil-post tal-ħruġ ta’ ħiter. (*2) Temperatura baxxa tfisser temperatura ta’ ritorn ta’ 30 °C għall-bojlers li jużaw il-kondensazzjoni, ta’ 37 °C għall-bojlers b’temperatura baxxa u ta’ 50 °C għall-ħiters l-oħra (fil-post tad-dħul ta’ ħiter). |
Tabella 2
Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana
Mudell(i): [tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli li magħhom huwa relatat dan it-tagħrif] |
||||||||
Pompa tas-sħana arja-ilma: [iva/le] |
||||||||
Pompa tas-sħana ilma-ilma: [iva/le] |
||||||||
Pompa tas-sħana salmura-ilma: [iva/le] |
||||||||
Pompa tas-sħana b’temperatura baxxa: [iva/le] |
||||||||
Mgħammar b’ħiter supplimentari: [iva/le] |
||||||||
Ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana: [iva/le] |
||||||||
Il-parametri għandhom jingħataw għal applikazzjoni b’temperatura medja, ħlief għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa. Għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa, il-parametri għandhom jingħataw għal applikazzjoni b’temperatura baxxa. |
||||||||
Il-parametri għandhom jingħataw għall-kundizzjonijiet klimatiċi medji. |
||||||||
Fattur |
Simbolu |
Valur |
Unità |
|
Fattur |
Simbolu |
Valur |
Unità |
Potenza termika nominali (1) |
Prated |
x |
kW |
Effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post |
ηs |
x |
% |
|
Kapaċità tat-tisħin iddikjarata għal tagħbija parzjali b’temperatura ta’ ġewwa ta’ 20 °C u temperatura ta’ barra ta’ Tj |
Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni jew proporzjon iddikjarat tal-enerġija primarja għal tagħbija parzjali b’temperatura ta’ ġewwa ta’ 20 °C u temperatura ta’ barra ta’ Tj |
|||||||
Tj = – 7 °C |
Pdh |
x,x |
kW |
Tj = – 7 °C |
COPd jew PERd |
x,xx jew x,x |
– jew % |
|
Tj = + 2 °C |
Pdh |
x,x |
kW |
Tj = + 2 °C |
COPd jew PERd |
x,xx jew x,x |
– jew % |
|
Tj = + 7 °C |
Pdh |
x,x |
kW |
Tj = + 7 °C |
COPd jew PERd |
x,xx jew x,x |
– jew % |
|
Tj = + 12 °C |
Pdh |
x,x |
kW |
Tj = + 12 °C |
COPd jew PERd |
x,xx jew x,x |
– jew % |
|
Tj = temperatura bivalenti |
Pdh |
x,x |
kW |
Tj = temperatura bivalenti |
COPd jew PERd |
x,xx jew x,x |
– jew % |
|
Tj = temperatura tal-limitu tat-tħaddim |
Pdh |
x,x |
kW |
Tj = temperatura tal-limitu tat-tħaddim |
COPd jew PERd |
x,xx jew x,x |
– jew % |
|
Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Tj = – 15 °C (jekk TOL < – 20 °C) |
Pdh |
x,x |
kW |
Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Tj = – 15 °C (jekk TOL < – 20 °C) |
COPd jew PERd |
x,xx jew x,x |
– jew % |
|
Temperatura bivalenti |
Tbiv |
x |
°C |
Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Temperatura tal-limitu tat-tħaddim |
TOL |
x |
°C |
|
Kapaċità tal-intervall ċikliku għat-tisħin |
Pcych |
x,x |
kW |
Effiċjenza tal-intervall ċikliku |
COPcyc jew PERcyc |
x,xx jew x,x |
– jew % |
|
Koeffiċjent ta’ degradazzjoni (2) |
Cdh |
x,x |
— |
Temperatura limitu tat-tħaddim għall-ilma tat-tisħin |
WTOL |
x |
°C |
|
Konsum tal-enerġija fil-modalitajiet minbarra dik attiva |
Ħiter supplimentari |
|||||||
Modalità Mitfi |
POFF |
x,xxx |
kW |
Potenza termika nominali (1) |
Psup |
x,x |
kW |
|
Modalità bit-termostat mitfi |
PTO |
x,xxx |
kW |
|
|
|||
Modalità Stennija |
PSB |
x,xxx |
kW |
Tip ta’ kontribut tal-enerġija |
||||
Modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank |
PCK |
x,xxx |
kW |
|
||||
Fatturi oħrajn |
|
|||||||
Kontroll tal-kapaċità |
fiss/varjabbli |
Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Rata nominali ta’ fluss tal-arja fuq barra |
— |
x |
m3/h |
|||
Livell ta’ qawwa tal-ħoss, fuq barra/fuq ġewwa |
LWA |
x/x |
dB |
Għall-pompi tas-sħana ilma-/salmura-ilma: Rata nominali ta’ fluss tal-ilma jew tas-salmura, skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra |
— |
x |
m3/h |
|
Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu |
NOx |
x |
mg/kWh |
|||||
Għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana: |
||||||||
Profil tat-tagħbija ddikjarat |
x |
|
Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma |
ηwh |
x |
% |
||
Konsum ta’ kuljum tal-elettriku |
Qelec |
