This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010R0996-20240519
Regulation (EU) No 996/2010 of the European Parliament and of the Council of 20 October 2010 on the investigation and prevention of accidents and incidents in civil aviation and repealing Directive 94/56/EC (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02010R0996 — MT — 19.05.2024 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 996/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295 12.11.2010, p. 35) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) Nru 376/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-3 ta' April 2014 |
L 122 |
18 |
24.4.2014 |
|
REGOLAMENT (UE) 2018/1139 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2018 |
L 212 |
1 |
22.8.2018 |
|
REGOLAMENT (UE) 2024/1230 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ April 2024 |
L 1230 |
1 |
29.4.2024 |
REGOLAMENT (UE) Nru 996/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Ottubru 2010
dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-ifinijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“aċċident” tfisser okkorrenza marbuta mal-operat ta’ inġenju tal-ajru li, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ, isseħħ fil-ħin minn meta kwalunkwe persuna titla’ abbord l-inġenju tal-ajru għall-għanijiet ta’ titjira sal-ħin meta kull persuna tali tkun niżlet minn fuqu, jew, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, li sseħħ fil-ħin meta l-inġenju tal-ajru jkun lest biex jitlaq bil-ħsieb li jittajjar sal-ħin meta jinżel fi tmiem it-titjira u tintefa’ s-sistema ewlenija ta’ propulsjoni tiegħu, u li fiha:
persuna tkun feruta b’mod fatali jew serju minħabba:
ħlief meta l-feriti jkunu ġejjin minn kawżi naturali, kkaġunati mill-persuna nnifisha jew minn persuni oħra, jew meta l-feriti jkunu feriti fuq persuni mistoħbija f’partijiet li normalment ma jkunux disponibbli għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ; jew
l-inġenju tal-ajru ssirlu ħsara jew ikollu nuqqas strutturali li jaffettwa b’mod negattiv is-saħħa strutturali, il-prestazzjoni jew il-karatteristiċi tat-titjira tiegħu u li normalment tkun tirrikjedi ħafna tiswija jew il-bdil tal-komponent affettwat, ħlief għal meta l-magna ma tibqax taħdem jew issirilha ħsara, meta l-ħsara tkun limitata għal magna waħda (inkluża dik f’għatat (cowlings) jew aċċessorji tagħha), skrejjen, ponot tal-ġwienaħ, antenni, probes, vanes, tajers, brejkijiet, roti, fairings, panelli, bibien tat-tagħmir tal-inżul, windscreens, il-qoxra ta’ barra tal-inġenju tal-ajru (bħal għatniet jew toqob żgħar) jew fil-każ ta’ ħsarat żgħar fir-rotor blades prinċipali, fir-rotor blades ta’ wara, fit-tagħmir tal-inżul u dawk li jirriżultaw minħabba x-xita tas-silġ jew ħbit ma’ għasafar (inklużi toqob fir-radome); jew
l-inġenju tal-ajru jkun mitluf jew ma jkun aċċessibbli bl-ebda mod;
“rappreżentant akkreditat” tfisser persuna maħtura minn Stat, abbażi tal-kwalifiki tagħha, sabiex tieħu sehem f’investigazzjoni dwar is-sikurezza mwettqa minn Stat ieħor. Ir-rappreżentant akkreditat maħtur minn Stat Membru għandu jkun ġej minn awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza;
“konsulent” tfisser persuna maħtura minn Stat, abbażi tal-kwalifiki tagħha, sabiex tgħin lir-rappreżentant akkreditat tiegħu f’investigazzjoni dwar is-sikurezza;
“kawżi” tfisser azzjonijiet, omissjonijiet, avvenimenti, kundizzjonijiet, jew taħlita tagħhom, li wasslu għall-aċċident jew l-inċident; l-identifikazzjoni tal-kawżi ma timplikax l-għoti ta’ tort jew tar-responsabbiltà amministrattiva, ċivili jew kriminali;
“ferita fatali” tfisser ferita li ġġarrab persuna f’aċċident u li twassal għall-mewt tagħha fi żmien tletin jum minn meta jseħħ l-aċċident;
“reġistratur tat-titjira” tfisser kull tip ta’ reġistratur installat fl-inġenju tal-ajru sabiex jiffaċilita l-investigazzjonijiet tas-sikurezza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aċċidenti/inċidenti;
