Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013D0034-20170608

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas- 17 ta’ Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/34(1)/2017-06-08

    02013D0034 — MT — 08.06.2017 — 004.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/34/PESK

    tas-17 ta’ Jannar 2013

    dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)

    (ĠU L 014 18.1.2013, p. 19)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/729/PESK tad-9 ta’ Diċembru 2013

      L 332

    18

    11.12.2013

     M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/220/PESK tal-15 ta' April 2014

      L 113

    27

    16.4.2014

    ►M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/446 tat-23 ta' Marzu 2016

      L 78

    74

    24.3.2016

    ►M4

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017

      L 146

    133

    9.6.2017


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 116, 30.4.2016, p.  39 (2016/446)




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/34/PESK

    tas-17 ta’ Jannar 2013

    dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)



    Artikolu 1

    Missjoni

    ▼M3

    1.  L-Unjoni għandha twettaq missjoni ta' taħriġ militari, (EUTM Mali), biex tipprovdi, fil-Mali, konsulenza militari u ta' taħriġ lill-Forzi Armati tal-Mali (FAM) li joperaw taħt il-kontroll ta' awtoritajiet ċivili leġittimi, sabiex isir kontribut lejn ir-restawr tal-kapaċità militari tagħhom bil-għan li jkunu jistgħu iwettqu operazzjonijiet militari immirati lejn ir-restawr tal-integrità territorjali tal-Mali u jnaqqsu t-theddida ppreżentata minn gruppi terroristiċi. L-EUTM Mali ma għandiex tkun involuta f'operazzjonijiet ta' kumbattiment. L-azzjonijiet tagħha għandhom jestendu sal-Liwja tax-xmara Niger, inklużi l-muniċipalitajiet ta' Gao u Timbuktu.

    2.  L-objettiv tal-EUTM Mali għandu jkun ir-rispons għall-ħtiġijiet operattivi tal-FAM billi jingħata:

    (a) appoġġ għat-taħriġ għall-benefiċċju tal-FAM;

    (b) taħriġ u konsulenza dwar il-kmand u l-kontroll, il-katina loġistika u r-riżorsi umani, kif ukoll taħriġ dwar id-Dritt Umanitarju Internazzjonali, il-protezzjoni taċ-ċivili u d-drittijiet tal-bniedem;

    (c) kontribut, fuq talba mill-Mali u b'koordinazzjoni ma' MINUSMA, lill-proċess ta' Diżarm, Demobilizzazzjoni u Reintegrazzjoni ddefinit mill-Ftehim ta' Paċi, permezz tal-għoti ta' sessjonijiet ta' taħriġ sabiex tiġi ffaċilitata r-rikostituzzjoni ta' Forzi Armati tal-Mali inklużivi;

    (d) appoġġ għall-proċess ta' Saħel tal-G5, fi ħdan l-attivitajiet tal-EUTM Mali b'appoġġ għall-FAM, billi jingħata kontribut lit-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-interoperabbiltà mal-forzi armati nazzjonali tal-G5.

    ▼B

    3.  EUTM Mali għandha timmira lejn it-tisħiħ tal-kundizzjonijiet għal kontroll politiku kif suppost minn awtoritajiet ċivili leġittimi tal-FAM.

    4.  L-attivitajiet tal-EUTM Mali għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mill-qrib ma’ atturi oħra involuti fl-appoġġ għall-FAM, b’mod partikolari man-Nazzjonijiet Uniti u l-Komunità Ekonomika tal-Istati Afrikani tal-Punent (ECOWAS).

    Artikolu 2

    Ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE

    ▼M4

    1.  Id-Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) għandu jkun il-kmandant tal-missjoni EUTM Mali.

    2.  Il-Brigadier Ġeneral Peter Devogelaere huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Missjoni EUTM Mali.

    ▼B

    Artikolu 3

    Għażla tal-Kwartieri Ġenerali talMissjoni

    ▼M4

    1.  L-MPCC għandha tkun l-istruttura statika ta' kmand u kontroll fil-livell strateġiku militari barra miż-Żona tal-Operazzjonijiet, li hija responsabbli għall-ippjanar u t-tmexxija operazzjonali ta' EUTM Mali.

