This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02011R0492-20190731
Regulation (EU) No 492/2011 of the European Parliament and of the Council of 5 April 2011 on freedom of movement for workers within the Union (codification) (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (kodifikazzjoni) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (kodifikazzjoni) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02011R0492 — MT — 31.07.2019 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 492/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (kodifikazzjoni) (ĠU L 141 27.5.2011, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2016/589 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' April 2016 |
L 107 |
1 |
22.4.2016 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1149 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 186 |
21 |
11.7.2019 |
REGOLAMENT (UE) Nru 492/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ April 2011
dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni
(kodifikazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
L-IMPJIEG, L-UGWALJANZA FIT-TRATTAMENT U L-FAMILJI TAL-ĦADDIEMA
TAQSIMA I
Eliġibbiltà għall-impjieg
Artikolu 1
1. Kwalunkwe ċittadin ta’ xi Stat Membru, għandu, irrispettivament mill-post ta’ residenza tiegħu, ikollu d-dritt li jidħol għall-attività bħala persuna impjegata, u li jwettaq attività tali, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li jirregolaw l-impjieg taċ-ċittadini ta’ dak l-Istat.
2. Hu għandu, b'mod partikolari, ikollu d-dritt li jidħol għall-impjieg disponibbli fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor bl-istess prijorità ta’ ċittadini ta’ dak l-Istat.
Artikolu 2
Kwalunkwe ċittadin ta’ xi Stat Membru u kull min iħaddem li jkunu qegħdin iwettqu xi attività fit-territorju ta’ xi Stat Membru jistgħu jiskambjaw l-applikazzjonijiet tagħhom għal u l-offerti tagħhom ta’ impjieg, u jistgħu jikkonkludu u jħaddmu kuntratti ta’ impjieg skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ stabbiliti b'liġi, regolament, jew azzjoni amministrativa, mingħajr l-ebda diskriminazzjoni riżultanti minnhom.
Artikolu 3
1. Taħt dan ir-Regolament, dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolament, jew azzjoni amministrativa ta’ xi Stat Membru m'għandhomx japplikaw:
(a) fejn huma jillimitaw l-applikazzjoni għal u l-offerti ta’ impjieg, jew id-dritt ta’ ċittadini barranin li jidħlu għal u jwettqu xogħol jew jissuġġettaw lil dawn għall-kondizzjonijiet mhux applikabbli fir-rigward tal-istess ċittadini tagħhom; jew
(b) fejn, għalkemm applikabbli irrispettivament miċ-ċittadinanza, l-għan jew l-effett esklużiv jew prinċipali tagħhom hu li jżommu ċittadini ta’ Stati Membri oħra 'l bogħod mill-impjieg offrut.
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għall-kondizzjonijiet marbutin ma’ għarfien lingwistiku minħabba n-natura tal-kariga li għandha timtela.
2. Għandhom ikunu inklużi b'mod partikolari fost id-dispożizzjonijiet jew prattiki ta’ xi Stat Membru li saret referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 1 dawk li:
(a) jippreskrivu proċedura speċjali għar-reklutaġġ ta’ ċittadini barranin;
(b) jillimitaw jew jagħmlu restrizzjoni fuq ir-reklamar tal-postijiet vakanti fl-istampa jew permezz ta’ xi mezz ieħor jew jagħmluh soġġett għall-kondizzjonijiet ta’ xort'oħra minn dawk applikabbli għal dawk li jħaddmu li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;
(c) jissuġġettaw l-eliġibbiltà għall-impjieg għall-kondizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni mal-uffiċċji tal-impjieg jew jimpedixxu reklutaġġ ta’ ħaddiema individwali, fejn persuni li ma jgħixux fit-territorju ta’ dak l-Istat huma kkonċernati.
Artikolu 4
1. Dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolament, jew azzjoni amministrattiva tal-Istati Membri li jirrestrinġu b'numru jew persentaġġ l-impjieg ta’ ċittadini barranin fi kwalunkwe intrapriża, fergħa ta’ attività jew reġjun, jew f'livell nazzjonali, m'għandhomx japplikaw għal ċittadini tal-Istati Membri l-oħra.
2. Meta fi Stat Membru l-għoti ta’ kwalunkwe benefiċċju lill-intrapriżi huwa suġġett għall-impjieg ta’ persentaġġ minimu ta’ ħaddiema nazzjonali, iċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra għandhom jingħaddu bħala ħaddiema nazzjonali, suġġett għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali ( 1 ).