“inċident” tfisser okkorrenza, minbarra aċċident, assoċjata mal-operat ta’ inġenju tal-ajru u li taffettwa jew li tista’ taffettwa s-sikurezza tal-operat;
“standards internazzjonali u prattika rakkomandata” tfisser l-istandards internazzjonali u l-prattika rakkomandata għall-investigazzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti ta’ inġenji tal-ajru adottati skont l-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;
“investigatur responsabbli” tfisser persuna li, abbażi tal-kwalifiki tagħha, tqabbdet bħala l-persuna responsabbli għall-organizzazzjoni, it-twettiq u l-kontroll ta’ investigazzjoni tas-sikurezza;
“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, li tħaddem jew li tipproponi li tħaddem inġenju tal-ajru wieħed jew aktar;
“persuna involuta” tfisser il-proprjetarju, membru tal-ekwipaġġ, l-operatur tal-inġenju tal-ajru involut f’aċċident jew f’inċident serju; kwalunkwe persuna involuta fil-manutenzjoni, id-disinn, il-manifattura ta’ dak l-inġenju tal-ajru jew fit-taħriġ tal-ekwipaġġ tiegħu; kwalunkwe persuna involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjira jew tas-servizzi tal-ajruport li pprovdew servizzi għall-inġenju tal-ajru; persunal tal-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili; jew persunal tal-EASA;
“rapport preliminari” tfisser il-komunikazzjoni użata għad-disseminazzjoni immedjata ta’ data miksuba matul l-istadji bikrin tal-investigazzjoni;
“qraba” tfisser l-eqreb membri tal-familja jew il-persuni li jiġu mill-vittma u/jew persuni oħra konnessi mill-qrib mal-vittma ta’ aċċident, kif definit taħt il-liġi nazzjonali tal-vittma;
“investigazzjoni tas-sikurezza” tfisser proċess imwettaq minn awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza sabiex jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti u li jinkludi l-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni, it-tfassil ta’ konklużjonijiet, inkluż li wieħed jistabbilixxi l-kawża/i u l-fatturi li kkontribwew għalih u, fejn xieraq, il-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza;
“rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza” tfisser proposta li tagħmel awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza, li tkun imsejsa fuq informazzjoni minn investigazzjoni tas-sikurezza jew minn għejjun oħra fosthom minn studji dwar is-sikurezza, u li ssir bil-ħsieb li jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti;
“inċident serju” tfisser inċident li jinvolvi ċirkustanzi li jindikaw li kien hemm probabbiltà kbira ta’ aċċident u li jkun assoċjat mal-operat ta’ inġenju tal-ajru, fejn, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ, dan l-operat iseħħ fil-ħin minn meta kwalunkwe persuna titla’ abbord l-inġenju tal-ajru għall-finijiet ta’ titjira sal-ħin meta kull persuna tali tkun niżlet minn fuqu, jew, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, iseħħ mill-ħin meta l-inġenju tal-ajru jkun lest biex jitlaq għall-finijiet ta’ titjira sal-ħin meta jinżel fi tmiem it-titjira u tintefa’ s-sistema ewlenija ta’ propulsjoni tiegħu. (Fl-Anness tingħata lista ta’ eżempji ta’ inċidenti);
“ferita serja” tfisser ferita li ġġarrab persuna f’aċċident u li tinvolvi waħda minn dawn li ġejjin:
perjodu ta’ żmien fl-isptar li jkun itwal minn 48 siegħa, li jibda fi żmien sebat ijiem minn meta ġġarrbet il-ferita;
ksur ta’ xi għadma (minbarra l-ksur sempliċi tas-swaba’ tal-id jew tas-sieq, jew il-ksur tal-imnieħer);
tiċrit tal-laħam li jikkawża emorraġija serja, ħsara fin-nervituri, fil-muskoli jew fl-għerq;
ferita fi kwalunkwe organu intern;
ħruq tat-tieni jew tat-tielet grad, jew kwalunkwe ħruq li jaffettwa iktar minn 5 % ta’ wiċċ il-ġisem;
espożizzjoni vverifikata għal sustanzi infettivi jew għal radjazzjoni perikoluża.
