Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R1099-20191214

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1099/2019-12-14

02009R1099 — MT — 14.12.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1099/2009

tal-24 ta’ Settembru 2009

dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 303 18.11.2009, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2017/625 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Marzu 2017

  L 95

1

7.4.2017

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/723 tas-16 ta' Mejju 2018

  L 122

11

17.5.2018


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 137, 24.5.2017, p.  40 (2017/625)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1099/2009

tal-24 ta’ Settembru 2009

dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-qtil ta’ annimali mrobbija jew miżmuma għall-produzzjoni tal-ikel, suf, ġilda, pil jew prodotti oħra kif ukoll għall-qtil ta’ annimali għall-fini tad-depopolazzjoni u għal operazzjonijiet relatati.

Madanakollu, rigward il-ħut, għandhom japplikaw biss ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

2.  Il-Kapitolu II, minbarra l-Artikolu 3(1) u (2) tiegħu, il-Kapitolu III u l-Kapitolu IV minbarra l-Artikolu 19 tiegħu, ma għandhomx japplikaw f’każ ta’ qtil minħabba emerġenza barra minn biċċerija jew meta l-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet tirriżulta f’riskju immedjat u serju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-bniedem.

3.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika:

(a) meta l-annimali jinqatlu:

(i) waqt esperimenti xjentifiċi mwettqa taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti;

(ii) waqt il-kaċċa jew attivitajiet tas-sajd rikreattiv;

(iii) waqt avvenimenti kulturali jew sportivi;

(b) tjur, fniek u liebri maqtula barra minn biċċerija mis-sid tagħhom għall-konsum domestiku privat tiegħu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “qtil” tfisser kwalunkwe proċess ikkaġunat intenzjonalment li jikkawża l-mewt ta’ annimal;

(b) “operazzjonijiet relatati” tfisser operazzjonijiet bħal immaniġġar, żamma, trażżin, sturdament u fsada tal-annimali li jseħħu fil-kuntest u fil-post fejn dawn ikunu sejrin jinqatlu;

(c) “annimal” tfisser kwalunkwe annimal vertebrat, għajr rettili u anfibji;

(d) “qtil minħabba emerġenza” tfisser il-qtil ta’ annimali li huma feruti jew li għandhom marda assoċjata ma’ uġigħ u sofferenza kbira u meta ma hemm l-ebda possibbiltà prattika oħra sabiex jittaffa dan l-uġigħ jew sofferenza;

(e) “żamma” tfisser iż-żamma ta’ annimali fi stalel, maqjel, żoni jew għelieqi mgħottija assoċjati ma’ jew li huma parti mill-operazzjonijiet ta’ biċċeriji;

(f) “sturdament” tfisser kwalunkwe proċess ikkaġunat intenzjonalment li jikkawża t-telf tas-sensi u s-sensibbiltà mingħajr uġigħ, inkluż kwalunkwe proċess li jirriżulta f’mewta istantanja;

(g) “rit reliġjuż” tfisser serje ta’ atti relatati mal-qatla ta’ annimali u preskritti minn reliġjon;

(h) “avvenimenti kulturali jew sportivi” tfisser avvenimenti li huma essenzjalment u b’mod predominanti relatati ma’ tradizzjonijiet kulturali jew attivitajiet sportivi li ilhom stabbiliti, inkluż it-tlielaq jew forom oħra ta’ kompetizzjoni, fejn ma hemm l-ebda produzzjoni ta’ laħam jew prodotti ta’ annimali oħra jew fejn dik il-produzzjoni hija marġinali meta mqabbla mal-avveniment u mhijiex ekonomikament sinifikanti;

(i) “proċeduri operattivi standard” tfisser sett ta’ struzzjonijiet bil-miktub immirati lejn il-kisba ta’ uniformità tal-prestazzjoni ta’ funzjoni jew standard speċifiku;

(j) “qatla” tfisser il-qtil ta’ annimali maħsub għall-konsum tal-bniedem;

(k) “biċċerija” tfisser kwalunkwe stabbiliment użat għall-qatla ta’ annimali tal-art li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(l) “operatur tan-negozju” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha taħt il-kontroll tagħha intrapriża li twettaq il-qtil ta’ annimali jew kwalunkwe operazzjoni relatata li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(m) “annimali tal-pil” tfisser annimali tal-ispeċi tal-mammiferi mrobbija primarjament għall-produzzjoni tal-pil tagħhom bħall-minks, polecats, volpijiet, rakkuni, kasturi tal-għadajjar u ċinċilla;

(n) “depopolazzjoni” tfisser il-proċess tal-qtil tal-annimali minħabba raġunijet ta’ saħħa pubblika, saħħa tal-annimali, trattament xieraq tal-annimali jew għal raġunijiet ambjentali taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti;

(o) “tjur” tfisser tjur imrobbija, inklużi tjur li mhumiex ikkunsidrati bħala tjur domestiċi iżda li huma mrobbija bħala annimali domestiċi, bl-eċċezzjoni tal-għasafar li ma jtirux;

(p) “trażżin” tfisser l-applikazzjoni lil xi annimal ta’ kwalunkwe proċedura maħsuba biex trażżan il-movimenti tiegħu waqt li tiffrankalu uġigħ, biża’ jew aġitazzjoni li jistgħu jiġu evitati sabiex tiffaċilita l-isturdament u l-qtil effettiv;

▼M1

(q) “awtoritajiet kompetenti” tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament ►C1  (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

▼B

(r) “enervazzjoni (pithing)” tfisser tiċrit tat-tessut nervuż ċentrali u tas-sinsla permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla mdaħħal fil-ħofra tal-kranju.



KAPITOLU II

REKWIŻITI ĠENERALI

Artikolu 3

Rekwiżiti ġenerali għal qtil u operazzjonijiet relatati

1.  Waqt il-qatla u operazzjonijiet relatati, l-annimali għandhom jiġu protetti minn kwalunkwe uġigħ, stress jew tbatija li jistgħu jigu evitati.

2.  Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-operaturi tan-negozju, b’mod partikolari, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-annimali:

(a) jiġu pprovduti b’kumdità fiżika u bi protezzjoni, b’mod partikolari billi jinżammu nodfa, f’kondizzjonijiet termali adegwati u li jkun evitat li jaqgħu jew jiżolqu;

(b) jiġu protetti minn korriment;

(c) jiġu mmaniġġati u miżmuma bil-konsiderazzjoni tal-imġiba normali tagħhom;

(d) ma jurux sinjali ta’ uġigħ, biża’ li jistgħu jiġu evitati jew juru imġiba oħra anormali;

(e) ma jgħaddux mingħajr għalf jew ilma għal tul ta’ żmien;

(f) ma’ jitħallewx jinteraġġixxu ma’ annimali oħra li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-protezzjoni tagħhom meta dan jista’ jkun evitat.

3.  Faċilitajiet użati għal qtil u operazzjonijiet relatati għandhom ikunu mfasslin, mibnija, miżmuma u mħaddma sabiex jiżguraw konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 taħt il-kondizzjonijiet mistennija ta’ attività tal-faċilità matul is-sena.

Artikolu 4

Metodi ta’ sturdament

1.  L-annimali għandhom jinqatlu biss wara sturdament konformement mal-metodi u r-rekwiżiti speċifiċi relatati mal-applikazzjoni ta’ dawk il-metodi kif imniżżel fl-Anness I. It-telf tas-sensi u s-sensibbiltà għandhom jinżammu sal-mewt tal-annimal.

Il-metodi msemmija fl-Anness I li ma jirriżultawx f’mewta istantanja (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “sturdament sempliċi”) għandhom ikunu segwiti kemm jista’ jkun malajr possibbli bi proċedura li tiżgura l-mewt bħall-fsada, l-enervazzjoni (pithing), l-elettrokuzzjoni jew l-espożizzjoni mtawla għal anossija.

2.  L-Anness I jista’ jiġi emendat biex jieħu kont tal-progress xjentifiku u tekniku abbażi ta’ opinjoni tal-EFSA u konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Kwalunkwe emenda simili għandha tiżgura livell ta’ trattament xieraq tal-annimali mill-inqas ekwivalenti għal dak żgurat mill-metodi eżistenti.

3.  Jistgħu jiġu adottati linji gwida Komunitarji rigward il-metodi stabbiliti fl-Anness I konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

4.  Fil-każ ta’ annimali suġġetti għal metodi partikolari ta’ qatla meħtieġa minn ċerti riti reliġjużi, ir-rekwiżiti tal-ewwel paragrafu m’għandhomx jiġu applikati bil-kondizzjoni li l-qatla issir f’biċċerija.

Artikolu 5

Kontrolli ta’ miżuri ta’ sturdament

1.  L-operaturi tan-negozju għandhom jiżguraw li l-persuni responsabbli għall-isturdament jew persunal nominat ieħor iwettqu kontrolli regolari sabiex jiżguraw li l-annimali ma jippreżentawx sinjali ta’ kuxjenza jew ta’ sensibbiltà fil-perijodu bejn it-tmiem tal-proċess ta’ sturdament u l-mewt.

Dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu fuq kampjun ta’ annimali rappreżentattiv biżżejjed u l-frekwenza tagħhom għandha tiġi stabbilita billi jittieħed kont tal-eżitu ta’ kontrolli preċedenti u ta’ kwalunkwe fattur li jista’ jaffettwa l-effiċjenza tal-proċess ta’ sturdament.

Meta l-eżitu tal-kontrolli jindika li annimal mhuwiex stordut b’mod adegwat, il-persuna inkarigata bl-isturdament għandha minnufih tieħu l-miżuri adegwati kif speċifikati fil-proċeduri operattivi standard imfasslin skont l-Artikolu 6(2).

2.  Fejn, għall-finijiet tal-Artikolu 4(4), l-annimali jinqatlu mingħajr sturdament minn qabel, il-persuni responsabbli għall-qatla għandhom iwettqu kontrolli sistematiċi sabiex jiġi żgurat li l-annimali ma jippreżentaw l-ebda sinjal ta’ kuxjenza jew sensibbiltà qabel ma jiġu rilaxxati mit-trażżin u ma jippreżentaw l-ebda sinjal ta’ ħajja qabel ma jiġu preparati jew jinstamtu.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-operaturi tan-negozju jistgħu jużaw proċeduri ta’ kontroll kif deskritti fil-gwidi għal prattika tajba msemmija fl-Artikolu 13.

4.  Fejn ikun xieraq, sabiex jittieħed kont tal-livell għoli ta’ affidabbiltà ta’ ċerti metodi ta’ sturdament u abbażi ta’ opinjoni tal-EFSA, jistgħu jiġu adottati derogi mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 6

Proċeduri operattivi standard

1.  L-operaturi tan-negozju għandhom jippjanaw il-qtil tal-annimali u operazzjonijiet relatati minn qabel u għandhom iwettquhom konformement mal-proċeduri operattivi standard.

