This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02012R0351-20120514
Commission Regulation (EU) No 351/2012 of 23 April 2012 implementing Regulation (EC) No 661/2009 of the European Parliament and of the Council as regards type-approval requirements for the installation of lane departure warning systems in motor vehicles
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat- 23 ta' April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat- 23 ta' April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur
No longer in force
)
2012R0351 — MT — 14.05.2012 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 351/2012 tat-23 ta' April 2012 (ĠU L 110, 24.4.2012, p.18) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 351/2012
tat-23 ta' April 2012
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali ta’ vetturi bil-mutur, il-karrijiet u s-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati tagħhom ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 14(3)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi r-rekwiżiti bażiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 fir-rigward tal-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għal din l-approvazzjoni tat-tip. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula li l-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jeżentaw ċerti vetturi jew klassijiet ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 mill-obbligu li jinstallaw sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata, fejn wara analiżi ta’ spiża/benefiċċju u b’kunsiderazzjoni tal-aspetti tas-sikurezza kollha rilevanti, jirriżulta li l-applikazzjoni ta’ dawk is-sistemi ma tkunx adattata għall-vettura jew għall-klassi ta’ vetturi kkonċernati. |
(3) |
L-analiżi tal-ispiża/benefiċċju ppruvat li l-applikazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata ma’ vetturi semitrejler tal-irmonk tal-kategorija N2 b’massa massima li taqbeż 3,5 tunellati iżda ma taqbiżx 8 tunellati mhix adattata għax din tiġġenera aktar spejjeż milli benefiċċji. Barra minn hekk, huwa meqjus li minħabba l-użu tipiku tagħhom f’kundizzjonijiet speċifiċi tat-traffiku, l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata tista’ tiġġenera biss benefiċċji limitati għas-sikurezza għall-vetturi tal-kategorija M2 u M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II, u għal karozzi tal-linja artikulati tal-kategorija M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II, kif ukoll għal ċerti vetturi għal skop speċjali, vetturi off-road u vetturi b’aktar minn tliet fusien. Dawk il-vetturi għalhekk għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jinstallaw dawk is-sistemi. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ Applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji M2, N2, M3 u N3, kif definit fl-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:
(1) vetturi semitrejler tal-irmonk tal-kategorija N2 b’massa massima li taqbeż 3,5 tunnellati iżda ma taqbiżx 8 tunellati;
(2) vetturi tal-kategorij M2 u M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II;
(3) karozzi tal-linja artikulati tal-kategorija M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II;
(4) vetturi off-road tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 kif imsemmija fil-punti 4.2 u 4.3 tal-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE;
(5) vetturi għal skop speċjali tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 kif imsemmija fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE;
(6) vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 b’aktar minn tliet fusien.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 661/2009:
(1) “Tip ta’ vettura fir-rigward tas-Sistema ta’ Indikazzjoni ta’ Ħruġ mill-Karreġġata” tfisser kategorija ta’ vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:
(a) l-isem jew il-marka tal-fabbrika tal-manifattur,
(b) karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinjifikanti l-prestazzjonijiet tas-Sistema ta’ Indikazzjoni ta’ Ħruġ mill-Karreġġata,
(c) it-tip u d-disinn tas-Sistema ta’ Indikazzjoni ta’ Ħruġ mill-Karreġġata.
(2) “Karreġġata” tfisser waħda mill-istrixxi lonġitudinali li triq tkun maqsuma fihom (kif muri fl-Appendiċi 1 mal-Anness II).
(3) “Immarkar viżibbli tal-karreġġata” ifisser disinji mpoġġija b’mod intenzjonali fuq it-truf tal-karreġġata li huma direttament viżibbli mis-sewwieq waqt li qed isuq.
(4) “Rata ta’ ħruġ” tfisser il-veloċità tal-approach tal-vettura f’angolu rett mal-immarkar viżibbli tal-karreġġata fil-punt meta tinbeda t-twissija.
(5) “Spazju komuni” ifisser żona fejn jistgħu jintwerew żewġ funzjonijiet ta’ informazzjoni jew aktar, imma mhux b’mod simultanju.
Artikolu 3
L-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-LDWS
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura lill-awtorità li tapprova t-tip fir-rigward ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata.
2. L-applikazzjoni għandha tkun ippreparata skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness I.
3. Jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII mad-Direttiva 2007/46/KE.
Stat Membru ma jistax jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.
4. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha toħroġ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE stabbilit skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Mudelli standard għad-dokument ta’ informazzjoni u ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE
PARTI 1
Dokument ta’ Informazzjoni
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru … li jirrelata mal-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Jekk ikun hemm xi ritratti għandu jkun fihom dettalji suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew unitajiet tekniċi oħra msemmija f’dan l-anness ikollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
0.1. |
Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): … |
0.2. |
Tip: …
|
0.3. |
Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura ( 3 ): …
|
0.4. |
Kategorija ta’ vettura ( 4 ): … |
0.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: … |
0.6. |
Fejn jitqiegħdu l-plejts statutorji u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom u fejn jitqiegħed in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura: …
|
0.9. |
L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti): … |
1. IL-KARATTERISTIĊI TAL-BINI ĠENERALI TAL-VETTURA
1.1. |
Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: … |
1.2. |
Disinn dimensjonali tal-vettura sħiħa: … |
1.3. |
L-għadd tal-fusien u roti: …
|
1.8. |
Naħa tas-sewqan: xellug/lemin ( 5 ). |
2. MASES U DIMENSJONIJIET ( 6 ) ( 7 )
(f’kg u mm) (Irreferi għad-disinn fejn applikabbli)
2.1. Bażi(jiet) ta’ bejn ir-roti (b’tagħbija sħiħa) ( 8 )
2.1.1. |
Vetturi b’żewġ fusien: … 2.1.1.1. Vetturi b’żewġ fusien jew tlieta |
2.3. Tul(ijiet) u wisa’(wisgħat) tal-fus
2.3.1. |
Tul ta’ kull fus li huwa steered ( 9 ): … |
2.3.2. |
Tul tal-fusien l-oħra kollha (9) : … |
2.3.3. |
Wisa’ tal-aktar fus wiesa’ ta’ wara: … |
2.3.4. |
Il-wisa’ tal-fus ta’ quddiem nett (imkejla fuq it-tarf ta’ barra tat-tajers għajr għall-bużżieqa mbuzzata ‘l barra tat-tajers qrib l-art): … |
2.4. Il-medda tad-dimensjonijiet tal-vettura (b’kollox)
2.4.1. Għal chassis mingħajr karozzerija
2.4.1.1. |
Tul ( 10 ): …
|
2.4.1.2. |
Wisa’ ( 12 ): …
|
2.4.2. Għal chassis bil-karozzerija
2.4.2.1. |
Tul (12) : …
|
2.4.2.2. |
Wisa’ (12) : … |
2.4.3. Għal karozzerija approvata mingħajr chassis (vetturi M2 u M3)
2.4.3.1. |
Tul (12) : … |
2.4.3.2. |
Wisa’ (12) : … |
2.6. Massa f’kundizzjoni ta’ sewqan
Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta’ vettura tal-irmonk ta’ kategorija għajr għal M1, b’tagħmir ta’ gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f’kundizzjoni ta’ sewqan, jew massa tax-chassis jew chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta’ gganċjar jekk il-manifattur ma jqigħedx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta’ gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) ( 13 ) (massimu u minimu għal kull varjant): …
4.7. |
Veloċità ddisinjata massima tal-vettura (f’km/s) ( 14 ): … |
13. DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAL KAROZZI TAL-LINJA U KOWĊIS
13.1. Klassi tal-vettura: Klassi III/Klassi B (14)
Noti ta’ spjegazzjoni
PARTI 2
MUDELL
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
Komunikazzjoni li tikkonċerna:
— Approvazzjoni tat-tip KE ( 15 )
— Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (15)
— Rifjut tal-approvazzjoni tat-tip KE (15)
— Irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE (15)
ta’ tip ta’ vettura għal sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata
fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 kif emendat
Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE: _
Raġuni għall-estensjoni:
TAQSIMA I
0.1. |
Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): |
0.2. |
Tip:
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk dan huwa mmarkat fuq il-vettura ( 16 )
|
0.4. |
Il-kategorija tal-vettura ( 17 ) |
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
0.8. |
L-ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: |
0.9. |
Ir-rappreżentant tal-manifattur |
TAQSIMA II
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn japplika): Ara l-Addendum |
2. |
Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: |
3. |
Id-data tar-rapport tat-test: |
4. |
In-numru tar-rapport tat-test: |
5. |
Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum |
6. |
Post: |
7. |
Data: |
8. |
Firma: |
Dokumenti mehmużin |
: |
Pakkett ta’ tagħrif. Rapport tat-test. |
Addendum
għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …
1. Informazzjoni addizzjonali
1.1. |
Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ indikazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata mwaħħla mal-vettura: |