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet tas-sikurezza f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċidenti u l-inċidenti serji:
li seħħew fit-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati, skont l-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri;
li fihom ikunu involuti inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru jew operati minn impriża stabbilita fi Stat Membru, u li seħħew barra t-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati, f’każ li tali investigazzjoni ma ssirx minn Stat ieħor;
fejn Stat Membru huwa ntitolat, skont l-istandards internazzjonali u l-prattika rakkomandata, li jaħtar rappreżentant akkredetat biex jipparteċipa bħala Stat ta’ Reġistrazzjoni, Stat tal-Operatur, Stat tad-Disinn, Stat tal-Manifattura jew Stat li jforni l-informazzjoni, il-faċilitajiet jew l-esperti fuq it-talba tal-Istat li jagħmel l-investigazzjoni;
fejn Stat Membru li jkollu interess speċjali minħabba l-fatalitajiet jew il-feriti serji liċ-ċittadini tiegħu ikollu permess mill-Istat li jagħmel l-investigazzjoni biex jappunta espert.
Artikolu 4
Awtorità tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili
▼M3 —————
L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tingħata, mill-Istat Membru rispettiv, il-mezzi meħtieġa biex tamministra r-responsabbiltajiet tagħha indipendentament u għandha tkun tista’ tikseb riżorsi suffiċjenti biex tagħmel dan. B’mod partikolari:
il-kap tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza u/jew, fil-każ ta’ awtorità pluri-modali, il-kap tal-fergħa tal-avjazzjoni tagħha għandu jkollu l-esperjenza u l-kompetenza fis-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili biex iwettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha skont dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali;
l-investigaturi għandhom jingħataw status li jintitolhom għall-garanziji neċessarji ta’ indipendenza;
l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tikkonsisti minn mhux inqas minn investigatur wieħed disponibbli li kapaċi jiżvolġi l-funzjoni tal-investigatur responsabbli fil-każ ta’ aċċident kbir tal-ajru;
l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tiġi allokata baġit li jippermettilha twettaq il-funzjonijiet tagħha;
l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandu jkollha għad-disposizzjoni tagħha, direttament jew permezz tal-koperazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, jew b’ arranġamenti ma’ awtoritajiet jew entitajiet nazzjonali oħrajn, persunal kwalifikat u faċilitajiet adegwati, inklużi uffiċji u hangars, biex tkun tista’ taħżen u teżamina l-inġenju tal-ajru, il-kontenut u l-fdalijiet tiegħu;
Artikolu 5
Obbligu ta' investigazzjoni
Artikolu 6
Koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza
Artikolu 7
Netwerk Ewropew ta’ Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili
B’konsultazzjoni mill-qrib mal-membri tan-Netwerk, il-president għandu jfassal programm ta’ ħidma annwali għan-Netwerk li jkun konformi mal-objettivi u jwettaq ir-reponsabbiltajiet stipulati fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-programm ta’ ħidma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-president għandu jfassal l-aġenda għal-laqgħat tan-Netwerk.
Sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, in-Network għandu r-responsabbiltà, b’mod partikolari għal dawn li ġejjin:
it-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet u l-għoti ta’ pariri lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar l-aspetti kollha tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ linji politiċi u regolamenti tal-Unjoni li għandhom x’jaqsmu ma’ investigazzjonijiet tas-sikurezza u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti;
il-promozzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni utli għat-titjib ta’ standards tas-sikurezza u l-promozzjoni attiva tal-koperazzjoni strutturata bejn awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza, il-Kummissjoni, l-EASA u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili;
il-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni fejn adatt, “ir-reviżjonijiet tal-pari” u l-attivitajiet ta’ taħriġ rilevanti;
il-promozzjoni tal-aħjar prattika tal-investigazzjoni tas-sikurezza bil-ħsieb li tiġi żviluppata metodoloġija komuni tal-Unjoni dwar l-investigazzjoni tas-sikurezza u l-ħolqien ta’ inventarju ta’ din il-prattika;
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet investigattivi tal-awtoritajiet tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza, b’mod partikolari billi jiġi żviluppat u ġestit qafas għall-qsim tar-riżorsi.
l-għoti, fuq talba tal-awtoritajiet tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6, ta’ assistenza adegwata, li tinkludi, iżda ma tkunx limitata biss għal, lista ta’ investigaturi, tagħmir u kapaċitajiet disponibbli fi Stati Membri oħrajn għall-użu potenzjali mill-awtorità li tagħmel l-investigazzjoni.
aċċess għall-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 18, u analiżi tar-rakkomandazzjonijiet ta’ sikurezza li jinsabu fih bil-ħsieb li jkunu identifikati r-rakkomandazzjonijiet importanti ta’ sikurezza ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha.
