Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010D0166-20170203

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1644) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2010/166/UE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/166/2017-02-03

    02010D0166 — MT — 03.02.2017 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-19 ta’ Marzu 2010

    dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1644)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/166/UE)

    (ĠU L 072 20.3.2010, p. 38)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/191 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-1 ta' Frar 2017

      L 29

    63

    3.2.2017




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-19 ta’ Marzu 2010

    dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1644)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/166/UE)



    ▼M1

    Artikolu 1

    Il-fini ta' din id-Deċiżjoni hu li tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz, 1 800 MHz, 1 900 /2 100 MHz, 2 600 MHz għal sistemi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet mobbli abbord il-bastimenti fl-ibħra territorjali tal-Unjoni Ewropea.

    ▼B

    Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

    ▼M1

    1. “servizzi ta” komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV)' tfisser servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi, kif imfisser fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), mogħtijin minn impriża sabiex tippermetti li dawk li jkunu abbord bastiment jikkomunikaw permezz ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni bl-użu ta' sistema soġġetta għall-Artikolu 3 mingħajr ma jkunu stabbiliti konnessjonijiet diretti man-netwerks mobbli terrestri;

    ▼B

    2. “il-medda ta’ frekwenzi ta” 900 MHz’ tfisser il-medda ta’ frekwenzi 880-915 MHz fil-każ ta’ konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta’ bażi ta’ riċezzjoni) u l-medda ta’ frekwenzi 925-960 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta’ bażi trażmettitur u terminal ta’ riċezzjoni);

    3. “il-medda ta” frekwenza ta’ 1 800 MHz’ tfisser il-medda ta’ frekwenzi 1 710 -1 785 MHz fil-każ ta’ konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta’ bażi ta’ riċezzjoni) u l-medda ta’ frekwenzi 1 805 -1 880 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta’ bażi trażmettitur u terminal ta’ riċezzjoni);

    4. “sistema tal-GSM” tfisser netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, konformi mal-Istandards tal-GSM, kif ippubblikati mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari EN 301 502 u EN 301 511;

    5. “fuq bażi ta” mingħajr interferenza u mingħajr protezzjoni’ tfisser li ma tista’ tiġi kkawżata l-ebda interferenza ta’ ħsara lil kwalunkwe servizz ta’ radjukomunikazzjoni u li ma tista’ ssir l-ebda talba għall-protezzjoni ta’ dawn is-servizzi mill-interferenza li tagħmel il-ħsara li toriġina minn servizzi oħra ta’ radjukomunikazzjoni;

    6. “baħar territorjali” għandha tiġi interpretata fl-istess sens kif imfissra fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

    ▼M1

    7. “Stazzjon ta' Bażi Transciever ta' Bastiment (BS tal-bastiment)” tfisser piko-ċellula mobbli li tinsab fuq il-bastiment u li tappoġġa s-servizzi tal-GSM, LTE jew UMTS konformi mal-Anness għal din id-Deċiżjoni;

    ▼M1

    8. “Il-medda 1 900 /2 100 MHz” tfisser il-medda ta' 1 920 -1 980 MHz fil-każ ta' konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta' bażi ta' riċezzjoni) u l-medda 2 110 -2 170 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta' bażi trażmettitur u terminal ta' riċezzjoni);

    9. “il-medda 2 600 MHz” tfisser il-medda 2 500 -2 570 MHz fil-każ ta' konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta' bażi ta' riċezzjoni) u l-medda ta' frekwenzi 2 620 -2 690 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta' bażi trażmettitur u terminal ta' riċezzjoni);

    10. “Sistema LTE” tfisser netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, kif definit fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE ( 2 );

    11. “Sistema UMTS” tfisser netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definit fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/251/UE.

