Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02001L0089-20080903

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat- 23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/89/2008-09-03

    2001L0089 — MT — 03.09.2008 — 005.002


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2001/89/KE

    tat-23 ta' Ottubru 2001

    dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 316, 1.12.2001, p.5)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

     M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-5 ta' Diċembru 2006

      L 346

    41

    9.12.2006

     M2

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/104/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2006

      L 363

    352

    20.12.2006

     M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ Novembru 2007

      L 294

    26

    13.11.2007

    ►M4

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Lulju 2008

      L 219

    40

    14.8.2008


    Emendat bi:

     A1

      L 236

    33

    23.9.2003


    Ikkoreġut b'

     C1

    Rettifika, ĠU L 064M, 10.3.2009, p. 299  (06/104)




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2001/89/KE

    tat-23 ta' Ottubru 2001

    dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 4 ),

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 80/217/KEE tat-22 ta' Jannar 1980 li ddaħħal miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer ( 5 ) ġiet emendata spiss u b'mod sostanzjali. Issa illi trid tiġi emendata iżjed, id-Direttiva għandha, għal raġunijiet ta' ċarezza u ta' razzjonalità, tiġi abbozzata f'test wieħed.

    (2)

    Ġaladarba l-annimali ħajjin huma elenkati fl-Anness I mat-Trattat, wieħed mix-xogħlijiet tal-Komunità fil-qasam veterinarju huwa li ttejjeb l-istat tas-saħħa tal-ħnieżer, u b'hekk tiffaċilita l-kummerċ fil-majjal u l-prodotti mill-majjal sabiex jiżġuraw l-iżvilupp f'dan is-settur.

    (3)

    Fl-eventwalità ta' mxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, huwa meħtieġ illi jiġu stabbiliti fil-livell Komunitarju miżuri ta' kontroll għalbiex jeqirdu l-mard biex jiġi żġurat l-iżvilupp tas-settur tal-majjal u sabiex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali fil-Komunità.

    (4)

    L-imxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tista' tieħu proporzjonijiet epiżootiċi, tikkawża mwiet u tfixkil fuq skala li tkun ta' theddida b'mod partikolari għall-profittabilità tat-trobbija tal-majjal kollu.

    (5)

    Għandhom jiġu adottati miżuri hekk kif tiġi ssuspettata l-preżenza tal-marda sabiex tittieħed azzjoni minnufih u effettiva malli tiġi kkonfermata l-preżenza tagħha, inkluża l-ispopolazzjoni tal-merħla nfettata.

    (6)

    Jekk tfaqqa' l-imxija huwa wkoll meħtieġ li jiġi pprevenut kull tixrid iktar tal-marda billi jiġu mmonitorjati b'attenzjoni l-moviment ta' l-annimali u l-użu tal-prodotti li jistgħu jkunu mniġġża, it-tindif u d-diżinfettazzjoni tal-fondi infettati, li jiġu stabbiliti żoni tas-sorveljanza u ta' protezzjoni madwar l-imxija u, jekk meħtieġ, bit-tilqim.

    (7)

    Fil-każ ta' infezzjoni, il-ħnieżer imlaqqma jistgħu mid-dehra jsiru trasportaturi b'saħħithom tal-virus u jifirxu iżjed il-marda. Jista' għalhekk jiġi awtorizzat l-użu tal-vaċċini fl-emerġenzi biss.

    (8)

    Skond l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku, il-vaċċini markaturi kapaċi joħolqu immunità protettiva li tingħaraf mir-reazzjoni ta' l-immunità miġjuba mill-infezzjonijiet naturali mill-virus selvaġġ permezz ta' testijiet xierqa tal-laboratorju jistgħu jsiru għodda meħtieġa addizzjonali fil-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fiż-żoni ta' densità qawwija ta' ħnieżer, b'hekk jiġi evitat il-qtil massiv ta' l-annimali. Huwa għalhekk tal-parir illi tiġi stabbilita proċedura Komunitarja li tapprova dawn it-testijiet diskriminatorji, ġaladarba jkunu jegħlbu l-limitazzjonijiet ta' dawn it-testijiet, u li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jintroduċu l-użu tal-vaċċini markaturi fejn jixraq f'emerġenza.

    (9)

    Għandhom jiġu applikati miżuri speċjali tal-qerda fil-każ ta' mard fi ħnieżer ferali (selvaġġi).

    (10)

    Għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet sabiex jiġġarantixxu illi jintużaw proċeduri u metodi armonizzati użati għad-dijanjosi tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, inkluż l-istabbiliment ta' laboratorju Komunitarju ta' riferiment kif ukoll laboratorji ta' riferiment fl-Istati Membri.

    (11)

    Għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet sabiex jiżġuraw l-istat meħtieġ ta' tlestija għalbiex jingħelbu effettivament is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza li għandhom x'jaqsmu ma' mxija jew iżjed tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, b'mod partikolari billi jitfasslu pjani biex jikkumbattuhom u jiġu stabbiliti ċentri tal-kontroll u gruppi ta' esperti.

    (12)

    Xi wħud mill-miżuri adottati s'issa fil-Komunità fl-eventwalità ta' mxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer skond id-Direttiva 80/217/KEE għandhom jiġu mibdula sabiex iqisu l-avvanzi xjentifiċi, l-iżvilupp ta' għodda dijanjostika u vaċċini ġodda u l-esperjenza miksuba wara mxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fejn tkun seħħet reċentement fil-Komunità.

    (13)

    L-esperjenza turi illi t-tmigħ ta' l-iskart għall-ħnieżer mill-fornituri ta' l-ikel jikkostitwixxi r-riskju tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer bħala riżultat tan-nuqqas ta' effettività fil-miżuri tal-kontroll għat-trattament. Sakemm isiru ċerti miżuri Komunitarji riġward it-trattament ta' dan l-iskart, huwa tal-parir li jiġi pprojbit minn issa l-użu tiegħu bħala ikel lill-ħnieżer. B'żieda ma' dan, minħabba n-natura perikoluża partikolari tiegħu, l-iskart tal-fornituri ta' l-ikel mill-mezzi internazzjonali tat-trasport għandu jissokta jinqered.

    (14)

    Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kordinament tax-xogħol dijanjostiku mwettaq taħt l-awspiċi tal-laboratorji nazzjonali kompetenti, l-“Institut für Viroloġie der Tierärztliċħen Ħoċħsċħule ta' Hannover”, innominat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/859/KEE ( 6 ), għandu jiġi kkonfermat bħala l-laboratorju tar-riferiment tal-Komunità u għar-raġunijiet ta' ċertezza legali, din id-Deċiżjoni għandha tiġi mħassra.

    (15)

    Għandha ssir disposizzjoni riġward il-possibbiltà ta' emendi, permezz ta' proċeduri mħaffa, għal din id-Direttiva u għall-Annessi tagħha sabiex jitqiesu l-iżviluppi fl-għerf xjentifiku u tekniku.

    (16)

    Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunisll 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 7 ).