Artikolu 8
Parteċipazzjoni tal-EASA u tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza
L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandhom, filwaqt li jkun żgurat li jiġi evitat kwalunkwe konflitt ta’ interess, jistiednu lill-EASA u l-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, u fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex jaħtru rappreżentant biex jipparteċipa:
bħala konsulent għall-investigatur responsabbli, fi kwalunkwe investigazzjoni tas-sikurezza skont l-Artikolu 5(1) u (2), li ssir fit-territorju ta’ Stat Membru jew fil-post li jirriferi għalih l-Artikolu 5(2), taħt il-kontroll u fid-diskrezzjoni tal-investigatur responsabbli;
bħala konsulent maħtur skont dan ir-Regolament biex jassisti lir-rappreżentant(i) akkreditat(i) tal-Istati Membri fi kwalunkwe investigazzjoni tas-sikurezza li ssir f’pajjiż terz li għaliha tkun mistiedna awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza biex taħtar rappreżentant akkreditat f’konformità mal-istandards internazzjonali u l-prassi rakkomandati għall-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti tal-inġenji tal-ajru taħt is-superviżjoni tar-rappreżentant akkreditat.
Il-parteċipanti msemmijin fil-paragrafu 1għandhom id-dritt, b’mod partikolari li:
iżuru l-post tal-aċċident u jeżaminaw il-fdalijiet;
jissuġġerixxu oqsma għall-mistoqsijiet u jiksbu l-informazzjoni mix-xhieda;
jirċievu kopji tad-dokumenti petinenti kollha u jakkwistaw l-informazzjoni fattwali rilevanti;
jipparteċipaw fil-qari tal-media rreġistrata, bl-eċċezzjoni tal-vuċi tal-kabina tal-pilota jew ir-reġistrazzjonijiet tal-immaġini;
jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ investigazzjoni lil hinn mill-post, bħal eżami ta’ komponenti, testijiet u simulazzjonijiet, stqarrijiet tekniċi u laqgħat dwar il-progress tal-investigazzjoni, ħlief meta dawn ikunu marbuta mad-determinazzjoni tal-kawżi jew mal-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza.
Artikolu 9
Obbligu ta’ notifika ta’ aċċidenti u inċidenti serji
Artikolu 10
Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-investigazzjonijet tas-sikurezza
Artikolu 11
Status tal-investigaturi tas-sikurezza
Minkejja kwalunkwe obbligu ta’ konfidenzjalità taħt l-atti legali tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali, l-investigatur responsabbli għandu jkollu d-dritt b’mod partikolari li:
ikollu aċċess liberu immedjat u mingħajr xkiel għas-sit tal-aċċident jew tal-inċident kif ukoll għall-inġenju tal-ajru, il-kontenut jew il-fdalijiet tiegħu;
jiżgura lista immedjata ta’ evidenza u t-tneħħija kontrollata tat-tifrik, jew komponenti għall-finijiet ta’ eżami jew ta’ analiżi;
ikollu aċċess immedjat għal u kontroll fuq ir-reġistrazzjonijiet tat-titjira, il-kontenut tagħhom u kwalunkwe reġistrazzjoni rilevanti oħra;
jitlob u jikkontribwixxi għal eżami ta’ awtopsja kompleta tal-iġsma tal-persuni mejtin b’riżultat tal-feriment u li jkollu aċċess minnufih għar-riżultati ta’ tali eżami jew tat-testijiet li saru fuq kampjuni meħudin;
jitlob l-eżami mediku tal-persuni involuti fl-operat tal-inġenju tal-ajru jew jitlob li jsiru testijiet fuq kampjuni li ttieħdu minn dawn il-persuni u li jkollu aċċess immedjat għar-riżultati ta’ dawn l-eżamijiet jew testijiet;
li jsejjaħ u jezamina x-xhieda u li jobblighom jissupplixxu jew jipproduċu informazzjoni jew evidenza rilevanti għall-investigazzjoni tas-sikurezza;
ikollu aċċess liberu għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti jew reġistrazzjonijiet miżmuma mill-proprjetarju, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ta’ disinn, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni responsabbli, l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, l-operatur jew il-manifattur tal-inġenju tal-ajru, l-awtoritajiet responsabbli mis-settur tal-avjazzjoni ċivili, l-EASA, u mill-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru jew l-operaturi tal-ajruport.