    2.  Il-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni EUTM Mali għandhom ikunu fil-Mali u għandhom joperaw taħt il-kmand tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

    3  Fl-MPCC għandha tiġi inkluża ċellola ta' appoġġ, li tkun tinsab fi Brussell, tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni sakemm l-MPCC tilħaq kapaċità operazzjonali sħiħa.

    ▼M1

    Artikolu 3a

    Ċellula ta' proġetti

    1.  EUTM Mali għandu jkollha ċellula ta' proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. Il-Missjoni għandha, kif inhu xieraq, tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f'oqsma relatati mal-mandat tal-Missjoni u b'appoġġ tal-objettivi tagħha.

    2.  Soġġett għall-paragrafu 3, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jkun awtorizzat li jfittex rikors għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew Stati terzi sabiex jiġu implimentati proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw l-azzjonijiet l-oħra ta' EUTM Mali b'mod konsistenti. F'tali każ, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi biex jiġi ttrattat kwalunkwe ilment minn partijiet terzi rigward danni kkawżati bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

    Taħt l-ebda ċirkostanza l-Unjoni jew ir-RGħ m'għandhom jinżammu responsabbli mill-Istati kontribwenti bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE fl-użu tal-fondi minn dawk l-Istati.

    3.  Il-KPS għandu jaqbel dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja minn Stati terzi għaċ-ċellula ta' proġetti.

    ▼B

    Artikolu 4

    Ippjanar u tnedija tal-EUTM Mali

    Id-Deċiżjoni dwar it-tnedija tal-EUTM Mali għandha tiġi adottata mill-Kunsill wara l-approvazzjoni tal-Pjan tal-Missjoni u tar-Regoli tal-Kumbattiment.

    Artikolu 5

    Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

    1.  Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni militari tal-EUTM Mali. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat biex jiġu emendati d-dokumenti tal-ippjanar, inkluż il-Pjan tal-Missjoni, u l-Linja tal-Kmand. Hija għandha tinkludi wkoll is-setgħat biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal- ►M4  Kmandanti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ◄ sussegwenti. Is-setgħat ta’ deċiżjoni rigward l-objettivi u t-tmiem tal-EUTM Mali għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

    2.  Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

    3.  Il-KPS għandu jirċievi, f’intervalli regolari, rapporti mill-President tal-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) rigward it-twettiq tal-EUTM Mali. Il-KPS jista’ jistieden lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M4  u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ◄ għal-laqgħat tiegħu, kif adatt.

    Artikolu 6

    Direzzjoni militari

    1.  L-EUMC għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni korretta tal-EUTM Malimwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

    2.  L-EUMC għandu jirċievi, f’intervalli regolari, rapporti mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE. Huwa jista’ jistieden lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M4  u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ◄ għal-laqgħat tiegħu, kif adatt.

    3.  Il-President tal-EUMC għandu jaġixxi bħala l-punt ewlieni ta’ kuntatt mal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

    Artikolu 7

    Konsistenza fir-rispons u l-koordinazzjoni tal-Unjoni

    1.  Ir-RGħ għandu jiżgura l-implimetazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jiżgura wkoll il-konsistenza tagħha mal-azzjoni esterna fl-intier tagħha tal-Unjoni, inkluż, il-programmi ta’ żvilupp tal-UE.

    ▼M4

    2.  Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għandu jirċievi gwida politika lokali mir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel ikkoordinata mal-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni f'Bamako.

    ▼B

    3.  L-EUTM Mali għandha tikkoordina mal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni fin-Niġer (EUCAP SAHEL Niger) bil-għan li jiġu esplorati s-sinerġiji possibbli.

