This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009L0081-20240101
Directive 2009/81/EC of the European Parliament and of the Council of 13 July 2009 on the coordination of procedures for the award of certain works contracts, supply contracts and service contracts by contracting authorities or entities in the fields of defence and security, and amending Directives 2004/17/EC and 2004/18/EC (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
In force
)
02009L0081 — MT — 01.01.2024 — 010.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2009/81/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216 20.8.2009, p. 76) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1177/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 |
L 314 |
64 |
1.12.2009 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1251/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011 |
L 319 |
43 |
2.12.2011 |
|
L 158 |
184 |
10.6.2013 |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1336/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 |
L 335 |
17 |
14.12.2013 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2340 tal-15 ta' Diċembru 2015 |
L 330 |
14 |
16.12.2015 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2367 tat-18 ta' Diċembru 2017 |
L 337 |
22 |
19.12.2017 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1830 tat-30 ta’ Ottubru 2019 |
L 279 |
29 |
31.10.2019 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1950 tal-10 ta’ Novembru 2021 |
L 398 |
19 |
11.11.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2510 tal-15 ta’ Novembru 2023 |
L |
1 |
16.11.2023 |
DIRETTIVA 2009/81/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
WERREJ |
|
TITOLU I |
DEFINIZZJONIJIET, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U PRINĊIPJI ĠENERALI |
Artikolu 1. |
Definizzjonijiet |
Artikolu 2. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
Artikolu 3. |
Kuntratti mħallta |
Artikolu 4. |
Prinċipji ta’ l għoti ta’ kuntratti |
TITOLU II |
REGOLI DWAR IL-KUNTRATTI |
KAPITOLU I |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
Artikolu 5. |
Operaturi ekonomiċi |
Artikolu 6. |
Obbligi ta’ kunfidenzjalità tal awtoritajiet/entitajiet kontraenti |
Artikolu 7. |
Protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata |
KAPITOLU II |
Limiti minimi, korpi ċentrali ta’ xiri u esklużjonijiet |
|
|
Artikolu 8. |
Limiti minimi għall-kuntratti |
Artikolu 9. |
Metodi ta’ kalkolu tal valur stmat tal kuntratti u tal ftehim qafas |
|
|
Artikolu 10. |
Kuntratti u ftehim qafas mogħtija minn korpi ċentrali ta’ xiri |
|
|
Artikolu 11. |
Użu ta’ esklużjonijiet |
Artikolu 12. |
Kuntratti mogħtija skont regoli internazzjonali |
Artikolu 13. |
Esklużjonijiet speċfiċi |
|
|
Artikolu 14. |
Kuntratti riservati |
KAPITOLU III |
Arranġamenti għal kuntratti ta’ servizz |
Artikolu 15. |
Kuntratti ta’ servizz elenkati fl-Anness I |
Artikolu 16. |
Kuntratti ta’ servizz elenkati fl-Anness II |
Artikolu 17. |
Kuntratti mħallta li jinkludu servizzi elenkati fl-Annessi I u II |
KAPITOLU IV |
Regoli preċiżi dwar id-dokumentazzjoni tal-kuntratt |
Artikolu 18. |
Speċifikazzjonijiet Tekniċi |
Artikolu 19. |
Varjanti |
Artikolu 20. |
Kondizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti |
Artikolu 21. |
Subkuntrattar |
Artikolu 22. |
Sigurtà tal-Informazzjoni |
Artikolu 23. |
Sigurtà tal-provvista |
Artikolu 24. |
Obbligi relatati mat-taxxa, mal-protezzjoni ta’ l ambjent, mad-dispożizzjonijiet għal protezzjoni ta’ l impjieg u mal-kondizzjonijiet tax xogħol |
KAPITOLU V |
Proċeduri |
Artikolu 25. |
Proċeduri applikabbli |
Artikolu 26. |
Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt |
Artikolu 27. |
Djalogu kompetittiv |
Artikolu 28. |
Każijiet li jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura nnegozjatamingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt |
Artikolu 29. |
Strumenti ta’ ftehim qafas |
KAPITOLU VI |
Regoli dwar reklamar u trasparenza |
|
|
Artikolu 30. |
Avviżi |
Artikolu 31. |
Pubblikazzjoni mhux obbligatorja |
Artikolu 32. |
Forma u mod ta’ kif jiġu ppubblikati l avviżi |
|
|
Artikolu 33. |
Limiti ta’ żmien għar-riċezzjoni ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni u għar-riċezzjoni ta’ offerti |
|
|
Artikolu 34. |
Stediniet għall-preżentazzjoni tal-offerti, għan-negozjar jew għad-djalogar |
Artikolu 35. |
Informazzjoni għall-kandidati u għal offerenti |
|
|
Artikolu 36. |
Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni |
|
|
Artikolu 37. |
Kontenut tar-rapporti |
KAPITOLU VII |
Twettiq tal-proċedura |
|
|
Artikolu 38. |
Verifika tal kapaċità tal-kandidati u għażla tal-parteċipanti, għoti tal-kuntratti |
|
|
Artikolu 39. |
Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew ta’ offerent |
Artikolu 40. |
Idoneità għall-eżerċizzju tal-attività professjonali |
Artikolu 41. |
Kapaċità ekonomika u finanzjarja |
Artikolu 42. |
Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali |
Artikolu 43. |
Standards ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni tal-kwalità |
Artikolu 44. |
Standards ta’ ġestjoni ambjentali |
Artikolu 45. |
Dokumentazzjoni u informazzjoni addizzjonali |
Artikolu 46. |
Listi uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni minn korpi stabbiliti taħt il-liġi li tirregola s settur pubbliku jew is-settur privat |
|
|
Artikolu 47. |
Kriterji għall-għoti tal-kuntratti |
Artikolu 48. |
Użu ta’ rkantijiet elettroniċi |
Artikolu 49. |
Offerti anormalment baxxi |
TITOLU III |
REGOLI APPLIKABBLI GĦAS-SUBKUNTRATTAR |
KAPITOLU I |
Subkuntratti mogħtija minn offerenti li ngħataw kuntratt u li ma jkunux awtoritajiet/entitajiet kontraenti |
Artikolu 50. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
Artikolu 51. |
Prinċipji |
Artikolu 52. |
Limiti minimi u regoli dwar ir-reklamar |
Artikolu 53. |
Kriterji għall-għażla kwalitattiva tas-subkuntratturi |
KAPITOLU II |
Subkuntratti mogħtija minn offerenti li ngħataw kuntratt u li jkunu awtoritajiet/entitajiet kontraenti |
Artikolu 54. |
Proċeduri applikabbli |
TITOLU IV |
REGOLI APPLIKABBLI GĦAR-REVIŻJONIJIET |
Artikolu 55. |
Kamp ta’ applikazzjoni u disponibbiltà tal-proċeduri ta’ reviżjoni |
Artikolu 56. |
Rekwiżiti għall-proċeduri ta’ reviżjoni |
Artikolu 57. |
Perijodu sospensiv |
Artikolu 58. |
Derogi mill-perijodu sospensiv |
Artikolu 59. |
Limiti ta’ żmien għall-applikazzjoni għar reviżjoni |
Artikolu 60. |
Ineffettività |
Artikolu 61. |
Ksur ta’ dan it-Titolu u penali alternattivi |
Artikolu 62. |
Limiti ta’ żmien |
Artikolu 63. |
Mekkaniżmu korrettiv |
Artikolu 64. |
Kontenut ta’ avviż għal trasparenza ex-ante volontarja |
TITOLU V |
OBBLIGI STATISTIĊI, SETGĦAT EŻEKUTORJI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI |
Artikolu 65. |
Obbligi statistiċi |
Artikolu 66. |
Kontenut tar-rapport statistiku |
Artikolu 66a |
Eżerċizzju tad-delega |
Artikolu 66b |
Proċedura ta’ urġenza |
Artikolu 67. |
Kumitat Konsultattiv |
Artikolu 68. |
Reviżjoni tal-limiti minimi |
Artikolu 69. |
Emendi |
Artikolu 70. |
Emendament tad-Direttiva 2004/17/KE |
Artikolu 71. |
Emendament tad-Direttiva 2004/18/KE |
Artikolu 72. |
Traspożizzjoni |
Artikolu 73. |
Reviżjoni u rappurtar |
Artikolu 74. |
Dħul fis seħħ |
Artikolu 75. |
Indirizzati |
ANNESSI |
|
Anness I |
Servizzi msemmija fl-Artikoli 2 u 15 |
Anness II |
Servizzi msemmija fl-Artikoli 2 u 16 |
Anness III |
Definizzjoni ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl Artikolu 18 |
Anness IV |
Informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi msemmija fl-Artikolu 30 |
Anness V |
Informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi tas subkuntrattar imsemmija fl-Artikolu 52 |
Anness VI |
Karatteristiċi rigward il-pubblikazzjoni |
Anness VII |
Reġistri |
Anness VIII |
Rekwiżiti relatati mal-mezzi biex jaslu talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti b’mod elettroniku |
TITOLU I
DEFINIZZJONIJIET, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, U PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dawn id-definizzjonijiet għandhom japplikaw:
“Vokabularju komuni tal-Akkwist” (Common Procurement Vocabulary, CPV) tfisser in-nomenklatura ta’ referenza applikabbli għall-kuntratti mogħtija minn awtoritajiet/entitajiet kontraenti, kif adottata mir-Regolament (KE) Nru 2195/2002;
“Kuntratt” tfisser kuntratt bil-ħlas miftiehem bil-miktub kif definit fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/17/KE u fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE;
“Kuntratt ta’ xogħlijiet” tfisser kuntratt li jkopri l-eżekuzzjoni, jew b’mod konġunt il-kunċett u l-eżekuzzjoni, ta’ xogħol relatat ma’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fid-Diviżjoni 45 tas-CPV jew ta’ xogħol, kif ukoll it-twettiq, b’liema mezz li jkun, ta’ xogħol li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet stabbiliti mill-awtorità/entità kontraenti. “Xogħol” tfisser ir-riżultat ta’ xogħlijiet ta’ bini jew ta’ inġinerija ċivili meħudin globalment li huwa suffiċjenti fih innifsu biex jissodisfa funzjoni ekonomika jew teknika;
“Kuntratt ta’ provvista” tfisser kuntratt minbarra kuntratt ta’ xogħlijiet li għandu bħala għan ix-xiri, il-leasing, il-kiri jew il-hire purchase, bl-għażla ta’ xiri jew mingħajrha, ta’ prodotti.
Kuntratt li għandu bħala l-għan tiegħu l-provvista ta’ prodotti, li jkopri wkoll, bħala materja inċidentali, operati ta’ tfittxija ta’ post (siting) u stallazzjoni għandu jitqies bħala “kuntratt ta’ provvista”;
“Kuntratt ta’ servizzi” tfisser kuntratt minbarra kuntratt ta’ xogħlijiet jew ta’ provvista li għandu bħala għan il-provvista ta’ servizzi.
Kuntratt li għandu bħala l-għan tiegħu kemm il-prodotti kif ukoll is-servizzi għandu jitqies bħala “kuntratt ta’ servizz” jekk il-valur tas-servizzi msemmija jaqbeż dak tal-prodotti koperti mill-kuntratt.
Kuntratt, li għandu bħala għan tiegħu s-servizzi u li jinkludi attivitajiet imsemmija fid-Diviżjoni 45 tal-“Vokabularju Komuni tal-Akkwist” li huma biss fuq bażi sekondarja meta mqabbla mal-għan prinċipali tal-kuntratt, huwa kkunsidrat bħala kuntratt ta’ servizzi;
“Tagħmir militari” tfisser tagħmir speċifikament iddisinjat jew adattat għal skopijiet militari, maħsub biex jintuża bħala arma, munizzjon jew materjal tal-gwerra;
“Tagħmir sensittiv”, “xogħlijiet sensittivi” u “servizzi sensittivi” tfisser tagħmir, xogħlijiet u servizzi għal skopijiet ta’ sigurtà, li jinvolvu, jeħtieġu u/jew fihom informazzjoni kklassifikata;
“Informazzjoni kklassifikat” tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal, irrispettivament mill-forma, natura jew mod ta’ trażmissjoni tiegħu, li jkun ingħata ċertu livell ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà jew livell ta’ protezzjoni, u li, fl-interess tas-sigurtà nazzjonali u bi qbil mal-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, teħtieġ protezzjoni kontra misapproprjazzjoni, qerda, tneħħija, żvelar, telf jew aċċess minn kwalunkwe individwu mhux awtorizzat, jew kwalunkwe tip ieħor ta’ kompromess;
“Il-Gvern” tfisser il-gvern statali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz;
“Kriżi” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni fi Stat Membru jew f’pajjiż terz fejn ikun seħħ avveniment ta’ ħsara li b’mod ċar jissupera d-dimensjonijiet ta’ avvenimenti ta’ ħsara fil-ħajja ta’ kuljum u li b’mod sostanzjali jipperikola jew jirrestringi l-ħajja u s-saħħa ta’ ħafna nies, jew ikollu impatt sostanzjali fuq il-valuri tal-proprjetà jew li jeħtieġ miżuri sabiex il-popolazzjoni tiġi pprovduta bin-neċessitajiet; jitqies ukoll li nħolqot kriżi jekk dan l-avveniment ta’ ħsara jkun meqjus immedjat; kunflitti bl-armi u gwerer għandhom jitqiesu bħala kriżijiet għall-finijiet ta’ din id-Direttiva;
“Ftehim qafas” tfisser ftehim milħuq bejn awtorità/entità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar li għandu l-għan li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perijodu fiss, notevolment f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet, u, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet previsti;
“Irkant elettroniku” tfisser huwa proċess ripetittiv li jinvolvi mezz elettroniku għall-preżentazzjoni ta’ prezzijiet ġodda, riveduti ‘l isfel, u/jew valuri ġodda rigward ċerti elementi ta’ offerti, li jseħħ wara evalwazzjoni sħiħa inizjali tal-offerti, li jippermettilhom li jitqiegħdu f’ordni permezz ta’ metodi awtomatiċi ta’ evalwazzjoni.
Sussegwentement, ċerti kuntratti tas-servizzi u ċerti kuntratti tax-xogħlijiet li għandhom bħala suġġett esekuzzjoni intelletwali, bħal ma hu x-xogħol tad-disinn, m’għandhomx ikunu l-oġġett ta’ rkanti elettroniċi;
“Kuntrattur”, “fornitur” u “min jipprovdi servizzi” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew morali jew entità pubblika jew grupp ta’ dawn il-persuni u/jew korpi li joffru fis-suq li jwettqu xogħlijiet, jipprovdu prodotti u servizzi, rispettivament;
“Operatur ekonomiku” tfisser kuntrattur, fornitur jew min jipprovdi servizzi;
“Kandidat” tfisser operatur ekonomiku li jkun talab stedina għall-parteċipazzjoni fi proċedura ristretta jew innegozjata jew fi djalogu kompetittiv;
“offerent” tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta fi proċedura ristretta jew innegozjata jew fi djalogu kompetittiv;
“awtorità/entità kontraenti” tfisser awtorità kontraenti kif imsemmi fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE u entità kontraenti kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/17/KE;
“Korpi ċentrali ta’ xiri” tfisser awtorità/entità kontraenti kif imsemmi fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE u fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/17/KE jew korp pubbliku Ewropew li:
“Proċedura ristretta” tfisser proċedura li permezz tagħha kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jitlob li jipparteċipa u fejn huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-awtoritajiet/entità kontraenti li jistgħu jagħmlu offerta;
“Proċedura nnegozjata” tfisser proċedura li fiha l-awtoritajiet/entità kontraenti tistieden lill-operaturi ekonomiċi tal-għażla tagħha u tinnegozja magħhom il-kondizzjonijiet tal-kuntratt;
“Djalogu kompetittiv” tfisser proċedura, li għaliha kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jitlob li jipparteċipa u li fiha l-awtorità/entità kontraenti tmexxi djalogu mal-kandidati ammessi f’din il-proċedura, sabiex tiġi żviluppata soluzzjoni waħda jew aktar kapaċi li tikkorrispondi mal-ħtiġijiet u li abbażi tagħha l-kandidati magħżula jkunu mistiedna jerġgħu jippreżentaw offerta.
Għall-finijiet ta’ rikors għall-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu, kuntratt huwa kkunsidrat li huwa “partikolarment kumpless” fejn l-awtorità/entità kontraenti mhijiex oġġettivament f’pożizzjoni:
“Subkuntratt” tfisser kuntratt bil-ħlas miftiehem bil-miktub bejn offerent li jingħata kuntratt u operatur ekonomiku jew aktar bil-għan li jkun esegwit dak il-kuntratt u li għandu bħala objettiv xogħlijiet, provvista ta’ prodotti jew l-għoti ta’ servizzi;
“Impriża relatata” tfisser kull impriża li biha offerent li jingħata kuntratt jista’ jeżerċita influwenza dominanti, kemm jekk diretta jew indiretta, jew kull impriża li tista’ teżerċita xi influwenza dominanti fuq offerent li jingħata kuntratt jew li, bħal offerent li jingħata kuntratt ikun suġġett għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra bħala riżultat ta’ pussess, partiċepazzjoni finanzjarja jew regoli li jikkontrollawha. Influwenza dominanti min-naħa ta’ xi impriża hija preżunta meta, direttament jew indirettament tkun relatata ma’ garanzija oħra, hija:
“Miktub(a)” jew “bil-miktub” tfisser kwalunkwe ġabra ta’ kliem jew ta’ ċifri li tista’ tinqara, riprodotta, imbagħad ikkomunikata. Din il-ġabra tista’ tinkludi informazzjoni trasmessa u miżmuma permezz ta’ mezzi elettroniċi;
“Mezz elettroniku” tfisser mezz li juża tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-istokkjar ta’ data, u li juża x-xandir, it-twassil u r-riċeviment b’fili, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħrajn;
“Ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji kollha suċċessivi tal-prodotti, i.e. ir-riċerka u l-iżvilupp, l-iżvilupp industrijali, il-produzzjoni, it-tiswija, l-immodernizzar, il-modifikazzjoni, il-manutenzjoni, il-loġistika, it-taħriġ, l-ittestjar, l-irtirar u r-rimi;
“Riċerka u żvilupp” tfisser l-attivitajiet kollha li jinkludu riċerka fundamentali, riċerka applikata u żvilupp sperimentali, fejn tal-aħħar tista’ tinkludi l-produzzjoni ta’ dimostraturi teknoloġiċi, i.e. tagħmir li juri l-prestazzjoni ta’ kunċett jew teknoloġija ġdida f’ambjent rilevanti jew rappreżentattiv;
“Xiri għal skopijiet ċivili” tfisser kuntratti li mhumiex koperti mill-Artikolu 2, dwar l-akkwist ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi mhux militari għal skopijiet loġistiċi u konklużi bi qbil mal-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 17.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Suġġett għall-Artikoli 30, 45, 46, 55 u 296 tat-Trattat, din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti mogħtija fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà li għandhom bħala għan:
il-forniment ta’ apparat militari, kif ukoll ta’ kwalunkwe parti, komponent u/jew muntaġġ tagħhom;
il-forniment ta’ apparat sensittiv, kif ukoll ta’ kwalunkwe parti, komponent u/jew muntaġġ tagħhom;
xogħlijiet, provvista u servizzi direttament relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punti (a) u (b) għall-elementi kollha jew parti minnhom taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;
xogħlijiet u servizzi speċifikament għal skopijiet militari, jew xogħlijiet sensittivi u servizzi sensittivi.