    (17)

    Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-obbligi ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw it-temmiet taż-żmien għat-trasposizzjoni tad-Direttivi ddikjarati fil-Parti B ta' l-Anness VII,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



    Artikolu 1

    L-Iskopijiet

    Din id-Direttiva ddaħħal il-miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin

    (a) “ħanżir” ifisser kull annimal tal-familja Suidae, inklużi l-ħnieżer selvaġġi (li ma jitrabbewx mill-bniedem);

    (b) “ħanżir selvaġġ” (ferali) ifisser ħanżir li la jinżamm u lanqas jitrabba f'impriża;

    (ċ) “impriża” tfisser kull fond agrikolu jew fond ieħor li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru, fejn il-ħnieżer jiġu mrobbija jew miżmuma fuq bażi temporanju jew permanenti. Din id-definizzjoni ma tinkludix il-biċċeriji, il-mezzi tat-trasport u l-erji mdawra bil-ħitan jew bi stekkati fejn jinżammu l-ħnieżer selvaġġi u fejn jistgħu jiġu kkaċċjati; dawn iz-żoni mdawra jridu jkunu tad-daqs u l-istruttura li jagħmlu mhux applikabbli l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 5(1);

    (d) “manwal dijanjostiku” ifisser il-manwal dijanjostiku tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer riferit fl-Artikolu 17(3);

    (e) “ħanżir issuspettat li jkun infettat bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer” ifisser kull ħanżir jew karkassa tal-majjal li juru sintomi kliniċi jew li juru feriti jew reazzjonijiet għat-testijiet tal-laboratorju post mortem imwettqa skond il-manwal dijanjostiku li jindikaw il-preżenza possibbli tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (f) “każ ta' marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer” (deni klassiku) jew “majjal infettat bil-marda ta' l-infafet veskulari tal-ħnieżer” ifissru kull ħanżir jew karkassa tal-majjal

     li fihom ikunu ġew ikkonfermati uffiċjalment is-sintomi kliniċi jew il-feriti post-mortem tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, jew

     li fihom tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment il-preżenza tal-marda b'riżultat ta' eżami tal-laboratorju mwettaq skond il-manwal dijanjostiku;

    (ġ) “imxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer” (deni klassiku) tfisser l-impriża fejn ikunu ġew mikxufa każ jew iktar tal-marda ta' l-infafet veskulari tal-ħnieżer;

    (ħ) “imxija primarja” tfisser l-imxija fis-sens ta' l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notifika tal-mard ta' l-animali fil-Komunità ( 8 );

    (i) “arja infettata” tfisser arja ta' Stat Membru fejn, wara l-konferma ta' każ jew iżjed tal-marda ta' l-infafet veskulari tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi, bil-miżuri għall-qerda tal-marda meħuda skond Artikoli 15 jew 16;

    (j) “każ primarju tal-marda ta' l-infafet veskulari taż-żnieżer fi ħnieżer selvaġġi” ifisser kull każ tal-marda ta' l-infafet veskulari tal-ħnieżer li jiġi mikxuf fil-ħnieżer selvaġġi f'arja li fiha ma tkun ittieħdet l-ebda miżura skond l-Artikoli 15 jew 16;

    (k) meta-popolazzjoni ta' ħnieżer selvaġġi” tfisser kull grupp jew subpopolazzjoni ta' ħnieżer mhux imrobbija mill-bniedem b'kuntatti limitati ma' gruppi jew subpopolazzjonijiet oħra;

    (l) “popolazzjoni suxxettibbli ta' ħnieżer selvaġġi” tfisser dik il-parti tal-popolazzjoni selvaġġa tal-ħnieżer li ma tkunx żviluppat l-immunità kontra l-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    m) “sid” ifisser kull persuna jew persuni, jew naturali jew legali, li jkollhom il-pussess tal-ħnieżer, jew fdati biż-żamma ta' l-annimali msemmija, sewwa jekk ikun hemm benefiċċju finanzjarju u sewwa jekk le;

    (n) “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità kompetenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tirrigwarda l-kontrolli veterinarji u zootekniċi li japplikaw fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u ċerti prodotti bil-ħsieb tat-tkomplija tas-suq intern ( 9 );

    (o) “veterinarju uffiċjali” ifisser veterinarju nnominat mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru;

    (p) “proċessar” ifisser wieħed mit-trattamenti għall-materjal b'riskju għoli stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE ( 10 ), applikat b'mod hekk li jevita r-riskju tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (q) “skart mill-fornituri ta' l-ikel” ifisser kull skart minn ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem minn ristoranti, faċilitajiet tal-forniment ta' l-ikel jew kċejjen, inklużi l-kċejjen industrijali, u d-djar tal-bidwi jew tal-persuni li jieħdu ħsieb il-ħnieżer;

    (r) “vaċċin markatur” ifisser vaċċin li jista' jinħareġ minnu immunità protettiva li tingħaraf mir-rispons ta' l-immunità maħruġa minn infezzjoni naturali bit-tip selvaġġ tal-virus permezz tat-testijiet tal-laboratorju mwettqa skond il-manwal dijanjostiku;

    (s) “qtil” ifisser il-qtil tal-ħnieżer fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KEE tat-22 ta' Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali mal-waqt tal-qatla jew qtil ( 11 );

    (t) “qatla” tfisser il-qatla tal-ħnieżer fit-tifsira ta' Artikolu 2(7) tad-Direttiva 93/119/KEE;

    (u) “arja b'densità għolja ta' ħnieżer” tfisser kull arja ġeografika b'raġġ ta' 10 km madwar razzett li jkollu ħnieżer issuspettati li huma jew ikunu magħrufa li huma infettati bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, fejn hemm densità ta' ħnieżer ogħla minn 800 ħanżir għal kull km2; l-impriża fil-kwistjoni trid tkun lokata jew fir-reġjun, kif iddefinit fl-Artikolu 2(2)(p) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE ( 12 ), fejn ikun hemm densità ta' ħnieżer miżmuma fuq l-impriża ogħla minn 300 ħanżir għal kull km2, jew f'distanza ta' inqas minn 20 km2 minn dan ir-reġjun;

    (v) “impriża b'kuntatt” tfisser impriża fejn il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer setgħet ġiet imdaħħla, jew b'riżultat tal-lokazzjoni, jew tal-moviment tal-persuni, tal-ħnieżer jew tal-vetturi jew b'kull mod ieħor.

    Artikolu 3

    In-notifika tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer

    1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-preżenza u l-preżenza ssuspettata tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer jiġu nnotifikati minnufih u b'obbligu lill-awtorità kompetenti.

    2.  Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet eżistenti Komunitarji dwar in-notifiki ta' mxijiet tal-mard ta' l-annimali, fejn Stat Membru li fit-territorju tiegħu tiġi kkonfermata l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer għandu:

    (a) jagħti notifika tal-marda u jipprovdi t-tagħrif lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri skond l-Anness I dwar:

     l-imxijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer li jiġu kkonfermati fl-impriżi,

     il-każijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer li jiġu kkonfermati f'biċċerija jew fuq mezz tat-trasport,

     il-każijiet primarji tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer li jiġu kkonfermati fi ħnieżer selvaġġi,

     ir-riżultati ta' inkjesta epidemjoloġika mwettqa skond Artikolu 8;

    (b) jipprovdi tagħrif lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar iżjed każijiet ikkonfermati fil-ħnieżer selvaġġi f'arja infettata bil-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer skond Artikolu 16(3)(a) u(4).

    3.  Id-disposizzjonijiet ta' l-Anness I jistgħu jiġu ssupplimentati jew emendati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 4

    Il-miżuri f'każijiet ta' suspett tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fuq impriża

    1.  Fejn impriża jkollha ħanżir jew iżjed issuspettati li huma infettati bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtorità kompetenti tmexxi minnufih il-proċess uffiċjali ta' l-investiġazzjoni sabiex tikkonferma jew telimina l-preżenza tal-marda msemmija skond il-proċeduri stabbiliti fil-manwal dijanjostiku.

    Meta l-impriża ssirilha żjara minn veterinarju uffiċjali, għandu jitwettaq ukoll kontroll tar-reġistru u tal-marki ta' l-identifikazzjoni tal-ħnieżer riferiti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE tas-27 ta' Novembru 1992 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali ( 13 ).