    ▼M1

    Artikolu 3

    1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas 2 MHz ta' spettru fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali u 2 MHz ta' spettru korrispondenti fid-direzzjoni ta' konnessjoni dixxendentali akkoppjat fil-meded 900 u/jew 1 800 Mhz għal sistemi GSM sakemm is-servizzi MCV fuq bażi bla interferenza u mhux protetta fl-ibħra territorjali tagħhom;

    2.  Malajr kemm jista' jkun, u sitt xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli 5 MHz ta' spettru fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali u 5 MHz ta' spettru korrispondenti fid-direzzjoni ta' konnessjoni dixxendentali, akkoppjati fi ħdan il-meded 1 900 /2 100 MHz għas-sistemi UMTS u fil-meded 1 800 MHz u 2 600 MHz għal sistemi LTE li jipprovdu servizzi MCV fuq bażi ta' mingħajr interferenza u mingħajr protezzjoni, fl-ibħra territorjali tagħhom.

    3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jikonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom iżommu taħt reviżjoni l-użu tal-meded ta' frekwenzi mis-sistemi li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tagħhom, li huma msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2), b'mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza kontinwa tal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3 u tal-każijiet ta' interferenza dannuża.

    ▼B

    Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sejbiet tagħhom fir-rigward tar-reviżjoni imsemmija fl-Artikolu 4 għal din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni Ewropea għandha, meta jkun xieraq, tagħmel ir-reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    ▼M1




    ANNESS

    Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu mħarsa mis-sistemi li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, biex tiġi evitata interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri

    (1)   Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mis-sistemi tal-GSM li joperaw fil-medda ta' 900 MHz u l-medda ta' 1 800 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri.

    Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) Is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn żewġ mili nawtiċi ( 3 ) mil-linja bażi, kif definit fil- Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

    (b) Jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS tal-bastimenti bejn żewġ u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;

    (c) Limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment:



    Parametru

    Deskrizzjoni

    Qawwa tat-trażmissjoni/densità tal-potenza

    Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastiment u kkontrollati permezz tal-BS tal-bastiment fil-medda ta' 900 MHz, il-qawwa massima tal-output irradjat:

    5 dBm

    Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastimenti u kkontrollati permezz tal-BS tal-bastimenti fil-medda ta' frekwenzi ta' 1 800 MHz, il-qawwa massima tal-output irradjat:

    0 dBm

    Għall-istazzjonijiet ta' bażi abbord il-bastiment, id-densità massima tal-qawwa mkejla f'partijiet esterni tal-bastiment, b'referenza għal kejl ta' gain ta' antenna ta' 0 dBi:

    – 80 dBm/200 kHz

    Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni

    Għandhom jintużaw tekniki għat-tnaqqis tal-interferenza li mill-inqas jipprovdu rendiment ekwivalenti għal dak ta' dawn il-fatturi ta' tnaqqis, abbażi tal-istandards tal-GSM:

    — bejn 2 u 3 mili nawtiċi mil-linja bażi, is-sensittività tar-riċevitur u l-livell massimu tad-diskonnessjoni (livelli ACCMIN (1) u min RXLEV (2)) tat-terminal mobbli użat abbord il-bastiment għandu jkun daqs jew ogħla minn — 70 dBm/200 kHz u bejn 3 u 12-il mil nawtiku mil-linjua bażi daqs jew ogħla minn — 75 dBm/200 kHz;

    — it-trażmissjoni mhux kontinwa (3) għandha tiġi attivata fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali;

    — il-valur tal-avvanz tal-ħin (4) tal-BS tal-bastiment għandu jiġi ssettjat fil-valur minimu.

    (1)   ACCMIN (RX_LEV_ACCESS_MIN); kif deskritt fl-istandard ETSI TS 144 018 tal-GSM

    (2)   RXLEV (RXLEV-FULL-SERVING-CELL); kif deskritt fl-istandard ETSI TS 148 008 tal-GSM

    (3)   Trażmissjoni mhux kontinwa, jew DTX; kif deskritt fl-istandard ETSI TS 148 008 tal-GSM

    (4)   Avvanz tal-ħin; kif deskritt fl-istandard ETSI TS 144 018 tal-GSM

    (2)   Kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mis-sistemi UMTS fil-meded 1 900 /2 100 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri.