Artikolu 3
Kuntratti mħallta
Artikolu 4
Prinċipji tal-għoti ta’ kuntratti
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi fuq livell ugwali, b’mod mhux diskriminatorju u għandhom jaġixxu b’trasparenza.
TITOLU II
REGOLI DWAR KUNTRATTI
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 5
Operaturi ekonomiċi
Il-kandidati jew offerenti li, skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti, huma awtorizzati jipprovdu s-servizz in kwistjoni, ma jistgħux jiġu rrifjutati biss minħabba l-fatt li huma kienu obbligati, skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru fejn il-kuntratt huwa allokat, li jkunu jew persuni fiżiċi, jew persuni ġuridiċi.
Madankollu, għall-kuntratti ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet, kif ukoll għall-kuntratti ta’ provvisti li jinkludu, barra minn hekk, servizzi u/jew xogħlijiet ta’ tqegħid u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu obbligati li jindikaw fit-talbiet tagħhom għall-parteċipazzjoni jew fl-offerti tagħhom, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li jkunu inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt in kwistjoni.
Artikolu 6
Obbligi ta’ kunfidenzjalità tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, notevolment dawk relatati mal-obbligi tar-reklamar tal-kuntratti mogħtija u tal-għoti ta’ informazzjoni lill-kandidati u offerenti dwar id-deċiżjonijiet tagħha kif previst fl-Artikolu 32(3) u fl-Artikolu 35, u konformement mal-liġi nazzjonali li għaliha tkun suġġetta l-awtorità/entità kontraenti, partikolarment leġiżlazzjoni dwar aċċess għal informazzjoni, l-awtorità/entità kontraenti, suġġetta għad-drittijiet kuntrattwali miksuba, m’għandhiex tagħti t-tagħrif li l-operaturi ekonomiċi jkunu kkomunikawlha b’mod kunfidenzjali; informazzjoni bħal din tinkludi, partikolarment, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti.
Artikolu 7
Protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jimponu fuq operaturi ekonomiċi rekwiżiti bil-għan li jipproteġu l-informazzjoni kklassifikata li huma jikkomunikaw tul il-proċedura tat-tfigħ tal-offerti u tal-kuntratt. Huma jistgħu ukoll jitolbu lil dawn l-operaturi ekonomiċi li jiżguraw li s-subkuntratturi jkunu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti.
KAPITOLU II
Limiti minimi, korpi ċentrali ta’ xiri u esklużjonijiet
Taqsima 1
Limiti minimi
Artikolu 8
Ammonti tal-limiti minimi għal kuntratti
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti li l-valur stmat tagħhom eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ikun mhux inqas mil-limiti minimi li ġejjin:
►M10 EUR 443 000 ◄ għal kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi;
►M10 EUR 5 538 000 ◄ għall-kuntratti ta’ xogħlijiet.
Artikolu 9
Metodi ta’ kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt u ta’ ftehim qafas
Il-kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt huwa bbażat fuq l-ammont totali li għandu jitħallas, eskluża l-VAT, stmat mill-awtorità/entità kontraenti. Dan il-kalkolu għandu jieħu kont l-ammont kollu stmat, inkluża kwalunkwe forma eventwali ta’ għażla u t-tiġdid eventwali tal-kuntratt.
Fejn l-awtorità/entità kontraenti tipprovdi għal għotjiet jew pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tieħu kont tagħhom meta tikkalkula l-valur stmat tal-kuntratt.
Fejn jew xiri propost ta’ servizzi jista’ jirriżulta fl-għoti ta’ kuntratti fl-istess ħin fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jitqies il-valur totali stmat tat-totalità ta’ dawn il-lottijiet.
Meta l-valur kumulattiv tal-lottijiet huwa ugwali jew jeċċedi l-limitu previst fl-Artikolu 8, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kwalunkwe lott.
Madankollu, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jidderogaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ lottijiet li l-valur stmat tagħhom eskluża l-VAT huwa inqas minn EUR 80 000 għas-servizzi u EUR 1 000 000 għax-xogħlijiet u sakemm l-ammont kumulattiv ta’ dawn il-lottijiet ma jeċċedix l-20 % tal-valur kumulattiv tat-totalità tal-lottijiet;
Fejn proposta ta’ akkwist ta’ provvisti simili tista’ tagħti lok għal kuntratti mogħtija fl-istess ħin minn lottijiet separati, il-valur stmat tat-totalità ta’ dawn il-lottijiet għandu jitqies għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 (a) u (b).
Meta l-valur kumulattiv tal-lottijiet huwa ugwali jew jeċċedi l-limitu previst fl-Artikolu 8, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kwalunkwe lott.
Madankollu, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jidderogaw minn din l-applikazzjoni għal lottijiet li l-valur stmat tagħhom eskluża l-VAT huwa inqas minn EUR 80 000 u sakemm l-ammont kumulattiv ta’ dawn il-lottijiet ma jeċċedix l-20 % tal-valur kumulattiv tat-totalità tal-lottijiet.
Għall-kuntratti ta’ provvisti li għandhom bħala suġġett il-leasing, il-kiri jew il-hire purchase ta’ prodotti, il-valur li għandu jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt huwa li ġej:
fil-każ ta’ kuntratti b’perijodu determinat, meta dan huwa ugwali jew inqas minn għaxar snin, il-valur totali stmat għall-perijodu tal-kuntratt jew, meta l-perijodu tal-kuntratt huwa iktar minn għaxar snin, il-valur totali inkluż l-ammont stmat tal-valur residwu;
fil-każ ta’ kuntratti b’perijodu mhux determinat jew fejn id-determinazzjoni tal-perijodu tagħhom ma tistax tkun definita, il-valur mensili immultiplikat bi 48.
Meta dan jikkonċerna kuntratti ta’ provvisti jew ta’ servizzi regolari jew maħsuba biex ikunu mġedda matul perijodu stipulat, bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratti għandu jiġi meqjus:
il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-12-il xahar preċedenti jew fis-sena finanzjarja aġġustata, jekk possibli, biex jittieħed kont tal-bidliet fil-kwantità jew valur li jistgħu jseħħu fil-kors tat-12-il xahar wara l-kuntratt inizjali; jew
il-valur totali stmat tal-kuntratti suċċessivi mogħtija matul it-tnax-il xahar wara l-ewwel kunsinna jew matul is-sena finanzjarja jekk dan huwa iktar minn tnax-il xahar.
L-għażla tal-metodu għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt ma tistax issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Għall-kuntratti ta’ servizzi, il-valur li għandu jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt huwa, jekk ikun il-każ, dan li ġej:
għas-servizzi li ġejjin:
servizzi ta’ assigurazzjoni: il-premium pagabbli u forom oħra ta’ remunerazzjoni;
kuntratti ta’ disinn: onorarji, kummissjonijiet pagabbli u modi oħrajn ta’ remunerazzjoni;
għall-kuntratti ta’ servizzi li ma jindikawx prezz totali:
fil-każ ta’ kuntratti li għandhom perijodu determinat, sakemm dan huwa ugwali jew inqas minn 48 xahar: il-valur totali għall-perijodu kollu tagħhom;
fil-każ ta’ kuntratti li għandhom perijodu mhux stipulat jew iktar minn 48 xahar: il-valur ta’ kwalunkwe xahar immultiplikat bi 48.
Taqsima 2
Korpi ċentrali ta’ xiri
Artikolu 10
Kuntratti u ftehim qafas mogħtija minn korpi ċentrali ta’ xiri
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jixtru xogħlijiet, provvisti u/jew servizzi minn jew permezz ta’ korp ċentrali ta’ xiri fil-każi stabbiliti fl-Artikolu 1(18) għandhom ikunu meqjusa li kkonformaw ma’ din id-Direttiva safejn:
Taqsima 3
Kuntratti esklużi
Artikolu 11
Użu ta’ esklużjonijiet
L-ebda regola, proċedura, programm, ftehim, arrangament jew kuntratt imsemmi f’din it-taqsima ma jista’ jintuża biex ikunu evitati d-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 12
Kuntratti mogħtija skont regoli internazzjonali
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-kuntratti regolati minn:
regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali jew arranġament bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar;
regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali konkluż jew arranġament dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċerna l-garanzji mogħtija minn xi Stat Membru jew pajjiż terz;
regoli speċifiċi proċedurali ta’ organizzazzjoni internazzjonali, li tixtri għal skopijiet tagħha jew ta’ kuntratti li għandhom jingħataw minn Stat Membru bi qbil ma’ dawk ir-regoli.
Artikolu 13
Esklużjonijiet speċfiċi
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:
kuntratti li għalihom l-applikazzjoni tar-regoli ta’ din id-Direttiva tobbliga Stat Membru li jgħaddi informazzjoni li l-iżvelar tagħha hu jqis kuntrarju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu;
kuntratti għall attivitajiet tas-servizzi sigrieti;
kuntratti mogħtija fil-qafas ta’ programm ta’ koperazzjoni bbażat fuq ir-riċerka u l-iżvilupp li jsir b’mod konġunt bejn għall-inqas żewġ Stati Membri għall-iżvilupp ta’ prodott ġdid u, fejn applikabbli, l-aħħar fażi tal-partijiet kollha jew ta’ partijiet miċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dan il-prodott. Meta jkun konkluż programm koperattiv bħal dan bejn Stati Membri biss, l-Istati Membri għandhom jindikaw lill-Kummissjoni s-sehem tal-ispejjeż ta’ riċerka u żvilupp relattivi għall-ispiża globali tal-programm, il-ftehim tal-qsim ta’ spejjeż kif ukoll is-sehem maħsub ta’ xiri għal kull Stat Membru, jekk ikun il-każ;
kuntratti mogħtija f’pajjiż terz, inklużi xiri għal skopijiet ċivili, li jsir meta jkunu skjerati forzi militari barra mit-territorju tal-Unjoni, fejn ħtiġijiet operattivi jitolbu li dawn ikunu konklużi ma’ operaturi ekonomiċi li jinsabu fiz-zona tal-operazzjonijiet;
kuntratti ta’ servizzi li għandhom bħala għan l-akkwist jew il-kiri, ikunu xi jkunu l-arranġamenti finanzjarji, ta’ artijiet, bini eżistenti jew beni mmobiljari oħra jew li jikkonċernaw drittijiet fuq dawn il-beni;
kuntratti mogħtija minn gvern lil gvern ieħor dwar:
il-provvista ta’ tagħmir militari jew tagħmir sensittiv, jew
xogħlijiet u servizzi direttament marbuta ma’ dan it-tagħmir, jew
xogħlijiet u servizzi speċifikament għal skopijiet militari, jew xogħlijiet sensittivi u servizzi sensittivi;
servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni;
servizzi finanzjarji, bl-eċċezzjoni ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni;
kuntratti ta’ impjieg;
servizzi ta’ riċerka u żvilupp minbarra dawk fejn il-benefiċċji tagħhom ikunu esklusivament tal-awtorità/entità kontraenti għall-użu tagħha fl-eżerċizzju tal-attività proprja tagħha dment li l-provvista tas-servizz tkun imħallsa b’mod sħiħ mill-awtorità/entità kontraenti.
Taqsima 4
Arranġamenti speċjali
Artikolu 14
Kuntratti riservati
L-Istati Membri jistgħu jirriservaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti lil workshops prottetti jew jipprovdu li dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjieg protetti fejn ‘il biċċa ‘l kbira tal-impjegati konċernati huma persuni b’diżabbiltà li, minħabba fin-natura jew is-serjetà tad-diżabbiltajiet tagħhom, ma jistgħux iwettqu xogħlijiet f’kondizzjonijiet normali.
L-avviż ta’ kuntratt għandu jagħmel referenza għal din id-disposizzjoni.
KAPITOLU III
Arranġamenti għal kuntratti ta’ servizz
Artikolu 15
Kuntratti ta’ servizz elenkati fl-Anness I
Il-kuntratti li għandhom bħala l-għan tagħhom servizzi koperti bl-Artikolu 2 u li huma elenkati fl-Anness I għandhom jiġu mogħtija taħt l-Artikoli 18 sa 54.
Artikolu 16
Kuntratti ta’ servizz elenkati fl-Anness II
Il-kuntratti li għandhom bħala l-għan tagħhom servizzi koperti bl-Artikolu 2 u li huma elenkati fl-Anness II għandhom jiġu mogħtija biss taħt l-Artikolu 18 u l-Artikolu 32(3).
Artikolu 17
Kuntratti mħallta li jinkludu servizzi elenkati fl-Annessi I u II
Il-kuntratti li għandhom bħala l-oġġett tagħhom servizzi koperti fl-Artikolu 2 li huma elenkati kemm fl-Anness I kif ukoll fl-Anness II għandhom jingħataw taħt l-Artikoli 18 sa 54 fejn il-valur tas-servizzi elenkati fl-Anness I huwa akbar mill-valur tas-servizzi elenkati fl-Anness II. F’każi oħra, il-kuntratti għandhom jingħataw taħt l-Artikolu 18 u l-Artikolu 30(3).
KAPITOLU IV
Regoli preċiżi dwar id-dokumentazzjoni tal-kuntratt
Artikolu 18
Speċifikazzjonijiet Tekniċi
Mingħajr preġudizzju kemm għar-regoli tekniċi nazzjonali obbligatorji (li jinkludu dawk relatati mas-sikurezza tal-prodott) u kemm għar-rekwiżiti tekniċi li jridu jintlaħqu mill-Istati Membru, skont strumenti standardizzati ta’ ftehim internazzjonali, sabiex jiggarantixxu l-interoperabbiltà meħtieġa minn dawn l-istrumenti ta’ ftehim, u sakemm ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu magħmula:
jew b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddefiniti fl-Anness III u, b’ordni ta’ preferenza, għal:
Kwalunkwe referenza għandha tkun segwita bit-terminu “jew ekwivalenti”;
jew f’termini ta’ prestazzjoni jew ta’ rekwiżiti funzjonali; tal-aħħar jistgħu jinkludu karatteristiċi ambjentali.
Madankollu dawn għandhom ikunu preċiżi biżżejjed li jippermettu lill-offerenti biex jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u lill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti biex jallokaw il-kuntratt;
jew f’termini ta’ prestazzjoni jew rekwiżiti funzjonali msemmija fil-punt (b), billi jirriferu, bħala mezz ta’ preżunzjoni ta’ konformità ma’ tali prestazzjoni jew rekwiżiti funzjonali, għall-ispeċifikazzjonijiet ikkwotati fil-punt (a);
jew b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) għal ċerti karatteristiċi u għall-prestazzjoni jew rekwiżiti funzjonali msemmija fil-punt (b) għal karatteristiċi oħrajn.
Fejn awtorità/entità kontraenti tagħmel użu mill-possibbiltà li tirriferi għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 a), ma tistax tirrifjuta offerta għar-raġuni li l-prodotti u s-servizzi offruti m’humiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li għamlet referenza għalihom, meta l-offerent jagħti prova fl-offerta tiegħu, għas-sodisfazzjon tal-awtorità/entità kontraenti, bi kwalunkwe mezz xieraq, li s-soluzzjonijiet li huwa jipproponi jissodisfaw b’mod ugwali ir-rekwiżiti ddefiniti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.
Mezz xieraq jista’ jkun dossier tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp rikonoxxut.
Fejn awtorità/entità kontraenti tagħmel użu mill-possibbiltà, prevista fil-paragrafu 3, li tistabbilixxi preskrizzjonijiet f’termini ta’ prestazzjoni jew ta’ eżiġenzi funzjonali, ma tistax tirrifjuta offerta ta’ xogħlijiet, ta’ prodotti jew ta’ servizzi konformi ma’ standard nazzjonali li jittrasponi standard Ewropew, b’approvazzjoni teknika Ewropea, speċifikazzjoni teknika komuni, standard internazzjonali, jew sistema ta’ referenza teknika stabbilita minn korp Ewropew ta’ standardizzazzjoni, jekk dawn l-ispeċifikazzjonijiet jikkonċernaw il-prestazzjonijiet jew ir-rekwiżiti funzjonali li din teħtieġ.
Fl-offerta tiegħu, l-offerent għandu jipprova, għas-sodisfazzjon tal-awtorità/entità kontraenti bi kwalunkwe mezz xieraq, li x-xogħol, prodott jew servizzi konformement mal-istandard jissodisfaw il-prestazzjoni jew ir-rekwiżiti funzjonali tal-awtorità/entità kontraenti.
Mezz xieraq jista’ jkun dossier tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp rikonoxxut.
Fejn l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jippreskrivu karatteristiċi ambjentali f’termini ta’ prestazzjoni jew ta’ rekwiżiti funzjonali, bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 b), huma jistgħu jużaw l-ispeċifikazzjonijiet ddettaljati jew, jekk ikun meħtieġ, ta’ partijiet minn dawn, kif iddefiniti mit-tikketti ekoloġiċi Ewropej, (pluri)nazzjonali, jew minn kwalunkwe tikketta ekoloġika oħra sakemm:
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jindikaw li l-prodotti u s-servizzi li jkollhom l-ekotikketta huma meqjusa li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fid-dokumenti tal-kuntratt; huma għandhom jaċċettaw kwalunkwe mezz xieraq ieħor ta’ prova, bħal dossier tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp rikonoxxut.
B' “organi rikonoxxuti” fis-sens ta’ dan l-Artikolu, hu mifhum il-laboratorji ta’ prova, ta’ kalibrazzjoni, l-korpi ta’ spezzjoni u ta’ ċertifikazzjoni, konformi mal-istandards Ewropej applikabbli.
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw iċ-ċertifikati maħruġa minn korpi rikonoxxuti fi Stati Membri oħrajn.
Artikolu 19
Varjanti
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jawtorizzaw il-varjanti għandhom isemmu fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti l-eżiġenzi minimi li l-varjanti għandhom jissodisfaw kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ieħor għall-preżentatzzjoni tagħhom.
L-awtoritajiet.entitajiet koontraenti għandhom jikkunsidraw biss il-varjanti li jikkorrispondu għar-rekwiżiti minimi mitluba minnhom.
Artikolu 20
Kondizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu kondizzjonijiet partikolari relatati mal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja u jkunu indikati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (fl-avviżi ta’ kuntratt, fid-dokumenti tal-kuntratt, fid-dokumenti ta’ spjegazzjoni jew id-dokumenti ta’ sostenn). Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu, notevolment, jikkonċernaw is-subkuntrattar jew ifittxu li jiżguraw is-sigurtà tal-informazzjoni klassifikata u s-sigurtà tal-provvista meħtieġa mill-awtorità/entità kontraenti, taħt l-Artikoli 21, 22 u 23 jew jikkunsidraw fatturi ambjentali jew soċjali.