x,xxx |
kWh |
Konsum ta’ kuljum tal-fjuwil |
Qfuel |
x,xxx |
kWh |
|
Dettalji ta’ kuntatt |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
|||||||
(*1) Għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, il-potenza termika nominali, Prated, hija daqs it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin, Pdesignh, u l-potenza termika nominali ta’ ħiter supplimentari, Psup, hija daqs il-kapaċità supplimentari tat-tisħin, sup(Tj). (*2) Jekk il-koeffiċjent ta’ degradazzjoni, Cdh, ma jiġix stabbilit bil-kejl, b’mod awtomatiku jitqies li huwa ta’ Cdh = 0,9. |
ANNESS III
Kejl u kalkoli
1. Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 5.
2. Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli
(a) Għall-għanijiet tal-kejl mogħti fil-punti 2 sa 5, it-temperatura ambjentali ta’ ġewwa għandha tkun ta’ 20 °C ± 1 °C.
(b) Għall-għanijiet tal-kalkoli mogħtija fil-punti 3 sa 5, il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b’koeffiċjent ta’ konverżjoni, CC, ta’ 2,5.
(c) L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jitkejlu bħala s-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-dijossidu tan-nitroġenu, u għandhom jingħataw bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu.
(d) Għall-ħiters li jkunu mgħammra b’ħiters supplimentari, il-kejl u l-kalkolu tal-potenza termika nominali, tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, tal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom iqisu l-ħiter supplimentari.
(e) Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali, għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jitqarrbu għall-eqreb numru sħiħ.
(f) Kwalunkwe ġeneratur tas-sħana li jkun iddisinjat għal ħiter u kwalunkwe qafas għall-ħiter maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tas-sħana għandu jiġi ttestjat b’qafas għall-ħiter u ġeneratur tas-sħana adattat rispettivament.
3. L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’bojler, tal-ħiters ikkombinati b’bojler u tal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni
L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva, ηson , ikkoreġuta b’fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, il-konsum tal-elettriku awżiljarju, it-telf ta’ sħana fil-modalità Stennija, il-konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid (jekk dan ikun japplika) u, għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, ikkoreġuta billi tiżdied l-effiċjenza elettrika mmultiplikata b’koeffiċjent ta’ konverżjoni, CC, ta’ 2.5.
4. L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana
(a) Sabiex jiġu stabbiliti l-koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni, COPrated , jew il-proporzjon nominali tal-enerġija primarja, PERrated , il-livell ta’ qawwa tal-ħoss jew l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, il-kundizzjonijiet operattivi għandhom ikunu l-kundizzjonijiet nominali standard mogħtija fit-Tabella 3 u għandha tintuża l-istess kapaċità tat-tisħin iddikjarata.
(b) Il-koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità attiva, SCOPon , jew il-proporzjon tal-enerġija primarja fil-modalità attiva, SPERon , għandhom jiġu kkalkulati abbażi tat-tagħbija parzjali għat-tisħin, Ph(Tj), tal-kapaċità supplimentari tat-tisħin, sup(Tj) (jekk din tkun tapplika), u tal-koeffiċjent tal-prestazzjoni għal intervall ta’ temperaturi partikulari, COPbin(Tj), jew tal-proporzjon tal-enerġija primarja għal intervall ta’ temperaturi partikulari, PERbin(Tj), ippeżati bis-sigħat tal-intervall ta’ temperaturi li għalihom japplikaw il-kundizzjonijiet tal-intervall ta’ temperaturi, billi jintużaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
— il-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn mogħtija fit-Tabella 4;
— l-istaġun tat-tisħin ta’ referenza għall-Ewropa fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji mogħti fit-Tabella 5;
— jekk ikun applikabbli, l-effetti ta’ kwalunkwe degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżata miċ-ċikli, skont it-tip ta’ kontroll tal-kapaċità tat-tisħin.