Artikolu 5
Ċittadin ta’ xi Stat Membru li jfittex impjieg fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandu jirċievi l-istess għajnuna hemmhekk bħal dik mogħtija mill-uffiċċji tal-impjieg f'dak l-Istat lil ċittadini tagħhom li jkunu qegħdin ifittxu impjieg.
Artikolu 6
1. L-ingaġġ u r-reklutaġġ ta’ ċittadin ta’ Stat Membru wieħed għal kariga fi Stat Membru ieħor m'għandhomx jiddependu fuq kriterji mediċi, professjonali jew kriterji oħrajn li huma diskriminatorji fuq il-bażi ta’ ċittadinanza, bi tqabbil ma’ dawk applikati għal ċittadini tal-Istat Membru l-ieħor li jkunu jixtiequ jwettqu l-istess attività.
2. Ċittadin ta’ Stat Membru li għandu offerta f'ismu mingħand persuna li tħaddem fi Stat Membru minbarra dak li tiegħu hu għandu ċ-ċittadinanza jista' jkollu joqgħod għal test professjonali, jekk min iħaddem espressament jitlob dan meta jkun qed jagħmel l-offerta tiegħu ta’ impjieg.
TAQSIMA 2
Impjieg u ugwaljanza fit-trattament
Artikolu 7
1. Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b'mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa' mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.
2. Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.
3. Huwa għandu ukoll, bis-saħħa tal-istess dritt u taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-ħaddiema nazzjonali, ikollu aċċess għal taħriġ fi skejjel professjonali u ċentri għal taħriġ mill-ġdid.
4. Kwalunkwe klawżola ta’ ftehim kollettiv jew individwali jew ta’ kwalunkwe regolament kollettiv ieħor li tikkonċerna l-eliġibbiltà għall-impjieg, paga u kondizzjonijiet oħra ta’ xogħol jew tkeċċija għandha tkun nulla u bla effett sa fejn tistabbilixxi jew tawtorizza kondizzjonijiet diskriminatorji fir-rigward ta’ ħaddiema ċittadini tal-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 8
Ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru u li hu impjegat fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandu jgawdi ugwaljanza fit-trattament fir-rigward ta’ sħubija fi trejdunjins u t-tħaddim ta’ drittijiet marbutin magħhom, inkluż id-dritt għall-vot u li jkun eliġibbli għall-postijiet ta’ amministrazzjoni jew treġija ta’ trejdunjin. Hu jista' jkun eskluż milli jieħu sehem fit-tmexxija ta’ korpi rregolati mid-dritt pubbliku u milli jieħu impjieg irregolat mid-dritt pubbliku. Barra minn dan, huwa għandu jkollu d-dritt ta’ eleġibbiltà għal korpi rappreżentattivi tal-ħaddiema fl-intrapriża.
L-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu m'għandux jaffettwa liġijiet jew regolamenti f'ċerti Stati Membri li jagħtu drittijiet aktar estensivi lil ħaddiema ġejjin minn Stati Membri oħra.
Artikolu 9
1. Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru u li hu impjegat fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandu jgawdi d-drittijiet u l-benefiċċji kollha mogħtija lill-ħaddiema nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma’ dar fejn jgħix inkluża l-proprjetà tat-tip ta’ dar li jeħtieġ.
2. Il-ħaddiem imsemmi fil-paragrafu 1 jista', bl-istess dritt bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru, iniżżel ismu fil-lista ta’ djar għall-abitazzjoni fir-reġjun li fih hu jkun impjegat fejn lista bħal din teżisti; huwa għandu jgawdi l-benefiċċji u prijoritajiet li jirrizultaw.
Jekk il-familja tiegħu tkun baqgħet fil-pajjiż mnejn hu jkun ġie, hija għandha tiġi kkunsidrata għal dan l-iskop bħala li toqgħod fir-reġjun imsemmi, fejn il-ħaddiema nazzjonali jibbenefikaw minn preżunzjoni simili.
TAQSIMA 3
Il-familji tal-ħaddiema
Artikolu 10
It-tfal ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li hu jew kien impjegat fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandhom ikunu ammessi għall-korsijiet edukattivi ġenerali, ta’ apprendistat u ta’ taħriġ professjonali ta’ dak l-Istat taħt l-istess kondizzjonijiet bħal ċittadini ta’ dak l-Istat, jekk dawn it-tfal ikunu qegħdin jgħixu fit-territorju tiegħu.
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-isforzi kollha biex dawn it-tfal ikunu jistgħu jattendu għal dawn il-korsijiet taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli.