Artikolu 21
Subkuntrattar
L-awtorità/entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru biex titlob lill-offerent:
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu sabiex l-awtorità/entità kontraenti tkun tista’ titlob jew tkun meħtieġa li titlob lill-offerent li ngħata l-kuntratt sabiex jissubkuntratta parti mill-kuntratt lil partijiet terzi. L-awtorità/entità kontraenti li timponi dan is-subkuntrattar għandha tesprimi dan il-persentaġġ minimu f’forma ta’ firxa ta’ valuri, li tinkludi persentaġġ minimu u ieħor massimu. Il-persentaġġ massimu ma jistax jaqbeż it-30 % tal-valur tal-kuntratt. Din il-firxa għandha tkun proporzjonata għas-suġġett u l-valur tal-kuntratt u n-natura tas-settur tal-industrija involut, inklużi l-livell ta’ kompetizzjoni f’dak is-suq u l-kapaċitajiet tekniċi relevanti tal-bażi industrijali.
Kwlaunkwe persentaġġ ta’ subkuntrattar li jaqa’ fil-firxa ta’ valuri indikati mill-awtorità/entità kontraenti għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżit ta’ subkuntrattar stipulat f’dan il-paragrafu.
L-offerenti jistgħu jipproponu li jissubkuntrattaw parti mill-valur totali li taqbeż il-firxa meħtieġa mill-awtorità/entità kontraenti.
L-awtorità/entità kontaenti għandha titlob lill-offerenti biex jispeċifikaw, fl-offerta tagħhom, liema parti(jiet) tal-offerta tagħhom bi ħsiebhom jissubkuntrattaw biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
L-awtorità/entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tinħtieġ minn Stat Membru li titlob lill-offerenti biex jispeċifikaw ukoll liema parti jew partijiet tal-offerta tagħhom bi ħsiebhom jissubkuntrattaw minbarra l-persentaġġ meħtieġ, kif ukoll is-subkuntratturi li diġà identifikaw.
L-offerent li jingħata l-kuntratt għandu jagħti subkuntratti li jikkorrispondu għall-persentaġġ li l-awtorità/entità kontraenti teħtieġu li jissubkuntratta skont id-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu III.
Artikolu 22
Sigurtà tal-informazzjoni
Fejn il-kuntratti jinvolvu, jeħtieġu u/jew jinkludu informazzjoni klassifikata, l-awtorità/entità kontraenti għandha tippreċiża fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (fl-avviżi ta’ kuntratt, fid-dokumenti tal-kuntratt, fid-dokumenti ta’ spjegazzjoni jew id-dokumenti ta’ sostenn) il-miżuri u l-eżiġenzi kollha meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sigurtà ta’ din l-informazzjoni fil-livell meħtieġ.
Għal dan il-għan, l-awtorità/entità kontraenti tista’ tirrikjedi li l-offerta tinkludi, inter alia, d-dettalji li ġejjin:
impenn mill-offerent u mis-subkuntratturi diġà identifikati li jissalvagwardjaw b’mod xieraq il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kklassifikata kollha fil-pussess tagħhom jew li tiġi nnotifikata lilhom waqt it-tul tal-kuntratt u wara t-tmiem jew il-konklużjoni tal-kuntratt, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relevanti;
impenn mill-offerent li jikseb l-impenn previst fil-punt (a) mis-subkuntratturi l-oħra li se jissubkuntratta waqt l-eżekuzzjoni tal-kuntratt;
informazzjoni suffiċjenti dwar is-subkuntratturi diġà identifikati, sabiexl-awtorità/entità kontraenti tkun tista’ tiddetermina li kull wieħed minnhom għandu l-kapaċitajiet meħtieġa biex jissalvagwardja b’mod xieraq il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kklassifikata li għaliha jkollu aċċess jew li jkun meħtieġ jipproduċi fit-twettiq tal-attivitajiet subkuntrattati;
impenn mill-offerent li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fil-punt (b) dwar kwalunkwe subkuntrattur ġdid qabel ma jtihom subkuntratt.
Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju tas-sistemi nazzjonali ta’ approvazzjoni tas-sigurtà, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-miżuri u r-rekwiżiti msemmiji fit-tieni subparagrafu għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar l-approvazzjoni tas-sigurtà. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet tas-sigurtà li jqisu ekwivalenti għal dawk maħruġa skont il-liġi nazzjonali tagħhom, minkejja l-possibbiltà li jwettqu u jikkunsidraw investigazzjonijiet ulterjuri tagħhom stess jekk dan ikun meqjus neċessarju.
Artikolu 23
Sigurtà tal-provvista
L-awtorità/entità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt fl-avviżi ta’ kuntratt, fid-dokumenti tal-kuntratt, fid-dokumenti ta’ spjegazzjoni jew id-dokumenti ta’ sostenn) ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-provvista tagħha.
Għal dan il-għan, l-awtorità/entità kontraenti tista’ tirrikjedi li l-offerta tinkludi, inter alia, id-dettalji li ġejjin:
ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni li turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità/entità kontraenti li l-offerent se jkun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-esportazzjoni, it-trasferiment u t-transitu tal-merkanzija marbuta mal-kuntratt, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn li tkun waslet għand l-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati;
l-indikazzjoni ta’ kwlalunkwe restrizzjoni fuq l-awtorità/entità kontraenti fir-rigward tal-iżvelar, it-trasferiment jew l-użu tal-prodotti u s-servizzi jew kwalunkwe riżultat ta’ dawn il-prodotti jew servizzi, li tirriżulta mill-kontroll tal-esportazzjoni jew mill-arranġamenti ta’ sigurtà;
ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni li turi li l-organizzazzjoni u l-lok tal-katina tal-provvista tal-offerent jippermettulu li josserva r-rekwiżiti tal-awtorità/entità kontraenti fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista stabbiliti fid-dokumenti tal-kuntratt, u impenn sabiex jiġi żgurat li l-bidliet possibbli fil-katina tal-provvista tiegħu waqt it-twettiq tal-kuntratt mhux se jaffettwaw ħażin il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti;
impenn mill-offerent li jistabbilixxi u/jew iżomm il-kapaċità meħtieġa biex jissodisfa ħtiġijiet addizzjonali meħtieġa mill-awtorità/entità kontraenti li jinqalgħu bħala riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi, skont termini u kondizzjonijiet li jridu jiġu miftiehma;
kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn li tkun waslet mill-awtoritajiet nazzjonali tal-offerent rigward it-twettiq ta’ żidiet addizzjonali meħtieġa mill-awtorità/entità kontraenti li jinqalgħu bħala riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi;
impenn mill-offerent li jwettaq il-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-provvisti li huma s-suġġett tal-kuntratt;
impenn mill-offerent li jinforma lill-awtorità/entità kontraenti f’ħin debitu bi kwalunkwe tibdil li jseħħ fl-organizzazzjoni tiegħu jew fl-istrateġija industrijali tiegħu li jista’ jaffettwa l-obbligi tiegħu lejn dik l-awtorità/entità;
impenn mill-offerent li jipprovdi lill-awtorità/entità kontraenti, skont termini u kondizzjonijiet li jridu jiġu miftiehma, bil-mezzi kollha speċifiċi neċessarji għall-produzzjoni ta’ “spare parts”, komponenti, “assemblies” u tagħmir għall-ittestjar speċjali, inklużi disinji tekniċi, liċenzji u istruzzjonijiet għall-użu, fil-każ li ma jkunx jista’jipprovdilhom dawn l-oġġetti.
L-offerent jista’ ma jkunx meħtieġ li jikseb impenn minn Stat Membru li jista’ jkun ta’ ħsara għal-libertà ta’ Stat Membru li japplika, skont il-liġi internazzjonali jew Komunitarja relevanti, il-kriterji ta’ liċenzjar nazzjonali tal-esportazzjoni, tat-trasferiment jew tat-transitu tiegħu fiċ-ċirkostanzi prevalenti fiż-żmien ta’ tali deċiżjoni ta’ liċenzjar.
Artikolu 24
Obbligi relatati mat-taxxa, il-protezzjoni tal-ambjent, id-dispożizzjonijiet għal protezzjoni tal-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol
L-awtorità/entità kontraenti li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titlob lill-offerenti biex jindikaw li huma kienu ħadu kont, meta fasslu l-offerta tagħhom, tal-obbligi relatati mad-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn ikunu ser isiru x-xogħlijiet jew fejn is-servizz ikun ser jiġi pprovdut.
L-ewwel subparagrafu għandu jkun bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 49 li jikkonċerna l-eżami ta’ offerti anormalment baxxi.
KAPITOLU V
Proċeduri
Artikolu 25
Proċeduri applikabbli
Fl-għoti tal-kuntratti, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri nazzjonali aġġustati għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu l-kuntratti billi jirrikorru għall-proċedura ristretta jew għall-proċedura nnegozjata mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt.
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 27, jistgħu jagħtu l-kuntratti tagħhom permezz tad-djalogu kompetittiv.
Fil-każijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi msemmija espressament fl-Artikolu 28, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jirrikorru għal proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt.
Artikolu 26
Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt
Artikolu 27
Djalogu kompetittiv
Fil-każ ta’ kuntratti partikolarment kumplessi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li fejn awtoritajiet/entitajiet kontraenti jikkunsidraw li l-użu tal-proċedura ristretta jew il-proċedura nnegozjata mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt ma jippermettix l-għoti tal-kuntratt, dan tal-aħħar jista’ jirrikorri għad-djalogu kompetittiv konformement ma’ dan l-Artikolu.
L-għoti tal-kuntratt għandu jsir fuq il-bażi waħdanija tal-kriterju tal-għoti tal-offerta li tkun l-aktar ekonomikament vantaġġjuża.
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jibdew djalogu, flimkien mal-kandidati magħżula konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 38 sa 46, bl-għan tal-identifikazzjoni u tad-definizzjoni tal-mezzi l-aktar xierqa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. Matul dan id-djalogu jistgħu jiddiskutu l-aspetti kollha tal-kuntratt mal-kandidati magħżula.
Matul id-djalogu, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw l-ugwaljanza ta’ trattament fost l-offerenti. B’mod partikolari, m’għandhomx jagħtu, b’mod diskriminatorju, informazzjoni li tista’ tiffavorixxi wħud mill-offerenti fuq oħrajn.
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti ma jistgħux jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħrajn is-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn kandidat li jkun qiegħed jipparteċipa fid-djalogu mingħajr il-qbil ta’ dak il-kandidat.
Wara li jkunu ddikjaraw li d-djalogu ngħalaq u jkunu informaw lill-parteċipanti b’dan, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jistednuhom biex jerġgħu jippreżentaw l-offerta finali tagħhom abbażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ippreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawn l-offerti għandu jkollhom fihom l-elementi kollha mitluba u meħtieġa għat-twettiq tal-proġett.
Fuq talba tal-awtorità/entità kontraenti, dawn l-offerti jistgħu jkunu kkjarifikati, ippreċiżati u mtejba. Madankollu, dawn id-dettalji, il-kjarifiki, it-titjib jew l-informazzjoni addizzjonali ma jistgħux jirriżultaw fi bdil tal-elementi fundamentali tal-offerta jew tas-sejħa għal offerta, fejn il-varjazzjoni aktarx toħloq distorzjoni fil-kompetizzjoni jew ikollha effett diskriminatorju.
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jevalwaw l-offerti rċevuti skont il-kriterji tal-għoti stipulati fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokument ta’ spjegazzjoni u jagħżlu l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża konformement mal-Artikolu 47.
Fuq talba tal-awtorità/entità kontraenti, l-offerent li jiġi identifikat bħala dak li għamel l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża jista’ jintalab jikkjarifika aspetti tal-offerta tiegħu jew jikkonferma l-impenji li jidhru fiha, bil-kondizzjoni li tali kjarifika ma tirriżultax fil-bdil ta’ elementi sostanzjali tal-offerta jew tas-sejħa għal offerti u ma twassalx għal riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni jew tikkawża xi diskriminazzjoni.
Artikolu 28
Każijiet li jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt
Fil-każijiet li ġejjin, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt u għandhom jiġġustifikaw l-użu ta’ din i-proċedura fl-avviż tal-għoti tal-kuntratt kif meħtieġ fl-Artikolu 30(3):
għal kuntratti ta’ xogħlijiet, kuntratti ta’ forniment u kuntratti ta’ servizzi:
meta ma jkunux ġew sottomessi offerti jew offerti xierqa jew applikazzjonijiet b’reazzjoni għal proċedura ristretta, għal proċedura nnegozjata b’pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt jew għal djalogu kompetittiv, sakemm il-kondizzjonijiet inizjali ta’ kuntratt ma jkunux mibdula sostanzjalment u bil-kondizzjoni li jinbagħat rapport lill-Kummissjoni fuq talba tagħha;
fil-każ ta’ offerti irregolari jew fil-każ li ta’ preżentazzjoni ta’ offerti li ma jkunux aċċettabli skont id-disposizzjonijiet nazzjonali kompatibbli mal-Artikoli 5, 19, 21 sa 24 u l-Kapitolu VII ta’ Titolu II, b’reazzjoni għal proċedura ristretta jewgħal proċedura nnegozjata b’pubblikazzjoni jew djalogu kompetittiv sakemm:
it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jkunux mibdula sostanzjalment, u
jinkludu fil-proċedura nnegozjata lill-offerenti kollha, u huma biss, li jkunu ssodisfaw il-kriterji tal-Artikoli 39 sa 46 u li, matul id-djalogu kompetittiv jew il-proċedura ristretta preċedenti, ikunu ppreżentaw offerti skont ir-rekwiżiti formali tal-proċedura tal-offerti;
meta urġenza li tirriżulta minn sitwazzjonijiet ta’ kriżi ma tkunx kompatibbli mal-perijodi stabbiliti għall-proċeduri ristretti u nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, inklużi l-perjodi mqassra msemmija fl-Artikolu 33(7). Dan jista’ japplika pereżempju fil-każijiet imsemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23;
safejn ikun strettament neċessarju meta, għal raġunijiet ta’ urġenza estrema b’riżultat ta’ ġrajjiet mhux mistennija mill-awtoritajiet/entitajiet kontrattwanti involuti, il-limitu ta’ żmien għal proċeduri ristretti jew innegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, inklużi l-limiti ta’ żmien imqassra kif imsemmi fl-Artikolu 33(7), ma jkunux jistgħu jiġu rrispettati. Iċ-ċirkonstanzi invokati bħala ġustifikazzjoni ta’ urġenza estrema m’għandhom bl-ebda mod ikunu attribwibbli lill-awtorità/entità kontraenti;
meta, minħabba raġunijiet tekniċi jew relatati mal-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ esklussività, il-kuntratt jista’ jingħata biss lil operatur ekonomiku ddeterminat;
għal kuntratti ta’ servizzi u ta’ provvisti:
għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 13;
għal prodotti mmanifatturati unikament għall-finijiet ta’ riċerka u żvilupp, ħlief għall-produzzjoni fi kwantitajiet immirati biex tkun stabbilita l-vijabbiltà kummerċjali jew biex ikunu mifdija l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp;
għal kuntratti ta’ provvisti:
għall-kunsinni addizzjonali li jsiru mill-fornitur inizjali u maħsuba jew għas-sostituzzjoni parzjali ta’ provvisti jew installazzjonijiet ta’ użu kurrenti, jew għall-estensjoni ta’ provvisti jew installazzjonijiet eżistenti, meta l-bidla ta’ fornitur tobbliga lill-awtorità/entità kontraenti biex takkwista materjal b’karatteristiċi tekniċi differenti li jwassal għal nuqqas ta’ kompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-użu u fil-manutenzjoni.
It-tul ta’ żmien ta’ tali kuntratti, kif ukoll tal-kuntratti li jistgħu jiġġeddu, ma jistax jeċċedi l-ħames snin, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali determinati billi jittieħed kont tat-tul tas-servizz mistenni ta’ kwalunkwe oġġett, installazzjoni jew sistema mwassal, u tad-diffikultajiet tekniċi li l-bidla fil-fornitur tista’ toħloq;
għal provvisti kkwotati u mixtrija f’suq tal-oġġetti għall-użu fid-dar;
għax-xiri ta’ provvisti b’termini partikolarment vantaġġużi, jew mingħand fornitur li definittivament ikun se jagħlaq l-attivitajiet ta’ negozju tiegħu jew minn riċevituri jew likwidaturi ta’ xi falliment finanzjarju, arranġament ma’ kreditur, jew proċedura simili skont regolamenti jew liġijiet nazzjonali;
għal kuntratti ta’ xogħlijiet u kuntratti ta’ servizz:
għax-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali li ma jidhrux fil-proġett ippjanat fil-bidu u lanqas fil-kuntratt inizjali u li jsiru meħtieġa, wara ċirkostanza mhux prevista, għall-eżekuzzjoni tax-xogħol jew tas-servizz kif inhu deskritt, bil-kondizzjoni li l-għoti jingħata lill-operatur ekonomiku li jagħmel tali xogħol jew servizz:
meta dawn ix-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali ma jistgħux teknikament jew ekonomikament ikunu sseparati mill-kuntratt inizjali mingħajr inkonvenjent kbir għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, jew
meta tali xogħlijiet jew servizzi, għalkemm ikunu separabbli mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt inizjali, ikunu strettament meħtieġa għat-titjib tiegħu.
Madanakollu, il-valur kumulattiv ta’ kuntratti mogħtija għal xogħlijiet addizzjonali jew servizzi ma jistax jeċċedi l-50 % tal-ammont tal-kuntratt oriġinali;
għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili mogħtija lill-operatur ekonomiku li jkun ingħata l-kuntratt inizjali mill-istess awtoritajiet/entitajiet kontraenti, bil-kondizzjoni li tali xogħlijiet jew servizzi jkunu konformi ma’ proġett bażiku u li dan il-proġett kien is-suġġett ta’ kuntratt inizjali mogħti skont il-proċedura ristretta, il-proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt jew id-djalogu kompetittiv.
Hekk kif issir is-sejħa kompetittiva fir-rigward tal-ewwel proġett, għandha tiġi żvelata l-possibbiltà tal-proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, u l-ammont totali stmat għal xogħlijiet jew servizzi sussegwenti għandu jkun ikkunsidrat mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8.
Ma jistax isir użu ta’ din il-proċedura ħlief matul il-perjodu ta’ ħames snin wara t-tmiem tal-kuntratt inizjali, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali determinati billi jitqiesu t-tul tas-servizz mistenni ta’ kull oġġett, installazzjoni jew sistema mwassla, u d-diffikultajiet tekniċi li l-bidla fil-fornitur tista’ toħloq;
għal kuntratti relatati mal-forniment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru jew bil-baħar għall-forzi armati jew għall-forzi tas-sigurtà ta’ Stat Membru użati jew li se jintużaw barra mit-territorju tagħhom, meta l-awtorità/entità kontraenti jkollha tixtri dawn is-servizzi minn operaturi ekonomiċi li jiggarantixxu l-validità tal-offerti tagħhom biss għal perjodi tant qosra li l-limitu ta’ żmien għall-proċedura ristretta jew għall-proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, inklużi l-limiti ta’ żmien imqassra kif imsemmi fl-Artikolu 33(7), ma jkunux jistgħu jiġu rrispettati.