(c) Id-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, QH , għandha tkun it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin, Pdesignh, immultiplikata bis-sigħat annwali ekwivalenti fil-modalità attiva, HHE , jiġifieri b’2 066 siegħa.
(d) Il-konsum annwali tal-enerġija, QHE , għandu jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien:
— il-proporzjon tad-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, QH , meta mqabbla mal-koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità attiva, SCOPon , jew mal-proporzjon tal-enerġija primarja fil-modalità attiva, SPERon , u
— il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi, il-modalità bit-termostat mitfi, il-modalità Stennija u l-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank matul l-istaġun tat-tisħin.
(e) Il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni, SCOP, jew il-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja, SPER, għandhom jiġu kkalkulati bħala l-proporzjon tad-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, QH , meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija, QHE .
(f) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , għandha tiġi kkalkulata bħala l-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni, SCOP, diviż bil-koeffiċjent ta’ konverżjoni, CC, jew bħala l-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja, SPER, ikkoreġut b’fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, u, għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana ilma-/salmura-ilma u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, il-konsum tal-elettriku ta’ pompa waħda tal-ilma ta’ taħt l-art jew iktar.
5. L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati
L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh , ta’ ħiter ikkombinat għandha tiġi kkalkulata bħala l-proporzjon tal-enerġija ta’ referenza, Qref , tal-profil tat-tagħbija ddikjarat meta mqabbla mal-enerġija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dak il-profil, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-kejl għandu jsir billi jintużaw il-profili tat-tagħbija mogħtija fit-Tabella 7;
(b) il-kejl għandu jittieħed billi jintuża ċiklu tal-kejl ta’ 24 siegħa, imqassam kif ġej:
— min-00:00 sas-06:59: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;
— mis-07:00: estrazzjoni mill-ilma skont il-profil tat-tagħbija ddikjarat;
— minn tmiem l-aħħar estrazzjoni mill-ilma sa 24:00: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;
(c) il-profil tat-tagħbija ddikjarat għandu jkun il-profil massimu tat-tagħbija jew il-profil tat-tagħbija li jkun jinsab eżatt wara dak massimu;
(d) għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, japplikaw ukoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:
— il-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 3;
— il-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jużaw l-arja tal-egżost tal-ventilazzjoni bħala s-sors tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 6.
Tabella 3
Il-kundizzjonijiet nominali standard għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana
Sors tas-sħana |
Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra |
Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa |
|||
Temperatura tad-dħul b’termometru niexef (jew b’termometru umdu) |
Ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, minbarra l-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa |
Pompi tas-sħana b’temperatura baxxa |
|||
Temperatura tad-dħul |
Temperatura tal-ħruġ |
Temperatura tad-dħul |
Temperatura tal-ħruġ |
||
L-arja ta’ barra |
+ 7 °C (+ 6 °C) |
+ 47 °C |
+ 55 °C |
+ 30 °C |
+ 35 °C |
L-arja tal-egżost |
+ 20 °C (+ 12 °C) |
||||
|
Temperatura tad-dħul/tal-ħruġ |
||||
Ilma |
+ 10 °C/+ 7 °C |
||||
Salmura |
0 °C/– 3 °C |
Tabella 4
Il-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, b’temperaturi tal-arja b’termometru niexef (it-temperaturi tal-arja b’termometru umdu huma mogħtija fil-parenteżi)
Temperatura ta’ referenza tad-disinn |
Temperatura bivalenti |
Temperatura tal-limitu tat-tħaddim |
Tdesignh |
Tbiv |
TOL |
– 10 (– 11) °C |
massimu ta’ + 2 °C |
massimu ta’ – 7 °C |
Tabella 5
L-istaġun tat-tisħin ta’ referenza għall-Ewropa fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana
binj |
Tj [fi °C] |
Hj [f’sigħat fis-sena] |
1 sa 20 |
– 30 sa – 11 |
0 |
21 |
-10 |
1 |
22 |
-9 |
25 |
23 |
-8 |
23 |
24 |
-7 |
24 |
25 |
-6 |
27 |
26 |
-5 |
68 |
27 |
-4 |
91 |
28 |
-3 |
89 |
29 |
-2 |
165 |
30 |
-1 |
173 |
31 |
0 |
240 |
32 |
1 |
280 |
33 |
2 |
320 |
34 |
3 |
357 |
35 |
4 |
356 |
36 |
5 |
303 |
37 |
6 |
330 |
38 |
7 |
326 |
39 |
8 |
348 |
40 |
9 |
335 |
41 |
10 |
315 |
42 |
11 |
215 |
43 |
12 |
169 |
44 |
13 |
151 |
45 |
14 |
105 |
46 |
15 |
74 |
Sigħat totali: |
4 910 |
Tabella 6
L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni [f’metri kubi għal kull siegħa], f’umdità ta’ 5,5 grammi għal kull metru kubu
Profil tat-tagħbija ddikjarat |
XXS |
XS |
S |
M |
L |
XL |
XXL |
3XL |
4XL |
L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni |
109 |
128 |
128 |
159 |
190 |
870 |
1 021 |
2 943 |
8 830 |
Tabella 7
Il-profili tat-tagħbija tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati
ħin |
3XS |
XXS |
XS |
S |
|||||||||
Qtap |
f |
Tm |
Qtap |
f |
Tm |
Qtap |
f |
Tm |
Qtap |
f |
Tm |
Tp |
|
kWh |
l/min |
°C |
kWh |
l/min |
°C |
kWh |
l/min |
°C |
kWh |
l/min |
°C |
°C |
|
07:00 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
07:05 |
0,015 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
07:15 |
0,015 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