KAPITOLU II
L-IKKLERJAR TA' POSTIJIET VAKANTI U APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-IMPJIEG
TAQSIMA 1
Kooperazzjoni bejn l-istat membri u mal-kummissjoni
▼M1 —————
TAQSIMA 2
Makkinarju għall-ikklerjar ta' postijiet vakanti
Artikolu 13
▼M1 —————
TAQSIMA 3
Miżuri biex jiġi kkontrollat il-bilanċ tas-suq tax-xogħol
▼M1 —————
TAQSIMA 4
Uffiċċju ewropew għall-koordinazzjoni
▼M1 —————
KAPITOLU III
KUMITATI BIEX TIĠI ŻGURATA KOOPERAZZJONI MILL-QRIB BEJN L-ISTATI MEMBRI F'MATERJI LI JIKKONĊERNAW IL-MOVIMENT LIBERU TAL-ĦADDIEMA U L-IMPJIEG TAGĦHOM
TAQSIMA 1
Il-kumitat konsultattiv
Artikolu 21
Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun responsabbli biex jassisti l-Kummissjoni fl-eżami ta’ kwistjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tiegħu, f'materji li jikkonċernaw il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-impjieg tagħhom.
Artikolu 22
Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun responsabbli, partikolarment:
(a) biex jeżamina kull problema li tikkonċerna l-moviment liberu u l-impjieg fil-qafas tal-politiki nazzjonali dwar ħaddiema disponibbli, bil-għan li ssir koordinazzjoni tal-politiki tal-impjieg tal-Istati Membri, li b'hekk tikkontribwixxi għall-izvilupp tal-ekonomiji u għal titjib fil-bilanċ tas-suq tax-xogħol;
(b) biex jagħmel studju ġenerali tal-effetti tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe mizuri supplementari;
(c) biex jissottometti lill-Kummissjoni kwalunkwe proposta motivata sabiex jiġi rivedut dan ir-Regolament;
(d) biex jagħti, jew fuq talba tal-Kummissjoni inkella fuq l-inizjattiva tiegħu stess, opinjonijiet motivati dwar kwistjonijiet ġenerali jew dwar kwistjonijiet ta’ prinċipju, partikolarment dwar skambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna żvilupp fis-suq tax-xogħol, dwar il-moviment ta’ ħaddiema bejn Stati Membri, dwar programmi jew mizuri biex jiġu żviluppati gwida professjonali u taħriġ professjonali li x'aktarx izidu l-possibbiltajiet ta’ moviment liberu u impjieg, u dwar il-forom kollha ta’ assistenza lill-ħaddiema u l-familji tagħhom, inklużi għajnuna soċjali u djar għall-ħaddiema.
Artikolu 23
1. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun kompost minn sitt membri għal kull Stat Membru, li tnejn minnhom għandhom jirrappreżentaw il-Gvern, tnejn lit-trejdunjins u tnejn lill-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem.
2. Għal kull waħda minn dawn il-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1, membru supplenti wieħed għandu jkun maħtur minn kull Stat Membru.
3. Iż-żmien ta’ kariga tal-membri u tal-membri supplenti għandu jkun ta’ sentejn. Il-ħatra tagħhom tista' tiġi mġedda.
Mat-tmiem taż-żmien tagħhom fil-kariga, il-membri u l-membri supplenti għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu mibdula jew sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda.
Artikolu 24
Il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill li għandu jagħmel ħiltu, meta jkun qiegħed jagħżel rappreżentanti ta’ trejdunjins u assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem, biex jikseb rappreżentazzjoni adekwata fuq il-Kumitat tas-setturi ekonomiċi varji konċernati.
Il-lista tal-membri u tal-membri supplenti għandha tkun ippubblikata mill-Kunsill għall-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 25
Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun ippresedut minn membru tal-Kummissjoni jew rappreżentant tiegħu. Il-President m'għandux jivvota. Il-Kumitat għandu jiltaqa' għall-inqas darbtejn fis-sena. Huwa għandu jiġi msejjaħ mill-President tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu stess, inkella fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri.
Is-servizzi segretarjali għandhom ikunu pprovduti għall-Kumitat mill-Kummissjoni.
Artikolu 26
Il-President jista' jistieden individwi jew rappreżentanti ta’ korpi b'esperjenza wiesgħa fil-qasam tal-impjieg jew moviment ta’ ħaddiema biex jieħdu sehem f'laqgħat bħala osservaturi jew bħala esperti. Il-President jista' jkun assistit minn konsulenti esperti.
L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) għandha tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv bħala osservatur, tipprovdi input tekniku u għarfien espert kif rilevanti.