    4.  L-EUTM Mali għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-attivitajiet bilaterali tal-Istati Membri f’Mali, ma’ atturi internazzjonali oħra fir-reġjun, b’mod partikolari n-NU u l-Unjoni Afrikana (UA), ECOWAS u l-atturi bilaterali inklużi l-Istati Uniti u l-Kanada, u ma’ atturi reġjonali ewlenin.

    Artikolu 8

    Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi

    1.  Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u għall-qafas istituzzjonali uniku tagħha, u skont il-linji gwida rilevanti tal-Kunsill Ewropew, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-EUTM Mali.

    2.  Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jistieden lil Stati terzi sabiex jipproponu kontribut u biex jieħu, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M4  f'konsultazzjoni mal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE, ◄ u l-EUMC, id-deċiżjonijiet adatti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti.

    3.  Arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 37 TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 TFUE. Fejn l-Unjoni u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan tal-aħħar f’missjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżi tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUTM Mali.

    4.  L-Istati terzi li jagħmlu kontributi militari sinifikanti għall-EUTM Mali għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fir-rigward tat-tmexxija ta’ kuljum tal-EUTM Mali bħall-Istati Membri li jieħdu sehem fl-EUTM Mali.

    5.  Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet adatti rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri, fil-każ li xi Stati terzi jaħmlu kontributi militari sinifikanti.

    Artikolu 9

    Status tal-persunal immexxi mill-UE

    L-istatus tal-unitajiet u l-persunal immexxija mill-UE, inklużi l-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tagħhom jista jkun is-suġġett ta’ ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 TFUE.

    Artikolu 10

    Arranġamenti Finanzjarji

    1.  L-ispejjeż komuni tal-EUTM Mali għandhom jiġu amministrati skont id-Deċiżjoni 2011/871/PESK.

    ▼C1

    2.  L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM Mali għall-perijodu mid-19 ta' Mejju 2016 sat-18 ta' Mejju 2018 għandu jkun ta' EUR 33 400 000 . Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 ( 1 ) għandu jkun 10 % u l-perċentwal għall-impenn imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun 60 %.

    ▼B

    Artikolu 11

    Rilaxx ta’ Informazzjoni

    1.  Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lil Stati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, kif adatt u f’konformità mal-bżonnijiet tal-EUTM Mali, informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-EUTM Mali, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE ( 2 ):

    (a) sal-livell previst mill-ftehimiet applikabbli dwar is-sigurtà tal-informazzjoni konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat terz ikkonċernat; jew

    (b) sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” f’każijiet oħra.

    2.  Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat ukoll jirrilaxxa lin-NU u lill-ECOWAS f’konformità mal-bżonnijiet operattivi tal-EUTM Mali, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” iġġenerata għall-finijiet tal-EUTM Mali, f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u l-ECOWAS.

    3.  Fil-każ ta’ bżonn operattiv speċifiku u immedjat, ir-RGħ għandu jkun awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” iġġenerata għall-finijiet tal-EUTM Mali, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan l-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.

    4.  Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-EUTM Mali u li jkun kopert mill-obbligu ta’ segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ( 3 ).

    5.  Ir-RGħ jista’ jiddelega tali setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll l-kapċità li jiġu konklużi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lill-persunal tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u/jew lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M4  u/jew lill-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ◄ .

    Artikolu 12

    Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

    1.  Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    ▼M3

    2.  Il-mandat tal-EUTM Mali għandu jintemm fit-18 ta' Mejju 2018.

    ▼B

    3.  Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mħassra mid-data tal-għeluq tal-Kwartieri Ġenerali tal-Missjonif’konformità mal-pjani approvati għat-tmiem tal-EUTM Mali, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li jirrigwardaw il-verifika u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-EUTM Mali, stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/871/PESK.



    ( 1 ) Deċiżjoni tal-kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal- operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 39).

    ( 2 ) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.

    ( 3 ) Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).

    Top