    2.  Meta l-awtorità kompetenti tikkunsidra illi ma tistax taqta' barra l-preżenza ssuspettata tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, għandha tqiegħed l-impriża taħt is-sorveljanza uffiċjali u b'mod partikolari tordna illi:

    (a) il-ħnieżer kollha fil-kategoriji varji fuq l-impriża għandhom jiġu magħduda u tiġi kkompilata lista tan-numru tal-ħnieżer diġà morda, mejta jew x'aktarx li huma infettati f'kull waħda mill-kateġoriji; il-lista għandha tiġi aġġornata sabiex tqis it-twelid u l-imwiet tal-ħnieżer matul il-perjodu taż-żmien tas-suspett; it-tagħrif fuq il-lista għandu jingħata meta mitlub u jista' jiġi kkontrollat f'kull żjara;

    (b) il-ħnieżer kollha fuq l-impriża għandhom jinżammu ristretti għall-kwartieri ta' l-għixien tagħhom jew jinżammu magħluqa f'xi post ieħor fejn jistgħu jiġu iżolati;

    (ċ) l-ebda ħanżir ma jista' jidħol fl-impriża jew iħalliha. L-awtorità kompetenti tista', jekk meħtieġ, testendi l-projbizzjoni dwar il-ħruġ mill-impriża hekk li tkopri speċi oħra ta' annimali u teħtieġ li jiġu applikati l-miżuri xierqa biex jinqerdu l-annimali li jġerrmu u l-insetti;

    (d) l-ebda karkassa tal-majjal ma tista' tħalli l-impriża mingħajr l-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti;

    (e) l-ebda laħam, prodotti mill-majjal, semen, jew embrijoni tal-majjal, ikel ta' l-annimali, reċipjenti, materjal jew skart li jkollhom l-opportunità li jittrasmettu l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer ma jistgħu jħallu l-impriża mingħajr l-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti; il-laħam, il-prodotti mill-majjal, is-semen, l-ova u l-embrijoni ma għandhomx jitneħħew mill-impriża għall-kummerċ intra-Komunitarju;

    (f) il-moviment ta' persuni lejn jew mill-impriża ma għandux ikun bla ħsara għall-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti;

    (ġ) il-moviment tal-vetturi lejn u mill-impriża ma għandux ikun bla ħsara għall-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti;

    (ħ) Għandhom jiġu użati mezzi xierqa ta' diżinfezzjoni fid-dħul jew il-ħruġ tal-bini fejn jgħixu l-ħnieżer u ta' l-impriża nfisha; kull persuna li tidħol jew tħalli l-impriżi tal-majjal għandha twettaq il-miżuri xierqa ta' l-iġjene meħtieġa sabiex tnaqqas it-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer. Barra minn hekk, il-mezzi kollha tat-trasport għandhom jiġu ddiżinfettati b'attenzjoni qabel ma jħallu l-impriża;

    (i) għandha titwettaq inkjesta epidemjoloġika skond l-Artikolu 8.

    3.  Fejn meħtieġ mis-sitwazzjoni epidemjoloġika u b'mod partikolari jekk l-impriża jkollha ħnieżer issuspettati lokati f'arja ta' densità qawwija tal-ħnieżer, l-awtorità kompetenti:

    (a) tista' tapplika l-miżuri ta' Artikolu 5(1) fl-impriża riferita fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; madanakollu, l-awtorità kompetenti tista', fejn tikkonsidra illi l-kondizzjonijiet jippermettu, tillimita l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri biss għal dawk il-ħnieżer issuspettati li jkunu infettati jew imniġġża bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u li l-parti ta' l-impriża fejn inżammu, sakemm dawn il-ħnieżer ikunu għexu, ġew miżmuma u magħlufa kompletament separati mill-ħnieżer l-oħra fl-impriża. F'kull każ, għandu jittieħed numru suffiċjenti ta' kampjuni mill-ħnieżer meta jiġu maqtula sabiex tkun tista' tiġi kkonfermata jew maqtugħa barra l-preżenza tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, skond il-manwal dijanjostiku;

    (b) tista' tistabbilixxi arja temporanja ta' kontroll madwar l-impriża riferita fil-pararafu 2; xi uħud jew il-miżuri kollha riferiti fil-paragrafu 1 jew 2 għandhom jiġu applikati fl-impriżi tal-majjal f'din il-arja.

    4.  Il-miżuri pprovvduti fil-paragrafu 2 ma għandhomx jitneħħew sa kemm jinqata' barra uffiċjalment is-suspett tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

    Artikolu 5

    Il-miżuri fil-każ ta' konferma tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'ħnieżer fuq impriża

    1.  Fil-każijiet fejn il-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tiġi uffiċjalment ikkonfermata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, b'żieda mal-miżuri riferiti fl-Artikolu 4(2), l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi illi:

    (a) il-ħnieżer kollha fuq l-impriża għandhom jinqatlu mingħajr dewmien taħt is-sorveljanza uffiċjali u hekk illi jiġi evitat ir-risjku tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer matul it-trasport jew il-qatla;

    (b) irid jittieħed numru suffiċjenti ta' kampjuni, skond il-manwal dijanjostiku, mill-ħnieżer meta dawn jinqatlu biex tkun tista' tiġi stabbilita l-manjiera dwar kif ikun daħal il-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fl-impriża u t-tul taż-żmien li matulu seta' eżista l-virus fuq l-impriża qabel ma ġiet innotifikata l-marda;

    (ċ) il-karkassi tal-ħnieżer li jkunu mietu jew ġew maqtula għandhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali;

    (d) laħam tal-majjali maqtula qabel il-perjodu taż-żmien bejn id-dħul probabbli tal-mard fl-impriża u t-teħid tal-miżuri uffiċjali għandu, kull fejn ikun possibbli, jiġi ttraċċjat u pproċessat taħt is-sorveljanza uffiċjali;

    (e) is-semen, l-ova u l-embrijoni miġbura mill-ħnieżer fuq l-impriża matul il-perjodu taż-żmien bejn id-dħul probabbli tal-marda fl-impriża u t-teħid tal-miżuri uffiċjali għandhom jiġu ttraċċjati u meqruda taħt is-sorveljanza uffiċjali hekk li jevitaw it-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (f) is-sustanzi kollha u l-iskart li x'aktarx ikun imniġġeż, bħalma hu t-tgħam, jistgħu jkunu bla ħsara għal trattament illi jiżgura l-qerda tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer; għandhom jiġu meqruda l-matarjali kollha li jintużaw għal darba biss li jistgħu jkunu mniġġża, b'mod partikolari dawk li jintużaw għall-ħidmiet tal-qatla; dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati fuq l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali;

    (ġ) wara li jinqerdu l-ħnieżer, il-bini użat fejn jgħixu l-ħnieżer, il-vetturi użati għat-trasport tagħhom jew tal-karkassi tagħhom u t-tagħmir, l-istalel, il-ħmieġ naturali u l-kmamar probabbli mniġġża għandhom jiġu mnaddfa u ddiżinfettati jew ittrattati skond Artikolu 12;

    (ħ) fil-każ ta' mxija primarja tal-marda, l-iżolat tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer għandu jkun bla ħsara għall-proċedura tal-laboratorju stabbilita fil-manwal dijanjostiku biex jidentifika t-tip ġenetiku;

    (i) għandha tinfetaħ inkjesta epidemjoloġika skond Artikolu 8.