Artikolu 27
1. Opinjoni mogħtija mill-Kumitat m'għandhiex tkun valida jekk żewġ terzi tal-membri ma jkunux preżenti.
2. Opinjonijiet għandhom jaffermaw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati; huma għandhom jiġu adottati b'maġġoranza assoluta tal-voti validament mitfugħa; huma għandhom ikunu akkumpanjati bi stqarrija bil-miktub tal-opinjonijiet espressi mill-minoranza, meta din tal-aħħar titlob hekk.
Artikolu 28
Il-Kumitat Konsultattiv għandu jistabbilixxi l-metodi ta’ ħidma tiegħu b'regoli ta’ proċedura li għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Kunsill, wara li jkun irċieva opinjoni mill-Kummissjoni, ikun ta l-approvazzjoni tiegħu. Id-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe emenda li l-Kumitat jiddeċiedi li jagħmel għal dawn ir-regoli għandu jkun suġġett għall-istess proċedura.
TAQSIMA 2
Il-kumitat tekniku
Artikolu 29
Il-Kumitat Tekniku għandu jkun responsabbli li jassisti lill-Kummissjoni biex tħejji, tippromwovi u ssegwi x-xogħol u l-miżuri tekniċi kollha sabiex jingħata effett lil dan ir-Regolament u kwalunkwe miżura supplementari.
Artikolu 30
Il-Kumitat Tekniku għandu jkun responsabbli, partikolarment:
(a) biex jippromwovi u javvanza kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi konċernati fl-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet tekniċi kollha marbutin mal-moviment liberu tal-ħaddiema u l-impjieg tagħhom;
(b) biex jifformula proċeduri għall-organizzazzjoni tal-attivitajiet konġunti tal-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati;
(c) biex jiffaċilita l-ġbir ta’ informazzjoni li x'aktarx tkun ta’ użu għall-Kummissjoni u għall-istudji u riċerka previsti f'dan ir-Regolament u jinkoraġġixxi skambju ta’ informazzjoni u esperjenza bejn il-korpi amministrattivi kkonċernati;
(d) biex jinvestiga fuq livell tekniku l-armonizzazzjoni tal-kriterji li bihom Stati Membri jevalwaw l-istat tas-swieq tax-xogħol tagħhom.
Artikolu 31
1. Il-Kumitat Tekniku għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istat Membri. Kull Gvern għandu jaħtar bħala membru tal-Kumitat Tekniku, wieħed mill-membri li jirrappreżentawh fuq il-Kumitat Konsultattiv.
2. Kull Gvern għandu jaħtar membru supplenti minn fost ir-rappreżentanti l-oħra tiegħu, membri jew membri supplenti, fuq il-Kumitat Konsultattiv.
Artikolu 32
Il-Kumitat Tekniku għandu jkun ippresedut minn membru tal-Kummissjoni jew rappreżentant tiegħu. Il-President m'għandux jivvota. Il-President u l-membri tal-Kumitat jistgħu jkunu assistiti minn konsulenti esperti.
Is-servizzi segretarjali għandhom ikunu pprovduti lill-Kumitat mill-Kummissjoni.
Artikolu 33
Il-proposti u l-opinjonijiet formulati mill-Kumitat Tekniku għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni, u l-Kumitat Konsultattiv għandu jkun infurmat b'dan. Kwalunkwe proposta u opinjoni tali għandha tkunu akkumpanjata bi stqarrija bil-miktub tal-opinjonijiet espressi mill-membri varji tal-Kumitat Tekniku meta dawn tal-aħħar jitolbu hekk.
Artikolu 34
Il-Kumitat Tekniku għandu jistabbilixxi l-metodi ta’ ħidma tiegħu b'regoli ta’ proċedura li għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Kunsill, wara li jkun irċieva opinjoni mill-Kummissjoni, ikun ta l-approvazzjoni tiegħu. Id-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe emenda li l-Kumitat jiddeċiedi li jagħmel għal dawn ir-regoli għandu jkun suġġett għall-istess proċedura.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 35
Ir-regoli tal-proċedura tal-Kumitat Konsultattiv fis-seħħ fit-8 ta’ Novembru 1968 għandhom jibqgħu japplikaw.
Artikolu 36
1. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jittrattaw dwar eliġibbiltà għall-impjieg imħarreġ fil-qasam tal-enerġija nukleari, lanqas kwalunkwe miżura meħuda b'konformità ma’ dan it-Trattat.