2.  L-operaturi tan-negozju għandhom ifasslu u jimplimentaw tali proċeduri operattivi standard sabiex jiżguraw li l-qtil u l-operazzjonijiet relatati jitwettqu konformement mal-Artikolu 3(1).

Fil-każ tal-isturdament, il-proċeduri operattivi standard għandhom:

(a) jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet tal-manifatturi;

(b) għal kull metodu ta’ sturdament użat, jiddefinixxu, abbażi ta’ evidenza xjentifika disponibbli, il-parametri ewlenin imniżżlin fil-Kapitolu I tal-Anness I biex tiġi żgurata l-effettività tagħhom fl-isturdament tal-annimali.

(c) jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu meta l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 5 jindikaw li l-annimal ma kienx stordut b’mod adegwat jew, fil-każ ta’ annimali maqtula konformement mal-Artikolu 4(4), li l-annimal ikun għadu jippreżenta sinjali ta’ ħajja.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi tan-negozju jistgħu jużaw proċeduri operattivi standard kif deskritti fil-gwidi għal prattika tajba msemmija fl-Artikolu 13.

4.  L-operaturi tan-negozju għandhom jagħmlu l-proċeduri operattivi standard disponibbli għall-awtorità kompetenti għal kull meta dawn jitolbuhom.

Artikolu 7

Livell u ċertifikat ta’ kompetenza

1.  Il-qtil u operazzjonijiet relatati għandhom isiru biss minn persuni b’livell xieraq ta’ kompetenza sabiex jagħmlu dan mingħajr ma jikkawżaw lill-annimali l-ebda uġigħ, stress żejjed jew tbatija li jistgħu jiġu evitati.

2.  L-operaturi tan-negozju għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet tal-qatla li ġejjin jitwettqu biss minn persuni li għandhom ċertifikat ta’ kompetenza għal dawn l-operazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 21, li juri l-kapaċità tagħhom biex iwettquhom konformement mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament:

(a) l-immaniġġar u l-kura tal-annimali qabel ma jitrażżnu;

(b) it-trażżin tal-annimali għall-għanijiet ta’ sturdament jew qtil;

(c) l-isturdament tal-annimali;

(d) il-valutazzjoni tal-effettività tal-isturdament;

(e) it-tixkil jew l-irfigħ ta’ annimali ħajjin;

(f) il-fsada ta’ annimali ħajjin;

(g) it-tbiċċir konformement mal-Artikolu 4(4).

3.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-qtil tal-annimali tal-pil għandu jitwettaq fil-preżenza u taħt is-superviżjoni diretta ta’ persuna li għandha ċertifikat ta’ kompetenza kif imsemmi fl-Artikolu 21 maħruġ għall-operazzjonijiet kollha mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu. L-operaturi tan-negozju ta’ rziezet għat-trobbija ta’ annimali tal-pil għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti minn qabel meta jridu jinqatlu xi annimali.

Artikolu 8

Istruzzjonijiet għall-użu ta’ tagħmir għat-trażżin jew għall-isturdament

Il-prodotti kkummerċjalizzati jew irreklamati bħala tagħmir għat-trażżin jew għall-isturdament għandhom jinbiegħu biss meta jkunu akkumpanjati minn istruzzjonijiet adatti dwar l-użu tagħhom b’mod li jkunu żgurati l-aħjar kondizzjonijiet għat-trattament xieraq tal-annimali. Dawk l-istruzzjonijiet għandhom ikunu wkoll disponibbli pubblikament mill-manifatturi permezz tal-Internet.

Dawk l-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw, b’mod partikolari:

(a) l-ispeċi, kategoriji, kwantitajiet u/jew piżijiet ta’ annimali li għalihom huwa maħsub l-użu tat-tagħmir;

(b) il-parametri rakkomandati li jikkorrispondu għaċ-ċirkostanzi differenti ta’ użu, inklużi l-parametri ewlenin imniżżla fil-Kapitolu 1 tal-Anness I;

(c) għat-tagħmir tal-isturdament, metodu għall-monitoraġġ tal-effikaċja tat-tagħmir fir-rigward tal-konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(d) ir-rakkomandazzjonijiet għall-manutenzjoni u, fejn meħtieġ, il-kalibrar tat-tagħmir ta’ sturdament.

Artikolu 9

Użu ta’ tagħmir għat-trażżin u l-isturdament

1.  L-operaturi tan-negozju għandhom jiżguraw li t-tagħmir kollu wżat għat-trażżin jew l-isturdament tal-annimali jinżamm u jiġi vverifikat konformement mal-istruzzjonijiet tal-manifatturi minn persuni mħarrġa speċifikament għal dak il-għan.

L-operaturi tan-negozju għandhom ifasslu reġistru tal-manutenzjoni. Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu mill-operaturi mill-inqas sena u għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità kompetenti meta jintalbu.

2.  L-operaturi tan-negozju għandhom jiżguraw li waqt l-operazzjonijiet ta’ sturdament, fuq il-post ikun disponibbli immedjatament tagħmir ta’ riżerva adatt u dan għandu jintuża fil-każ li t-tagħmir ta’ sturdament użat inizjalment ma jaħdimx. Il-metodu ta’ riżerva jista’ jkun differenti minn dak użat l-ewwel.

3.  L-operaturi tan-negozju għandhom jiżguraw li l-annimali ma jitpoġġewx f’tagħmir għat-trażżin, inkluż it-trażżin tar-ras, sakemm il-persuna inkarigata bl-isturdament jew il-fsada tkun lesta sabiex tistordihom jew tafsadhom malajr kemm jista’ jkun.

Artikolu 10

Konsum domestiku privat

Huma biss ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3(1), 4(1) u 7(1) li għandhom japplikaw għall-qatla ta’ annimali, li mhumiex tjur, fniek u liebri, u l-operazzjonijiet relatati li jsiru barra l-biċċerija mill-proprjetarju tagħhom jew minn persuna taħt ir-responsabbiltà u s-superviżjoni tal-proprjetarju għal konsum domestiku privat.

Madankollu, japplikaw ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(3) u fil-punti 1.8 sa 1.11, 3.1 u, safejn hemm referenza għall-isturdament sempliċi, il-punt 3.2 tal-Anness III għandu japplika għall-qatla ta’ annimali li mhumiex tjur, fniek u liebri, ħnieżer, ngħaġ u mogħoż li jsir barra l-biċċerija mill-proprjetarju tagħhom jew minn persuna taħt ir-responsabbiltà u s-superviżjoni tal-proprjetarju għal konsum domestiku privat.

Artikolu 11

Forniment dirett ta’ kwantitajiet żgħar ta’ tjur, fniek u liebri

1.  Huma biss ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3(1), 4(1) u 7(1) li għandhom japplikaw għall-qatla ta’ tjur, fniek u liebri fl-azjenda agrikola għall-fini tal-forniment dirett ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam mill-produttur lill-konsumatur aħħari jew lill-istabbilimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut li jfornu dan il-laħam direttament bħala laħam frisk lill-konsumatur aħħari, dment li n-numru tal-annimali maqtula fl-azjenda agrikola ma jaqbiżx in-numru massimu ta’ annimali li għandu jiġi stabbilit konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

2.  Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II u III ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-qatla ta’ dawn l-annimali meta n-numru tagħhom jaqbeż in-numru massimu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-finijiet tal-Artikolu 12(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Iċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-laħam importat minn pajjiżi terzi għandhu jiġi supplimentat minn attestazzjoni li tiċċertifika li ġew sodisfatti r-rekwiżiti li tal-inqas huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-Kapitoli II u III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Żvilupp u disseminazzjoni ta’ gwidi għal prattika tajba

1.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp u d-disseminazzjoni ta’ gwidi għal prattika tajba biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.  Meta jitfasslu dawn il-gwidi għal prattika tajba, huma għandhom ikunu żviluppati u disseminati minn organizzazzjonijiet jew operaturi tan-negozju:

(a) f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet nongovernattivi, l-awtoritajiet kompetenti u partijiet interessati oħrajn;

(b) b’kont meħud tal-opinjonijiet xjentifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 20(1)(c).

3.  L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-gwidi għal prattika tajba sabiex tiżgura li jkunu ġew żviluppati konformement mal-paragrafu 2 u li huma konsistenti mal-linji gwida Komunitarji eżistenti.

4.  Meta l-organizzazzjonijiet tal-operaturi tan-negozju ma jippreżentawx gwidi għal prattika tajba, l-awtorità kompetenti tista’ tiżviluppa u tippubblika l-gwidi tagħha stess għal prattika tajba.

5.  L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-gwidi kollha għal prattika tajba vvalidati mill-awtorità kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tmexxi sistema ta’ reġistrazzjoni għal dawn il-gwidi u tpoġġiha għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.



KAPITOLU III

REKWIŻITI ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GĦALL-BIĊĊERIJI

Artikolu 14

Tqassim, kostruzzjoni u tagħmir tal-biċċeriji

1.  L-operaturi tan-negozju għandhom jiżguraw li t-tqassim u l-kostruzzjoni tal-biċċeriji u t-tagħmir użat fihom għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-Anness II.

2.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u għal kull biċċerija, meta mitluba, l-operaturi tan-negozju għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, tal-inqas dawn li ġejjin:

(a) in-numru massimu ta’ annimali kull siegħa għal kull linja tal-qatla;

(b) il-kategoriji ta’ annimali u l-piżijiet li għalihom jista’ jintuża t-tagħmir disponibbli għat-trażżin jew għall-isturdament;

(c) il-kapaċità massima għal kull post ta’ żamma temporanja.

L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni ppreżentata mill-operatur konformement mal-ewwel subparagrafu meta tapprova l-biċċerija.

3.  Dan li ġej jista’ jiġi adottat konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2):

(a) derogi mir-regoli stabbiliti fl-Anness II għal biċċeriji mobbli;

(b) emendi meħtieġa għall-adattament tal-Anness II sabiex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku.

Sakemm jiġu adottati d-derogi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu jew iżommu r-regoli nazzjonali li japplikaw għall-biċċeriji mobbli.

4.  Il-linji gwida Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Anness II jistgħu jiġu adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 15

Operazzjonijiet ta’ mmaniġġar u trażżin fil-biċċeriji

1.  L-operaturi tan-negozju għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-regoli operattivi għall-biċċeriji stabbiliti fl-Anness III.

2.  L-operaturi tan-negozju għandhom jiżguraw li l-annimali kollha li jinqatlu konformement mal-Artikolu 4(4) mingħajr sturdament minn qabel ikunu mrażżna individwalment; ir-ruminanti għandhom jitrażżnu mekkanikament.