    2.  Fil-każijiet fejn imxija tkun ġiet ikkonfermata f'laboratorju, zoo, ġnien ta' l-annimali selvaġġi jew arja stekkata fejn jinżammu l-ħnieżer għal skopijiet xjentifiċi jew għal skopijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni ta' l-ispeċi jew konservazzjoni ta' razez rari, l-Istat Membru interessat jista' jiddeċiedi li jidderoġa mill-paragrafu 1(a) u (e), sakemm ma jkunux ipperikolati l-interessi bażiċi Komunitarji.

    Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni minnufih.

    Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni minnufih ma' l-Istat Membru interessat u fil-Kumitat Permanenti Veterinarju ma' l-ewwel opportunità. Jekk meħtieġ, għandhom jiġu adottati miżuri għalbiex ma jħallux it-tixrid tal-marda skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), li jistgħu jinkludu t-tilqim ta' emerġenza skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

    Artikolu 6

    Il-miżuri fil-każ ta' konferma tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fl-impriżi li jikkonsistu f'unitajiet differenti tal-produzzjoni

    1.  Fil-każ ta' konferma tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fl-impriżi li jikkonsistu f'żewġ unitajiet separati ta' produzzjoni jew iżjed u li biex tkun tista' titlesta s-simna tal-ħnieżer, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi illi tidderoġa mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(1)(a) riġward l-unitajiet tal-produzzjoni tal-ħnieżer b'saħħithom u fuq l-impriża li tkun infettata sakemm l-uffiċjal veterinarju jikkonferma illi l-binja, id-daqs u d-distanza bejn dawn l-unitajiet ta' produzzjoni u l-ħidma mwettqa fihom ikunu faċilitajiet kompletament separati għal fejn joqogħdu, jinżammu u jiġu mitmugħa, hekk li l-virus ma jistax jinxtered minn unità ta' produzzjoni għall-oħra.

    2.  Jekk isir użu mid-deroga riferita fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ifasslu regoli ddettaljat sabiex tiġi applikata fid-dawl tal-garanziji tas-saħħa ta' l-annimali li jistgħu jingħataw.

    3.  L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan. Fil-każijiet kollha l-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni minnufih ma' l-Istat Membru interessat u mal-Kumitat Permanenti Veterinarju malajr kemm jista' jkun. Jekk meħtieġ, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex jipprevjenu l-mard, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

    Artikolu 7

    Il-miżuri fuq l-impriżi b'kuntatt

    1.  L-impriżi għandhom ikunu rrikonoxxuti bħala impriżi b'kuntatt fejn l-uffiċjal veterinarju jsib, jew jikkunsidra fuq il-bażi ta' l-inkjesta epidemjoloġika mwettqa skond l-Artikolu 8, illi l-marda mill-infafet vesikolari tal-ħnieżer setgħet iddaħħlet, jew minn impriżi oħrajn jew mill-impriżi riferiti fl-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5, jew mill-impriża riferita fl-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5 jew minn impriżi oħra.

    Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 għandhom jiġu applikati f'dawn l-impriżi sakemm is-suspett tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġiet uffiċjalment eliminata.

    2.  L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 5(1) fuq l-impriżi b'kuntatt riferiti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika hekk teħtieġ.

    Għandu jittieħed numru suffiċjenti ta' kampjuni skond il-manwal dijanjostiku mill-ħnieżer meta jiġu maqtula sabiex tkun tista' tiġi kkonfermata jew maqtugħa barra l-preżenza tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'dawn l-impriżi.

    3.  Il-kriterji prinċipali u l-fatturi ta' riskju li għandhom jitqiesu sabiex jiġu applikati l-miżuri pprovduti fl-Artikolu 5(1)(a) fl-impriżi b'kuntatt huma stabbiliti fl-Anness V. Dawn il-kriterji u l-fatturi tar-riskji jistgħu sussegwentament jiġu emendati jew issupplimentati sabiex iqisu l-iżviluppi xjentifiċi u l-esperjenzi, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 8

    L-inkjesta epedimjoloġika

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-inkjesta epidemjoloġika fejn għandhom x'jaqsmu l-każijiet issuspettati jew l-imxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer jiġu mwettqa fuq il-bażi ta' kwestjonarji, imħejjija fil-qafas tal-pjani ta' kontinġenza riferiti fl-Artikolu 22.

    Din l-inkjesta għandha għall-inqas tittratta:

    (a) it-tul taż-żmien li matulu l-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer seta' kien jeżisti fl-impriża qabel ma l-mard kien innotifikat jew issuspettat;

    (b) l-oriġini possibbli tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fl-impriża u l-identifikazzjoni ta' impriżi oħra li fihom il-ħnieżer setgħu ġew infettati jew imniġġża mill-istess għajn;

    (ċ) il-moviment tal-persuni, il-vetturi, il-ħnieżer, il-karkassi, is-semen, il-laħam jew kull materjal ieħor li seta' ttrasporta l-virus lejn u mill-impriżi fil-kwestjoni.

    Jekk ir-riżultati ta' din l-inkejsta juru illi l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer setgħet ġiet imxerrda minn jew lejn impriżi lokati fi Stati Membri oħra, il-Kummissjoni u l-Istati Membri interessati għandhom ikunu mgħarrfa minnufih.

    Artikolu 9

    It-twaqqif ta' żoni tal-protezzjoni u s-sorveljanza

    1.  Minnufih wara li d-dijanjosi tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment fil-ħnieżer fuq impriża, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi żona ta' protezzjoni b'raġġ ta' madwar 3 kilometri madwar il-lok ta' l-imxija, li għandha hija stess tkun inkluża f'żona tas-sorveljanza ta' għallinqas 10 kilometri.

    Il-miżuri riferiti fl-Artikoli 10 u 11 għandhom jiġu applikati għaż-żoni rispettivi.

    2.  Meta tistabbilixxi ż-żoni, l-awtorità kompetenti trid tqis:

    (a) ir-riżultati ta' l-inkjesta epidemjoloġika mwettqa skond l-Artikolu 8;

    (b) is-sitwazzjoni ġeografika, b'mod partikolari l-konfini naturali jew nazzjonali;

    (ċ) il-lokazzjoni u l-prossimità ta' l-impriżi;

    (d) ix-xejriet tal-moviment tal-ħnieżer u l-kummerċ fihom u d-disponibbiltà tal-biċċeriji;

    (e) il-faċilitajiet u personal disponibbli sabiex jikkontrollaw kull moviment tal-ħnieżer ġewwa ż-żoni, b'mod partikolari jekk il-ħnieżer li jridu jinqatlu jkollhom jitneħħew minn fuq l-impriżi ta' l-oriġini.

    3.  Jekk żona tinkludi partijiet mit-territorju ta' numru ta' Stati Membri, l-awtoritàjiet kompetenti ta' l-Istati Membri interessati għandhom jikkollaboraw sabiex jistabbilixxu ż-żona.

    4.  L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi l-użu ta' sinjali prominenti u avviżi ta' twissija u l-użu tar-riżorsi tal-medja, bħalma huma l-istampa u t-televiżjoni, sabiex jiżġuraw illi l-persuni kollha fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza jkunu konxji mir-restrizzjonijiet fis-seħħ skond Artikoli 10 u 11, u għandhom jieħdu dawk il-miżuri li huma jikkonsidraw xierqa sabiex jiżġuraw l-infurzar adeġwat ta' dawn il-miżuri.