Artikolu 29
Strumenti ta’ ftehim qafas
Għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom isegwu r-regoli ta’ proċedura msemmija f’din id-Direttiva għall-fażijiet kollha sal-għoti tal-kuntratti abbażi ta’ dan il-ftehim qafas. L-għażla tal-partijiet għall-ftehim qafas għandha ssir bl-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti stabbiliti konformement mal-Artikolu 47.
Il-kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom ikunu mogħtija skont il-proċeduri previsti fil-paragrafi 3 u 4. Dawn il-proċeduri huma applikabbli biss bejn l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi li kienu oriġinarjament partijiet għall-ftehim qafas.
Wara l-għoti ta’ kuntratti bbażati fuq il-ftehim qafas, il-partijiet f’ebda każ ma jistgħu jagħmlu emendi sostanzjali għat-termini stabbiliti f’dan il-ftehim qafas, notevolment fil-każ stabbilit fil-paragrafu 3.
It-tul ta’ żmien ta’ ftehim qafas ma jistax jeċċedi s-seba’ snin, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali determinati billi jitqiesu t-tul tas-servizz mistenni ta’ kull oġġett, installazzjoni jew sistema mwassla, u d-diffikultajiet tekniċi li l-bidla fil-fornitur tista’ toħloq.
F’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni xierqa għal dawk iċ-ċirkostanzi fl-avviż imsemmi fl-Artikolu 30(3).
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti ma jistgħux jużaw ftehim qafas b’mod mhux xieraq jew b’tali mod li jimpedixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-kompetizzjoni.
Fejn ftehim qafas ikun konkluż ma’ operatur ekonomiku wieħed, il-kuntratti bbażati fuq dan il-ftehim qafas għandhom jingħataw fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-ftehim qafas.
Għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jikkonsultaw bil-miktub lill-operatur li huwa parti fil-ftehim qafas, billi jitolbuh ikompli, jekk ikun hemm il-ħtieġa, l-offerta tiegħu.
Fejn ftehim qafas ikun konkluż ma’ diversi operaturi ekonomiċi, in-numru tagħhom għandu jkun mill-inqas ugwali għal tlieta, sabiex ikun hemm numru suffiċjenti ta’ operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kriterji ta’ għażla u/jew ta’ offerti li jistgħu jkunu rċevuti li jikkorrispondu għall-kriterji tal-għoti.
L-għoti tal-kuntratti bbażati fuq strumenti ta’ ftehim qafas konklużi ma’ bosta operaturi ekonomiċi jista’ jsir jew:
għal kwalunkwe kuntratt li għandu jingħata, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jikkonsultaw bil-miktub lill-operaturi ekonomiċi li huma kapaċi li jwettqu l-kuntratt;
l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien suffiċjenti biex jiġu ppreżentati l-offerti relatati ma’ kwalunkwe kuntratt speċifiku filwaqt li jkunu kkunsidrati elementi bħall-kumplessità tas-suġġett tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għall-preżentazzjoni tal-offerti;
l-offerti għandhom ikunu ppreżentati bil-miktub u l-kontenut tagħhom għandu jibqa’ kunfidenzjali sat-tmiem tal-limitu ta’ żmien previst għal tweġiba;
l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jagħtu kwalunkwe kuntratt lil min għamel l-aħjar offerta abbażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fid-dokumenti tal-kuntratt tal-ftehim qafas.
KAPITOLU VI
Regoli dwar reklamar u trasparenza
Taqsima 1
Pubblikazzjoni tal-avviżi
Artikolu 30
Avviżi
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jgħarrfu permezz ta’ avviż ta’ tagħrif minn qabel, ippubblikat mill-Kummissjoni jew minnhom stess fil-“profil tax-xerrej” tagħhom kif deskritt fil-punt 2 tal-Anness VI:
f’dak li għandu x’jaqsam mal-provvisti, l-ammont totali stmat tal-kuntratti jew tal-istrumenti ta’ ftehim qafas minn gruppi ta’ prodotti li huma bi ħsiebhom jagħtu matul it-tnax-il xahar ta’ wara.
Il-gruppi ta’ prodotti għandhom ikunu stabbiliti mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti b’referenza għan-nomenklatura tas-CPV;
f’dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi, l-ammont totali stmat tal-kuntratti jew tal-istrumenti ta’ ftehim qafas, għal kull waħda mill-kategoriji ta’ servizzi li huma bi ħsiebhom jagħtu matul it-tnax-il xahar ta’ wara;
f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħlijiet, il-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratti jew tal-istrumenti ta’ ftehim qafas li huma bi ħsiebhom jagħtu.
L-avviżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni jew ikunu ppubblikati fuq il-profil tax-xerrej mill-aktar fis possibbli wara li tittieħed id-deċiżjoni li tawtorizza l-proġett li għat-twettiq tiegħu l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti bi ħsiebhom jagħtu kuntratti jew jidħlu fi ftehim qafas.
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jippubblikaw l-avviż ta’ tagħrif minn qabel fuq il-profil tax-xerrej tagħhom, għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, b’mezz elettroniku, konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni indikati fil-punt 3 tal-Anness VI.
Il-pubblikazzjoni tal-avviżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun obbligatorja biss fejn l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jagħżlu li jqassru l-limiti ta’ żmien biex jirċievu offerti kif stipulat fl-Artikolu 33(3).
Dan il-paragrafu m’għandux japplika għall-proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt.
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li taw kuntratt jew ikkonkludew ftehim qafas, għandhom jibagħtu avviż dwar ir-riżultati tal-proċedura tal-għoti sa mhux aktar tard minn 48 jum wara l-għoti tal-kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim qafas.
Fil-każ ta’ strumenti ta’ ftehim qafas konklużi konformement mal-Artikolu 29, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti m’għandhomx ikunu obbligati li jibagħtu avviż dwar ir-riżultati tal-għoti ta’ kull kuntratt ibbażat fuq dak il-ftehim.
Ċerta informazzjoni dwar l-għoti tal-kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim qafas tista’ ma tkunx ippubblikata fil-każ fejn l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jista’ jkun ta’ ostaklu għall-applikazzjoni tal-liġijiet, imur kontra l-interess pubbliku, b’mod partikolari l-interessi ta’ difiża u/jew sigurtà, jew ikun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi pubbliċi jew privati, jew jista’ tagħmel ħsara lill-kompetizzjoni ġusta bejniethom.
Artikolu 31
Pubblikazzjoni mhux obbligatorja
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw, konformement mal-Artikolu 32, avviżi li jikkonċernaw kuntratti li ma jkunux suġġetti għar-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni stipulat f’din id-Direttiva.
Artikolu 32
Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi
L-avviżi mibgħuta mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti lill-Kummissjoni għandhom jintbagħtu jew b’mezzi elettroniċi konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VI, jew b’mezzi oħrajn. Fil-każ ta’ użu tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikolu 33(7), l-avviżi għandhom jintbagħtu jew bil-fax, jew b’mezzi elettroniċi, konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VI.
L-avviżi għandhom jiġu ppubblikati konformement mal-karatteristiċi tekniċi ta’ pubblikazzjoni indikati fil-punt 1 (a) u (b) tal-Anness VI.
L-avviżi mħejjija u mibgħuta b’mezzi elettroniċi konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VI, għandhom jiġu ppubblikati sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu.
L-avviżi li ma jintbagħtux b’mezzi elettroniċi, konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VI, għandhom jiġu ppubblikati sa mhux aktar tard minn tnax-il jum wara li jintbagħtu jew, fil-każ tal-proċedura aċċellerata msemmija fl-Artikolu 33(7), sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu.
L-avviżi ta’ kuntratt għandhom jiġu ppubblikati in extenso f’lingwa uffiċjali tal-Komunità, magħżula mill-awtorità/entità kontraenti, fejn it-test ippubblikat f’din il-lingwa oriġinali jikkostitwixxi l-uniku test awtentiku. Rapport qasir tal-informazzjoni importanti f’kull avviż għandu jiġi ppubblikat fil-lingwi uffiċjali l-oħra.
L-ispejjeż ta’ pubblikazzjoni ta’ avviżi bħal dawn mill-Kummissjoni għandhom jitħallsu mill-Komunità.
L-avviżi u l-kontenut tagħhom ma jistgħux jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali jew fil-profil tax-xerrej qabel id-data li fiha jintbagħtu lill-Kummissjoni.
L-avviżi ppubblikati fil-livell nazzjonali m’għandux ikun fihom tagħrif ieħor minbarra dak fl-avviżi mibgħuta lill-Kummissjoni jew pubblikati fuq profil tax-xerrej bi qbil mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 30(1), iżda għandhom isemmu d-data ta’ meta l-avviż intbagħat lill-Kummissjoni jew il-pubblikazzjoni tiegħu fuq il-profil tax-xerrej.
Avviżi ta’ informazzjoni minn qabel ma jistgħux jiġu ppubblikati fi profil tax-xerrej qabel ma jintbagħat avviż lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni tagħhom f’dik il-forma; huma għandhom jiddikarjaw id-data ta’ meta ntbagħtu.
Taqsima 2
Limiti ta’ żmien
Artikolu 33
Limiti ta’ żmien għar-riċezzjoni ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni u għar-riċezzjoni ta’ offerti
Fil-proċeduri ristretti, il-proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt uużu ta’ djalogu kompetittiv, il-limitu ta’ żmien minimu biex jaslu t-talbiet għall-parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 37 jum mid-data ta’ meta jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt.
Fil-proċeduri ristretti, il-limitu ta’ żmien minimu biex jaslu l-offerti huwa ta’ 40 jum mid-data ta’ meta tintbagħat l-istedina.
Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jippubblikaw avviż ta’ informazzjoni minn qabel, il-limitu ta’ żmien minimu għall-wasla tal-offerti skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jista’, bħala regola ġenerali, jitqassar għal 36 jum, iżda taħt l-ebda ċirkostanza għal inqas minn 22 jum.
Il-limitu ta’ żmien għandu jibda mid-data li fiha jkun intbagħtet is-sejħa għall-offerti.
Il-limiti ta’ żmien imqassra msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu permessi, sakemm l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel ikun inkluda t-tagħrif kollu meħtieġ għall-avviż ta’ kuntratt fl-Anness V, u safejn dak it-tagħrif ikun disponibbli fiż-żmien meta l-avviż jiġi ppubblikat u sakemm l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel ikun intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn 52 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha jkun intbagħat l-avviż ta’ kuntratt.
Il-limiti ta’ żmien għall-wasla tal-offerti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jistgħu jitqassru b’ħamest ijiem mata l-awtorità/entità kontraenti toffri aċċess mhux ristrett u kompletament dirett b’mezzi elettroniċi għad-dokumenti tal-kuntratt u għal kwalunkwe dokument ta’ sostenn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Anness VI, filwaqt li tispeċifika fit-test tal-avviż l-indirizz tal-Internet fejn din id-dokumentazzjoni tkun aċċessibli.
Dan it-tnaqqis jista’ jkun miżjud ma’ dak imsemmi fil-paragrafu 4.
Meta, fil-proċeduri ristretti u nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, minħabba raġunijiet ta’ urġenza l-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jkunux prattikabbli, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu:
Taqsima 3
Il-kontenut u mezzi ta’ trasmissjoni tal-informazzjoni
Artikolu 34
L-istediniet għall-preżentazzjoni tal-offerti, għan-negozjar jew għad-djalogar
L-istedina għall-kandidati għandha tinkludi jew:
Minbarra l-informazzjoni prevista fil-paragrafi 2, 3 u 4, l-istedina għandha tinkludi mill-inqas:
referenza għall-avviż ta’ kuntratt ippubblikat;
l-iskadenza biex jaslu l-offerti, l-indirizz fejn iridu jintbagħtu l-offerti u l-lingwa jew il-lingwi li bihom iridu jkunu miktuba l-offerti. Fil-każ ta’ proċedura ta’ djalogu kompetittiv, din l-informazzjoni m’għandhiex tkun fl-istedina biex wieħed jieħu sehem fid-djalogu iżda fl-istedina biex wieħed jippreżenta offerta;
fil-każ tad-djalogu kompetittiv, id-data ffissata u l-indirizz għall-bidu tal-fażi ta’ konsultazzjoni, kif ukoll il-lingwa jew il-lingwi użati;
l-indikazzjoni tad-dokumenti li eventwalment għandhom ikunu mehmuża, kemm bħala appoġġ għad-dikjarazzjonijiet verifikabbli pprovduti mill-kandidat konformement mal-Artikolu 38, kif ukoll bħala suppliment għat-tagħrif previst f’dak fl-Artikolu u bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk previsti fl-Artikoli 41 u 42;
l-ippeżar relattiv tal-kriterji tal-għoti tal-kuntratt jew, jekk ikun il-każ, l-importanza f’ordni ta’ nżul tal-kriterji użati biex tiġi ddefinita l-offerta l-aktar vantaġġjuża mil-lat ekonomiku, jekk dawn ma jidhrux fl-avviż ta’ kuntratt, fid-dokumenti tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv.
Artikolu 35
Informazzjoni għall-kandidati u għal offerenti
Fuq talba tal-parti kkonċernata, l-awtorità/entità kontraenti għandha, suġġett għall-paragrafu 3 u fl-iqsar żmien u mhux aktar tard minn 15-il jum mill-wasla tat-talba bil-miktub għal informazzjoni, tinforma lill-partijiet b’li ġej:
lil kwalunkwe kandidat li ma ntgħażilx, ir-raġunijiet għar-rifjut tal-applikazzjoni tiegħu;
lil kwalunkwe offerent li ma ntgħażilx, ir-raġunijiet għar-rifjut tal-offerta tiegħu, inklużi, b’mod partikulari, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 18(4) u (5), ir-raġunijiet tad-deċiżjoni tagħha ta’ non- ekwivalenza jew tad-deċiżjoni tagħha li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti funzjonali jew ta’ rendimenti u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 22 u 23, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta’ non-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-informazzjoni u s-sigurtà tal-provvista;
lil kwalunkwe offerent li għamel offerta ammissibbli u li ma ġietx milqugħa, il-karatteristiċi u l-vantaġġi rilevanti tal-offerta magħżula kif ukoll l-isem ta’ min ingħata l-kuntratt jew tal-partijiet għall-ftehim qafas.
Taqsima 4
Il-komunikazzjonijiet
Artikolu 36
Ir-regoli applikabbli għall-komunikazzjoni
Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal tagħmir għat-trasmissjoni u r-riċeviment elettroniku tal-offerti kif ukoll għal tagħmir għar-riċeviment elettroniku tat-talbiet għall-parteċipazzjoni:
tagħrif dwar l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni elettronika tal-offerti u tat-talbiet għall-parteċipazzjoni, inkluż il-qlib tad-data f’kodiċi, għandu jkun disponibbli għall-partijiet interessati. Barra minn hekk, it-tagħmir għar-riċeviment elettroniku tal-offerti u tat-talbiet għall-parteċipazzjoni għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness VIII;
l-Istati Membri jistgħu, konformement mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/93/KE, jeħtieġu li l-offerti elettroniċi jkunu akkumpanjati minn firma elettronika avvanzata konformi mal-paragrafu 1 ta’ dik id-Direttiva;
l-Istati Membri jistgħu jinstallaw jew iżommu arranâmenti volontarji ta’ akkreditazzjoni maħsuba biex itejbu l-livell tas-servizz ta’ ċertifikazzjoni pprovdut minn dan it-tagħmir;
il-kandidati għandhom jintrabtu li, qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien previst għall-preżentazzjoni tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni, jippreżentaw id-dokumenti, iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 39 sa 44 u 46, jekk ma jkunux disponibbli f’forma elettronika.
Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għat-trażmissjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni:
it-talbiet għall-parteċipazzjoni għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti jistgħu jsiru bil-miktub jew bit-telefon;
meta talba għall-parteċipazzjoni ssir bit-telefon, għandha tintbagħat konferma bil-miktub qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit għar-riċeviment tagħha;
l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jirrekjedu, jekk ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ prova ġuridika, li t-talbiet għall-parteċipazzjoni magħmula bil-faks jiġu kkonfermati bil-posta jew b’mezz elettroniku. F’dan il-każ, l-awtorità/entità kontraenti għandha tindika fl-avviż ta’ kuntratt dan ir-rekwiżit u l-limitu ta’ żmien li fih dan għandu jsir.
Taqsima 5
Rapporti
Artikolu 37
Il-kontenut tar-rapporti
Għal kull kuntratt u kull ftehim qafas, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom ifasslu rapport bil-miktub biex jikkonfermaw li l-proċedura tal-għażla twettqet b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju, li jinkludi mill-inqas:
l-isem u l-indirizz tal-awtorità/entità kontraenti u s-suġġett u l-valur tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas;
il-proċedura tal-għoti magħżula;
fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-użu ta’ din il-proċedura;
f’każ ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 28 li jiġġustifikaw ir-rikors għal din il-proċedura; jekk ikun il-każ, ġustifikazzjoni tar-raġunijiet li għalihom inqabeż iż-żmien stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(3)(a) u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(4)(b) u tar-raġunijiet li għalihom inqabeż il-limitu ta’ 50 % stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(4)(a);
jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ftehim qafas itwal minn seba’ snin;
l-isem tal-kandidati magħżula u r-raġuni għall-għażla tagħhom;
l-isem tal-kandidati esklużi u r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom;
ir-raġunijiet għalfejn ma ntgħażlux l-offerti;
l-isem ta’ min jingħata l-kuntratt u l-ġustifikazzjoni għall-għażla tal-offerta tiegħu, kif ukoll, jekk tkun magħrufa, il-parti tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas li min ingħata l-kuntratt bi ħsiebu, jew ser ikun marbut, jagħti bħala sotto-kuntratt lil terzi;
jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet għaliex l-awtorità/entità kontraenti rrifjutat li tagħti kuntratt jew ftehim qafas.
KAPITOLU VII
Twettiq tal-proċedura
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 38
Verifika tal-kapaċità tal-kandidati u għażla tal-parteċipanti, għoti tal-kuntratti
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu livelli minimi ta’ kapaċitajiet, skont l-Artikoli 41 u 42, li l-kandidati għandhom jissodisfaw.
L-estensjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 41 u 42 kif ukoll il-livelli minimi tal-kapaċitajiet meħtieġa għal kuntratt determinat għandhom ikunu relatati u proporzjonali mas-suġġett tal-kuntratt.
Dawn il-livelli minimi għandhom ikunu indikati fl-avviż tal-kuntratt.