Artikolu 12
Koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet
Dawk l-arranġamenti għandhom jirrispettaw l-indipendenza tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza u jippermettu li l-investigazzjoni teknika ssir b’mod diliġenti u effiċjenti. L-arranġamenti pre-stabbiliti għandhom ikopru, fost affarijiet oħra, is-suġġetti li ġejjin:
l-aċċess għas-sit tal-aċċident;
il-preżervazzjoni tal-evidenza u l-aċċess għaliha;
ir-rapporti inizjali u kontinwi tal-istatus ta’ kull proċess;
l-iskambju ta’ informazzjoni;
użu xieraq ta’ informazzjoni dwar sikurezza;
ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawk l-arranġamenti lill-Kummissjoni, li għandha tgħaddihom lill-president tan-Netwerk, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni tagħhom.
Artikolu 13
Preżervazzjoni tal-evidenza
Artikolu 14
Protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva ta’ sikurezza
Ir-reġistri li ġejjin m’għandhomx isiru disponibbli jew jintużaw għal skopijiet ħlief għall-investigazzjoni tas-sikurezza:
id-dikjarazzjonijiet kollha meħudin minn persuni mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza matul l-investigazzjoni tas-sikurezza;
reġistrazzjonijiet li juru l-identità tal-persuni li jkunu taw xhieda fil-kuntest tal-investigazzjoni tas-sikurezza;
informazzjoni miġbura mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza li hija ta’ natura partikolarment sensittiva u personali, inkluż l-informazzjoni rigward is-saħħa tal-individwi;
materjal sussegwentament prodott matul l-investigazzjoni bħan-noti, abbozzi, opinjonijiet miktubin mill-investigaturi, opinjonijiet espressi fl-analiżi tal-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni tar-reġistrazzjonijiet tat-titjira;
informazzjoni u evidenza pprovduti minn investigaturi minn Stati Membri oħrajn jew minn pajjiżi terzi skont id-dispożizzjonijiet tal-istandards internazzjonali u l-prattika rakkomandata, fejn ikunu mitluba mill-awtorità tagħhom tal-investigazzjoni tas-sikurezza;
abbozzi ta’ rapporti preliminari jew finali jew dikjarazzjonijiet interim;
ir-reġistrazzjonijiet tal-vuċijiet u tal-immaġini fil-kabina tal-pilota u t-traskrizzjonijiet tagħhom, kif ukoll ir-reġistrazzjonijiet tal-vuċi ġewwa l-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, filwaqt li jiġi żgurat li l-informazzjoni li ma tkunx rilevanti għall-investigazzjoni tas-sikurezza, b’mod partikolari informazzjoni li jkollha effett fuq il-privatezza personali, tkun adegwatament protetta, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3.
Ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin m’għandhomx ikunu disponibbli jew użati għal skopijiet ħlief għall-investigazzjoni tas-sikurezza, jew skopijiet oħra li jimmiraw lejn it-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni:
il-komunikazzjonijiet kollha bejn persuni li kienu involuti fl-operat tal-inġenju tal-ajru;
ir-reġistrazzjonijiet bil-miktub jew elettroniċi u t-traskrizzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet mill-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, inklużi r-rapporti u r-riżultati magħmulin għall-finijiet interni;
ittri ta’ introduzzjoni għat-trażmissjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza lill-indirizzati, fejn ikunu mitluba mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza li tkun ħarġet ir-rakkomandazzjoni;
rapporti ta’ okkorrenzi ffajljati taħt id-Direttiva 2003/42/KE.
Ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistru tad-data tat-titjira m’għandhomx isiru disponibbli jew jintużaw għal skopijiet ħlief għall-investigazzjoni tas-sikurezza, għal skopijiet tal-kapaċità tat-titjir jew għal skopijiet ta’ manutenzjoni, ħlief meta dawn ir-reġistrazzjonijiet jiġu de-identifikati jew żvelati taħt proċeduri siguri.
Il-komunikazzjoni tar-reġistrazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 lill-Stat Membru ieħor għal skopijiet ħlief l-investigazzjoni tas-sikurezza u, barra minn hekk fir-rigward tal-paragrafu 2, għal skopijiet ħlief dawk li jimmiraw lejn it-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni tista’ tingħata safejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru komunikanti. L-iproċessar jew l-iżvelar ta’ reġistrazzjonijiet riċevuti permezz ta’ tali komunikazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru riċeventi għandhom ikunu permessi biss wara konsultazzjoni minn qabel tal-Istat Membru komunikanti u dan suġġett għal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru riċeventi.
Artikolu 15
Komunikazzjoni tal-informazzjoni
Artikolu 16
Rapport tal-investigazzjoni
L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tressaq kopja tar-rapport finali u tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza kemm jista’ jkun malajr lil:
l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Istati konċernati, u l-ICAO, skont l-istandards internazzjonali u l-prattika rakkomandata;
id-destinatarji tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li jinsabu fir-rapport,
il-Kummissjonu u l-EASA, ħlief fejn ir-rapport ikun disponibbli pubblikament b’mezzi elettroniċi, f’liema każ l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha biss tinnotifikhom skont il-każ.
Artikolu 17
Rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza
Artikolu 18
Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u l-bażi tad-data tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza
▼M1 —————
Artikolu 20
Informazzjoni dwar persuni u oġġetti perikolużi abbord
Il-linji tal-ajru tal-Unjoni li joperaw titjiriet li jaslu jew jitilqu minn, u l-linji tal-ajru ta’ pajjiżi terzi li joperaw titjiriet li jitilqu minn, ajruport li jinsab fit-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, għandhom jimplimentaw proċeduri li jippermettu li jiġu prodotti:
malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn sagħtejn min-notifika tal-okkorrenza ta’ aċċident tal-inġenju tal-ajru, lista validata, ibbażata fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli, tal-persuni kollha abbord; u
minnufih wara n-notifika tal-okkorrenza ta’ aċċident tal-inġenju tal-ajru, il-lista tal-oġġetti perikolużi abbord.
Artikolu 21
Assistenza lill-vittmi ta’ aċċidenti tal-ajru u lill-qraba tagħhom
Stat Membru jew pajjiż terz, li minħabba l-fatalitajiet jew il-feriti serji taċ-ċittadini tiegħu jkollu interess speċjali f’aċċident li seħħ fit-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati għandu jkun intitolat jaħtar espert li għandu jkollu d-dritt li:
iżur il-post tal-aċċident;
ikollu aċċess għall-informazzjoni fattwali rilevanti, li tkun approvata għar-rilaxx pubbliku mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza inkarigata, u għall-informazzjoni dwar il-progress tal-investigazzjoni;
jirċievi kopja tar-rapport finali.
Artikolu 22
Aċċess għal dokumenti u protezzjoni ta’ informazzjoni ta’ natura personali
Artikolu 23
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 24
Emendar tar-Regolament
Dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għal reviżjoni mhux aktar tard mit-3 ta’ Diċembru 2014. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li dan ir-Regolament għandu jiġi emendat, għandha titlob lin-Netwerk biex jagħti opinjoni preliminari, li għandha tintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lill-EASA.
Artikolu 25
Tħassir
Id-Direttiva 94/56/KE hija b’dan imħassra.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Lista ta’ eżempji ta’ inċidenti serji
L-inċidenti elenkati huma eżempji tipiċi ta’ inċidenti li aktarx li jkunu inċidenti serji. Din il-lista mhijiex eżawrjenti u sservi biss bħala gwida fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “inċident serju”:
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamentu (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
( 2 ) ĠU L 294, 13.11.2007, p. 3.
( 3 ) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1.
( 4 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43 (MT: Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap 01, Vol 03, p. 331).
( 5 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31 (MT: Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap 13, Vol 15, p. 355).
( 6 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1 (MT: Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap 13 Vol 26, p. 102).