    Artikolu 10

    Il-miżuri fiż-żona stabbilita tal-protezzjoni

    1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-miżuri li ġejjin jiġu applikati fiż-żona tal-protezzjoni:

    (a) għandu jsir malajr kemm jista' jkun ċensiment ta' l-impriżi kollha; wara li tiġi stabbilita ż-żona tal-protezzjoni dawn l-impriżi għandu jkollhom żjara minn veterinarju uffiċjali f'mhux iżjed minn sebat ijiem għal eżami kliniku tal-ħnieżer u għal kontroll tar-reġistru u ta' l-identifikazzjoni tal-marki tal-ħnieżer riferiti fl-Artikolu 4 u 5 tad-Direttiva 92/102/KEE;

    (b) il-moviment u t-trasport tal-ħnieżer f'toroq pubbliċi jew privati, minbarra, meta jkun meħtieġ, it-toroq tas-servizz fuq l-impriżi, għandhom ikunu pprojbiti għajr jekk approvati mill-awtorità kompetenti sabiex tippermetti l-movimenti riferiti fil-punt (f). Din il-projbizzjoni ma għandhiex għalfejn tiġi applikata għall-ġarr tal-ħnieżer bit-triq jew bil-ferrovija mingħajr ħatt jew waqfien. Barra minn hekk, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), tista' tiġi konċessa deroga għall-qatla tal-ħnieżer li jkunu ġejjin minn barra z-żona tal-protezzjoni u fi triqthom lejn biċċerija lokata fiż-żona msemmija għall-qatla minnufih;

    (ċ) it-trakkijiet u vetturi oħra u t-tagħmir, li jiġu użati għat-trasport tal-ħnieżer jew annimali ta' l-irziezet jew materjali oħra li jistgħu jkunu mniġġża (p. e. il-karkassi, it-tgħam, iż-żibel, id-demel likwidu eċċ.) għandhom jiġu mnaddfa, iddiżinfettati u ttrattati malajr kemm jista' jkun wara t-tniġġiż, skond id-disposizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 12. L-ebda trakk jew vettura, li jkunu ġew użati fit-trasport tal-ħnieżer ma jistgħu jħallu ż-żona mingħajr ma jkunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati u mbagħad spezzjonati u awtorizzati mill-awtorità kompetenti;

    (d) l-ebda annimal domestiku ieħor ma jista' jidħol jew iħalli l-impriża mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti;

    (e) il-ħnieżer kollha mejta jew infettati fuq l-impriża għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-awtorità kompetenti, li għandha twettaq l-investigazzjonijiet xierqa skond il-proċeduri stabbiliti fil-manwal dijanjostiku;

    (f) il-ħnieżer ma jistgħux jitneħħew min fuq l-impriża fejn ikunu miżmuma għal mill-inqas 30 jum wara t-tkomplija tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminarji ta' l-impriżi infettati. Wara 30 jum, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer mill-impriża msemmija sabiex ikunu direttament ittrasportati lejn:

     biċċerija nnominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment, fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza bl-għan li jinqatlu minnufih,

     impjant tal-proċessar jew post addattat fejn il-ħnieżer jiġu maqtula minnufih u l-karkassi tagħhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali, jew

     f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fondijiet oħra lokati fiż-żona tal-protezzjoni. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan fil-Kumitat Permanenti Veterinarju;

    (ġ) is-semen, l-ova u l-embrijoni tal-ħnieżer ma għandhomx iħallu l-impriżi lokati fiż-żona tal-protezzjoni;

    (ħ) kull persuna li tidħol jew tħalli l-impriżi tal-majjal għandha tosserva l-miżuri meħtieġa ta' l-iġjene xierqa għalbiex tnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

    2.  Fejn il-projbizzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 1 jinżammu għal iktar minn 30 jum minħabba iktar imxijiet tal-marda u b'riżultat ta' dan jinħolqu problemi dwar il-ġid komuni ta' l-annimali jew problemi oħra fiż-żamma tal-ħnieżer, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista', wara applikazzjoni rraġunata mis-sid, tawtorizza t-tneħħija ta' l-annimali miż-żona tal-protezzjoni, sabiex ikunu direttament ittrasportati lejn:

    (a) biċċerija nnominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza bl-għan tal-qatla minnufih;

    (b) impjant tal-proċessar jew post xieraq fejn il-ħnieżer jiġu maqtula minnufih u l-karkassi tagħhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali; jew

    (ċ) f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fondijiet oħra lokati fiż-żona tal-protezzjoni. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.

    3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer minn fuq l-impriża interessata, bil-kondizzjoni li:

    (a) ikun twettaq minn veterinarju uffiċjali eżami kliniku tal-ħnieżer fuq l-impriża u b'mod partikolari dawk li jridu jinġarru, inkluża t-temperatura tal-ġisem ta' proporzjon minnhom, u l-kontroll tar-reġistru u l-marki ta' l-identifikazzjoni tal-ħnieżer riferiti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 92/102/KEE;

    (b) il-kontrolli u l-eżamijiet msemmija hawn fuq ma jkunu urew l-ebda evidenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u t-tħaris tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 92/102/KEE;

    (ċ) il-ħnieżer jiġu ttrasportati f'vetturi ssiġillati mill-awtorità kompetenti;

    (d) il-vettura u t-tagħmir li jkunu ġew involuti fit-trasport tal-ħnieżer jiġu minnufih imnaddfa u ddiżinfettati wara t-trasport skond id-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 12;

    (e) jekk il-ħnieżer iridu jiġu maqtula, għandu jittieħed numru suffiċjenti ta' kampjuni mill-ħnieżer skond il-manwal dijanjostiku sabiex tiġi kkonfermata jew maqtugħa barra l-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'dawn l-impriżi;

    (f) jekk il-ħnieżer jiġu ttrasportati lejn biċċerija:

     l-awtorità kompetenti inkariġata mill-biċċerija għandha tiġi mgħarrfa bl-intenzjoni li jintbagħtu l-ħnieżer fiha u din għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti li tibgħathom bil-wasla tagħhom,

     mal-wasla fil-biċċerija, dawn il-ħnieżer għandhom jinżammu u jinqatlu separatament minn ħnieżer oħra.

     matul l-ispezzjon ta' qabel u ta' wara l-qatla mwettqa fil-biċċerija nnominata, l-awtorità kompetenti għandha tqis kull sinjal li jkollu x'jaqsam mal-preżenza tal-virus tal-marda tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

     il-laħam frisk minn dawn il-ħnieżer għandu jiġi jew ipproċessat jew immarkat bit-timbru speċjali riferit fl-Artikolu 5a tad-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE ( 14 ) u sossegwentament ittrattat skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE ( 15 ). Dan għandu jsir fi stabbiliment innominat mill-awtorità kompetenti. Il-laħam għandu jintbagħat lejn l-istabbiliment imsemmi bil-kondizzjoni illi l-kunsinja tkun ġiet issiġillata qabel it-tluq u li tinżamm issiġillata matul il-ġarr kollu.

    4.  Dawn il-miżuri fiż-żona tal-protezzjoni għandhom jissoktaw jiġu applikati għal mill-inqas sakemm:

    (a) ikunu twettqu t-tindif u d-diżinfezzjoni fuq l-impriżi infettati;

    (b) il-ħnieżer fuq l-impriżi kollha jkunu għaddew minn eżamijiet kliniċi u tal-laboratorju mwettqa skond il-manwal dijanjostiku sabiex tinkixef il-preżenza possibbli tal-virus tal-marda ta' l-infatet vesikolari tal-ħnieżer.

    L-eżamijiet riferiti fil-punt (b) ma għandhomx isiru qabel ma jkunu għaddew 30 jum wara t-tkomplija tal-miżuri tat-tindif u tad-diżinfezzjoni preliminarji fuq l-impriża infettata.