4. Ir-riżultati tat-test fl-Anness II
4.1. |
Marki viżibbli tal-karreġġata użati għall-ittestjar |
4.2. |
Dokumentazzjoni li turi konformità mal-marki l-oħra kollha tal-karreġġata identifikati fl-Appendiċi mal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 |
4.3. |
Deskrizzjoni tal-varjanti tas-sistema ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata b’aġġustamenti reġjonali speċifiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti. |
4.4. |
Massa u kundizzjoni tat-tagħbija tal-vettura meta tkun ittestjata |
4.5. |
L-issettjar tal-limitu tat-twissija (biss fil-każ fejn is-sistema ta’ indikazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata hija mgħammra b’limitu tat-twissija li jista’ jkun aġġustat mill-utent) |
4.6. |
Ir-riżultat tat-test tal-verifika tas-sinjal tat-twissija ottiku |
4.7. |
Ir-riżultati tat-test tal-indikazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata |
4.8. |
Ir-riżultati tat-test tad-detezzjoni ta’ nuqqas ta’ funzjoament |
4.9. |
Ir-riżultati tat-test tad-diżattivazzjoni (isir biss jekk il-vettura hija mgħammra b’mezzi ta’ diżattivazzjoni tas-sistema ta’ indkazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata) |
5. |
Rimarki (jekk hemm): |
ANNESS II
Rekwiżiti u testijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata
1. Rekwiżiti
1.1. Rekwiżiti ġenerali
1.1.1. |
L-effikaċja tas-sistema ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata (LDWS) ma għandhiex tkun affettwata b’mod negattiv minn kampijiet manjetiċi jew tal-elettriku. Dan għandu jintwera bil-konformità mar-Regolament Nru 10 ( 18 ) tal-UNECE. |
1.2. Rekwiżiti ta’ prestazzjoni
1.2.1. |
Kull meta s-sistema tkun attiva, kif speċifikat fil-punt 1.2.3., l-LDWS għandha tavża lis-sewwieq jekk il-vettura taqsam minn fuq marka tal-karreġġata viżibbli għal karreġġata li tkun qed issuq fiha, fuq triq b’forma direzzjonali li tvarja bejn triq dritta u kurva li jkollha marka ta’ karreġġata fuq in-naħa ta’ ġewwa b’raġġ minimu ta’ 250 m, fejn ma jkun hemm l-ebda talba motivata biex isir dan. Speċifikament: 1.2.1.1. din għandha tipprovdi lis-sewwieq bit-twissija speċifikata fil-punt 1.4.1., meta din tkun ittestjata skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.5. (test tat-twissija tal-ħruġ) u bil-marki tal-karreġġata kif speċifikat fil-punt 2.2.3., 1.2.1.2. it-twissija msemmija fil-punt 1.2.1. tista’ titwaqqaf meta jkun hemm azzjoni tas-sewwieq li tindika l-intenzjoni li jrid joħroġ minn dik il-karreġġata. |
1.2.2. |
Is-sistema għandha tipprovdi wkoll lis-sewwieq bit-twissija speċifikata fil-punt 1.4.2., meta din tkun ittestjata skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.6. (it-test tad-detezzjoni ta’ nuqqas ta’ funzjonament). Is-sinjal għandu jkun kostanti. |
1.2.3. |
L-LDWS għandha tkun attiva mill-inqas għal veloċitajiet tal-vettura ta’ aktar minn 60 km/s, sakemm din ma tkunx diżattivata manwalment skont il-punt 1.3. |
1.3. |
Jekk vettura tkun mgħammra b’mezz għad-diżattivazzjoni tal-funzjoni tal-LDWS, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejijn kf jixraq: 1.3.1. Il-funzjoni tal-LDWS għandha terġa’ tiddaħħal awtomatikament mal-bidu ta’ kull ċiklu ġdid meta tkun startjata “on” (taħdem). 1.3.2. Sinjal ta’ twissija ottiku kostanti għandu jinforma lis-sewwieq li l-funzjoni tal-LDWS tkun ġiet diżattivata. Is-sinjal ta’ twissija isfar speċifikat fil-punt 1.4.2. għandu jintuża għal dan il-għan. |
1.4. |
Indikazzjoni ta’ twissija
|
1.5. |
Dispożizzjonijiet għal spezzjoni teknika perjodika
|
2. Proċeduri tat-test
2.1. |
Il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni qasira li jagħti aċċess għad-disinn bażiku tas-sistema u, jekk japplika, il-mezzi li bihom dan huwa konness ma’ sistemi oħra fil-vettura. Il-funzjoni tas-sistema għandha tkun spjegata u d-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-istat ta’ tħaddim tas-sistema huwa kkontrollat, jekk hemmx xi effett fuq sistemi oħra tal-vettura, u l-metodu(i) użat(i) biex ikunu stabbiliti s-sitwazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw biex jintwera sinjal ta’ twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament. |
2.2. |
Kundizzjonijiet tat-test
|
2.3. |
Il-kundizzjonijiet tal-vettura
2.3.1. Il-vettura tista’ tkun ittestjata fi kwalunkwe kundizzjoni ta’ tagħbija, id-distribuzzjoni tal-massa fuq il-fusien għandha tkun dik iddikjarata mill-manifattur tal-vettura mingħajr ma teċċedi l-massa massima permissibbli għal kull fus. Ma għandha ssir l-ebda bidla ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test. Il-manifattur tal-vettura għandu juri permezz ta’ dokumentazzjoni li s-sistema taħdem f’kull kundizzjoni ta’ tagħbija.