Ma għandhomx jintużaw sistemi li jrażżnu lill-annimali bovini permezz tal-inversjoni jew kwalunkwe pożizzjoni mhux naturali minbarra fil-każ ta’ annimali maqtula konformement mal-Artikolu 4(4) u bil-kondizzjoni li jkunu mgħammra b’apparat li jrażżan kemm il-moviment laterali kif ukoll dak vertikali tar-ras tal-annimal li jista’ jiġi aġġustat biex ikun adattat għad-daqs tal-annimal.

3.  Il-metodi ta’ trażżin li ġejjin għandhom ikunu projbiti:

(a) id-dendil jew l-irfigħ ta’ annimali f’sensihom;

(b) it-trażżin mekkaniku jew l-irbit tar-riġlejn jew tas-saqajn tal-annimali;

(c) il-qtugħ tan-nerv li jgħaddi minn ġos-sinsla, pereżempju bl-użu ta’ puntilla jew stallett;

(d) l-użu ta’ kurrent elettriku sabiex jiġi immobilizzat l-annimal, li ma jistordihx jew ma joqtlux taħt ċirkostanzi kkontrollati, b’mod partikolari, kwalunkwe applikazzjoni ta’ kurrent elettriku li ma jasalx sal-moħħ.

Madanakollu, l-punti (a) u (b) ma għandhomx japplikaw għall-qajd użat għat-tjur.

4.  Bil-għan li jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku, inkluża opinjoni tal-EFSA, l-Anness III jista’ jiġi emendat konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

5.  Il-linji gwida Komunitarji għall-implimentazzjoni tar-regoli stabbiliti fl-Anness III jistgħu jiġu adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 16

Monitoraġġ ta’ proċeduri fil-biċċeriji

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 5, l-operaturi tan-negozju għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw proċeduri tal-monitoraġġ adatti fil-biċċeriji.

2.  Il-proċeduri ta’ monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiddeskrivu l-mod kif għandhom jitwettqu l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 5 u għandhom jinkludu tal-inqas dan li ġej:

(a) l-isem tal-persuni responsabbli għall-proċedura ta’ monitoraġġ;

(b) l-indikaturi mfasslin sabiex jikxfu sinjali ta’ telf mis-sensi u ta’ koxjenza jew sensibbiltà fl-annimali; l-indikaturi mfasslin sabiex jikxfu n-nuqqas ta’ sinjali ta’ ħajja fl-annimali maqtula konformement mal-Artikolu 4(4);

(c) il-kriterji sabiex jiġi determinat jekk ir-riżultati murija mill-indikaturi msemmija fil-punt (b) humiex sodisfaċenti;

(d) iċ-ċirkostanzi u/jew il-ħin meta l-monitoraġġ għandu jseħħ;

(e) in-numru ta’ annimali f’kull kampjun li għandhom jiġu kkontrollati matul il-monitoraġġ;

(f) il-proċeduri adatti sabiex ikun żgurat li fil-każ li l-kriterji msemmija fil-punt (c) ma jiġux soddisfatti, issir reviżjoni tal-operazzjoni tal-isturdament jew tal-qtil sabiex jiġu identitifkati l-kawżi ta’ kwalunkwe nuqqas u l-bidliet meħtieġa li għandhom isiru lil dawk l-operazzjonijiet.

3.  L-operaturi tan-negozju għandhom jistabbilixxu proċedura ta’ monitoraġġ speċifika għal kull linja tal-qatla.

4.  Il-frekwenza tal-kontrolli tal-monitoraġġ għandhom jieħdu kont tal-fatturi tar-riskju prinċipali, bħall-bidliet rigward it-tipi jew id-daqs ta’ annimali maqtul jew il-mudelli ta’ ħidma tal-persunal u għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiżguraw riżultati b’livell għoli ta’ fiduċja.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi tan-negozju jistgħu jużaw proċeduri ta’ monitoraġġ kif deskritti fil-gwidi għal prattika tajba msemmija fl-Artikolu 10 a).

6.  Il-linji gwida Komunitarji rigward il-proċeduri ta’ monitoraġġ fil-biċċeriji jistgħu jiġu adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 17

Uffiċjal għat-trattament xieraq tal-annimali

1.  L-operaturi tan-negozju għandhom jaħtru uffiċjal għat-trattament xieraq tal-annimali għal kull biċċerija biex jassistihom fl-iżgurar tal-konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.  L-uffiċjal għat-trattament xieraq tal-annimali għandu jirrapporta direttament lill-operatur tan-negozju u għandu jirrapporta direttament lilu/lilha dwar kwistjonijiet relatati mat-trattament xieraq tal-annimali. Hu għandu jkun f’pożizzjoni li jitlob li l-persunal tal-biċċerija jwettaq kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju li tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

3.  Ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal għat-trattament xieraq tal-annimali għandhom jiġu stabbiliti fil-proċeduri operattivi standard tal-biċċeriji u jinġiebu effettivament għall-attenzjoni tal-persunal konċernat.

4.  L-uffiċjal għat-trattament xieraq tal-annimali għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza kif imsemmi fl-Artikolu 18, maħruġ għall-operazzjonijiet kollha li jseħħu fil-biċċeriji li għalihom huwa jew hija j/tkun responsabbli.

5.  L-uffiċjal għat-trattament xieraq tal-annimali għandu jżomm rekord tal-azzjoni li ttieħdet biex jittejjeb it-trattament xieraq tal-annimali fil-biċċerja li fiha huwa/hija jwettaq/twettaq il-kompiti tiegħu/tagħha. Dan ir-rekord għandu jinżamm mill-inqas sena u għandu jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti meta jintalab.

6.  Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għal biċċeriji li joqtlu inqas minn 1 000 unità ta’ bhejjem ta’ mammiferi jew 150 000 għasfur jew fenek kull sena.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-“unità ta’ bhejjem” tfisser unità ta’ kejl standard li tippermetti l-aggregazzjoni tad-diversi kategoriji ta’ bhejjem sabiex ikunu jistgħu jiġu pparagunati.

Fl-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw ir-rati ta’ konverżjoni li ġejjin:

(a) annimali bovini adulti fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) ( 2 ) u ekwidi: 1 unità ta’ bhejjem;

(b) annimali bovini oħra; 0,50 unità ta’ bhejjem;

(c) ħnieżer b’piż meta ħajjin ta’ aktar minn 100 kg: 0,20 unità ta’ bhejjem;

(d) ħnieżer oħra: 0,15 unità ta’ bhejjem;

(e) nagħaġ u mogħoż: 0,10 unità ta’ bhejjem;

(f) ħrief, gidjiet u ħannus b’piż meta ħajjin ta’ inqas minn 15 kg: 0,05 unità ta’ bhejjem.



KAPITOLU IV

DEPOPOLAZZJONI U QTIL MINĦABBA EMERĠENZA

Artikolu 18

Depopolazzjoni

1.  L-awtorità kompetenti responsabbli għal operazzjoni ta’ depopolazzjoni għandhom jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, qabel il-bidu tal-operazzjoni.

B’mod partikolari, il-metodi ta’ sturdament u ta’ qtil ippjanati u l-proċeduri operattivi standard korrispondenti sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ kontinġenza meħtieġa skont il-liġi Komunitarja dwar is-saħħa tal-annimali, abbażi tal-ipoteżi stabbilita fil-pjan ta’ kontinġenza dwar id-daqs u l-post ta’ fejn suppost faqqgħet il-marda.

2.  L-awtorità kompetenti għandha:

(a) tiżgura li tali operazzjonijiet jitwettqu konformement mal-pjan ta’ azzjoni msemmi fil-paragrafu 1;

(b) tieħu kwalunkwe azzjoni adatta sabiex jiġi salvagwardat it-trattament xieraq tal-annimali fl-aħjar kondizzjonijiet disponibbli.

3.  Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu u f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi minn waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament meta tikkunsidra li huwa probabbli li l-konformità tkun ser taffettwa s-saħħa tal-bniedem jew tnaqqas b’mod sinifikanti l-proċess ta’ qerda ta’ marda.

4.  Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha titrasmetti lill-Kummissjoni rapport dwar l-operazzjonijiet ta’ depopolazzjoni mwettqa matul is-sena preċedenti u tagħmlu disponibbli pubblikament permezz tal-Internet.

Fir-rigward ta’ kull operazzjoni ta’ depopolazzjoni, ir-rapport għandu jinkludi partikolarment:

(a) ir-raġunijiet għad-depopolazzjoni;

(b) in-numru u l-ispeċi tal-annimali maqtula;

(c) il-metodi tal-isturdament u tal-qtil użati;

(d) deskrizzjoni tad-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom u, fejn ikun xieraq, is-soluzzjonijiet misjuba sabiex tittaffa jew titnaqqas it-tbatija tal-annimali kkonċernati;

(e) kwalunkwe deroga mogħtija konformement mal-paragrafu 3.

5.  Il-linji gwida Komunitarji għall-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni tad-depopolazzjoni jistgħu jiġu adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

6.  Fejn ikun xieraq, sabiex jittieħed kont tal-informazzjoni miġbura mill-ADNS, tista’ tiġi adotatta deroga mill-obbligu ta’ rappurtar stabbilit fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 19

Qtil minħabba emerġenza

Fil-każ ta’ qtil minħabba emerġenza, min iżomm l-annimali kkonċernati għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex joqtol l-annimal malajr kemm jista’ jkun.



KAPITOLU V

AWTORITÀ KOMPETENTI

Artikolu 20

Appoġġ xjentifiku

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li hu disponibbli appoġġ xjentifiku indipendenti biżżejjed biex jassisti lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba tagħhom, billi jipprovdi:

(a) kompetenza xjentifika u teknika relatata mal-approvazzjoni ta’ biċċeriji kif imsemmi fl-Artikolu 11(2) u l-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ sturdament;

(b) opinjonijiet xjentifiċi dwar l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-manifatturi dwar l-użu u l-manutenzjoni ta’ tagħmir għat-trażżin u sturdament;

(c) opinjonijiet xjentifiċi dwar gwidi ta’ prattika tajba żviluppata fit-territorju tiegħu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament;

(d) rakkomandazzjonijiet għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, partikolarment fir-rigward ta’ spezzjonijiet u verifiki;

(e) opinjonijiet dwar il-kapaċità u l-adegwatezza ta’ korpi u entitajiet separati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21(2).

2.  L-appoġġ xjentifiku jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ netwerk, bil-kondizzjoni li l-kompiti kollha elenkati fil-paragrafu 1 li qegħdin jitwettqu fir-rigward tal-attivitajiet rilevanti kollha li jseħħu fl-Istati Membri kkonċernati.

Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jidentifika punt ta’ kuntatt uniku u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-Internet. Dan il-punt ta’ kuntatt għandu jkun risponsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni teknika u xjentifika u l-aħjar prattika fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mal-kontropartijiet tiegħu u mal-Kummissjoni.

Artikolu 21

Ċertifikat ta’ kompetenza

1.  Għall-għanijet tal-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti responsabbli għal:

(a) l-iżgurar li jkun hemm korsijiet ta’ taħriġ disponibbli għall-persunal involut fil-qtil u f’operazzjonijiet relatati;

(b) it-tqassim ta’ ċertifikati ta’ kompetenza li juru li wieħed ikun għadda b’suċċess minn eżami finali indipendenti; is-suġġetti ta’ dan l-eżami għandhom ikunu rilevanti għall-kategoriji tal-annimali kkonċernati u għandhom jikkorrispondu għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(2) u (3), u għas-suġġetti stabbiliti fl-Anness IV;

(c) l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ tal-korsijiet imsemmijin fil-punt (a) u l-kontenut u l-modalitajiet tal-eżami msemmi fil-punt (b).

2.  L-awtorità kompetenti tista’ tiddelega l-eżami finali u l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kompetenza lil korp separat jew lil entità li:

(a) għandhom il-kompetenza, il-persunal u t-tagħmir meħtieġ sabiex jagħmlu dan;

(b) huma indipendenti u ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-eżami finali u l-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ kompetenza.

L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tiddelega l-organizzazzjoni tal-korsijiet ta’ taħriġ lil korp jew lil entità separata li għandha l-kompetenza, il-persunal u t-tagħmir meħtieġ biex tagħmel dan.

Id-dettalji tal-korpi u l-entitajiet li ġew iddelegati dawn il-kompiti għandhom ikunu disponibbli pubblikament mill-awtorità kompetenti permezz tal-Internet.

3.  Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza għandhom jindikaw għal liema kategoriji ta’ annimali, it-tip ta’ tagħmir u għal liema mill-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 7(2) jew (3) huwa validu ċ-ċertifikat.

4.  L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġin fi Stat Membru ieħor.

5.  L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ ċertifikati ta’ kompetenza temporanji bil-kondizzjoni li:

(a) l-applikant hu rreġistrat f’wieħed mill-korsijiet ta’ taħriġ imsemmijin fil-paragrafu 1(a);

(b) l-applikant ser jaħdem fil-preżenza u taħt is-superviżjoni diretta ta’ persuna oħra li għandha ċertifikat ta’ kompetenza maħruġ għall-attività speċifika li ser titwettaq;

(c) il-validità taċ-ċertifikat temporanju ma taqbiżx tliet xhur; u

(d) l-applikant jipprovdi dikjarazzjoni bil-miktub li tgħid li hu ma kienx ingħata ċertifikat temporanju ta’ kompetenza ieħor preċedentement tal-istess ambitu jew juri għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li hu ma setax jagħmel l-eżami finali.

6.  Mingħajr preġudizzju għal deċiżjoni minn awtorità ġudizzjarja jew minn awtorità kompetenti li tipprojbixxi l-kuntatt fiżiku mal-annimali, iċ-ċertifikati ta’ kompetenza, inkluż ċertifikat temporanju ta’ kompetenza, għandu jinħareġ biss jekk l-applikant jipprovdi dikjarazzjoni bil-miktub li tgħid li hu ma wettaq l-ebda ksur serju ta’ liġi Komunitarja u/jew liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-annimali fit-tliet snin ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni għal tali ċertifikat. 5.

7.  L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-kwalifiki miksuba għal għanijiet oħrajn bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati ta’ kompetenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament bil-kondizzjoni li huma jkunu nkisbu taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan l-Artikolu. Permezz tal-Internet, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel pubblikament disponibbli u żżomm aġġornata, lista ta’ kwalifiki rikonoxxuti bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza.

8.  Il-linji gwida Komunitarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġi adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).



KAPITOLU VI

NUQQAS TA’ KONFORMITÀ, PIENI U POTERI IMPLIMENTATTIVI

▼M1 —————

▼B

Artikolu 23

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda li taffettwahom.

Artikolu 24

Regoli implimentattivi

Kwalunkwe regola dettaljata meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 25

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kumitat għandu jkun assistit mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, stabbilit permezz tal-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.



KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Regoli nazzjonali aktar stretti

1.  Dan ir-Regolament m’għandux jimpedixxi lill-Istati Membri milli jżommu regoli nazzjonali li għandhom l-għan li jiżguraw protezzjoni aktar estensiva tal-annimali waqt il-qatla, li jkunu fis-seħħ mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Qabel l-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar tali regoli nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri l-oħra dwar dawn.

2.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali mmirati biex tiġi żgurata l-protezzjoni aktar estensiva tal-annimali waqt il-qatla minn dawk li jinsabu f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-oqsma li ġejjin:

(a) il-qtil u l-operazzjonijiet relatati ta’ annimali barra minn biċċerija;

(b) il-qatla u l-operazzjonijiet relatati ta’ tjur imrobbija kif definit fil-punt 1.6 tal-Anness I tar-Regolament (EK) Nru 853/2004, inklużi ċ-ċriev;

(c) il-qatla u l-operazzjonijiet relatati ta’ annimali konformement mal-Artikolu 4(2).

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’tali regoli nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri l-oħra dwar dawn.

3.  Fejn abbażi ta’ prova xjentifika ġdida, Stat Membru jqis li hu meħtieġ li jieħu miżuri mmirati biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-annimali iktar estensiva waqt il-qatla fir-rigward tal-metodi ta’ sturdament imsemmija fl-Anness I, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-miżuri previsti. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri l-oħra dwar dawn.

Il-Kummissjoni għandha tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25(1) fi żmien xahar min-notifika u għandha, abbażi ta’ opinjoni tal-EFSA u konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), tapprova jew tirrifjuta l-miżuri nazzjonali involuti.

Fejn il-Kummissjoni jidhrilha adatt, hija tista’ abbażi tal-miżuri nazzjonali approvati, tipproponi emendi għall-Anness I konformement mal-Artikolu 4(4).

4.  Stat Membru ma għandux jipprojbixxi jew jimpedixxi t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni, fit-territorju tiegħu, ta’ prodotti li ġejjin minn annimali li nqatlu fi Stat Membru ieħor għar-raġunijiet li l-annimali kkonċernati ma nqatlux konformement mar-regoli nazzjonali tiegħu mmirati lejn protezzjoni tal-annimali aktar estensiva waqt il-qatla.

Artikolu 27

Rappurtar

1.  Mhux aktar tard mit-8 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-possibbiltà li jiġu introdotti ċerti rekwiżiti rigward il-protezzjoni tal-ħut waqt il-qatla b’kont meħud tal-aspetti tat-trattament xieraq tal-annimali kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi u ambjentali. Dan ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti leġislattivi bil-ħsieb li jiġi emendat dan ir-Regolament bl-inklużjoni ta’ regoli speċifiċi rigward il-protezzjoni tal-ħut waqt il-qatla.

Sa meta jiġu adottati dawn il-miżuri, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw regoli nazzjonali rigward il-protezzjoni tal-ħut waqt il-qatla jew il-qtil u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

2.  Mhux aktar tard mit-8 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sistemi li jrażżnu lill-annimali bovini b’inverżjoni jew kwalunkwe pożizzjoni mhux naturali. Dan ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq ir-riżultati ta’ studju xjentifiku li jqabbel dawn is-sistemi ma’ dawk li jżommu lill-bovini f’pożizzjoni wieqfa u għandu jieħu kont tal-aspetti tat-trattament xieraq tal-annimali kif ukoll tal-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi, inkluż jekk humiex aċċettabbli għall-komunitajiet reliġjużi u s-sikurezza tal-operaturi. Dan ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat, jekk adatt, minn proposti leġislattivi bil-ħsieb li jiġi emendat dan ir-Regolament fir-rigward tas-sistemi li jrażżnu lill-annimali bovini b’inverżjoni jew kwalunkwe pożizzjoni mhux naturali.

3.  Mhux aktar tard mit-8 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-diversi metodi ta’ sturdament għat-tjur, l-annimali selvaġġi u b’mod partikolari l-isturdamenti tat-tjur fil-banjijiet multipli, b’kont meħud tal-aspetti tat-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi u ambjentali.

Artikolu 28

Tħassir

1.  Id-Direttiva 93/119/KEE hija b’dan imħassra.

Madankollu, għall-għanijiet tal-Artikolu 29(1) ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijet li ġejjin tad-Direttiva 93/119/KEE għandhom jibqgħu japplikaw:

(a) fl-Anness A:

(i) il-paragrafu 1 tat-Taqsima I;

(ii) il-paragrafu 1 u t-tieni sentenza tal-paragrafu 3 u tal-paragrafi 6, 7, 8 u l-ewwel sentenza tal-paragrafu 9 tat-Taqsima II;

(b) fl-Anness C, il-paragrafi 3.A.2, l-ewwel subparagrafu ta’ 3.B.1, 3.B.2, 3.B.4 u l-paragrafi 4.2 u 4.3 tat-Taqsima II.

2.  Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 29

Dispożizzjonijiet transitorji

1.  Sat-8 ta’ Diċembru 2019, l-Artikolu 14(1) għandu japplika biss għal biċċeriji ġodda jew għal kwalunkwe tqassim, kostruzzjoni jew tagħmir ġdid kopert mir-regoli stabbiliti fl-Anness II, li ma daħlux fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

2.  Sat-8 ta’ Diċembru 2015, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu sabiex jinħarġu ċertifikati ta’ kompetenza, permezz ta’ proċedura simplifikata, kif imsemmi fl-Artikolu 21, lil persuni li juru esperjenza professjonali rilevanti ta’ mill-inqas tliet snin.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

LISTA TA’ METODI TA’ STURDAMENT U SPEĊIFIKAZZJONIJIET RELATATI

(kif imsemmi fl-Artikolu 4)

KAPITOLU I

Metodi



Tabella 1 —  Metodi mekkaniċi

Nru

Isem

Deskrizzjoni

Kondizzjonijiet għall-użu

Parametri ewlenin

Rekwiżiti speċifiċi għal ċerti metodi - Kapitolu II ta’ dan l-Anness

1

Apparat ta’ captive bolt penetranti

Ħsara severa u irreversibbli tal-moħħ ikkawżata mix-xokk u mill-penetrazzjoni ta’ captive bolt.

Sturdament sempliċi.

L-ispeċi kollha.

Qatla, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħrajn

Pożizzjoni u direzzjoni tal-isparatura.

Veloċità, tul tal-ħruġ u dijametru tal-balla u tul adatti skont id-daqs u l-ispeċi tal-annimal.

Intervall jew intervalli (f’sekondi) stun-to-stick/kill massimi.