    Għandhom japplikaw dawn il-kundizzjonijiet:

    (a) is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn żewġ mili nawtiċi mil-linja bażi, kif definit fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

    (b) jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS tal-bastimenti bejn żewġ u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;

    (c) tista' tintuża wisa' tal-medda sa 5 MHzbiss (duplex) biss;

    (d) limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment:



    Parametru

    Deskrizzjoni

    Qawwa tat-trażmissjoni/Densità tal-qawwa

    Għal terminals mobbli li jittrażmettu fil-medda 1 900 Mhz użati abbord il-bastimenti u kkontrollati mill-BS tal-bastiment li jittrażmetti fil-medda 2 100 Mhz, il-qawwa massima tal-output irradjat:

    0 dBm/5 MHz

    Emissjonijiet fuq il-gverta

    Emissjonijiet ta' BS tal-bastiment ta' fuq il-gverta għandhom ikunu daqs jew inqas minn — 102 dBm/5 MHz (Kanal Komuni tal-Piloti)

    Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni

    Bejn 2 u 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, il-kriterji ta' kwalità (il-livell minimu meħtieġ tas-sinjal irċevut f'ċellola) għandu jkun daqs jew ogħla minn:

    – 87 dBm/5 MHz

    It-timer tal-għażla tan-netwerk mobbli terrestri pubbliku għandu jkun issettjat għal 10 minuti

    Il-parametru tal-avvanz tal-ħin għandu jiġi ssettjat skont il-firxa ta' ċelloli mqassma ta' sistemi distribwiti ta' antenni MCV ugwali għal 600 m

    Ir-rilaxx tat-timer tar-rilaxx tal-inattività tal-utent tal-Kontroll tar-Riżorsi tar-Radju għandu jkun ta' żewġ sekondi.

    Nuqqas ta' allinjament ma' netwerks fuq l-art

    It-trasportatur MCV tal-frekwenza ċentrali ma għandux jiġi allinjata ma' trasportaturi fuq netwerks tal-art.

    (3)   Kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti minn sistemi fil-medda 1 800 MHz u 2 600 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għal netwerks mobbli bbażati fuq l-art

    Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) Is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn 4 mili nawtiċi mil-linja bażi, kif definit fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

    (b) Jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS ta' bastimenti bejn erba' u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;

    (c) Faxxa tal-frekwenza biss sa 5 MHz (duplex) jistgħu jintużaw għal kull banda ta' frekwenzi (1 800 MHz u 2 600 MHz);

    (d) Limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment:



    Parametru

    Deskrizzjoni

    Qawwa tat-trażmissjoni/Densità tal-qawwa

    Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastimenti u li huma kkontrollati permezz ta' BS ta' bastimenti fil-medda ta' frekwenzi ta' 1 800 Mhz u 2 600 MHz, il-potenza massima tal-output irradjat:

    0 dBm

    Emissjonijiet fuq il-gverta

    L-emissjonijiet ta' BS ta' bastimenti ta' fuq il-gverta għandhom ikunu daqs jew inqas minn – 98 dBm/5 MHz (ekwivalenti għal – 120 dBm/15 kHz)

    Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni

    Bejn erba' u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi, il-kriterji ta' kwalità (il-livell ta' sinjal irċevut minimu meħtieġ fiċ-ċellola) għandhom ikunu daqs jew ogħla minn – 83 dBm/5 MHz (ekwivalenti għal – 105 dBm/15 kHz)

    It-timer tal-għażla tan-Netwerk Mobbli Terrestri Pubbliku għandu jkun issettjat għal 10 minuti

    Il-parametru tal-avvanz tal-ħin għandu jiġi ssettjat skont il-firxa ta' ċelloli mqassma ta' sistemi distribwiti ta' antenni MCV ugwali għal 400 m

    It-timer tal-inattività tal-utent għar-rilaxx tal-Kontroll tar-Riżorsi tar-Radju għandu jiġi ssetjat għal żewġ sekondi.

    Nuqqas ta' allinjament ma' netwerks fuq l-art

    It-trasportatur MCV tal-frekwenza ċentrali ma għandux jiġi allinjata ma' trasportaturi fuq netwerks tal-art.



    ( 1 ) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

    ( 2 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta' April 2011 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità (ĠU L 106, 27.4.2011, p. 9)

    ( 3 ) Mil nawtiku = 1 852 metru

    Top