Fil-proċeduri ristretti, il-proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt u fi djalogu kompetittiv, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jirrestrinġu n-numru ta’ kandidati xierqa li huma ser jistiednu biex jippreżentaw offerta jew li magħhom se jiddjalogaw; F’dan il-każ:
Fejn in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ għażla u l-livelli minimi ta’ kapaċità jkun inqas min-numru minimu, l-awtorità/entità kontraenti tista’ tkompli l-proċedura billi tistieden lill-kandidat jew kandidati li għandhom il-kapaċitajiet meħtieġa.
Jekk l-awtorità/entità kontraenti tqis li n-numru ta’ kandidati adegwati huwa baxx wisq biex jiżgura kompetittività ġenwina, hija tista’ twaqqaf il-proċedura u terġa’ tippubblika l-avviż inizjali ta’ kuntratt taħt l-Artikolu 30(2) u l-Artikolu 32, filwaqt li tiffissa data ta’ skadenza ġdida għat-tressiq ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni. F’dan il-każ, il-kandidati magħżula wara l-ewwel pubblikazzjoni u dawk magħżula wara t-tieni għandhom jiġu mistiedna taħt l-Artikolu 34. Din l-għażla għandha tkun mingħajr ħsara għall-kapaċità tal-awtorità/entità kontraenti li tikkanċella l-proċedura ta’ akkwist li tkun għaddejja u li tibda waħda ġdida.
Taqsima 2
Kriterji għal għażla kwalitattiva
Artikolu 39
Is-sitwazzjoni personali tal-kandidat jew ta’ offerent
Kull kandidat jew kull offerent li kien instab ħati b’sentenza definittiva, li tagħha hija konxja l-awtorità/entità kontraenti, għal raġuni waħda jew aktar minn dawk elenkati hawn taħt, għandu jkun eskluż mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku:
parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali kif definita fl-Artikolu 2(1), tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/ĠAI ( 1 );
frodi fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ( 4 );
reat terroristiku jew reat marbut ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definit rispettivament fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill (2002/475/ĠAI) ( 5 ) jew inċitament, kompliċità, jew tentattiv biex jitwettaq reat, kif imsemmi fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Qafas;
ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw, konformement mal-liġi nazzjonali tagħhom u fir-rispett tal-liġi Komunitarja, il-kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
Huma jistgħu jipprevedu deroga għall-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għal esiġenzi ta’ interess ġenerali tal-akbar importanza.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jitolbu, jekk ikun il-każ, lill-kandidati jew offerenti biex jagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 u jistgħu, meta jkollhom xi dubji fuq is-sitwazzjoni personali ta’ dawn il-kandidati/offerenti, jindirizzaw lill-awtoritajiet kompetenti biex jiksbu l-informazzjoni li jqisu meħtieġa dwar is-sitwazzjoni personali ta’ dawn il-kandidati jew offerenti. Fejn l-informazzjoni tikkonċerna kandidat jew offerent stabbilit fi Stat ieħor barra dak tal-awtorità/entità kontraenti, l-awtorità/entità kontraenti tista’ titlob il-koperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-kandidati jew offerenti, dawn it-talbiet għandhom ikunu relatati ma’ persuni ġuridiċi u/jewfiżiċi, inkluż, jekk ikun il-każ, il-kapijiet ta’ intrapriża jew kwalunkwe persuna li jkollha s-setgħa ta’ rappreżentanza, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll fir-rigward tal-kandidat jew ta’ offerent.
Jista’ jkun eskluż mill-parteċipazzjoni fil-kuntratt, kwalunkwe operatur ekonomiku:
li jkun falla, qed jiġi stralċjat, fejn l-affarijiet tiegħu qed jiġu amministrati mill-qrati, fejn ikun daħal f’arranġament mal-kredituri, fejn ikollu l-attività kummerċjali sospiża jew ikun f’sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-liġijiet jew fir-regolamenti nazzjonali;
li huwa s-suġġett ta’ proċedura ta’ dikjarazzjoni ta’ falliment, ta’ ordni ta’ stralċ obbligatorju, jew amministrazzjoni mill-qrati jew ta’ arranġament mal-kredituri jew ta’ kwalunkwe proċedura simili prevista fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali;
li nstab ħati ta’ reat li jirrigwarda l-imġiba professjonali tiegħu b’sentenza li għandha l-forza ta’ res judicata, skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż, bħal, pereżempju, il-ksur tal-leġiżlazzjoni kurrenti dwar l-esportazzjoni ta’ tagħmir ta’ difiża u/jew ta’ sigurtà;
li hu ħati ta’ mġiba ħażina professjonali serja pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jiġġustifikaw, bħalma hi, pereżempju, il-vjolazzjoni tal-obbligi tiegħu li jipprovdu s-sigurtà tal-informazzjoni jew is-sigurtà tal-provvista waqt kuntratt preċedenti;
li jkun instab, permezz ta’ kwalunkwe mezzi ta’ evidenza, inklużi sorsi ta’ data protetta, li ma kellux l-affidabbiltà meħtieġa biex jevita riskji għas-sigurtà tal-Istat Membru;
li ma ssodisfax l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn huwa stabbilit jew skont dawk tal-pajjiż tal-awtorità/entità kontraenti;
li ma ssodisfax l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tat-taxxi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn huwa stabbilit jew skont dawk tal-pajjiż tal-awtorità/entità kontraenti;
li nstabħati li għamel dikjarazzjonijiet foloz serji fl-għoti tal-informazzjoni meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ din it-taqsima jew li ma tax din l-informazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw, konformement mal-liġi nazzjonali tagħhom u fir-rispett tal-liġi Komunitarja, il-kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw dan li ġej bħala prova suffiċjenti li l- każijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2(a), (b), (c), (f), u (g) tal-paragrafu 2 ma japplikawx għall-operatur ekonomiku:
fir-rigward tal-paragrafu 1 u l-paragrafu u l-paragrafu 2(a), (b) u (c) tal-paragrafu 2, il-produzzjoni ta’ estratt mir-rekord ġudizzjarju jew, jekk mhux possibbli, ta’ dokument ekwivalenti maħruġ mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-provenjenza, li juri li dawn ir-rekwiżiti ġew sodisfatti;
rigward il-punti (f) jew (g) tal-paragrafu 2, ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
Meta dokument jew ċertifikat ma jkunx maħruġ mill-pajjiż ikkonċernat jew ma jsemmix il-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2(a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2, dan jista’ jiġi sostitwit minn dikjarazzjoni taħt ġurament jew, fl-Istati Membri fejn tali ġurament ma jeżistix, permezz ta’ dikjarazzjoni solenni magħmula mill-persuna interessata quddiem l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti, nutar jew korp professjonali kkwalifikat tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-provenjenza.
Artikolu 40
Idoneità għall-eżerċizzju tal-attività professjonali
Fejn kandidat huwa meħtieġ ikun reġistrat f’reġistru professjonali jew tal-kummerċ fl-Istat Membru ta’ oriġini jew ta’ stabbiliment tiegħu sabiex iwettaq l-attività professjonali tiegħu, huwa jista’ jintalab jagħti prova tar-reġistrazzjoni tiegħu f’dan ir-reġsitru jew li jipprovdi dikjarazzjoni taħt ġurament jew ċertifikat kif deskritt fil-Parti A tal-Anness VII, għall-kuntratti ta’ xogħlijiet, fil-Parti B tal-Anness VII għall-kuntratti ta’ provvisti u fl-Anness VII C għall-kuntratti ta’ servizzi. Il-listi stabbiliti fl-Anness VII huma indikattivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe tibdiliet fir-reġistri tagħhom u l-mezzi ta’ evidenza msemmija f’dawn il-listi.
Fil-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti ta’ servizzi, meta l-kandidati għandhom bżonn awtorizzazzjoni speċifika jew iridu jkunu membri ta’ organizzazzjoni speċifika sabiex ikunu jistgħu jipprovdu s-servizz ikkonċernat fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom, l-awtorità/entità kontraenti tista’ titlobhom jagħtu prova li huma għandhom din l-awtorizzazzjoni jew li huma jagħmlu parti minn din l-organizzazzjoni.
Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għal-Liġi Komunitarja dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà tal-għoti ta’ servizzi.
Artikolu 41
Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Il-ġustifikazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja ta’ operatur ekonomiku tista’, bħala regola ġenerali, tkun magħmula minn referenza waħda jew aktar fost dawn li ġejjin:
dikjarazzjonijiet adegwati minn banek jew, jekk ikun il-każ, prova ta’ assigurazzjoni ta’ indennità għar-riskji professjonali;
il-preżentazzjoni ta’ karti tal-bilanċ jew ta’ estratti mill-karti tal-bilanċ, fil-każijiet fejn il-pubblikazzjoni tal-karti tal-bilanċ hija meħtieġa mil-leġislazzjoni tal-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku huwa stabbilit;
dikjarazzjoni li tikkonċerna d-dħul globali u, jekk ikun il-każ id-dħul fil-qasam kopert mill-kuntratt, għal massimu tal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli skont id-data ta’ ħolqien tal-intrapriża jew mill-bidu tal-attivitajiet tal-operatur ekonomiku, safejn l-informazzjoni dwar dan id-dħul tkun disponibbli.
Artikolu 42
Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali
Il-kapaċitajiet tekniċi tal-operaturi ekonomiċi jistgħu, bħala regola ġenerali, jingħataw b’mod wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, skont in-natura, il-kwantità jew l-importanza, u l-użu tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi:
lista tax-xogħlijiet imwettqa matul l-aħħar ħames snin, li magħha jiġu ppreżentati ċertifikati ta’ eżekuzzjoni tajba għax-xogħlijiet l-aktar importanti. Dawn iċ-ċertifikati għandhom jindikaw il-valur, id-data u l-post ta’ eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u għandhom jispeċifikaw jekk dawn twettqux skont ir-regoli tas-sengħa u jekk tlestewx sew; jekk ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat direttament dawn iċ-ċertifikatilill-awtorità/entità kontraenti;
lista tal-kunsinni prinċipali jew tas-servizzi prinċipali mogħtija, bħala regola ġenerali, matul l-aħħar ħames snin, fejn jiġu indikati l-valur, id-data u d-destinatarju pubbliku jew privat. Għandha tingħata prova tal-kunsinni u s-servizzi mogħtija:
l-indikazzjoni tal-persunal tekniku jew tal-korpi tekniċi, kemm jekk ikunu integrati jew le fl-intrapriża tal-operatur ekonomiku, partikolarment dawk li huma responsabbli mill-kontroll tal-kwalità u, fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, dawk li se jirrikorri għalihom il-kuntrattur għall-eżekuzzjoni tax-xogħol;
deskrizzjoni tat-tagħmir tekniku, tal-miżuri użati mill-operatur ekonomiku biex tkun żgurata l-kwalità u l-mezzi ta’ studju u ta’ riċerka tal-intrapriża tiegħu kif ukoll regoli interni dwar il-proprjetà intellettwali;
kontroll magħmul mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jew, għan-nom tagħhom, permezz ta’ korp uffiċjali kompetenti tal-pajjiż li fih l-operatur ekonomiku huwa stabbilit, suġġett għall-qbil ta’ dan il-korp; fuq il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-fornitur jew fuq il-kapaċità teknika tal-operatur ekonomiku u, jekk ikun meħtieġ, fuq il-mezzi ta’ studju u ta’ riċerka li huwa għandu kif ukoll fuq il-miżuri li hu jieħu biex jikkontrolla l-kwalità;
k’każ ta’ kuntratti ta’ xogħol, kuntratti ta’ servizz jew kuntratti ta’ provvista li jkopru wkoll operazzjonijiet jew servizzi ta’ tqegħid fil-post u installazzjoni, l-kwalifiki akkademiċi u professjonali tal-operatur ekonomiku u/jew tal-persunal maniġerjali tal-intrapriża u, partikolarment, tal-persuna jew persuni responsabbli mill-provvista tas-servizzi jew mit-tmexxija tax-xogħlijiet;
għall-kuntratti ta’ xogħlijiet u ta’ servizzi u biss fil-każijiet adegwati, l-indikazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni ambjentali li l-operatur ekonomiku se jkun jista’ japplika meta jeżegwixxi l-kuntratt;
dikjarazzjoni li tindika l-medja annwali ta’ ħaddiema impjegati minn min jipprovdi s-servizzi jew mill-kuntrattur u n-numru tal-persunal maniġerjali matul l-aħħar tliet snin;
deskrizzjoni tal-għodda, tal-materjal, tat-tagħmir tekniku, in-numru tal-persunal u tal-għarfien tagħhom u/jew tas-sorsi ta’ provvista — b’indikazzjoni tal-post ġeografiku meta dan ikun barra t-territorju tal-Unjoni — li l-operatur ekonomiku għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex jeżegwixxi l-kuntratt, ilaħħaq ma’ kwalunkwe ħtiġijiet ulterjuri tal-awtorità/entità kontraenti minħabba sitwazzjoni ta’ kriżi jew biex iwettaq il-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-provvisti koperti mill-kuntratt;
fir-rigward tal-prodotti li għandhom jiġu fornuti, il-preżentazzjoni ta’:
kampjuni, deskrizzjonijiet u/jew ritratti li l-awtentiċità tagħhom għandha tkun tista’ tiġi ċċertifikata fuq talba mill-awtorità/entità kontraenti;
ċertifikati stabbiliti minn istituti jew servizzi uffiċjali responsabbli mill-kontroll tal-kwalità u rikonoxxuti bħala kompetenti, li juru l-konformità tal-prodotti identifikati b’mod ċar permezz ta’ referenzi għal ċerti speċifikazzjonijiet jew standards;
fil-każ ta’ kuntratti li jinvolvu, jeħtieġu, u/jew fihom informazzjoni kklassifikata, l-evidenza tal- kapaċità ta’ trattament, ħażna u trażmissjoni ta’ din l-informazzjoni fil-livell ta’ protezzjoni mitlub mill-awtorità/entità kontraenti.
Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju tas-sistemi nazzjonali ta’ approvazzjoni tas-sigurtà, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li din l-evidenza tkun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom dwar l-approvazzjoni tas-sigurtà. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet tas-sigurtà li huma jqisu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa skont il-liġi nazzjonali tagħhom, minkejja l-possibbiltà li jwettqu u jikkunsidraw investigazzjonijiet ulterjuri tagħhom stess jekk dan ikun meqjus neċessarju.
L-awtorità/entità kontraenti tista’, jekk ikun il-każ, tagħti żmien ulterjuri lill-kandidati li għad m’għandhomx approvazzjoni ta’ sigurtà sabiex jiksbu din l-approvazzjoni. F’dan il-każ, hija għandha tispeċifika din il-possibbiltà u l-limitu ta’ żmien fl-avviż tal-kuntratt.
L-awtorità/entità kontraenti tista’ titlob lill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà tal-Istat tal-kandidat jew lill-awtorità tas-sigurtà maħtura minn dak l-Istat biex tivverifika l-konformità tal-bini u l-faċilitajiet li jistgħu jintużaw, il-proċeduri industrijali u amministrattivi li se jiġu segwiti, il-metodi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u s-sitwazzjoni tal-persunal li x’aktarx jiġi impjegat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
Artikolu 43
Standards ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni tal-kwalità
F’każ li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn korpi indipendenti akkreditati, li juru li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità, huma għandhom jirriferu għas-sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità bbażati fuq l-istandards Ewropej ċċertifikati minn korpi indipendenti akkreditati li jikkonformaw mal-istandards Ewropej li jikkonċernaw l-akkreditazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni. Huma għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ekwivalenti ta’ korpi indipendenti akkreditati stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Huma għandhom jaċċettaw ukoll provi oħrajn ta’ sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità ekwivalenti mogħtija mill-operaturi ekonomiċi.
Artikolu 44
Standards ta’ ġestjoni ambjentali
Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 42(1)(f), jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn korpi indipendenti, li juru li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ ġestjoni ambjentali, huma għandhom jirriferu għas-sistema komunitarja ta’ ġestjoni ambjentali u verifika jew għall-istandards ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali fis-suġġett u ċċertifikati minn korpi konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja jew mal-istandards Ewropej jew internazzjonali rigward iċ-ċertifikazzjoni. Huma għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ekwivalenti ta’ korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Huma għandhom jaċċettaw ukoll provi oħrajn ta’ miżuri ekwivalenti ta’ ġestjoni ambjentali mogħtija mill-operaturi ekonomiċi.
Artikolu 45
Dokumentazzjoni u informazzjoni addizzjonali
L-awtorità/entità kontraenti tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi biex jissupplimentaw jew jiċċaraw iċ-ċertifikati u d-dokumenti ppreżentati taħt l-Artikoli 39 sa 44.
Artikolu 46
Listi uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni mill-korpi stabbiliti taħt il-liġi li tirregola s-settur pubbliku jew is-settur privat
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew listi uffiċjali ta’ kuntratturi approvati, fornituri jew ta’ dawk li jipprovdu servizz, jew ċertifikazzjoni minn korpi ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti skont il-liġi li tirregola s-settur pubbliku jew is-settur privat.
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni fuq dawn il-listi u għall-ħruġ ta’ ċertifikati minn korp ta’ ċertifikazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39(1) u (2)(a) sa (d) u (h), l-Artikoli 40, l-Artikolu 41(1), (4) u (5), l-Artikolu 42(1)(a) sa (i), (2) u (3) u 43 u, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 44.
L-Istati Membri għandhom ukoll jadattawhom għall-Artikolu 41(2) u l-Artikolu 42(2) fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ppreżentati minn operaturi ekonomiċi li jagħmlu parti minn xi grupp u jkunu qegħdin jitolbu riżorsi mqiegħda għad-disposizzjoni tagħhom milll-kumpanniji l-oħra fil-grupp. F’każ bħal dan, dawn l-operaturi għandhom juru lill-awtorità li tistabblixxi l-lista uffiċjali li huma se jkollhom dawn ir-riżorsi għad-disposizzjoni tagħhom tul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat li jixhed li huma rreġistrati fil-lista uffiċjali u li matul l-istess perjodu dawn il-kumpanniji jkomplu jwettqu fis-sħiħ il-ħtiġijiet ta’ għażla kwalitativa stipulati fl-Artikoli msemmija fit-tieni subparagrafu li fuqu joqogħdu l-operaturi għar-reġistrazzjoni tagħhom.
L-informazzjoni li tista’ tiġi inferita minn reġistrazzjoni f’listi uffiċjali jew ċertifikazzjoni ma tistax tiġi ddubitata mingħajr ġustifikazzjoni. Fir-rigward tal-ħlas ta’ kuntribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali u taxxi, ċertifikat addizzjonali jista’ jkun mitlub minn kull operatur ekonomiku reġistrat kull meta jkun offrut kuntratt.
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti ta’ Stati Membri oħra għandhom japplikaw il-paragrafu 3 u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biss għall-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-Istat Membru li jkun qed iżomm il-lista uffiċjali.