07:26 |
0,015 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
07:30 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
0,525 |
3 |
35 |
0,105 |
3 |
25 |
|
07:45 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
08:01 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
08:05 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
08:15 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
08:25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
08:30 |
|
|
|
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
08:45 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
09:00 |
0,015 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
09:30 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
10:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10:30 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
11:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
11:30 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
11:45 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
12:00 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
12:30 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
12:45 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
0,525 |
3 |
35 |
0,315 |
4 |
10 |
55 |
14:30 |
0,015 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
15:00 |
0,015 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
15:30 |
0,015 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
16:00 |
0,015 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
16:30 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
17:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
18:00 |
|
|
|
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
18:15 |
|
|
|
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
0,105 |
3 |
40 |
|
18:30 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
19:00 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
19:30 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
20:00 |
|
|
|
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
20:30 |
|
|
|
|
|
|
1,05 |
3 |
35 |
0,42 |
4 |
10 |
55 |
20:45 |
|
|
|
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
20:46 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
21:00 |
|
|
|
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
21:15 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
21:30 |
0,015 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
0,525 |
5 |
45 |
|
21:35 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
21:45 |
0,015 |
2 |
25 |
0,105 |
2 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
Qref |
0,345 |
|
|
2,100 |
|
|
2,100 |
|
|
2,100 |
|
|
|
ħin |
M |
L |
XL |
|||||||||
Qtap |
f |
Tm |
Tp |
Qtap |
f |
Tm |
Tp |
Qtap |
f |
Tm |
Tp |
|
kWh |
l/mn |
°C |
°C |
kWh |
l/min |
°C |
°C |
kWh |
l/min |
°C |
°C |
|
07:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
07:05 |
1,4 |
6 |
40 |
|
1,4 |
6 |
40 |
|
|
|
|
|
07:15 |
|
|
|
|
|
|
|
|
1,82 |
6 |
40 |
|
07:26 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
07:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
07:45 |
|
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
4,42 |
10 |
10 |
40 |
08:01 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
08:05 |
|
|
|
|
3,605 |
10 |
10 |
40 |
|
|
|
|
08:15 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
08:25 |
|
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
08:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
08:45 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
09:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
09:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
10:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
10:30 |
0,105 |
3 |
10 |
40 |
0,105 |
3 |
10 |
40 |
0,105 |
3 |
10 |
40 |
11:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
11:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
11:45 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
12:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
12:30 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
12:45 |
0,315 |
4 |
10 |
55 |
0,315 |
4 |
10 |
55 |
0,735 |
4 |
10 |
55 |
14:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
15:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
15:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
16:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
16:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
17:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
18:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
18:15 |
0,105 |
3 |
40 |
|
0,105 |
3 |
40 |
|
0,105 |
3 |
40 |
|
18:30 |
0,105 |
3 |
40 |
|
0,105 |
3 |
40 |
|
0,105 |
3 |
40 |
|
19:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
19:30 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20:30 |
0,735 |
4 |
10 |
55 |
0,735 |
4 |
10 |
55 |
0,735 |
4 |
10 |
55 |
20:45 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20:46 |
|
|
|
|
|
|
|
|
4,42 |
10 |
10 |
40 |
21:00 |
|
|
|
|
3,605 |
10 |
10 |
40 |
|
|
|
|
21:15 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
0,105 |
3 |
25 |
|
21:30 |
1,4 |
6 |
40 |
|
0,105 |
3 |
25 |
|
4,42 |
10 |
10 |
40 |
21:35 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
21:45 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Qref |
5,845 |
|
|
|
11,655 |
|
|
|
19,07 |
|
|
|
ħin |
XXL |
3XL |
4XL |
|||||||||
Qtap |
f |
Tm |
Tp |
Qtap |
f |
Tm |
Tp |
Qtap |
f |
Tm |
Tp |
|
kWh |
l/min |
°C |
°C |
kWh |
l/min |
°C |
°C |
kWh |
l/min |
°C |
°C |
|
07:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
11,2 |
48 |