Mhux applikabbli

2

Apparat ta’ captive bolt mhux penetranti

Ħsara severa lill-moħħ ikkawżata mix-xokk ta’ captive bolt mingħajr penetrazzjoni.

Sturdament sempliċi.

Ruminanti, tjur, fniek u liebri.

Il-qatla tar-ruminanti biss

Waqt il-qatla, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħrajn għat-tjur, il-fniek u l-liebri.

Pożizzjoni u direzzjoni tal-isparatura.

Veloċità, dijametru u forma tal-balla u tul adatti skont id-daqs u l-ispeċi tal-annimal.

Is-saħħa tal-iskartoċċ użat

Intervall jew intervalli (f’sekondi) stun-to-stick/kill massimi.

Punt 1.

3

Arma tan-nar bil-balla

Ħsara severa u irreversibbli lill-moħħ ikkawżata mix-xokk u mill-penetrazzjoni ta’ projettili wieħed jew aktar.

L-ispeċi kollha.

Waqt il-qatla, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħrajn

Il-pożizzjoni tal-isparatura.

Is-saħħa u l-kalibru tal-iskartoċċ.

Tip ta’ balla

Mhux applikabbli

4

Maċerazzjoni

Tgħaffiġ immedjat tal-annimal kollu.

Flieles sa 72 siegħa u embrijuni tal-bajd.

Is-sitwazzjonijiet kollha minbarra l-qatla

Daqs massimu tal-kwantità li għandha tiġi introdotta.

Distanza bejn ix-xfafar u veloċità ta’ rotazzjoni

Kejl sabiex ma jkunx kemm tagħbija żejda.

Punt 2.

5

Żlogatura ċervikali

Tiġbid u tidwir manwali jew mekkaniku tal-għonq li jirriżultaw f’iskemja ċerebrali.

Tjur b’piż meta ħajjin sa ħames kg.

Waqt il-qatla, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħrajn

Mhux applikabbli

Punt 3.

6

Daqqa rapida lir-ras

Daqqa soda u preċiża lir-ras li tipprovoka ħsara severa lill-moħħ

Ħannus, ħrief, gidjiet, fniek, liebri, annimali tal-pil u tjur b’piż meta ħajjin sa 5 kg.

Waqt il-qatla, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħrajn

Is-saħħa u l-post fejn tingħata d-daqqa.

Punt 3.



Tabella 2 —  Metodi elettriċi

Nru

Isem

Deskrizzjoni

Kondizzjonijiet għall-użu

Parametri ewlenin

Rekwiżiti speċifiċi tal-Kapitolu II ta’ dan l-Anness

1

Sturdament bl-elettriku tar-ras biss

L-esponiment tal-moħħ għal kurrent li jiġġenera forma epilettika ġeneralizzata fuq l-Electro-Encephalogram (EEG).

Sturdament sempliċi.

L-ispeċi kollha.

Waqt il-qatla, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħrajn

Kurrent minimu (A jew mA).

Vultaġġ minimu (V).

Frekwenza massima (Hz).

Ħin minimu ta’ esponiment.

Intervall jew intervalli (f’sekondi) stun-to-stick/kill massimi.

Frekwenza tal-kalibrar tat-tagħmir.

L-aħjar użu tal-fluss tal-kurrent.

Prevenzjoni ta’ xokkijiet elettriċi qabel l-isturdament.

Pożizzjoni u wesgħa tal-wiċċ ta’ kuntatt tal-elettrodi.

Punt 4.

2

Sturdament bl-elettriku mir-ras għall-ġisem

L-esponiment tal-ġisem għal kurrent li fl-istess ħin jiġġenera forma epilettika ġeneralizzata fuq l-EEG u l-fibrillazzjoni jew il-waqfien tal-qalb.

Sturdament sempliċi f’każ ta’ qatla.

L-ispeċi kollha.

Waqt il-qatla, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħrajn

Kurrent minimu (A jew mA).

Vultaġġ minimu (V).

Frekwenza massima (Hz).

Ħin minimu ta’ esponiment.

Frekwenza tal-kalibrar tat-tagħmir.

L-aħjar użu tal-fluss tal-kurrent.

Prevenzjoni ta’ xokkijiet elettriċi qabel l-isturdament.

Pożizzjoni u wesgħa tal-wiċċ ta’ kuntatt tal-elettrodi.

Intervall jew intervalli stun-to-stick massimi f’każ ta’ sturdament sempliċi.

Punt 5.

3

Banju tal-ilma li minnu jgħaddi l-elettriku

L-esponiment tal-ġisem kollu għal kurrent elettriku li jiġġenera forma epilettika ġeneralizzata fuq l-EEG u possibilment il-fibrillazzjoni jew il-waqfien tal-qalb permezz ta’ banju tal-ilma.

Sturdament sempliċi minbarra meta l-frekwenza hija ugwali għal jew inqas minn 50 Hz.

Tjur.

Waqt il-qatla, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħrajn

Kurrent minimu (A jew mA).

Vultaġġ minimu (V).

Frekwenza massima (Hz).

Frekwenza tal-kalibrar tat-tagħmir.

Prevenzjoni ta’ xokkijiet elettriċi qabel l-isturdament.

Tnaqqis tal-uġigħ waqt l-irbit.

L-aħjar użu tal-fluss tal-kurrent.

Id-dewmien massimu tal-irbit qabel il-banju tal-ilma.

Ħin minimu ta’ esponiment għal kull annimal.

Immersjoni tat-tjur sal-parti t’isfel tal-ġwienaħ.

Intervall jew intervalli stun-to-stick/kill massimi għal frekwenza ta’ aktar minn 50 Hz (f’sekondi).

Punt 6.



It-Tabella 3 —  Metodi ta' kontroll tal-atmosfera

Nru

Isem

Deskrizzjoni

Kondizzjonijiet għall-użu

Parametri ewlenin

Rekwiżiti speċifiċi tal-Kapitolu II ta’ dan l-Anness

1

Konċentrazzjonijiet għoljin ta’ dijossidu tal-karbonju

L-esponiment dirett jew progressiv ta’ annimali f’sensihom għal taħlita ta’ gass li fiha aktar minn 40 % ta’ dijossidu tal-karbonju. Il-metodu jista’ jintuża f’ħofor, mini, kontenituri jew bini ssiġillati minn qabel.

Sturdament sempliċi f’każ tal-qatla tal-ħnieżer.

Ħnieżer, mustelids, ċinċilla, tjur minbarra papri u wiżż.

Il-qatla tal-ħnieżer biss

Sitwazzjonijiet oħrajn minbarra l-qatla għal tjur, mustelids, ċinċilla, ħnieżer.

Konċentrazzjoni ta’ dijossidu tal-karbonju.

Dewmien tal-esponiment.

Intervall jew intervalli stun-to-stick massimi f’każ ta sturdament sempliċi.

Kwalità tal-gass.

Temperatura tal-gass.

Punt 7.

Punt 8.

2

Dijossidu tal-karbonju f’żewġ fażijiet

Esponiment suċċessiv ta’ annimali f’sensihom għal taħlita ta’ gass li fiha inqas minn 40 % ta’ dijossidu tal-karbonju, segwit minn konċentrazzjoni ogħla ta’ dijossidu tal-karbonju meta l-annimali jkunu ntilfu minn sensihom.

Tjur

Waqt il-qatla, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħrajn

Konċentrazzjoni ta’ dijossidu tal-karbonju.

Dewmien tal-esponiment.

Kwalità tal-gass.

Temperatura tal-gass.

Mhux applikabbli

3

Dijossidu tal-karbonju assoċjat ma’ gassijiet inerti

Esponiment dirett jew progressiv ta’ annimali f’sensihom għal taħlita ta’ gass li fiha sa 40 % ta’ dijossidu tal-karbonju assoċjat ma’ gassijiet inerti li jwasslu għall-anossija. Il-metodu jista’ jintuża f’ħofor, basktijiet, mini, kontenituri jew f’bini ssiġillat minn qabel.

Sturdament sempliċi għall-ħnieżer jekk id-dewmien tal-esponiment għal mill-inqas 30 % ta’ dijossidu tal-karbonju huwa ta’ inqas minn 7 minuti.

Sturdament sempliċi għat-tjur jekk id-dewmien totali tal-esponiment għal mill-inqas 30 % ta’ dijossidu tal-karbonju huwa ta’ inqas minn 3 minuti.

Ħnieżer u tjur.

Waqt il-qatla, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħrajn

Konċentrazzjoni ta’ dijossidu tal-karbonju.

Dewmien tal-esponiment.

Intervall jew intervalli stun-to-stick/kill massimi f’każ ta sturdament sempliċi.

Kwalità tal-gass.

Temperatura tal-gass.

Konċentrazzjoni ta’ ossiġnu.

Punt 8.

4

Gassijiet inerti

Esponiment dirett jew progressiv ta’ annimali f’sensihom għal taħlita ta’ gass inerti bħal Argon jew Nitroġenu li jwassal għall-anossija. Il-metodu jista’ jintuża f’ħofor, basktijiet, mini, kontenituri jew f’bini ssiġillat minn qabel.

Sturdament sempliċi f’każ tal-qatla tal-ħnieżer.

Sturdament sempliċi għal tjur jekk id-dewmien tal-esponiment għal anossija huwa ta’ inqas minn 3 minuti.

Ħnieżer u tjur.

Waqt il-qatla, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħrajn

Konċentrazzjoni ta’ ossiġnu.

Dewmien tal-esponiment.

Kwalità tal-gass.

Intervall jew intervalli stun-to-stick/kill massimi f’każ ta sturdament sempliċi.

Temperatura tal-gass.

Punt 8.

5

Monossidu tal-karbonju (sors pur)

L-esponiment ta’ annimali f’sensihom għal taħlita ta’ gass li fiha aktar minn 4 % ta’ monossidu tal-karbonju.

Annimali tal-pil, tjur u ħannus.

Sitwazzjonijiet oħrajn minbarra waqt il-qatla.

Kwalità tal-gass.

Konċentrazzjoni ta’ monossidu tal-karbonju.

Dewmien tal-esponiment.

Temperatura tal-gass.

Punti 9.1, 9.2 u 9.3.

6

Monossidu tal-karbonju assoċjat ma’ gassijiet oħra

L-esponiment ta’ annimali f’sensihom għal taħlita ta’ gass li fiha aktar minn 1 % ta’ monossidu tal-karbonju assoċjat ma’ gassijiet tossiċi oħra.

Annimali tal-pil, tjur u ħannus.

Sitwazzjonijiet oħrajn minbarra waqt il-qatla.

Konċentrazzjoni ta’ monossidu tal-karbonju.

Dewmien tal-esponiment.

Temperatura tal-gass.