Għal kull reġistrazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi ta’ Stati Membri oħra f’lista uffiċjali jew għaċ-ċertifikazzjoni tagħhom mill-korpi msemmija fil-paragrafu 1, m’hemmx ħtieġa ta’ aktar xiehda jew stqarrijiet għajr dawk mitluba mingħand operaturi ekonomiċi nazzjonali u, fi kull każ, dawk biss li saret disposizzjoni għalihom fl-Artikoli 39 sa 43 u, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 44.
Madanakollu, operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra ma jistgħux ikunu obbligati jidħlu għal reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni bħal dawn sabiex jipparteċipaw f’kuntratt. L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti maħruġa minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Huma għandhom ukoll jaċċettaw mezzi ta’ prova oħra ekwivalenti.
Taqsima 3
Għoti tal-kuntratt
Artikolu 47
Kriterji għall-għoti tal-kuntratti
Bla ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali relatati mar-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti tal-kuntratti fuq:
meta l-għoti jsir lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża fil-fehma tal-awtorità/entità kontraenti, diversi kriterji marbuta mas-suġġett tal-kuntratt ikkonċernat: pereżempju, il-kwalità, il-prezz, il-valur tekniku, il-karatteristiċi funzjonali, il-karatteristiċi ambjentali, l-ispiża tal-użu, l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja, l-effettività f’sens ta’ nefqa, is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data tal-kunsinna u l-perjodu ta’ żmien għall-kunsinna jew l-eżekuzzjoni, l-interoperabbiltà u l-karatteristici operazzjonali; jew
il-kriterju tal-prezz l-aktar baxx biss.
Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, fil-każ previst fil-paragrafu 1 a), l-awtorità/entità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (avviżi tal-kuntratti, dokumenti tal-kuntratti, dokumenti deskrittivi jew dokumenti kumplimentari), l-ippeżar relattiv li hija tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula biex tiġi ddeterminata l-offerta l-aktar vantaġġjuża mill-aspett ekonomiku.
L-ippeżar jista’ jiġi espress billi tingħata firxa b’estensjoni massima adegwata.
Fejn, skont l-avviż tal-awtorità/entità kontraenti, l-ippeżar mhux possibbli minħabba raġunijiet li jistgħu jintwerew, hija għandha tindika fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (avviżi tal-kuntratti, dokumenti tal-kuntratti, dokumenti deskrittivi jew dokumenti kumplimentari), il-kriterji f’ordni dekrexxenti tal-importanza.
Artikolu 48
Użu ta’ rkantijiet elettroniċi
Fi proċeduri ristretti jew negozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li l-għoti ta’ kuntratt għandu jiġi preċedut minn irkant elettroniku meta l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jistgħu jkunu stabbiliti bi preċiżjoni.
Fl-istess ċirkostanzi, irkant elettroniku jista’ jsir meta terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-partijiet fi ftehim qafas kif previst fit-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(4).
L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat:
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jiddeċiedu li jorganizzaw irkant elettroniku għandhom jiddikarjaw dak il-fatt fl-avviż tal-kuntratt.
Id-dokumenti tal-kuntratt għandhom jinkludu, inter alia, id-dettalji li ġejjin:
il-fatturi, il-valuri li għalihom se jkun is-suġġett tal-irkant elettroniku, sakemm fatturi bħal dawn ikunu kwantifikabbli u jistgħu jkunu espressi f’ċifri jew f’persentaġġi;
kwaluknwe limitazzjonijiet fuq il-valuri li jistgħu jkunu sottomessi, kif jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet li jirrelataw mas-suġġett tal-kuntratt;
it-tagħrif li għandu jsir disponibbli lill-persuni kollha li jagħmlu l-offerti matul l-irkant elettroniku u, fejn ikun xieraq, meta jsir disponibbli lilhom;
it-tagħrif rilevanti rigward il-proċess ta’ rkant elettroniku;
il-kondizzjonijiet li bihom min hu interessat jista’ jixħet offerta u, partikolarment, id-differenzi minimi li, fejn xieraq, ikunu meħtieġa meta ssir l-offerta;
it-taghrif rilevanti rigward it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni.
Qabel jipproċedu b’irkant elettroniku, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jagħmlu evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti skont il-kriterju/kriterji tal-għotja tal-kuntratt stipulati u mal-ippeżar iffissat għalihom.
Dawk kollha li jkunu issottomettew offerti ammissibli għandhom ikunu mistiedna fl-istess żmien b’mezzi elettroniċi biex jissottomettu prezzijiet ġodda u/jew valuri ġodda; l-istedina għandu jkollha informazzjoni rilevanti li tikkonċerna konnessjoni individwali mal-apparat elettroniku li jkun qed jiġi użat u għandha issemmi d-data u l-ħin tal-bidu tal-irkant elettroniku. L-irkant elettroniku jista’ jseħħ f’numru ta’ fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma jistax jibda aktar kmieni minn jumejn ta’ xogħol wara d-data li fiha l-istediniet ikunu ntbagħtu.
Meta l-kuntratt ikun ser jingħata fuq il-bażi tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, l-istedina għandha tingħata flimkien mar-riżultat ta’ evalwazzjoni sħiħa ta’ min ikun xeħet l-offerta rilevanti, imwettqa skont l-ippeżar stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(2).
L-istedina għandha ssemmi wkoll il-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku biex jiġu determinati rankijiet ġodda awtomatiċi fuq il-bażi tal-prezzijiet ġodda u/jew valuri ġodda ppreżentati. Dik il-formula għandha tinkorpora l-ippeżar tal-kriterji kollha ffissati biex tiġi determinata l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, kif indikat fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet; għal dak il-għan, kull medda ta’ valuri, madanakollu, għandha tkun imnaqqsa minn qabel għal valur speċifikat.
Fejn ikunu awtorizzati varjanti, għandha tiġi provduta formula separata għal kull varjant.
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jagħlqu rkant elettroniku b’manjiera jew oħra minn dawn li ġejjin:
skont id-data u l-ħin iffissati bil-quddiem, kif indikat fl-istedina biex jieħdu parti fl-irkant;
meta ma jirċevux aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jissodisfaw il-ħtiġijiet rigward differenzi minimi. F’dak il-każ l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom isemmu fl-istedina għall-parteċipazzjoni fl-irkant iż-żmien li huma jippermettu li jgħaddi wara li jkunu rċevew l-aħħar sottomissjoni qabel l-egħluq tal-irkant elettroniku;
meta n-numru ta’ fażijiet fl-irkant, iffissat fl-istedina biex jieħdu parti fl-irkant, ikun spiċċa.
Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunu iddeċidew li jagħlqu xi rkant elettroniku skont il-punt (c), possibilment flimkien mal-arranġamenti mniżżlin fil-punt (b), l-istedina biex wieħed jieħu sehem fl-irkant għandha tindika l-kalendarju għal kull fażi tal-irkant.
Wara li jagħlqu rkant elettroniku l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jagħtu l-kuntratt taħt l-Artikolu 47 fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku.
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti ma jistgħux ikollhom rikors mhux xieraq għal irkantijiet elettroniċi u lanqas ma jistgħu jużawhom b’mod li jimpedixxu, jirestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni jew li jbiddlu l-kontentut suġġettiv tal-kuntratt, kif imqiegħed għal offerta fl-avviz tal-kuntratt ippubblikat u definit fid-dokumenti tal-kuntratt.
Artikolu 49
Offerti anormalment baxxi
Jekk, għal kuntratt determinat, xi offerti jidhru anormalment baxxi meta mqabbla mal-provvisti, l-awtorità/entità kontraenti, qabel ma tkun tista’ tirrifjuta dawn l-offerti, għandha titlob, bil-miktub, id-dettalji rigward l-elementi li jiffurmaw l-offerta li hija tqis rilevanti.
Dawn id-dettalji jistgħu jikkonċernaw partikolarment:
l-ekonomija tal-proċess ta’ kostruzzjoni, tal-proċess ta’ manifattura tal-prodotti jew tal-provvisti tas-servizzi;
is-soluzzjonijiet tekniċi adottati u/jew il-kondizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli li għandu l-offerent biex iwettaq ix-xogħlijiet, biex jipprovdi l-prodotti jew is-servizzi;
l-oriġinalità tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi proposti mill-offerent;
il-konformità mad-dispożizzjonijiet rigward il-protezzjoni tal-impjiegi u l-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn ser jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista;
il-possibbiltà tal-għoti ta’ għajnuna Statali lill-offerent.
TITOLU III
REGOLI APPLIKABBLI GĦAS-SUBKUNTRATTAR
KAPITOLU I
Subkuntratti mogħtija minn offerenti li ngħataw kuntratt u li ma jkunux awtoritajiet/entitajiet kontraenti
Artikolu 50
Kamp ta’ applikazzjoni
Għal għanijiet tal-ewwel paragrafu, gruppi ta’ intrapriżi li jkunu ġew iffurmati biex jiksbu l-kuntratt jew intrapriżi relatati magħhom m’għandhomx ikunu meqjusa bħala partijiet terzi.
L-offerent għandu jinkludi lista sħiħa ta’ impriżi bħal dawn fit-tressiq tal-offerta tiegħu. Il-lista għandha tkun aġġornata wara li jkun sar kwalunkwe tibdil fir-relazzjoni bejn l-impriżi.
Artikolu 51
Prinċipji
L-offerent li ngħata l-kuntratt għandu jaġixxi b’mod trasparenti u jitratta s-subkuntratturi kollha possibbli b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni.
Artikolu 52
Limiti minimi u regoli dwar ir-reklamar
L-avviżi fuq is-subkuntratti għandu jkollhom it-tagħrif imsemmi fl-Anness V u kull tagħrif ieħor meqjus utli mill-offerent li jingħata kuntratt, jekk meħtieġ bl-approvazzjoni tal-awtorità/entità kontraenti.
L-avviżi dwar is-subkuntratti għandhom ikunu miktuba skont il-forma standard adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 67(2).
L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li offerent li jingħata kuntratt jista’ jissodisfa r-rekwiżiti tas-subkuntrattar stabbiliti fl-Artikolu 21(3) jew (4) billi jingħataw subkuntratti abbażi ta’ ftehim qafas iffinalizzat mir-regoli li ġejjin stipulati fl-Artikoli 51 u 53 u fil-pragrafi (1) sa (5) tal-Artikolu preżenti.
Is-subkuntratti bbażati fuq ftehim qafas bħal dan għandu jingħata fi ħdan il-limiti tat-termini stabbiliti fil-ftehim qafas. Dawn jistgħu jingħataw biss lil operaturi ekonomiċi li oriġinarjament kienu parti għall-ftehim qafas. Meta jingħataw il-kuntratti, il-partijiet għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jipproponu termini konsistenti ma’ dawk tal-ftehim qafas.
It-terminu tal-ftehim qafas ma jistax ikun itwal minn seba’ snin, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali determinati billi jitqiesu t-tul tas-servizz mistenni ta’ kull oġġett, installazzjoni jew sistema mwassla, u d-diffikultajiet tekniċi li bidla fil-fornitur tista’ toħloq.
L-istrumenti ta’ ftehim qafas ma jistgħux jintużaw b’mod mhux korrett jew b’mod li l-kompetizzjoni tiġi evitata, ristretta jew distorta.
Artikolu 53
Il-kriterji għall-għażla kwalitattiva tas-subkuntratturi
Fl-avviż għas-subkuntratt, l-offerent li jingħata l-kuntratt għandu jindika l-kriterji għal għażla kwalitattiva preskritti mill-awtorità/entità kontraenti kif ukoll kull kriterji oħra li se japplika għall-għażla kwalitattiva tas-subkuntratturi. Dawn il-kriterji kollha għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u konsistenti mal-kriterji applikati mill-awtorità/entità kontraenti għall-għażla tal-offerenti għall-kuntratt prinċipali. Il-kapaċitajiet meħtieġa jridu jkunu direttament relatati mas-suġġett tas-subkuntratt, u l-livelli ta’ abbiltà meħtieġa għandhom ikunu proporzjonati miegħu.
L-offerent m’għandux ikun meħtieġ jissubkuntratta jekk jikkonvinċi lill-awtorità/entità kontraenti li ħadd mis-subkuntratturi li pparteċipaw fil-kompetizzjoni jew il-proposti tagħhom ma jista’ jilħaq il-kriterji indikati fl-avviż ta’ subkuntrattar u b’hekk l-offerent li ngħata l-kuntratt ma jkunx jista’ jirrispetta r-rekwiżiti stipulati fil-kuntratt prinċipali.
KAPITOLU II
Subkuntratti mogħtija minn offerenti li ngħataw kuntratt u li jkunu awtoritajiet/entitajiet kontraenti
Artikolu 54
Regoli applikabbli
Meta l-offerenti li ngħataw kuntratt jkunu awtoritajiet/entitajiet kontraenti, huma għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratti ewlenin stabbiliti fit-Titoli I u II meta dawn jingħataw subkuntratti.
TITOLU IV
REGOLI APPLIKABBLI GĦAR-REVIŻJONIJIET
Artikolu 55
Ambitu u disponibbiltà tal-proċeduri ta’ reviżjoni
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuna kkonċernata l-ewwel titlob reviżjoni mill-awtorità entità kontraenti. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sottomissjoni ta’ tali applikazzjoni għal reviżjoni tirriżulta fis-sospensjoni immedjata tal-possibbiltà ta’ konklużjoni tal-kuntratt.
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-mezzi adatti ta’ komunikazzjoni, inklużi l-faks jew mezzi elettroniċi, li għandhom jintużaw għall-applikazzjoni għal reviżjoni kif stipulat fl-ewwel subparagrafu.
Is-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex tintemm qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità/l-entità kontraenti tkun bagħtet tweġiba jekk jintużaw faks jew mezzi elettroniċi, jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba, jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li t-tweġiba tkun waslet.
Artikolu 56
Rekwiżiti għall-proċeduri ta’ reviżjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda fir-rigward tal-proċeduri ta’ reviżjoni speċifikati fl-Artikolu 55 jinkludu dispożizzjoni għas-setgħat li: jew
li jieħu, mal-ewwel opportunità u bħala proċeduri interlokutorji, miżuri interim bl-iskop li jiġi kkoreġut il-ksur allegat jew li jiġi pprevenut dannu ulterjuri għall-interessi kkonċernati, inklużi miżuri għas-sospensjoni jew sabiex tiġi assigurata s-sospensjoni tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt jew l-implimentazzjoni ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-awtorità/entità kontraenti, kif ukoll jitwarbu jew jiġi żgurat it-twarrib ta’ deċiżjonijiet meħuda illegalment, inkluża t-tneħħija ta’ speċifikazzjonijiet diskriminatorji tekniċi, ekonomiċi jew finanzjarji fis-sejħa għall-offerti, fid-dokumenti tal-kuntratt jew fi kwalunkwe dokument ieħor relatat mal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt ikkonċernat; jew
sabiex jieħdu, mal-ewwel opportunità, jekk possibbli permezz ta’ proċeduri interlokutorji u jekk meħtieġ permezz ta’ proċedura finali dwar is-sustanza, miżuri għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b) bl-iskop li jiġi kkoreġut kull ksur identifikat u li jiġi pprevenut dannu għall-interessi konċernati; b’ mod partikolari, li ssir ordni għall-ħlas ta’ somma partikolari f’każijiet meta l-ksur ma jkunx ġie kkoreġut jew evitat;
Fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq, is-setgħat previsti għandhom jinkludu s-setgħa li jingħata kumpens għad-danni lil persuni milquta ħażin mill-ksur.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni għandhom iqisu l-konsegwenzi probabbli tal-miżuri intermedjarji fl-interessi ta’ dawk kollha li jistgħu jsofru dannu, kif ukoll fl-interess pubbliku, b’mod partikulari l-interessi ta’ difiża u/jew sigurta’, u jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux dawn il-miżuri meta l-konsegwenzi negattivi tagħhom jistgħu jkunu akbar mill-benefiċċji tagħhom.
Deċiżjoni li ma jingħatawx miżuri interim m’għandha tippreġudika l-ebda pretensjoni oħra tal-persuna li tkun qed titlob tali miżuri.
Ħlief fejn previst fl-Artikoli 60 sa 62, l-effetti tal-eżerċizzju tas-setgħat msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fuq kuntratt konkluż wara li jkun ingħata għandhom ikunu stabbiliti mil-liġi nazzjonali.
Barra minn hekk, ħlief f’każ fejn deċiżjoni jkollha tiġi mwarrba qabel l-għoti tad-danni, Stat Membru jista’ jipprovdi li, wara l-konklużjoni ta’ kuntratt taħt l-Artikolu 55(6), paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikoli 57 sa 62, is-setgħat tal-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni għandhom ikunu limitati għall-ħlas tad-danni lil kull persuna li tkun sofriet danni minħabba ksur tal-liġi.
Fejn il-korpi responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni ma jkunux ta’ natura ġudizzjarja, għandhom dejjem jingħataw raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, f’dan il-każ, għandha ssir disposizzjoni sabiex tiggarantixxi l-proċeduri li bihom kull miżura allegatament illegali li tkun ittieħdet mill-entità tar-reviżjoni jew kull difett allegat fl-eżerċizzju tal-poteri mogħtija lilha tista’ tkun is-suġġett ta’ reviżjoni ġudizzjarja jew reviżjoni minn entità oħra li hija qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 234 tat-Trattat u li tkun indipendenti kemm mill-awtorità/entità kontraenti u l-entità tar-reviżjoni.
Il-membri ta’ tali korp indipendenti għandhom jiġu maħtura u jħallu l-kariga tagħhom skont l-istess kondizzjonijiet tal-membri tal-ġudikatura f’dak li għandu x’jaqsam mal-awtorità responsabbli mill-ħatra tagħhom, il-perjodu tagħhom fil-kariga, u t-tneħħija tagħhom. Tal-anqas il-President ta’ dan il-korp indipendenti għandu jkollu l-istess kwalifiki legali u professjonali bħall-membri tal-ġudikatura. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-entità indipendenti għandhom, b’mezzi determinati minn kull Stat Membru, ikunu jorbtu legalment.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi responsabbli għar-reviżjoni jiggarantixxu livell adegwat ta’ kunfidenzjalità tat-tagħrif ikklassifikat jew ta’ tagħrif ieħor li jinsab fil-fajls trażmessi mill-partijiet, u jaġixxu konformement mal-interessi tad-difiża u/jew tas-sigurtà tul il-proċedura kollha.
Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li korp speċifiku jkollu l-ġurisdizzjoni unika għar-reviżjoni tal-kuntratti fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà.
F’kull każ, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li jkunu membri biss ta’ korpi ta’ reviżjoni awtorizzati personalment, li jkollhom x’jaqsmu ma’ tagħrif ikklassifikat jistgħu jeżaminaw l-applikazzjonijiet għal reviżjoni li tinvolvi dan it-tagħrif. Dawn jistgħu jimponu miżuri speċifiċi ta’ sigurtà rigward ir-reġistrazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal reviżjoni, il-kisba ta’ dokumenti u l-ħażna tal-fajls.