    Artikolu 11

    Il-miżuri fiż-żona stabilita tas-sorveljanza

    1.  L-Istati Membri għandhom jiżġuraw illi l-miżuri li ġejjin jiġu applikati fiż-żona tas-sorveljanza:

    (a) għandu jittieħed ċensiment ta' l-impriżi kollha tal-ħnieżer;

    (b) għandu jiġi pprojbit il-moviment u t-trasport tal-ħnieżer fuq it-toroq pubbliċi jew privati, minbarra, fejn meħtieġ, it-toroq tas-servizz ta' l-impriżi, għajr jekk approvat mill-awtorità kompetenti. Din il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika għall-ġarr tal-ħnieżer bit-triq jew bil-ferrovija, mingħajr ħatt jew waqfien, u għall-ħnieżer għall-qatla li jkunu ġejjin minn barra ż-żona tas-sorveljanza u fi triqthom lejn biċċerija lokata fiż-żona msemmija għall-qatla minnufih;

    (ċ) it-trakkijiet u l-vetturi l-oħra u t-tagħmir, li jintużaw għat-trasport tal-ħnieżer jew ta' annimali oħra jew tal-materjal li jista' jkun imniġġeż (p,e. il-karkassi, it-tgħam, iż-żibel, id-demel likwidu, eċċ.) għandhom jiġu mnaddfa, iddiżinfettati u ttrattati malajr kemm jista' jkun wara t-tniġġiż, skond id-disposizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 12. L-ebda trakk jew vettura, li tkun ġiet użata għat-trasport tal-ħnieżer ma tista' tħalli z-żona mingħajr ma tiġi mnaddfa u ddiżinfettata;

    (d) l-ebda annimal domestiku ieħor ma jista' jidħol jew iħalli l-impriża mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti;

    (e) il-ħnieżer kollha mejta jew infettati fuq impriża għandhom ikunu minnufih innotifikati lill-awtorità kompetenti, li għandha twettaq l-investigazzjonijiet xierqa skond il-proċeduri stabbiliti fil-manwal dijanjostiku;

    (f) il-ħnieżer ma jistgħux jitneħħew mill-impriża fejn ikunu ġew miżmuma għall-inqas 21 jum wara t-tkomplija tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminarji ta' l-impriża infettata. Wara 21 jum, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(3), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer mill-impriża msemmija sabiex ikunu ttrapostati direttament lejn:

     biċċerija nnominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment, fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza bl-għan li jinqatlu minnufih,

     impjant tal-proċessar jew post addattat fejn il-ħnieżer jiġu maqtula minnufih u l-karkassi tagħhom jiġu pproċessati taħt is-superviżjoni uffiċjali, jew

     f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fondijiet oħra lokati fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.

    Madanakollu, jekk il-ħnieżer iridu jiġu ttrasportati, fuq it-talba ta' Stat Membru, akkumpanjati b'ġustifikazzjoni xierqa, u skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), jistgħu jiġu awtorizzati derogi mid-disposizzjonijiet stabbiliti fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 10(3)(e) u (f), b'mod partikolari rigward il-bejgħ tal-laħam ta' dawn il-ħnieżer u l-użu sossegwenti tiegħu, u d-destinazzjoni tal-prodotti ttrattati;

    (ġ) is-semen, l-ova u l-embrijoni tal-ħnieżer ma għandhomx iħallu l-impriżi lokati fiż-żona tas-sorveljanza;

    (h) kull persuna li tidħol jew tħalli l-impriżi tal-majjal għandhom josservaw il-miżuri xierqa ta' l-iġjene meħtieġa sabiex inaqqsu r-riskju tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

    2.  Fejn il-projbizzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 1 jiġu miżmuma għal iktar minn 30 jum minħabba iktar imxiji tal-mard u fejn b'riżultat ta' dan jinħolqu problemi dwar il-ġid komuni ta' l-annimali jew problemi oħra fiż-żamma tal-ħnieżer, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(3), l-awtorità kompetenti tista', wara applikazzjoni rraġunata mis-sid, tawtorizza t-tneħħija ta' l-annimali miż-żona tal-protezzjoni, biex ikunu ttrasportati direttament lejn:

    (a) biċċerija nnominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza bl-għan li jinqatlu minnufih;

    (b) impjant tal-proċessar jew post xieraq fejn il-ħnieżer jiġu maqtula minnufih u l-karkassi tagħhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali; jew

    (ċ) f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fondijiet oħra lokati fiż-żona tal-protezzjoni jew tas-sorveljanza. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.

    3.  Dawn il-miżuri fiż-żona tas-sorveljanza għandhom jissoktaw jiġu applikati għall-inqas sakemm:

    (a) isiru t-tindif u d-diżinfezzjoni fl-impriżi infettati;

    (b) il-ħnieżer fuq l-impriżi kollha jkunu ġew imgħoddija minn eżamijiet kliniċi, u fejn meħtieġ tal-laboratorju, kif stabbilit fil-manwal dijanjostiku sabiex tinkixef il-preżenza possibbli tal-virus tal-marda ta' l-infatet vesikolari tal-ħnieżer.

    L-eżamijiet riferiti fil-punt (b) m'għandhomx isiru qabel ma jkunu għaddew 20 ġurnata wara t-tkomplija tal-miżuri tat-tindif u tad-diżinfezzjoni preliminarji fuq l-impriża infettati.

    Artikolu 12

    It-tindif u d-diżinfezzjoni

    1.  L-Istati Membri għandhom jiżġuraw illi:

    (a) id-diżinfettanti li jridu jiġu użati u l-konċentrazzjoni tagħhom, ikunu approvati uffiċjalment mill-awtorità kompetenti;

    (b) il-ħidmiet tat-tindif u tad-diżinfezzjoni jiġu mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali skond:

     l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali, u

     il-prinċipji u l-proċeduri għat-tindif, id-diżinfezzjoni u t-trattament stabbiliti fl-Anness II.

    2.  Il-prinċipji u l-proċeduri għat-tindif u d-diżinfezzjoni stabbiliti fl-Anness II jistgħu sossegwentement jiġu emendati jew issupplimentati sabiex iqisu l-iżviluppi u l-esperjenzi xjentifiċi, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 13

    It-tiġdid tal-popolazzjoni fuq l-impriżi tal-majjal wara mxijiet tal-mard

    1.  Id-dħul mill-ġdid tal-ħnieżer fl-impriża riferita fl-Artikolu 5 ma għandux isir sa għal mill-inqas 30 jum wara t-tkompija tal-ħidmiet tat-tindif u tad-diżinfezzjoni skond l-Artikolu 12.

    2.  Id-dħul mill-ġdid tal-ħnieżer għandu jqis it-tip ta' trobbija pprattikata fl-impriża interessata u jrid jikkonforma ma' waħda mill-proċeduri li ġejjin:

    (a) riġward l-impriżi tal-majjal fil-beraħ, id-dħul mill-ġdid tal-ħnieżer għandu jibda bid-dħul ta' ħnieżer sentinella li jkunu ġew ikkontrollati u misjuba neġattivi għall-preżenza ta' antikorpi kontra l-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer jew li jiġu minn impriżi li mhumiex bla ħsara għal kull restrizzjoni li għandha x'taqsam mal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer. Il-ħnieżer sentinella għandhom jiġu mqiegħda, skond il-ħtiġiet ta' l-awtorità kompetenti, fl-impriża kollha li kienet infettata u jiġu kkampjunati klinikament 40 jum wara li jkunu tqiegħdu fl-impriża, u ttestjati għall-preżenza ta' l-antikorpi, skond il-manwal dijanjostiku.