Filtrazzjoni tal-gass prodott minn magna.

Punt 9.

▼M2

7

Sturdament bi pressjoni atmosferika baxxa

Esponiment ta' annimali li għadhom konxji għad-dekompressjoni gradwali bit-tnaqqis fl-ossiġenu disponibbli ta' inqas minn 5 %.

Tiġieġ tas-simna sa 4 kg ta' piż ħaj.

Tbiċċir, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħra.

Rata ta' dekompressjoni.

Tul tal-esponiment.

Temperatura ambjentali u umdità.

Punti 10.1 sa 10.5.

▼B



Tabella 4 —  Metodi oħra

Nru

Isem

Deskrizzjoni

Kondizzjonijiet għall-użu

Parametri ewlenin

Rekwiżiti speċifiċi tal-Kapitolu II ta’ dan l-Anness

1

Injezzjoni letali

Telfien tas-sensi u s-sensibbiltà segwiti minn mewt irreversibbli kkaġunata minn injezzjoni ta’ mediċini veterinarji.

L-ispeċi kollha.

Sitwazzjonijiet oħrajn minbarra waqt il-qatla.

Tip ta’ injezzjoni.

Bl-użu ta’ mediċini approvati.

Mhux applikabbli

KAPITOLU II

Rekwiżiti speċifiċi għal ċerti metodi

1.    Apparat ta’ captive bolt mhux penetranti

Fl-użu ta’ dan il-metodu, l-operaturi tan-negozju għandhom ikunu attenti biex jevitaw il-frattura tar-ras.

Dan il-metodu għandu jintuża biss għar-ruminanti ta’ anqas minn 10 kg ta’ piż ħaj.

2.    Maċerazzjoni

Dan il-metodu għandu jipprovdi maċerazzjoni istantanja u mewt immedjata tal-annimali. L-apparat għandu jkollu xfafar li joqtlu li joperaw b’mod mekkaniku u li jduru rapidament jew sporġenzi ta’ polisterin imwessa’. Il-kapaċità tal-appart għandha tkun biżżejjed sabiex tiżgura li l-annimali kollha jinqatlu mill-ewwel, anke jekk jiġu mmaniġġati f’numri kbar.

3.    Żlogatura ċervikali u daqqa rapida lir-ras

Dawn il-metodi ma għandhomx jintużaw bħala metodi ta’ rutina iżda biss fejn ma jkunx hemm metodi oħra disponibbli għall-isturdament.

Dawn il-metodi għandhom jintużaw f’biċċeriji minbarra bħala metodu ta’ riżerva għall-isturdament.

L-ebda persuna ma għandha toqtol permezz ta’ żlogatura ċervikali manwali jew permezz ta’ daqqa rapida lir-ras aktar minn sebgħin annimal kuljum.

L-iżlogatura ċervikali manwali ma għandhiex tintuża’ fuq annimali b’piż meta ħajjin ta’ aktar minn tliet kg.

4.    Sturdament bl-elettriku tar-ras biss

4.1. Meta jintuża l-isturdament bl-elettriku tar-ras biss, l-elettrodi għandhom jiddawru mal-moħħ tal-annimal u għandhom ikunu adattati għad-daqs tiegħu.

4.2. L-isturdament bl-elettriku tar-ras biss għandu jitwettaq skont il-kurrenti minimi stabbiliti fit-Tabella 1.



Tabella 1 —  Kurrenti minimi għall-isturdament bl-elettriku tar-ras biss

Kategorija ta’ annimali

Annimali bovini ta’ 6 xhur jew aktar

Annimali bovini ta’ inqas minn 6 xhur

Annimali tal-ispeċi ovina u kaprina

Annimali tal-ispeċi porċina

Tiġieġ

Dundjani

Kurrent minimu

1,28 A

1,25 A

1,00 A

1,30 A

240 mA

400 mA

5.    Sturdament bl-elettriku mir-ras għall-ġisem

5.1.

Annimali tal-ispeċi ovina, kaprina u porċina.

Il-kurrenti minimi għall-isturdament bl-elettriku mir-ras għall-ġisem għandhom ikunu ta’ 1 ampere għan-nagħaġ u l-mogħoż ta’ 1,30 amperes għall-ħnieżer.

5.2.

Volpi

L-elettrodi għandhom jitwaħħlu mal-ħalq u mar-rektum b’kurrent ta’ valur minimu ta’ 0,3 amperes u vultaġġ minimu ta’ 110 volt għal mill-inqas tliet sekondi.

5.3.

Ċinċilli

L-elettrodi għandhom jitwaħħlu mal-widna u mad-denb b’kurrent ta’ valur minimu ta’ 0,57 amperes għal mill-anqas 60 sekonda.

6.    Sturdament ta’ tjur permezz ta’ banjijiet tal-ilma li minnhom jgħaddi l-elettriku

6.1. L-annimali ma għandhomx jintrabtu jekk huma żgħar wisq għall-isturdament permezz tal-banju tal-ilma jew jekk l-irbit jista’ joħloq jew iżid l-uġigħ li jinħass (bħal annimali feruti viżibbilment). F’dawn il-każijiet, għandhom jinqatlu b’metodu alternattiv.

6.2. L-irbit għandu jkun imxarrab qabel ma tjur ħajjin jiġu marbutin u jkunu esposti għall-kurrent. It-tjur għandhom jiddendlu minn saqajhom it-tnejn.

6.3. Għall-annimali msemmija fit-Tabella 2, l-isturdament f’banju tal-ilma għandu jitwettaq skont il-kurrenti minimi stabbiliti fiha, u l-annimali għandhom ikunu esposti għal dak il-kurrent għal tul minimu ta’ mill-inqas erba’ sekondi.



Tabella 2 —  Rekwiżiti elettriċi għat-tagħmir tal-isturdament fil-banjijiet tal-ilma

(valuri medji għal kull annimal)

Frekwenza (Hz)

Tiġieġ

Dundjani

Papri u wiżż

Summien

< 200 Hz

100 mA

250 mA

130 mA

45 mA

Minn 200 sa 400 Hz

150 mA

400 mA

Mhux permess

Mhux permess

Minn 400 sa 1 500  Hz*

200 mA

400 mA

Mhux permess

Mhux permess

7.    Konċentrazzjonijiet għoljin ta’ dijossidu tal-karbonju

Fil-każ ta’ ħnieżer, mestelids u ċinċilla, għandha tintuża’ konċentrazzjoni minima ta’ 80 % ta’ dijossidu tal-karbonju.

8.    Id-dijossidu tal-karbonju, l-użu ta’ gassijiet inerti jew kombinazzjoni ta’ dawk it-taħlitiet ta’ gass

Fl-ebda ċirkostanza ma għandhom jidħlu gassijiet fil-kompartiment jew fil-post fejn l-annimali għandhom jiġu storduti u maqtula b’mod li jista’ joħloq ħruq jew eċċitament minħabba ffriżar jew nuqqas ta’ umdità.

9.    Monossidu tal-karbonju (sors pur jew assoċjat ma’ gassijiet oħra)

9.1. L-annimali għandhom jinżammu taħt superviżjoni viżiva l-ħin kollu.

9.2. Għandhom jiddaħħlu wieħed wieħed u għandu jiġi assigurat li qabel ma jiddaħħal l-annimal li jmiss, dak preċedenti jkun mitluf minn sensih jew mejjet.

9.3. L-annimali għandhom jibqgħu fil-kompartiment sakemm imutu.

9.4. Il-gass prodott minn magna adattata apposta għall-fini li toqtol lill-annimali jista’ jintuża bil-kondizzjoni li l-persuna responsabbli għall-qtil tkun preċedentement ivverifikat li l-gass użat:

(a) ġie mkessaħ b’mod adatt;

(b) ikun ġie ffiltrat biżżejjed;

(c) huwa ħieles minn kwalunkwe komponent jew gass irritanti.

Il-magna għandha tkun ittestjata kull sena qabel ma jsir il-qtil tal-annimali.

9.5. L-annimali ma għandhomx jitqiegħdu fil-kompartiment sakemm tkun intlaħqet il-konċentrazzjoni minima tal-monossidu tal-karbonju.

▼M2

10.    Sturdament bi pressjoni atmosferika baxxa

10.1. Waqt l-ewwel fażi, ir-rata ta' dekompressjoni ma għandhiex tkun iktar mill-ekwivalenti ta' tnaqqis fil-pressjoni minn pressjoni atmosferika baxxa standard fuq il-livell tal-baħar ta' 760 għal 250 Torr għal perjodu ta' mhux inqas minn 50 sekonda.

10.2. Waqt it-tieni fażi, għandha tinkiseb il-pressjoni atmosferika baxxa standard fuq il-livell tal-baħar minima ta' 160 Torr fil-210 sekonda ta' wara.

10.3. Il-kurva tal-ħin tal-pressjoni għandha tiġi rranġata biex tiżgura li t-tjur kollha jiġu storduti b'mod irriversibbli fit-tul taċ-ċiklu.

10.4. Il-kompartiment għandu jkun ittestjat għal xi tnixxija u l-gejġis tal-pressjoni jridu jkunu kalibrati qabel kull sessjoni ta' operazzjoni u mill-inqas darba kuljum.

10.5. Għandhom jinżammu rekords tal-pressjoni assoluta tal-vakwu, il-ħin tal-esponiment, it-temperatura u l-esponiment għal mill-inqas sena.

▼B




ANNESS II

TQASSIM, KOSTRUZZJONI, U TAGĦMIR TAL-BIĊĊERIJI

(kif imsemmi fl-Artikolu 14)

1.    Il-faċilitajiet kollha tal-postijiet temporanji għaż-żamma

1.1. Is-sistemi kollha ta’ ventilazzjoni għandhom ikunu mfasslin, mibnija u miżmuma sabiex ikun żgurat it-trattament xieraq tal-annimali b’mod kostanti, waqt li tiġi kkunsidrata l-firxa mistennija tal-kondizzjonijiet tat-temp.

1.2. Meta jkunu meħtieġa mezzi mekkaniċi ta’ ventilazzjoni, għandhom isiru dispożizzjonijiet għal faċilitajiet ta’ riżerva ta’ allert u emerġenza fil-każ ta’ ħsara.

1.3. Il-faċilitajiet għaż-żamma temporanja għandhom ikunu mfassla u mibnija b’mod li jitnaqqsu r-riskju li l-annimali jweġġgħu u l-okkorrenza ta’ ħsejjes għall-għarrieda.

1.4. Il-faċilitajiet għaż-żamma temporanja għandhom ikunu mfassla u mibnija sabiex jiffaċilitaw l-ispezzjoni tal-annimali. Għandu jkun pprovdut dawl adatt imwaħħal jew li jista’ jinġarr sabiex l-annimali jkunu jistgħu jiġu spezzjonati fi kwalunkwe ħin.