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif il-korpi ta’ reviżjoni għandhom jirrikonċiljaw il-kunfidenzjalità ta’ tagħrif ikklassifikat mad-drittijiet tad-difiża, u fil-każ ta’ reviżjoni ġudizzjarja jew ta’ reviżjoni minn entità f’qorti jew fi tribunal fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 234 tat-Trattat, għadhom jagħmlu dan b’tali mod li l-proċedura tikkonforma, bħal tali, mad-dritt ta’ ġuri ġust.
Artikolu 57
Perjodu sospensiv
Kuntratt ma jistax jiġi konkluż wara deċiżjoni li jingħata kuntratt li jaqa’ fl-ambitu ta’ din id-Direttiva qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba lill-offerenti u kandidati konċernati jekk jintużaw il-fax jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba lill-offerenti u kandidati konċernati jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data meta tkun waslet tweġiba dwar id-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt.
L-offerent għandu jitqies li jkun ikkonċernat sakemm ma jkunx definittivament eskluż. Esklużjoni hija definittiva jekk tiġi notifikata lill-offerenti konċernati u jew tkun meqjusa leċita minn korp ta’ reviżjoni indipendenti jew ma tistax tkun suġġetta għal proċedura ta’ reviżjoni.
Il-kandidati għandhom jitqiesu li jkunu kkonċernati jekk l-awtorità/entità kontraenti ma tkunx għamlet disponibbli informazzjoni dwar ir-rifjut tal-applikazzjoni tagħhom qabel in-notifika tad-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt lill-offerenti kkonċernati.
Il-komunikazzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti lill-offerent ikkonċernat għandha tkun akkumpanjata b’dan li ġej:
Artikolu 58
Derogi mill-perjodu sospensiv
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-perjodi msemmija fl-Artikolu 57(2) ma japplikawx fil-każijiet li ġejjin:
jekk din id-Direttiva ma tirrikjedix pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
jekk l-uniku offerent ikkonċernat fis-sens tal-Artikolu 57(2) huwa dak li ngħata l-kuntratt u ma hemmx kandidati kkonċernati oħra;
fil-każ ta’ kuntratt ibbażat fuq ftehim qafas kif stilpulat fl-Artikolu 29.
Jekk tkun invokata din id-deroga, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratt ikun ineffettiv konformement mal-Artikoli 60 sa 62 meta:
Artikolu 59
Limiti taż-żmien għall-applikazzjoni għar-reviżjoni
Fejn Stat Membru jistipula li kwalunkwe applikazzjoni għar-reviżjoni ta’ deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti meħuda fil-kuntest ta’, jew marbuta ma’, proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt li tinsab fl-ambitu ta’ din id-Direttiva għandha ssir qabel ma jiskadi perjodu speċifikat, dan il-perjodu għandu jkun ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji mill-ġurnata wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti tkun intbagħtet lill-offerent jew lill-kandidat jekk jintuża l-fax jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, dan il-perjodu għandu jkun jew ta’ mill-inqas ħmistax-il ġurnata kalendarja mill-ġurnata wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti ntbagħtet lill-offerenti jew lill-kandidat jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji mill-ġurnata wara d-data tal-wasla tad-deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti. Il-komunikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti lil kull offerenti jew lil kull kandidat għandha tkun akkumpanjata minn sommarju tar-raġunijiet rilevanti. Fil-każ ta’ applikazzjoni għal reviżjoni dwar deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 56(1)(b) li mhumiex suġġetti għal notifika speċifika, il-perjodu ta’ żmien għandu jkun ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kkonċernata.
Artikolu 60
Ineffettività
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratt ikun meqjus bħala ineffettiv minn korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità/entità kontraenti jew li l-ineffettività tiegħu hija r-riżultat ta’ deċiżjoni ta’ tali korp ta’ reviżjoni f’xi wieħed mill-każi li ġejjin:
jekk l-awtorità/entità kontraenti tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma dan kien permess skont din id-Direttiva;
f’każ ta’ ksur tal-Artikolu 55(6), l-Artikolu 56(3) jew l-Artikolu 57(2), jekk dan il-ksur ikun kontra d-dritt tal-offerent li japplika għal reviżjoni tal-possibbiltà li jirrikorri għal rimedji pre-kuntrattwali f’każ li ksur ta’ dan it-tip ikun magħqud ma’ ksur ieħor tat-Titoli I jew II, jekk dan il-ksur affettwa l-possibiltajiet tal-offerent li japplika għal reviżjoni biex jikseb il-kuntratt;
f’każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(c), jekk l-Istati Membri invokaw id-deroga mill-perjodu sospensiv għal kuntratti bbażati fuq ftehim qafas.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità/entità kontraenti ma jistax jikkunsidra kuntratt ineffettiv, minkejja li jkun ingħata illegalment fuq ir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jekk il-korp ta’ reviżjoni jsib, wara li jkun eżamina l-aspetti rilevanti kollha, li raġunijiet prevalenti relatati ma’ interess ġenerali, l-ewwel u qabel kollox f’rabta mal-interessi tad-difiża u/jew tas-sigurtà, jirrikjedu li jinżammu l-effetti tal-kuntratt.
L-interessi ekonomiċi fl-effettività tal-kuntratt jistgħu jitqiesu biss bħala raġunijiet dominanti relatati ma’ interess ġenerali fi ħdan it-tifsira tal-ewwel subparagrafu, jekk l-ineffettività twassal għal konsegwenzi sproporzjonati.
Madankollu, l-interessi ekonomiċi direttament marbuta mal-kuntratt ikkonċernat ma għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet dominanti marbuta ma’ interess ġenerali fi ħdan it-tifsira tal-ewwel subparagrafu. Interessi ekonomiċi direttament marbuta mal-kuntratt jinkludu, inter alia, l-ispejjeż li jirriżultaw mid-dewmien fit-twettiq tal-kuntratt, l-ispejjeż li jirriżultaw mit-tnedija ta’ proċedura ta’ xiri ġdida, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-bidla tal-operatur ekonomiku li jwettaq il-kuntratt u l-ispejjeż tal-obbligi legali li jirriżultaw mill-ineffettività.
F’kull każ, kuntratt jista’ ma jitqiesx ineffettiv jekk il-konsegwenzi ta’ din l-ineffettività tipperikola serjament l-eżistenza ta’ programm usa’ ta’ difiża jew sigurtà li jkun essenzjali għall-interessi tas-sigurtà tal-Istat Membru.
Fil-każijiet kollha msemmija, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali alternattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 61(2), li għandhom japplikaw minflok.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-paragrafu 1(a) m’għandux japplika, jekk:
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-paragrafu 1(c) m’għandux japplika, jekk:
Artikolu 61
Ksur ta’ dan it-Titolu u penali alternattivi
Il-penali alternattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. Il-penali alternattivi għandhom ikunu:
L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-korp ta’ reviżjoni diskrezzjoni wiesgħa biex jieħu kont tal-fatturi rilevanti kollha, inkluża s-serjetà tal-ksur, l-imġieba tal-awtorità/entità kontraenti u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 60(2), sa meta l-kuntratt jibqa’ fis-seħħ.
L-għoti tad-danni ma jikkostitwixxix penali xierqa għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 62
Limiti ta’ żmien
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-applikazzjoni għal reviżjoni taħt l-Artikolu 60(1) għandha ssir:
qabel l-iskadenza ta’ mill-anqas 30 jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha:
fi kwalunkwe każ, qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-anqas 6 xhur b’effett mill-jum wara d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt.
Artikolu 63
Mekkaniżmu korrettiv
Fi żmien 21 jum kalendarju minn meta jkun irċieva n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni:
il-konferma tiegħu li l-ksur ma għadux isir;
sottomissjoni raġunata li tispjega għaliex ma saret l-ebda korrezzjoni; jew
notifika dwar il-fatt li l-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt ġiet sospiża jew mill-awtorità/entità kontraenti fuq l-inizjattiva proprja tagħha jew abbażi tal-poteri speċifikati fl-Artikolu 56(1)(a).
Artikolu 64
Kontenut ta’ avviż għal trasparenza ex-ante volontarja
In-notifika msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 60(4), li l-format tagħha għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura konsultorja msemmija fl-Artikolu 67(2), għandha tinkludi din l-informazzjoni:
l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità/entità kontraenti;
deskrizzjoni tas-suġġett tal-kuntratt;
ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti li tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
l-isem u l-kuntatti tal-operatur ekonomiku li favur tiegħu ttieħdet deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt; kif ukoll
fejn xieraq, kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa bħala meħtieġa mill-awtorità/entità kontraenti.
TITOLU III
OBBLIGI STATISTIĊI, SETGĦAT EŻEKUTORJI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 65
Obbligi statistiċi
Sabiex jippremettu l-evalwazzjoni tar-riżultat tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapport statistiku, imfassal konformement mal-Artikolu 66, li jindirizza l-kuntratti mogħtija matul is-sena preċedenti mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena.
Artikolu 66
Kontenut tar-rapport statistiku
Ir-rapport statistiku għandu jispeċifika l-għadd u l-valur tal-kuntratti mogħtija, minn Stat Membru jew pajjiż terz tal-offerent li jkun ingħata l-kuntratt. Għandu jikkonċerna, b’mod separat, il-kuntratti ta’ provvisti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet.
Id-dejta msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinqasam mill-proċeduri użati u speċifikati, għal kull waħda minn dawn il-proċeduri, fornimenti, servizzi u xogħlijiet identifikati mill-grupp tan-nomenklatura tas-CPV.
Meta l-kuntratti jkunu ġew konklużi permezz tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, id-dejta msemmija fl-ewwel u fit-tieni paragrafu għandha wkoll titqassam skont iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 28.
Il-kontenut tar-rapport statistiku għandu jiġi stabbilit skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 67.
Artikolu 66a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 66b
Proċedura ta’ urġenza
Artikolu 67
Proċedura tal-Kumitat
▼M7 —————
Artikolu 68
Reviżjoni tal-limiti minimi
Meta ssir ir-reviżjoni tal-limiti minimi fid-Direttiva 2004/17/KE, imsemmija fl-Artikolu 78 tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrivedi wkoll il-limiti minimi previsti fl-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva, billi tallinja:
il-limitu previst fl-Artikolu 8(a) ta’ din id-Direttiva, rigward il-limitu rivedut previst fl-Artikolu 16(a), tad-Direttiva 2004/17/KE;
il-limitu previst fl-Artikolu 8(b) ta’ din id-Direttiva, rigward il-limitu rivedut previst fl-Artikolu 16(b), tad-Direttiva 2004/17/KE.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 66a li jemendaw il-limiti stabbiliti previsti fl-ewwel subparagrafu.
Meta jkun meħtieġ li jiġu riveduti l-limiti stabbiliti previsti fl-ewwel subparagrafu, filwaqt li l-limitazzjonijiet taż-żmien jipprevjenu l-użu tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 66a u, għalhekk, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 66b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.
Artikolu 69
Emendi
Il-Kummissjoni tista’ temenda, konformement mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 67(2):
il-proċeduri għat-tfassil, it-traż + missjoni, ir-riċeviment, it-traduzzjoni, il-ġbir u d-distribuzzjoni tal-avviżi msemmija fl-Artikolu 30 kif ukoll ir-rapporti statistiċi previsti fl-Artikolu 65;
il-proċeduri għat-trażmissjoni u l-pubblikazzjoni tad-data msemmija fl-Anness VI, għal raġunijiet relatati mal-progress tekniku jew għal raġunijiet amministrattivi;
il-lista tar-reġistri, tad-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati stipulati fl-Anness VII, meta abbażi tan-notifiki mill-Istati Membri, dan jidher meħtieġ.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 66a li jemendaw:
in-numri ta’ referenza għan-nomenklatura CPV stabbiliti fl-Annessi I u II, sa fejn dan ma jbiddilx il-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ din id-Direttiva, u l-proċeduri għal referenza fl-avviżi għal intestaturi partikolari fin-nomenklatura CPV fi ħdan il-kategoriji ta’ servizzi elenkati f’dawk l-Annessi;
id-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir għar-riċeviment elettroniku msemmija fil-punti (a), (f) u (g) tal-Anness VIII.
Artikolu 70
Emendament tad-Direttiva 2004/17/KE
Id-Direttiva 2004/17/KE għandha tiġi emendata kif ġej: Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 22a
Kuntratti fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti li għalihom tapplika d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà ( *1 ), lanqas għall-kuntratti li għalihom dik id-Direttiva ma tapplikax taħt l-Artikoli 8, 12 u 13 tagħha.
Artikolu 71
Emendament tad-Direttiva 2004/18/KE
Id-Direttiva 2004/18/KE hija b’dan emendata kif ġej: L-Artikolu 10 huwa mibdul kif ġej:
“Artikolu 10
Kuntratti fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà
Suġġett għall-Artikolu 296 tat-Trattat, din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti pubbliċi mogħtija fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà bl-eċċezzjoni ta’ kuntratti li għalihom tapplika d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà ( *2 ).
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti li għalihom id-Direttiva 2009/81/KE ma tapplikax taħt l-Artikoli 8, 12 u 13 tagħha.
Artikolu 72
Traspożizzjoni
Sal-21 ta’ Awwissu 2011, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 73
Reviżjoni u rappurtar
Artikolu 74
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 75
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Servizzi msemmija fl-artikoli 2 u 15
Numru tal-Kategorija |
Suġġett |
Numru ta’ referenza CPV |
1 |
Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija |
50000000-5, minn 50100000-6 sa 50884000-5 (ħlief minn 50310000-1 sa 50324200-4 u 50116510-9, 50190000-3, 50229000-6, 50243000-0) u minn 51000000-9 sa 51900000-1 |
2 |
Servizzi relatati mal-għajnuna militari barranija |
75211300-1 |
3 |
Servizzi ta’ diviża, servizzi ta’ difiża militari u servizzi ta’ difiża ċivili |
75220000-4, 75221000-1, 75222000-8 |
4 |
Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà. |
Minn 79700000-1 sa 79720000-7 |
5 |
Servizzi ta’ trasport fuq l-art |
60000000-8, minn 60100000-9 sa 60183000-4 (ħlief 60160000-7, 60161000-4), u minn 64120000-3 sa 64121200-2: |
6 |
Servizzi ta’ tat-trasport bl-ajru: trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija, bl-esklużjoni tat-trasport tal-posta |
60400000-2, minn 60410000-5 sa 60424120-3 (ħlief 60411000-2, 60421000-5), minn 60440000-4 sa 60445000-9 u 60500000-3 |
7 |
Trasport tal-posta fuq l-art u bl-ajru |
60160000-7, 60161000-4, 60411000-2, 60421000-5 |
8 |
Servizzi ta’ transport ferrovjarju |
Minn 60200000-0 sa 60220000-6 |
9 |
Servizzi ta’ transport fuq l-ilma |
Minn 60600000-4 sa 60653000-0, u minn 63727000-1 sa 63727200-3 |
10 |
Servizzi ta’ transport ta’ appoġġ u awżiljarji |
Minn 63100000-0 sa 63111000-0, minn 63120000-6 sa 63121100-4, 63122000-0, 63512000-1 u minn 63520000-0 sa 6370000-6 |
11 |
Servizzi ta’ telekomunikazzjoni |
Minn 64200000-8 sa 64228200-2, 72318000-7, u minn 72700000-7 sa 72720000-3 |
12 |
Servizzi finanzjarji: servizzi ta’ assigurazzjoni |
Minn 66500000-5 sa 66720000-3 |
13 |
Servizzi tal-informatika u servizzi relatati |
Minn 50310000-1 sa 50324200-4, minn 72000000-5 sa 72920000-5 (ħlief 72318000-7 u minn 72700000-7 sa 72720000-3), 79342410-4, 9342410-4 |
14 |
Servizzi ta’ riċerka u żvilupp (1) u testijiet ta’ evalwazzjoni |
Minn 73000000-2 sa 73436000-7 |
15 |
Servizzi ta’ kontabbiltà, verifika u żamma tal-kotba |
Minn 79210000-9 sa 79212500-8 |
16 |
Servizzi ta’ konsulenza fl-amministrazzjoni (2) u servizzi relatati |
Minn 73200000-4 sa 73220000-0, minn 79400000-8 sa 79421200-3 u 79342000-3, 79342100-4, 79342300-6, 79342320-2, 79342321-9, 79910000-6, 79991000-7 98362000-8 |
17 |
Servizzi ta’ arkitettura; servizzi ta’ inġinerija u servizzi integrati ta’ inġinerija; servizzi ta’ żvilupp urban u ta’ inġinerija tal-pajsaġġ; servizzi relatati ta’ konsultazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi; servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi |
Minn 71000000-8 sa 71900000-7 (ħlief 71550000-8) u 79994000-8 |
18 |
Servizzi ta’ tindif tal-bini u servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetajiet |
Minn 70300000-4 sa 70340000-6, u minn 90900000-6 sa 90924000-0 |
19 |
Servizzi ta’ tindif tat-toroq u ta’ ġbir tal-iskart: servizzi ta’ drenaġġ u servizzi simili |
Minn 90400000-1 sa 90743200-9 (ħlief 90712200-3) minn 90910000-9 sa 90920000-2 u 50190000-3, 50229000-6, 50243000-0 |
20 |
Servizzi ta’ taħriġ u simulazzjoni fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà |
80330000-6, 80600000-0, 80610000-3, 80620000-6, 80630000-9, 80640000-2, 80650000-5, 80660000-8 |
(1)
Bl-esklużjoni tas-servizzi ta’ riċerka u żvilupp imsemmija fl-Artikolu 13(j).