Madanakollu, dan ir-Regolament għandu japplika għall-kategorija ta’ ħaddiema msemmija fl-ewwel subparagrafu u għall-membri tal-familji tagħhom sa fejn il-pożizzjoni legali tagħhom mhijiex irregolata mit-Trattat jew il-mizuri msemmija hawn fuq.
2. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa miżuri meħudin skont l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
3. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-obbligi ta’ Stati Membri li joħorġu minn relazzjonijiet speċjali jew ftehimiet fil-futur ma’ ċerti pajjiżi jew territorji mhux Ewropej, ibbazati fuq rabtiet istituzzjonali eżistenti fit-8 ta’ Novembru 1968, jew ftehim diġà ezistenti fit-8 ta’ Novembru 1968 ma’ ċerti pajjiżi jew territorji mhux Ewropej, ibbazati fuq rabtiet istituzzjonali bejniethom.
Ħaddiema minn pajjiżi jew territorji bħal dawn li skont din id-dispożizzjoni qegħdin iwettqu attivitajiet bħala persuni impjegati fit-territorju ta’ xi wieħed minn dawk l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jinvokaw il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 37
L-Istati Membri għandhom, għal skopijiet ta’ informazzjoni, jikkomunikaw lill-Kummisjoni t-test ta’ ftehimiet, konvenzjonijiet jew arranġamenti konklużi bejniethom fil-qasam tal-ħaddiema disponibbli bejn id-data tal-iffirmar tagħhom u dik tad-dħul fis-seħħ tagħhom.
▼M1 —————
Artikolu 39
In-nefqa amministrattiva tal-Kumitat Konsultattiv għandha tkun inkluża fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fit-taqsima marbuta mal-Kummissjoni.
Artikolu 40
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri u għaċ-ċittadini tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2 u 3.
Artikolu 41
Ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 42
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
IR-REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MA’ LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 (ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2) |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 312/76 (ĠU L 39, 14.2.1976, p. 2) |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2434/92 (ĠU L 245, 26.8.1992, p. 1) |
|
Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77) |
L-Artikolu 38(1) biss |
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
Ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 |
Dan ir-Regolament |
L-Ewwel Parti |
Kapitolu I |
Titolu I |
Taqsima 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Titolu II |
Taqsima 2 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Titolu III |
Taqsima 3 |
Artikolu 12 |
Artikolu 10 |
It-Tieni Parti |
Kapitolu II |
Titolu I |
Taqsima 1 |
Artikolu 13 |
Artikolu 11 |
Artikolu 14 |
Artikolu 12 |
Titolu II |
Taqsima 2 |
Artikolu 15 |
Artikolu 13 |
Artikolu 16 |
Artikolu 14 |
Artikolu 17 |
Artikolu 15 |
Artikolu 18 |
Artikolu 16 |
Titolu III |
Taqsima 3 |
Artikolu 19 |
Artikolu 17 |
Titolu IV |
Taqsima 4 |
Artikolu 21 |
Artikolu 18 |
Artikolu 22 |
Artikolu 19 |
Artikolu 23 |
Artikolu 20 |
It-Tielet Parti |
Kapitolu III |
Titolu I |
Taqsima 1 |
Artikolu 24 |
Artikolu 21 |
Artikolu 25 |
Artikolu 22 |
Artikolu 26 |
Artikolu 23 |
Artikolu 27 |
Artikolu 24 |
Artikolu 28 |
Artikolu 25 |
Artikolu 29 |
Artikolu 26 |
Artikolu 30 |
Artikolu 27 |
Artikolu 31 |
Artikolu 28 |
Titolu II |
Taqsima 2 |
Artikolu 32 |
Artikolu 29 |
Artikolu 33 |
Artikolu 30 |
Artikolu 34 |
Artikolu 31 |
Artikolu 35 |
Artikolu 32 |
Artikolu 36 |
Artikolu 33 |
Artikolu 37 |
Artikolu 34 |
Ir-Raba’ Parti |
Kapitolu IV |
Titolu I |
— |
Artikolu 38 |
— |
Artikolu 39 |
Artikolu 35 |
Artikolu 40 |
— |
Artikolu 41 |
— |
Titolu II |
— |
Artikolu 42(1) |
Artikolu 36(1) |
Artikolu 42(2) |
Artikolu 36(2) |
Artikolu 42(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 36(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 42(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 36(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 43 |
Artikolu 37 |
Artikolu 44 |
Artikolu 38 |
Artikolu 45 |
— |
Artikolu 46 |
Artikolu 39 |
Artikolu 47 |
Artikolu 40 |
— |
Artikolu 41 |
Artikolu 48 |
Artikolu 42 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |
( 1 ) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21).