2.    Faċilitajiet għaż-zamma temporanja tal-annimali li ma jiġux ikkunsinnati f’kontenituri

2.1. L-imqajjel, il-passaġġi u l-korsiji għandhom jitfasslu u jinbnew b’tali mod li jippermettu li:

(a) l-annimali jiċċaqilqu liberament fid-direzzjoni meħtieġa bl-użu tal-karatteristiċi ta’ mġiba tagħhom u mingħajr distrazzjoni;

(b) l-ħnieżer jew in-ngħaġ jimxu ma’ ġenb xulxin, ħlief fil-każ tal-korsiji li jwasslu għat-tagħmir tat-trażżin.

2.2. Ir-rampi u l-pontijiet għandhom ikunu mgħammra bi protezzjoni laterali sabiex jiżguraw li l-annimali ma jkunux jistgħu jaqgħu.

2.3. Is-sistema tal-provvista tal-ilma fl-imqajjel għandha titfassal, tinbena u tinżamm b’tali mod li tippermetti aċċess għall-ilma nadif lill-annimali kollha fil-ħinijiet kollha mingħajr ma jweġġgħu jew ikunu limitati fil-movimenti tagħhom.

2.4. Meta jintuża maqjel għall-istennija, dan għandu jinbena b’art illivellata u bi ġnub sodi, bejn l-imqajjel taż-żamma u l-korsija li twassal għall-punt fejn isir l-isturdament u jitfassal b’tali mod li l-annimali ma jistgħux jinqabdu jew jitgħafġu taħt is-saqajn.

2.5. L-art għandha tinbena u tinżamm b’tali mod li jiġi minimizzat ir-riskju li l-annimali jiżolqu, jaqgħu jew iweġġgħu saqajhom.

2.6. Fejn biċċeriji jkollhom żoni għaż-żamma temporanja mingħajr kenn jew dell naturali, għandha tiġi pprovduta protezzjoni adatta minn kondizzjonijiet avversi tat-temp. Fin-nuqqas ta’ tali protezzjoni, dawn il-postijiet temporanji għaż-żamma ma għandhomx jintużaw f’kondizzjonijiet avversi tat-temp. Fin-nuqqas ta’ sors naturali ta’ ilma, għandhom ikunu pprovduti faċilitajiet għax-xorb.

3.    Tagħmir u faċilitajiet għat-trażżin

3.1. It-tagħmir u l-faċilitajiet għat-trażżin għandhom jitfasslu, jinbnew u jinżammu sabiex:

(a) itejbu l-applikazzjoni tal-metodu tal-isturdament jew tal-qtil;

(b) jipprevjeni l-feriti jew il-kontużjonijiet lill-annimali;

(c) jimminimizzaw it-taqbid u l-vokalizzazzjoni meta jitrażżnu l-annimali;

(d) jimminimizzaw il-ħin tat-trażżin.

3.2. Għal annimali tal-ispeċi bovina, il-kaxex tat-trażżin użati flimkien mal-captive bolt pnewmatiku għandhom ikunu mgħammra b’apparat li jillimita kemm il-moviment laterali kif ukoll dak vertikali tar-ras tal-annimal.

4.    Tagħmir elettriku għall-isturdament (minbarra t-tagħmir ta’ sturdament fil-banjijiet)

4.1. It-tagħmir elettriku għall-isturdament għandu jkun mgħammar b’apparat li juri u jirreġistra d-dettalji tal-parametri elettriċi ewlenin għal kull annimal stordut. L-apparat għandu jitqiegħed b’mod li jkun viżibbli b’mod ċar għall-persunal u għandu jagħti sinjal ta’ twissija li jidher ċar jekk id-dewmien tal-esponiment ikun taħt il-livell meħtieġ. Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu mill-inqas sena.

4.2. L-apparat elettriku awtomatiku għall-isturdament assoċjat mal-apparat ta’ trażżin għandu joħroġ kurrent kostanti.

5.    Tagħmir għall-isturdament permezz ta’ banju tal-ilma

5.1. Il-wajers għat-trażżin għandhom jitfasslu u jitpoġġew b’tali mod li l-għasafar mdendla fuqhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe ostakolu u li d-disturb lill-annimali jitnaqqas għal minimu.

5.2. Il-wajers tat-trażżin għandhom jitfasslu b’tali mod li t-tjur imdendla fuqhom ma jibqgħux imdendlin meta jkunu f’sensihom għal aktar minn minuta. Madankollu, il-papri, il-wiżż u d-dundjani ma għandhomx jibqgħu mdendlin meta jkunu f’sensihom għal aktar minn żewġ minuti.

5.3. It-tul kollu tal-wajer tat-trażżin sal-punt tad-dħul fit-tank tal-ilma li jismot għandu jkun faċilment aċċessibbli f’każ li l-annimali jkollhom jitneħħew mil-linja tal-qatla.

5.4. Id-daqs u l-forma tat-trażżin tal-metall għandhom ikunu adatti għad-daqs tas-saqajn tat-tjur li sejrin jinqatlu sabiex il-kuntatt elettriku jkun jista’ jsir mingħajr ma jikkawża uġigħ.

5.5. It-tagħmir għall-isturdament fil-banjijiet tal-ilma għandu jkun mgħammar b’rampa għad-dħul iżolata mill-elettriku u mfassla u miżmuma sabiex ma jkunx hemm fluss żejjed ta’ ilma fid-daħla.

5.6. Il-banju tal-ilma għandu jitfassal b’tali mod li l-livell tal-immersjoni tat-tjur ikun jista’ jiġi adattat faċilment.

5.7. L-elettrodi tat-tagħmir għall-isturdament fil-banijiet tal-ilma għandhom jiġu estiżi għat-tul kollu tal-banju tal-ilma. Il-banju tal-ilma għandu jitfassal u jinżamm b’tali mod li meta t-trażżin jgħaddi minn fuq l-ilma, dan ikun f’kuntatt kontinwu mal-virga ertjata.

5.8. Għandha tinbena sistema b’kuntatt mas-sider tat-tjur mill-punt tat-trażżin sakemm it-tjur jidħlu fil-banju tal-ilma għall-isturdament sabiex tikkalmahom.

5.9. Għandu jkun disponibbli aċċess għat-tagħmir tal-isturdament fil-banjijiet tal-ilma sabiex jippermetti l-iżvinar tat-tjur li jkunu ġew storduti u li jkunu baqgħu fil-banju tal-ilma minħabba ħsara jew dewmien fil-linja.

5.10. It-tagħmir elettriku għall-isturdament fil-banjijiet għandu jkun mgħammar b’apparat li juri u jirreġistra d-dettalji tal-parametri elettriċi ewlenin użati. Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu mill-inqas sena.

6.    Tagħmir għall-isturdament bil-gass għal ħnieżer u tjur

6.1. Tagħmir għall-isturdament bil-gass, inklużi l-conveyor belts għandu jkun imfassal u mibni sabiex:

(a) itejjeb kemm jista’ jkun l-applikazzjoni tal-isturdament bil-gass;

(b) jipprevjeni l-feriti jew il-kontużjonijiet lill-annimali;

(c) inaqqas it-taqbid u l-vokalizzazzjoni meta jitrażżnu l-annimali.

6.2. It-tagħmir tal-isturdament bil-gass għandu jkun mgħammar b’tali mod li jkejjel kontinwament, juri u jirreġistra l-konċentrazzjoni tal-gass u l-ħin tal-esponiment u li jagħti twissija viżibbli u ċara u li tinstema’ jekk il-konċentrazzjoni tal-gass taqa’ taħt il-livell meħtieġ. L-apparat għandu jitqiegħed b’mod li jkun jidher b’mod ċar mill-persunal. Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu mill-inqas sena.

6.3. It-tagħmir tal-isturdament bil-gass għandu jitfassal b’tali mod li, anke fl-ammont massimu permess, l-annimali jkunu jistgħu jimteddu mingħajr ma jkunu wieħed fuq l-ieħor.

▼M2

7.    Sturdament bi pressjoni atmosferika baxxa

7.1. It-tagħmir tal-isturdament bi pressjoni atmosferika baxxa għandu jkun imfassal u mibni biex jiżgura l-vakwu tal-kompartiment li jippermetti d-dekompressjoni gradwali bil-mod bit-tnaqqis tal-ossiġenu disponibbli u ż-żamma bi pressjoni minima.

7.2. Is-sistema għandha tkun mgħammra biex tkejjel b'mod kontinwu, turi u żżomm rekord tal-pressjoni tal-vakwu assoluta, tal-ħin tal-esponiment, tat-temperatura u tal-umidità, u biex tagħti twissija viżibbli u li tinstema' b'mod ċar jekk il-pressjoni tiddevja mil-livelli rekwiżiti. It-tagħmir għandu jkun viżibbli b'mod ċar mill-persunal.

▼B




ANNESS III

REGOLI OPERATTIVI GĦALL-BIĊĊERIJI

(kif imsemmi fl-Artikolu 15)

1.    Il-wasla, iċ-ċaqliq u l-immaniġġar tal-annimali

1.1. Il-kondizzjonijiet tat-trattament xieraq ta’ kull kunsinna ta’ annimali għandhom jiġu stmati sistematikament mill-uffiċjal għat-trattament xieraq tal-annimali jew minn persuna li tirrapporta direttament lill-uffiċjal għat-trattament xieraq tal-annimali, malli dawn jaslu, sabiex dawn jidentifikaw il-prijoritajiet, b’mod partikolari billi jistabbilixxu liema annimali għandhom bżonnijiet speċifiċi għat-trattament xieraq u liema huma dawk il-miżuri korrispondenti li qegħdin jittieħdu.

1.2. L-annimali għandhom jinħattu malajr kemm jista’ jkun wara li jaslu u wara jinqatlu mingħajr dewmien bla bżonn.

Il-mammiferi, minbarra l-fniek u l-liebri, li ma jittiħdux direttament fil-post tal-qatla malli jaslu, għandhom jinżammu f’postijiet temporanji għaż-żamma.

Annimali li ma jkunux ġew maqtula sa tnax-il siegħa mill-wasla tagħhom għandhom jiġu mitmugħa, u sussegwentement għandu jingħatalhom ammonti moderati ta’ ikel f’intervalli adatti. F’tali każijiet, l-annimali għandhom jiġu pprovduti b’ammont adatt ta’ materjal biex jistrieħu fuqu jew b’materjal ekwivalenti li jiggarantixxi livell ta’ kumdità adatt skont l-ispeċi u n-numru ta’ annimali kkonċernati. Dan il-materjal għandu jiggarantixxi dranaġġ effiċjenti jew jiżgura assorbiment adegwat tal-awrina u tal-feċi.