40 |
|
22,4 |
96 |
40 |
|
07:05 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
07:15 |
1,82 |
6 |
40 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
07:26 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
07:30 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
07:45 |
6,24 |
16 |
10 |
40 |
|
|
|
|
|
|
|
|
08:01 |
0,105 |
3 |
25 |
|
5,04 |
24 |
25 |
|
10,08 |
48 |
25 |
|
08:05 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
08:15 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
08:25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
08:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
08:45 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
09:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
1,68 |
24 |
25 |
|
3,36 |
48 |
25 |
|
09:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10:30 |
0,105 |
3 |
10 |
40 |
0,84 |
24 |
10 |
40 |
1,68 |
48 |
10 |
40 |
11:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
11:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
11:45 |
0,105 |
3 |
25 |
|
1,68 |
24 |
25 |
|
3,36 |
48 |
25 |
|
12:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
12:30 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
12:45 |
0,735 |
4 |
10 |
55 |
2,52 |
32 |
10 |
55 |
5,04 |
64 |
10 |
55 |
14:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
15:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
15:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
2,52 |
24 |
25 |
|
5,04 |
48 |
25 |
|
16:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
16:30 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
17:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
18:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
18:15 |
0,105 |
3 |
40 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
18:30 |
0,105 |
3 |
40 |
|
3,36 |
24 |
25 |
|
6,72 |
48 |
25 |
|
19:00 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
19:30 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20:30 |
0,735 |
4 |
10 |
55 |
5,88 |
32 |
10 |
55 |
11,76 |
64 |
10 |
55 |
20:45 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20:46 |
6,24 |
16 |
10 |
40 |
|
|
|
|
|
|
|
|
21:00 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
21:15 |
0,105 |
3 |
25 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
21:30 |
6,24 |
16 |
10 |
40 |
12,04 |
48 |
40 |
|
24,08 |
96 |
40 |
|
21:35 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
21:45 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Qref |
24,53 |
|
|
|
46,76 |
|
|
|
93,52 |
|
|
|
ANNESS IV
Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.
Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:
(1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.
(2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:
(a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll
(b) il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll
(c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 8.
(3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.
(4) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar ekwivalenti differenti.
(5) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 8.
(6) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.
(7) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 8 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.
Tabella 8
It-tolleranzi tal-verifika
Parametri |
It-tolleranzi tal-verifika |
L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs |
Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %. |
L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh |
Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %. |
Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, LWA |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 2 dB(A). |
L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 20 %. |
ANNESS V
Il-valuri indikattivi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 6
Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters f’dak li għandu x’jaqsam mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, mal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej:
1. Valur ta’ referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post f’applikazzjoni b’temperatura medja: 145 %;
2. Valuri ta’ referenza għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati:
Profil tat-tagħbija ddikjarat |
3XS |
XXS |
XS |
S |
M |
L |
XL |
XXL |
3XL |
4XL |
Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma |
35 % |
35 % |
38 % |
38 % |
75 % |
110 % |
115 % |
120 % |
130 % |
130 % |
3. Valuri ta’ referenza għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra, tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkollhom potenza termika nominali:
(a) ta’ 6 kW jew inqas: 39 dB;
(b) ta’ iktar minn 6 kW u ta’ 12-il kW jew inqas: 40 dB;
(c) ta’ iktar minn 12-il kW u ta’ 30 kW jew inqas: 41 dB;
(d) ta’ iktar minn 30 kW u ta’ 70 kW jew inqas: 67 dB.
4. Valuri ta’ referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu:
(a) tal-ħiters tal-post b’bojler u tal-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 14-il mg/kWh f’termini tal-GCV;
(b) tal-ħiters tal-post b’bojler u tal-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 50 mg/kWh f’termini tal-GCV.
Il-valuri ta’ referenza speċifikati fil-punti 1 sa 4 mhux bil-fors ifissru li ħiter partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta’ dawn il-valuri.
( 1 ) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
( 2 ) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.
( 3 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.