    Jekk l-ebda ħanżir ma jkun żviluppa antikorpi kontra l-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, jista' jseħħ it-tiġdid tal-popolazzjoni. L-ebda ħanżir ma jista' jħalli l-impriża qabel ma jkunu disponibbli riżultati neġattivi mill-eżami seroloġiku;

    (b) riġward l-għamliet l-oħra kollha tat-trobbija, id-dħul mill-ġdid tal-ħnieżer għandu jsir jew skond il-miżuri pprovduti fil-paragrafu (a) jew għandu jkun ibbażat fuq it-tiġdid tal-popolazzjoni totali sakemm:

     il-ħnieżer kollha jaslu f'perjodu taż-żmien ta' 20 jum u jiġu minn impriżi li ma jkunu ġew issoġġettati għall-ebda restrizzjoni li għandha x'taqsam mal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer,

     il-ħnieżer fil-merħla ppopolata mill-ġdid jiġu ssoġġettati għal eżami seroloġiku skond il-manwal dijanjostiku. Il-kampjunar għal dan l-eżami għandu jsir l-iktar kmieni 40 jum wara l-wasla ta' l-aħħar ħnieżer,

     l-ebda ħanżir ma jista' jħalli l-impriża qabel ikunu disponibbli riżultati neġattivi mill-eżami seroloġiku;

    3.  Madanakollu, jekk ikunu għaddew iktar minn sitt xħur mit-tkomplija tal-ħidmiet tat-tindif u d-diżinfezzjoni fl-impriża, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza deroga mid-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 hawn fuq, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni epidemjoloġika.

    Artikolu 14

    Il-miżuri fil-każ tas-suspett u l-konfema tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fil-ħnieżer f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport

    1.  Fejn ikun hemm is-suspett tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'biċċerija jew mezz tat-trasport, l-Istati Membri għandhom jiżġuraw illi l-awtorità kompetenti minnufih tiftaħ mezz uffiċjali ta' investigazzjoni għalbiex tikkonferma jew taqta' barra l-preżenza tal-mard imsemmi skond il-proċeduri stabbiliti fil-manwal dijanjostiku.

    2.  Jekk jinkixef każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'biċċerija jew fuq mezz tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tiżġura illi:

    (a) l-annimali kollha suxxettibli fil-biċċerija jew fil-mezz tat-trasport jiġu maqtula mingħajr dewmien;

    (b) il-karkassi, il-ġewwieni u l-iskart mill-annimali ta' l-annimali possibbilment infettati u mniġġża jiġu pproċessati taħt is-supreviżjoni uffiċjali;

    (ċ) it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-bini u tat-tagħmir, inklużi l-vetturi, isiru taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali, skond l-istruzzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti;

    (d) titwettaq investigazzjoni epidemjoloġika kif ipprovdut fl-Artikolu 8 mutatis mutandis;

    (e) l-iżolat mill-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer ikun bla ħsara għall-proċedura tal-laboratorju stabbilita fil-manwal dijanjostiku biex tiddentifika t-tip ġenetiku tal-virus;

    (f) il-miżuri riferiti fl-Artikolu 7 jiġu applikati fl-impriża meta l-ħnieżer jew il-karkassi infettati jkunu ġew minn impriżi oħra jew b'kuntatt magħhom. Għajr jekk indikat xorta oħra mill-inkjesta epidemjoloġika, il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 5(1) għandhom jiġu applikati fl-impriża ta' l-oriġini tal-ħnieżer jew tal-karkassi infettati;

    (ġ) l-ebda annimal ma għandu jiddaħħal mill-ġdid għall-qatla jew għat-trasport sa għall-inqas 24 siegħa wara t-tlestija tal-ħidmiet tat-tindif u tad-diżinfezzjoni kompletati skond l-Artikolu 12.

    Artikolu 15

    Il-miżuri f'każijiet tas-suspett u l-konferma tal-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari fil-ħnieżer selvaġġi

    1.  Minnufih wara li l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jkollha t-tagħrif illi ġie ssuspettat li ħnieżer selvaġġi huma infettati, għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tikkonferma jew taqta' barra l-preżenza tal-marda, billi tagħti tagħrif lis-sidien tal-ħnieżer u lill-kaċċaturi, u b'investigazzjonijiet fuq il-ħnieżer selvaġġi kollha maqtula jew misjuba mejta, inkluż it-testijiet fil-laboratorju.

    2.  Hekk kif tkun saret il-konferma ta' każ primarju tal-marda ta' l-infafet vesikolari fil-ħnieżer selvaġġi, sabiex jitnaqqas it-tixrid tal-marda l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha minnufih:

    (a) tistabbilixxi grupp ta' esperti inklużi veterinarji, kaċċaturi, bijoloġisti tal-ħajja selvaġġa u epidemjoloġisti. Il-grupp ta' l-esperti għandu jgħin lill-awtorità kompetenti sabiex:

     tistudja s-sitwazzjoni epidemjoloġika u jiddefinixxi żona infettata, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(3)(b),

     tistabbilixxi l-miżuri xierqa li jridu jiġu applikati fiż-żona infettata b'żieda ma' dawk riferiti fil-punti (b) u (ċ); dawn il-miżuri jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-kaċċa u l-projbizzjoni tat-tmigħ tal-ħnieżer selvaġġi,

     tfassal pjan ta' l-eredikazzjoni li jrid jiġi sottomess lill-Kummissjoni skond Artikolu 16,

     twettaq verifiki sabiex jirrevedi l-effettività tal-miżuri adottati għalbiex tiġi eradikata l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer mill-arja infettata;

    (b) tqiegħed minnufih taħt is-sorveljanza uffiċjali l-impriżi tal-majjal fl-arja ddefinita bħala infettata u għandha b'mod partikolari tordna illi:

     twettaq ċensiment uffiċjali tal-kategoriji kollha tal-ħnieżer fl-impriżi kollha; iċ-ċensiment għandu jinżamm aġġornat mis-sid. It-tagħrif fiċ-ċensiment għandu jiġi mogħti fuq talba u jista' jiġi kkontrollat f'kull spezzjon. Madanakollu, riġward l-impriżi tal-majjal għall-beraħ, l-ewwel ċensiment jista' jsir fuq il-bażi ta' stima,

     bil-ħnieżer kollha fuq l-impriża jinżammu fil-kwartieri fejn jgħixu jew f'kull post ieħor fejn jistgħu jiġu iżolati mill-ħnieżer selvaġġi. Il-ħnieżer selvaġġi ma jrid ikollhom aċċess għall-ebda materjal li jistgħu sussegwentament jiġi b'kuntatt mal-ħnieżer fuq l-impriża,

     l-ebda majjal ma jista' jħalli jew joħroġ mill-impriża għajr fejn awtorizzat mill-awtorità kompetenti wara li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika,

     il-mezzi xierqa ta' diżinfezzjoni li jridu jintużaw fid-dħul u fil-ħruġ tal-bini fejn jinżammu l-ħnieżer u fl-impriża nfisha,

     il-miżuri iġjeniċi xierqa li jridu jiġu applikati mill-persuni kollha li jiġu f'kuntat mal-ħnieżer selvaġġi, biex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, liema miżuri jistgħu jinkludu l-projbizzjoni temporanja tal-persuni li jiġu f'kuntatt ma' ħnieżer selvaġġi milli jidħlu fl-impriża tal-majjal,

     il-ħnieżer kollha mejta jew morda bil-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fuq impriża jridu jiġu eżaminati għall-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer,

     l-ebda parti minn kull ħanżir selvaġġ, sewwa jekk maqtul b'arma tan-nar u sewwa jekk misjub mejjet, kif ukoll kull materjal jew tagħmir li jista' jkun imniġġeż bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer ma għandha tiddaħħal fl-impriża tal-majjal,

     il-ħnieżer, is-semen tagħhom, l-embrijoni jew l-ova ma għandhomx jitneħħew miż-żona infettata bl-għan tal-kummerċ intra-Komunitarja;