(2)
Bl-esklużjoni tas-servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni. |
ANNESS II
Servizzi msemmija fl-artikoli 2 u 16
Nurmu tal-Kategorija |
Suġġett |
Numru ta’ Referenza CPV |
21 |
Servizzi ta’ lukandi u ristoranti |
Minn 55100000-1 sa 55524000-9, u minn 98340000-8 sa 98341100-6 |
22 |
Servizzi ta’ transport ta’ appoġġ u awżiljarji |
Minn 63000000-9 sa 63734000-3 (ħlief 63711200-8, 63712700-0, 63712710-3), minn 63727000-1 sa 63727200-3 u 98361000-1 |
23 |
Servizzi legali |
Minn 79100000-5 sa 79140000-7 |
24 |
Servizzi ta’ pjazzar ta’ impjegati u provvista (1) |
Minn 79600000-0 sa 79635000-4 (ħlief 79611000-0, 79632000-3, 79633000-0), u minn 98500000-8 sa 98514000-9 |
25 |
Servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali |
79611000-0 u minn 85000000-9 sa 85323000-9 (ħlief 85321000-5 u 85322000-2) |
26 |
Servizzi oħra |
|
(1)
Bl-esklużjoni ta’ kuntratti ta’ impieg. |
ANNESS III
Definizzjoni ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-artikolu 18
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jappikaw:
“speċifikazzjonijiet tekniċi”, fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet: il-preskrizzjonijiet tekniċi kollha li jinsabu notevolement fl-ispeċifikazzjonijiet, li jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ materjal, prodott jew provvista u li jippermettu li dawn jiġu deskritti b’mod li jikkorrispondu għall-użu li għalih huma maħsuba mill-awtorità/entità kontraenti. Dawn il-karatteristiċi għandhom jinkludu l-livelli tal-prestazzjoni ambjentali, il-proġettazzjoni għall-użi kollha (inkluż l-aċċess għall-persuni b’diżabbiltà) u l-evalwazzjoni tal-konformità, l-adegwatezza għall-użu, is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, inklużi l-proċeduri relatati mal-assigurazzjoni tal-kwalità, it-terminoloġija, is-simboli, it-testijiet u l-metodi għat-testijiet, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, kif ukoll il-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni. Dawn għandhom jinkludu wkoll ir-regoli ta’ proġettazzjoni u ta’ kalkolu tax-xogħlijiet, il-kondizzjonijiet ta’ ttestjar, spezzjoni u aċċettazzjoni tax-xogħlijiet, u t-tekniki jew il-metodi ta’ kostruzzjoni u kwalunkwe kondizzjoni oħra ta’ natura teknika li l-awtorità/entità kontraenti hija f’pożizzjoni li tordna, permezz ta’ regolament ġenerali jew partikolari, rigward ix-xogħlijiet lesti rigward il-materjali jew l-elementi li jikkostitwixxu dawn ix-xogħlijiet;
“speċifikazzjoni teknika”, fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvisti jew ta’ servizzi: speċifikazzjoni li tinsab f’dokument li jiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott jew servizz, bħal-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali, it-tfassil għall-użi kollha (inkluż l-aċċess għall-persuni b’diżabbiltà) u l-evalwazzjoni tal-konformità, l-adegwatezza għall-użu, l-użu tal-prodott, is-sigurtà tiegħu jew id-dimensjonijiet tiegħu, inklużi r-rekwiżiti rilevanti għall-prodott fir-rigward tad-denominazzjoni tal-bejgħ, it-terminoloġija, is-simboli, it-testijiet u l-metodi għat-testijiet, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet tal-użu, il-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità;
“standard”: speċifikazzjoni teknika approvata minn korp ta’ standardizzazzjoni rikonoxxut għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li r-rispett tagħha mhux obbligatorju u li taqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:
“standard ta’ difiża”: speċifikazzjoni teknika li r-rispett tagħha mhux obbligatorju u li hija approvata minn korp ta’ standardizzazzjoni speċjalizzat fl-elaborazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għal applikazzjoni repetuta jew kontinwa fl-oqsma tad-difiża;
“approvazzjoni teknika Ewropea”: il-valutazzjoni teknika favorevoli li prodott huwa tajjeb biex jintuża għal għan determinat, minħabba li jissodisfa r-rekwiżiti ewlenin għall-kostruzzjoni, skont il-karatteristiċi intrinsiċi ta’ dan il-prodott u l-kondizzjonijiet stabbiliti ta’ applikazzjoni u użu. L-approvazzjoni teknika Ewropea tingħata minn korp magħżul għal dan il-għan mill-Istat Membru;
“speċifikazzjoni teknika komuni”: speċifikazzjoni teknika żviluppata skont proċedura rikonoxxuta mill-Istati Membri u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
“referenza teknika”: kwalunkwe prodott elaborat mill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, minbarra l-istandards uffiċjali, skont il-proċeduri adattati għall-iżviluppi tal-ħtiġijiet tas-suq.
ANNESS IV
Informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi msemmija fl-Artikolu 30
AVVIŻ LI JĦABBAR IL-PUBBLIKAZZJONI TA’ AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI MINN QABEL FUQ PROFIL TA’ XERREJ
Pajjiż tal-awtorità/entità kontraenti
Isem tal-awtorità kontraenti
Indirizz tal-Internet tal-“profil ta’ xerrej” (URL)
Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV;
AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI MINN QABEL
Isem, indirizz, numru tal-fax, indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità kontraenti u, jekk dawn ikunu differenti, dawk tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni komplementari, skont il-każ u, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet, tas-servizzi, pereżempju, is-sit Internet governattiv rilevanti, minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni rigward il-qafas regolatorju ġenerali li, fil-qasam ta’ fiskalità, ta’ protezzjoni tal-ambjent, ta’ protezzjoni tal-impjiegi u tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, huwa applikabbli fil-post fejn għandu jitwettaq il-kuntratt.
Fejn ikun xieraq. indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt hux ristrett għal workshops protetti, jew jekk it-twettiq tiegħu hux ristrett għall-qafas ta’ programm tax-xogħol protetti.
Għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: natura u estensjoni tax-xogħlijiet, post ta’ eżekuzzjoni; fil-każ fejn ix-xogħol għandu jinqasam f’diversi lottijiet, il-karatteristiċi essenzjali ta’ dawn il-lottijiet b’referenza għax-xogħol; jekk din tkun disponibbli, stima tal-firxa tal-ispiża tax-xogħlijiet previsti; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.
Għall-kuntratti ta’ provvisti: natura u kwantità jew valur tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.
Għall-kuntratti ta’ servizzi: ammont totali previst tax-xiri għal kull kategorija ta’ servizzi li jidhru fl-Anness I, numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.
Dati proviżorjament previsti għat-tnedija tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratt jew ta’ kuntratti, fil-każ tal-kuntratti ta’ servizzi għal kull kategorija.
Skond il-każ, għandu jiġi indikat jekk dan huwiex ftehim qafas.
Skond il-każ, informazzjoni oħra.
Data ta’ meta ntbagħat l-avviż jew ta’ meta ntbagħat l-avviż li jħabbar il-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil tax-xerrej.
AVVIŻ TA’ KUNTRATT
Proċeduri ristretti, proċeduri nnegozjati b’pubblikazzjoni ta’ avviż u djalogi kompetittivi:
Isem, indirizz, numru tat-telefon u fax, indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità kontraenti.
Fejn ikun xieraq. indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt hux ristrett għal workshops protetti, jew jekk it-twettiq tiegħu hux ristrett għall-qafas ta’ programm tax-xogħol protetti.
Proċedura tal-għoti magħżula;
Skond il-każ, ġustifikazzjoni għar-rikors għall-proċedura aċċellerata (f’każ ta’ proċeduri ristretti u nnegozjati);
Skond il-każ, għandu jiġi indikat jekk dan huwiex ftehim qafas;
Skont il-każ, l-organizzazzjoni ta’ rkant elettroniku.
Forma tal-kuntratt.
Post ta’ eżekuzzjoni/twettiq tax-xogħlijiet, post tal-kunsinna tal-prodotti jew lok tal-provvista tas-servizzi.
Kuntratti ta’ xogħlijiet:
Kuntratti ta’ provvisti:
Kuntratti ta’ servizzi:
Meta l-kuntratti ikunu maqsuma f’lottijiet, indikazzjoni tal-possibbiltà, għall-operaturi ekonomiċi, li jippreżentaw offerta għal lott wieħed, diversi lottijiet u/jew il-lottijiet kollha.
Ammissjoni jew projbizzjoni tal-varjanti.
Skont il-każ, indikazzjoni tal-perċentwali tal-valur globali tal-kuntratt li hu rikjest li jingħata b’sottokontratt lil persuni terzi permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti (Artikolu 21(1)).
Skont il-każ, kriterji ta’ selezzjoni rigward is-sitwazzjoni personali tas-subkuntratturi li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni tagħhom u informazzjoni meħtieġa li turi li dawn ma jagħmlux parti mill-każij li jiġġustifikaw l-esklużjoni. Informazzjoni u kull formalità meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet ekonomiċi u tekniċi minimi rikjest mis-subkuntratturi. Livell(i) speċifiku/ċi minimu/i ta’ kapaċitajiet eventwalment meħtieġa.
Il-limitu ta’ żmien li fih jintemmu x-xogħlijiet, jingħataw il-provvisti/is-servizzi jew it-tul ta’ żmien tal-kuntratt ta’ xogħlijiet/provvisti/servizzi. Safejn ikun possibbli, il-limitu ta’ żmien li fih ser jibdew ix-xogħlijiet jew il-limitu ta’ żmien li fih ser jibdew jew ser jiġu konsenjati l-provvisti jew provduti s-servizzi.
Jekk ikun il-każ, il-kondizzjonijiet partikolari li għalihom hija sottomessal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
Il-limitu ta’ żmien meta jistgħu jaslu t-talbiet għall-parteċipazzjoni;
l-indirizz fejn dawn għandhom jintbagħtu;
il-lingwa jew il-lingwi li bihom dawn għandhom jitfasslu.
Fejn applikabbli, kwalunkwe depożitu u garanzija mitluba.
Termini prinċipali rigward il-finanzjament u l-ħlas u/jew ir-referenzi għat-testi regolatorji.
Fejn applikabbli, il-forma ġuridika li għandha tittieħed mill-konsorzju ta’ operaturi ekonomiċi li lilu jingħata l-kuntratt.
Kriterji ta’ selezzjoni rigward is-sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni ta’ dawn tal-aħħar u informazzjoni meħtieġa li turi li dawn ma jagħmlux parti mill-każijiet li jiġġustifikaw l-esklużjoni. Kriterji ta’ selezzjoni, informazzjoni u formalitajiet neċessarji għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet minimi ta’ natura ekonomika u teknika mitluba mill-operatur ekonomiku. Livell(i) speċifiku/ċi minimu/i ta’ kapaċitajiet eventwalment meħtieġa.
Għall-ftehim qafas: in-numru, skont il-każ, in-numru massimu, previst ta’ operaturi ekonomiċi li ser jagħmlu parti minnhom, it-tul ta’ żmien tal-ftehim qafas previst.
Għad-djalogu kompetittiv u l-proċeduri nnegozjati b’pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, għandu jiġi indikat, skont il-każ, ir-rikors għall-proċedura li titwettaq f’fażijiet suċċessivi sabiex jitnaqqas progressivament in-numru ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi jew ta’ offerti li għandhom jiġu nnegozjati.
Fil-każ ta’ proċedura ristretta, proċedura nnegozjata jew djalogu kompetittiv, meta jsir rikors għall-possibbiltà li jitnaqqas in-numru ta’ kandidati li jkunu mistiedna biex jippreżentaw offerta, jiddjalogaw jew jinnegozjaw: in-numru minimu u, skont il-każ, massimu ta’ kandidati previst u l-kriterji oġġettivi li għandhom jiġu applikati biex jintgħażel dan in-numru ta’ kandidati.
Kriterji msemmija fl-Artikolu 47 li ser jintużaw għall-għoti tal-kuntratt: “prezz l-aktar baxx” jew “offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża”. Il-kriterji li jikkostitwixxu l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża kif ukoll l-ippeżar jew il-kriterji f’ordni jonqos ta’ importanza tagħhom għandhom jissemmew meta dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew, f’każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv.
Skont il-każ, dati ta’ pubblikazzjoni tal-avviż ta’ informazzjoni minn qabel bi qbil mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ pubblikazzjoni indikati fl-Anness VI jew stqarrija li ma saret l-ebda pubblikazzjoni ta’ dan it-tip.
Data meta jintbagħat l-avviż.
AVVIŻ DWAR L-GĦOTI TA’ KUNTRATT
Isem u indirizz tal-awtorità/entità kontraenti.
Proċedura ta’ għoti magħżula. F’każ ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt (Artikolu 28), ġustifikazzjoni.
Kuntratti ta’ xogħlijiet: natura u estensjoni tas-servizzi.
Kuntratti ta’ provvisti: natura u kwantità tal-prodotti provduti, jekk ikun il-każ, skont il-fornitur; numru ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.
Kuntratti ta’ servizzi: kategorija u deskrizzjoni tas-servizz; numru ta’ referenza għan-nomenklatura CPV; kwantità ta’ servizzi mixtrija.
Data tal-għoti tal-kuntratt.
Kriterji għall-għoti tal-kuntratt.
Numru ta’ offerti riċevuti.
Isem u indirizz ta’ min ingħata l-kuntratt.
Prezz jew firxa ta’ prezzijiet (minimi/massimi) mħallsa.
Valur tal-offerta (tal-offerti) miżmuma jew l-offerta l-aktar għolja u l-offerta l-inqas għolja kkunsidrati għall-għoti tal-kuntratt.
Skond il-każ, parti mill-kuntratt li se tingħata bħala subkuntratt lil terzi u l-valur tagħha.
Jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ftehim qafas itwal minn seba’ snin.
Data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt konformement mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Anness VI.
Data ta’ meta ntbagħat dan l-avviż.
ANNESS V
Informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi dwar is-subkuntratti msemmija fl-Artikolu 52
Isem, indirizz, numru tal-fax u indirizz tal-posta elettronika ta’ min jingħata l-kuntratt u, jekk ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni ulterjuri.
post ta’ eżekuzzjoni/twettiq tax-xogħlijiet, post tal-kunsinna tal-prodotti jew tal-provvista tas-servizzi;
in-natura, il-kwantità u l-estensjoni tax-xogħlijiet u l-karatteristiċi ġenerali tax-xogħol; Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV;
in-natura tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti, fejn jkun indikat jekk l-offerti humiex mitluba bil-ħsieb ta’ xiri, leasing, kiri jew hire purchase jew ta’ kombinazzjoni ta’ dawn, numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV;
kategorija u deskrizzjoni tas-servizz; Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.
Kwalunkwe limitu ta’ żmien għat-tmiem impost.
Isem u indirizz tal-korp mingħand min jistgħu jintalbu l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti addizzjonali.
limitu ta’ żmien biex jaslu l-applikazzjoni għal parteċipazzjoni u/jew biex jaslu l-offerti;
l-indirizz fejn dawn iridu jintbagħtu;
lingwa/i li jridu jinkitbu bihom.
Kwalunkwe depożiti jew garanziji rikjesti.
Kriterji oġġettivi li se jiġu applikati għas-selezzjoni tas-subkuntratturi relatati mas-sitwazzjoni personali tagħhom jew l-evalwazzjoni tal-offerta tagħhom.
Kull informazzjoni oħra.
Data ta’ meta ntbagħat dan l-avviż.
ANNESS VI
KARATTERISTIĊI DWAR IL-PUBBLIKAZZJONI
Pubblikazzjoni ta’ avviżi
L-avviżi msemmija fl-Artikoli 30 u 52 għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jew minn dawk li jingħataw il-kuntratt lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-format imsemmi fl-Artikolu 32. L-avviżi ta’ informazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu, ippubblikati fuq profil ta’ xerrej kif imsemmi fil-punt 2, kif ukoll l-avviż li jħabbar din il-pubblikazzjoni, għandhom jirrispettaw ukoll dan il-format.
L-avviżi msemmija fl-Artikolu 30 u 52 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti fil-każ ta’ avviżi ta’ informazzjoni minn qabel ippubblikati fuq profil ta’ xerrej bi qbil mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1).
L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu, barra minn hekk, jippubblikaw din l-informazzjoni permezz tal-Internet fuq “profil ta’ xerrej” kif imsemmi fil-punt 2;
l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti lill-awtorità/entità kontraenti l-konferma tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(8).
Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali
Il-profil ta’ xerrej jista’ jinkludi avviżi ta’ informazzjoni minn qabel, imsemmija fl-Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu, ta’ informazzjoni dwar is-sejħiet għall-offerti fis-seħħ, ix-xiri pprogrammat, il-kuntratti mogħtija, il-proċeduri annullati, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni ġenerali utli, bħal punt ta’ kuntatt, numru ta’ telefon u tal-fax, indirizz postali u indirizz tal-posta elettronika.
Format u proċeduri ta’ trasmissjoni tal-avviżi b’mezzi elettroniċi
Il-format u l-proċeduri ta’ trasmissjoni tal-avviżi b’mezzi elettroniċi huma aċċessibbli fl-indirizz Internet: “http://simap.europa.eu”.
ANNESS VII
REĠISTRI ( 9 )
PARTI A
Kuntratti tax-xogħlijiet
Ir-reġistri professjonali kif ukoll id-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti għal kull Stat Membru huma:
PARTI B
Kuntratti tal-provvisti
Ir-reġistri professjonali jew kummerċjali u d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti huma:
PARTI C
Kuntratti tas-servizzi
Ir-reġistri professjonali jew kummerċjali u d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti huma:
ANNESS VIII
Rekwiżiti relatati mal-mezzi għar-riċezzjoni elettronika ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni u ta’ offerti
Il-mezzi biex jaslu talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti b’mod elettroniku għandhom mill-anqas jiggarantixxu, permezz tal-mezzi tekniċi u l-proċeduri xierqa, li:
il-firem elettroniċi dwar it-talbiet għall-parteċipazzjoni u tal-offerti jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali b’applikazzjoni tad-Direttiva 1999/93/KE;
il-ħin u d-data eżatti tar-riċeviment tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u tal-offerti jistgħu jkunu determinati bi preċiżjoni;
jista’ jkun raġonevolment żgurat li, qabel il-limiti ta’ żmien speċifikati, ħadd ma jista’ jkollu aċċess għad-data trasmessa skont dawn ir-rekwiżiti;
f’każ ta’ vjolazzjoni ta’ din il-projbizzjoni ta’ aċċess, jista’ jkun raġonevolment żgurat li l-vjolazzjoni tinkixef b’mod ċar;
il-persuni awtorizzati biss jistgħu jistabbilixxu jew jimmodifikaw id-dati tal-ftuħ tad-data riċevuta;
waqt l-istadji differenti tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt, l-azzjoni simultanja biss tal-persuni awtorizzati tista’ tippermetti l-aċċess għat-totalità, jew għal parti waħda, tad-data ppreżentata;
l-azzjoni simultanja tal-persuni awtorizzati ma tistax tagħti aċċess għad-data trasmessa ħlief wara d-data speċifikata;
id-data riċevuta u miftuħa f’applikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti ma tibqax aċċessibbli ħlief għall-persuni awtorizzati li jsiru jafu biha.
( 1 ) Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI tal-21 ta’ Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-kriminalizzazzjoni, bħala reat, tal-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1).
( 2 ) Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997 li jistabbilixxi, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 (2) (c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1).
( 3 ) Azzjoni Konġunta 98/742/ĠAI tat-22 ta’ Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 358, 31.1.1998, p. 2).
( 4 ) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.
( 5 ) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
( 6 ) Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
( 7 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 8 ) ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15.
( *1 ) ĠU L 217, 20.8.2009, p. 76.”
( *2 ) ĠU L 217, 20.8.2009, p. 76.”
( 9 ) Għall-finijiet tal-Artikolu 40,“reġistri”, wieħed għandu jifhem dawk li jidhru fl-Anness preżenti u, fejn saru xi modifiki fil-livell nazzjonali, ir-reġistri li ssostitwewhom. Dan l-Anness hu biss indikattiv ma jiġġudikax minn qabel il-kompatibilità ta’ dawn ir-reġistri mal-liġi Komunitarja dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.