1.3. Il-kontenituri li fihom jiġu ttrasportati l-annimali għandhom jinżammu fi stat tajjeb, jiġu mmaniġġati b’attenzjoni, b’mod partikolari jekk ikollhom qiegħ imtaqqab jew flessibbli, u:

(a) ma għandhomx jintefgħu, jitwaqqgħu, jew jittajru;

(b) fejn possibbli, għandhom jiġu mgħobbija u mħatta orizzontalment u mekkanikament.

Kull meta huwa possibbli, l-annimali għandhom jitħattu individwalment.

1.4. Meta l-kontenituri jitqiegħdu wieħed fuq l-ieħor għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex:

(a) ikun limitat l-ammont ta’ awrina u feċi li jaqa’ fuq l-annimali li jkunu qegħdin taħt;

(b) tkun żgurata l-istabbiltà tal-kontenituri;

(c) ikun żgurat li l-ventilazzjoni ma tkunx ostakolata.

1.5. Għall-finijiet tal-qatla, l-annimali mhux miftumin, l-annimali tal-ħalib li jkunu qegħdin ireddgħu, annimali li jkunu welldu waqt il-vjaġġ, jew annimali li jkunu ġew ikkunsinnati fil-kontenituri għandhom jingħataw prijorità fuq tipi ta’ annimali oħrajn. Jekk dan ma jkunx possibbli, għandhom isiru arranġamenti sabiex titneħħielhom is-sofferenza, b’mod partikolari billi:

(a) l-annimali jinħelbu f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il siegħa;

(b) jiġu pprovduti kondizzjonijiet adatti għat-treddigħ u għat-trattament xieraq tal-annimal li jkun għadu kif twieled fil-każ ta’ annimal li jkun għadu kif welled;

(c) jingħata l-ilma lill-annimali kkunsinnati f’kontenituri.

1.6. Il-mammiferi, minbarra l-fniek u l-liebri, li ma jittiħdux direttament fil-biċċerija wara li jinħattu, għandu jkollhom ilma biex jixorbu disponibbli minn faċilitajiet adatti l-ħin kollu.

1.7. Għandha tkun żgurata provvista regolari ta’ annimali għall-isturdament u għall-qtil sabiex dawk li jimmaniġġaw l-annimali ma jkollhomx jgħaġġlu lill-annimali mill-maqjel li jkunu miżmuma fih.

1.8. Għandu jkun ipprojbit li:

(a) wieħed jagħti daqqiet jew daqqiet ta’ sieq lill-annimali;

(b) tiġi applikata pressjoni fuq xi parti sensittiva tal-ġisem b’tali mod li l-annimal isofri minn uġigħ jew sofferenza li tista’ tkun evitata;

(c) l-annimali jintrefgħu jew jinġibdu mir-ras, widnejn, qrun, saqajn, denb jew mis-suf, jew jiġu mmaniġġati b’mod li jikkawżalhom uġigħ jew sofferenza;

Madankollu, il-projbizzjoni li l-annimali jintrefgħu minn saqajhom ma għandhiex tapplika għat-tjur, il-fniek u l-liebri.

(d) jintużaw niggieżi jew strumenti oħra bil-ponta.

(e) jitgħawweġ, jitgħaffeġ jew jinkiser id-denb tal-annimali jew li jinqabdu l-għajnejn ta’ kwalunkwe annimal.

1.9. L-użu ta’ strumenti li jagħtu xokkijiet elettriċi għandu jiġi evitat kemm jista’ jkun. Fi kwalunkwe każ, dawn l-istrumenti jistgħu jintużaw biss għall-annimali bovini adulti u ħnieżer adulti li jirrifjutaw li jiċċaqalqu, u biss meta għandhom post quddiemhom fejn jiċċaqalqu. Ix-xokkijiet ma għandhomx idumu aktar minn sekonda waħda, għandu jkun hemm intervall adegwat ta’ ħin bejn wieħed u ieħor u għandhom jiġu applikati biss fuq il-muskoli tar-robbijiet ta’ wara. Ix-xokkijiet ma għandhomx jintużaw ripetutament jekk l-annimal jonqos milli jirrispondi.

1.10. L-annimali ma għandhomx jintrabtu mill-qrun, mill-qrejjen imsaġġrin jew miċ-ċrieket ta’ mneħirhom u saqajhom m’għandhomx jintrabtu flimkien. Meta l-annimali jkollhom jintrabtu, il-ħbula, l-irbit jew mezzi oħra użati għandhom ikunu:

(a) b’saħħithom biżżejjed biex ma jinqatgħux;

(b) tali li jippermettu lill-annimali, jekk ikun meħtieġ, jimteddu, jieklu u jixorbu;

(c) imfasslin b’tali mod li jeliminaw kwalunkwe periklu ta’ fgar jew korriment u b’tali mod li l-annimali jkunu jistgħu jinħelsu malajr.

1.11. L-annimali li ma jistgħux jimxu ma għandhomx jiġu mkaxkra sal-post tal-qatla, iżda għandhom jinqatlu fejn jinsabu.

2.    Regoli addizzjonali għal mammiferi fil-post għaż-żamma temporanja (ħlief għall-fniek u liebri)

2.1. Kull annimal għandu jkollu biżżejjed spazju biex joqgħod bilwieqfa, jimtedd u, minbarra għal frat li jinżammu individwalment, idur.

2.2. L-annimali għandhom jinżammu marbutin sewwa fil-post għaż-żamma temporanja u għandha tingħata attenzjoni sabiex dawn ma jaħarbux u sabiex jiġu protetti mill-predaturi.

2.3. Għandhom ikunu indikati għal kull maqjel u b’sinjal viżibbli d-data u l-ħin tal-wasla, u minbarra għal frat miżmum individwalment, in-numru massimu ta’ annimali li jinżammu.

2.4. Kull ġurnata li fiha taħdem il-biċċerija, qabel ma jasal kwalunkwe annimal, l-imqajjel ta’ iżolament għall-annimali li jeħtieġu kura speċifika għandhom jitħejjew u jinżammu lesti għall-użu immedjat.

2.5. Il-kondizzjoni u l-istat tas-saħħa tal-annimali fil-post għaż-żamma temporanja għandhom ikunu spezzjonati regolarment mill-uffiċjal għat-trattament xieraq tal-annimal jew minn persuna li għandha kompetenza adatta.

3.    Fsada tal-annimali

3.1. Meta persuna waħda tkun responsabbli għall-isturdament, it-trażżin, l-irfigħ u l-fsada tal-annimali, dik il-persuna għandha twettaq dawk l-operazzjonijiet kollha konsekuttivament fuq annimal wieħed qabel ma twettaqhom fuq annimal ieħor.

3.2. F’każ ta’ sturdament sempliċi jew qatla konformement mal-Artikolu 4(4), iż-żewġ arterji karotidi jew vini li jwasslu għalihom għandhom jinqatgħu sistematikament. L-istimulazzjoni elettrika għandha titwettaq biss ladarba jkun ġie ivverfikat li l-annimal mhuwiex f’sensih. Il-mili u t-tismit jistgħu jitwettqu biss ladarba jkun ġie ivverfikat li l-annimal m’għadux ħaj.

3.3. It-tjur ma għandhomx jinqatlu permezz ta’ magni awtomatiċi li jaqtgħu l-għonq sakemm ma jiġix żgurat li l-magni li jaqtgħu l-għonq ikunu qatgħu b’mod effettiv iż-żewġ arterji tad-demm. Meta l-magni li jaqtgħu l-għonq ma jkunux effettivi, l-għasfur għandu jinqatel minnufih.




ANNESS IV

KORRISPONDENZA BEJN ATTIVITAJIET U REKWIŻITI GĦALL-EŻAMI TAL-KOMPETENZA

(kif imsemmi fl-Artikolu 21)



Operazzjonijiet ta’ qatla elenkati fl-Artikolu 7(2)

Suġġetti għall-eżami tal-kompetenza

L-operazzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 7 (2) (a) sa (g).

L-imġiba tal-annimali, is-sofferenza tal-annimali, jekk l-annimal ikunx f’sensih u s-sensibbiltà tiegħu, l-istress fl-annimali.

(a)  l-immaniġġar u l-kura tal-annimali qabel ma jitrażżnu;

Aspetti prattiċi ta’ mmaniġġar u ta’ trażżin tal-annimali.

Konoxxenza tal-istruzzjonijiet tal-manifatturi dwar it-tip ta’ tagħmir tat-trażżin użat f’każ ta’ trażżin mekkaniku

(b)  it-trażżin tal-annimali għall-għanijiet ta’ sturdament jew qtil;

(c)  l-isturdament tal-annimali;

Aspetti prattiċi tal-metodi tal-isturdament u konoxxenza tal-istruzzjonijiet tal-manifatturi dwar it-tip tat-tagħmir tal-isturdament użat.

Metodi ta’ riżerva ta’ sturdament u/jew metodi ta’ qtil.

Manutenzjoni bażika u tindif tat-tagħmir tal-isturdament u/jew tal-qtil.

(d)  il-valutazzjoni tal-effettività tal-isturdament;

Monitoraġġ tal-effikaċja tal-isturdament.

Metodi ta’ riżerva ta’ sturdament u/jew metodi ta’ qtil.

(e)  it-tixkil jew l-irfigħ ta’ annimali ħajjin;

Aspetti prattiċi ta’ mmaniġġar u ta’ trażżin tal-annimali.

Monitoraġġ tal-effikaċja tal-isturdament

(f)  il-fsada ta’ annimali ħajjin;

Monitoraġġ tal-effikaċja tal-isturdament u n-nuqqas ta’ sinjali ta’ ħajja.

Metodi ta’ riżerva ta’ sturdament u/jew metodi ta’ qtil.

Użu adatt u manutenzjoni ta’ skieken għall-fsada

(g)  il-qatla konformement mal-Artikolu 4(4).

Użu adatt u manutenzjoni ta’ skieken għall-fsada

Monitoraġġ tan-nuqqas ta’ sinjali ta’ ħajja.



Operazzjonijiet ta’ qatla elenkati fl-Artikolu 7(3)

Suġġetti għall-eżami tal-kompetenza

il-qtil ta’ annimali tal-pil.

Aspetti prattiċi ta’ mmaniġġar u ta’ trażżin tal-annimali.

Aspetti prattiċi tal-metodi tal-isturdament u konoxxenza tal-istruzzjonijiet tal-manifatturi dwar tagħmir tal-isturdament.

Metodi ta’ riżerva ta’ sturdament u/jew metodi ta’ qtil.

Monitoraġġ tal-effikaċja tal-isturdament u l-konferma tal-mewt.

Manutenzjoni u tindif bażiku tat-tagħmir tal-isturdament u/jew tal-qtil



( 1 ) Regolament ►C1  (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) ( ►C1  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1 ◄ ).

( 2 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

Top