|
2.4. |
Test ta’ verifika tas-sinjal ta’ twissija ottiku
Meta l-vettura tkun stazzjonarja ċċekkja li s-sinjal(i) ottiku(ċi) ta’ twissija jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt 1.4.3. |
2.5. |
It-test tat-twissija tal-ħruġ mill-karreġġata
|
2.6. |
It-test ta’ detezzjoni tan-nuqqas ta’ funzjonament
|
2.7. |
It-Test tad-Diżattivazzjoni
|
Appendiċi
Identifikazzjoni tal-marki tal-karreġġata viżibbli
1. Għall-iskop tal-proċeduri tat-test imsemmija fil-punti 2.2. u 2.5. tal-Anness II, il-wisa’ tal-karreġġata tat-test għandha tkun ta’ aktar minn 3,5 m.
2. Jiġi assunt li l-marki viżibbli tal-karreġġata li huma identifikati fit-Tabella 1 huma bojod, sakemm mhux indikat mod ieħor f’dan l-Appendiċi.
3. It-Tabella 1 għandha tintuża għall-approvazzjoni skont il-punti 2.2. u 2.5. tal-Anness II ma’ dan ir-Regolament
Tabella 1
Marki viżibbli tal-karreġġata identifikati
( 1 ) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
( 2 ) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
( 3 ) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, komponenti jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).
( 4 ) Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fil-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE.
( 5 ) Ħassar fejn mhux applikabbli (jeżistu każijiet fejn xejn ma jkun jeħtieġ jitħassar fejn tkun applikabbli aktar minn annotazzjoni waħda)
( 6 ) Meta hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ gruppi ta’ mases u dimensjonijiet għandhom jiġu ddikjarati
( 7 ) Standard ISO 612: 1978 – Vetturi tat-triq – Dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u vetturi rmonkati – kundizzjonijiet u definizzjonijiet.
( 8 )
(g1)
— Il-bażi tar-rota tal-vettura għandha tkun determinata skont: l-intestatura Nru 6.4.1. tal-Istandard ISO 612:1978 għal vetturi bil-mutur u trejler bi drawbar: l-intestatura Nru. 6.4.2. tal-Istandard ISO ISO 612:1978 għal semitrejler u trejler ta’ fus ċentrali —
Fil-każ ta’ trejler ta’ fus ċentrali, il-fus tal-kapling għandu jitqies bħala l-fus ta’ quddiem nett
( 9 )
— Il-linji ta’ fusien għandhom ikunu determinati skont l-intestatura Nru. 6.5. tal-Istandard ISO 612:1978
( 10 )
— it-tul tal-vettura għandu jkun determinat skont:
—l-intestatura Nru 6.1. tal-Istandard ISO 612:1978 għal vetturi tal-kategorija M1:
il-punt 2.4.1. tal-Anness I mad-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) għal vetturi li mhumiex parti mill-kategorija M1
— Fil-każ ta’ trejlers, it-tulijiet għandhom ikunu determinati skont l-intestatura Nru 6.1.2. tal-Istandard ISO 612: 1978.
( 11 ) ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1.
( 12 )
— Il-wisa’ tal-vetturi tal-kategorija M1 għandha tkun determinata skont l-intestatura Nru 6.2 tal-Istandard ISO 612:1978. Għal vetturi li mhumiex fil-kategorija M1 il-wisa’ għandha tkun determinata skont il-punt 2.4.2. tal-Anness I mad-Direttiva 97/27/KE.
( 13 ) Il-massa tas-sewwieq u, jekk applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ hija valutata 75 kg (sottodiviża f’68 kg massa tal-okkupanti u 7 g massa tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416 – 1992), it-tank tal-karburant ikun mimli sa 90 u s-sistemi l-oħra li jkun fihom likwidu (ħlief dawk għal ilma użat) ikunu mimlija sa 100 tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.
( 14 ) Fir-rigward ta’ trejlers, il-veloċità massima permessa mill-manifattur.
( 15 ) Ħassar fejn ma japplikax.
( 16 ) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, komponenti jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).
( 17 ) Kif definit fit-Taqsima A mal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE.
( 18 ) ĠU L 116, 8.5.2010, p. 1.