    (ċ) tirranġa illi l-ħnieżer selvaġġi kollha maqtula jew misjuba mejta fl-arja ddefinita bħala infettata jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali u eżaminati għall-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer skond il-manwal dijanjostiku. Il-karkassi ta' l-annimali kollha misjuba pożittivi għandhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali. Fejn dawn l-eżamijiet jirriżultaw fin-neġattiv riġward il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE ( 16 ). Il-partijiet mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem Għandhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali;

    (e) tiżġura illi l-iżolat tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer ikun bla ħsara għall-proċedura tal-laboratorju indikata fil-manwal dijanjostiku biex jidentifika t-tip ġenetiku tal-virus;

    3.  Jekk każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġrat fil-ħnieżer selvaġġi f'arja ta' Stat Membru qrib it-territorju ta' Stat Membru ieħor, l-Istati Membri interessati għandhom jikkollaboraw sabiex jistabbilixxu l-miżuri għall-kontroll għall-marda.

    Artikolu 16

    Il-pjani għall-edikazzjoni tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer mill-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi

    1.  Mingħajr preġudizzju għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien 90 jum mill-konferma tal-każ primarju tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi pjan bil-miktub dwar il-miżuri meħuda sabiex jeradikaw il-marda fl-arja ddefinita bħala infettata u l-miżuri applikati fl-impriżi f'din l-arja.

    Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjan sabiex tistabbilixxi jekk tippermettix li jinkiseb l-għan mixtieq. Il-pjan, u jekk meħtieġ bl-emendi, għandu jiġi approvat skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2).

    Il-pjan jista' jiġi emendat sussegwentament jew issupplimentat sabiex iqis l-iżviluppi fis-sitwazzjoni.

    Jekk dawn l-emendi jinteressaw id-definizzjoni mill-ġdid ta' l-arja infettata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġu mgħarrfa b'dawn l-emendi mingħajr dewmien.

    Jekk l-emendi jinteressaw disposizzjonijiet oħra tal-pjan, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-pjan emendat lill-Kummissjoni sabiex jiġi eżaminat u possibbilment approvat skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2).

    2.  Wara li jiġu approvati l-miżuri pprovduti fil-pjan msemmi fil-paragrafu 1, dawn għandhom jieħdu l-post tal-miżuri tal-bidu stabbiliti fl-Artikolu 15, f'data li għandha tiġi deċiża meta tingħata l-approvazzjoni.

    3.  Il-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu tagħrif dwar:

    (a) ir-riżultati ta' l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi u l-kontrolli mwettqa skond l-Artikolu 15 u d-distribuzzjoni ġeografika tal-marda;

    (b) arja ddefinita infettata fit-territorju ta' l-Istat Membru interessat. Meta tkun qiegħda tiġi ddefinita l-arja infettata, l-awtorità kompetenti għandha tqis:

     ir-riżultati ta' l-investiġazzjonijiet epidemjoloġiċi mwettqa u d-distribuzzjoni ġeografika tal-marda,

     il-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi fl-arja,

     l-eżistenza ta' ostakoli maġġuri naturali jew artifiċjali għall-movimenti tal-ħnieżer selvaġġi;

    (ċ) l-organizzazzjoni ta' koperazzjoni mill-qrib bejn il-bijoloġisti, il-kaċċaturi, l-organizzazzjonijiet tal-kaċċaturi, is-servizzi tal-protezzjoni ta' l-annimali selvaġġi u s-servizzi veterinarji (tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika);

    (d) il-kampanja ta' tagħrif li trid tiġi infurzata biex iżżid il-konoxxenza tal-kaċċaturi dwar il-miżuri li huma jridu jadottaw fil-qafas tal-pjan ta' l-eradikazzjoni;

    (e) l-isforzi speċifiċi magħmula għalbiex jistabbilixxu n-numru u l-lokazzjoni tal-meta-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi fl-arja infettata u madwarha;

    (f) in-numru approssimattiv tal-meta-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi fl-arja infettata u madwarha;

    (ġ) l-isforzi speċifiċi magħmula sabiex jistabbilixxu l-kobor ta' l-infezzjoni fil-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi, billi ssir investigazzjoni dwar il-ħnieżer selvaġġi maqtula mill-kaċċaturi jew misjuba mejta, u bit-testjijiet tal-laboratorju, inklużi l-investigazzjonijiet epidjemoloġiċi stratifikati skond l-età;

    (ħ) il-miżuri adottati sabiex inaqqsu t-tixrid tal-marda minħabba l-movimenti tal-ħnieżer selvaġġi u l-movimenti u/jew il-kuntatti bejn il-meta-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi; dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-projbizzjoni tal-kaċċa;

    (i) il-miżuri adottati sabiex inaqqsu l-popolazzjoni suxxettibbli tal-ħnieżer selvaġġi u b'mod partikolari tal-friegħ tal-ħnieżer;

    (j) il-ħtiġiet li jridu jitħarsu mill-kaċċaturi sabiex jevitaw kull tixrid tal-marda;

    (k) il-metodu tat-tneħħija tal-ħnieżer selvaġġi misjuba mejta jew maqtula, li għandu jkun imsejjes fuq:

     il-proċessar taħt is-superviżjoni uffiċjali, jew

     l-ispezzjon minn veterinarju uffiċjali u t-testijiet tal-laboratorju kif ipprovdut fil-manwal dijanjostiku. Il-karkassi ta' l-annimali kollha misjuba pożittivi għandhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali. Fejn dawn it-testijiet jirriżultaw fin-negattiv rigward il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 92/45/KEE. Il-partijiet mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu pproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali;

    (l) l-inkjesta epidemjoloġika li titwettaq fuq kull ħanżir selvaġġ, sewwa jekk maqtul u sewwa jekk misjub mejjet. Din l-inkjesta trid tinkludi t-tkomplija ta' kwestjonarju li jforni tagħrif dwar:

     l-arja ġeografika fejn l-annimal instab mejjet jew inqatel,

     id-data li fiha l-annimal nstab mejjet jew inqatel,

     il-persunu li sabet jew qatlet l-annimal,

     l-età u s-sess tal-ħanżir,

     jekk maqtul: is-sintomi qabel il-qtil,

     jekk misjub mejjet: l-istat tal-karkassa,

     is-sejbiet tal-laboratorju;

    (m) il-programmi tas-sorveljanza u l-miżuri tal-prevenzjoni li japplikaw għall-impriżi li jinsabu fl-arja ddefinita bħala infettata, u jekk meħtieġ, madwarha, inklużi t-trasport u l-moviment ta' l-annimali lejn u mill-arja; dawn il-miżuri għandhom mill-inqas jinkludu l-projbizzjoni fuq il-moviment tal-ħnieżer, is-semen, l-embrijoni u l-ova tagħhom mill-arja infettata bl-għan tal-kummerċ intra-Komunitarju;

    (n) il-kriterji l-oħra li jridu jiġu applikati sabiex jitneħħew il-miżuri meħuda għalbiex jeradikaw il-marda fl-arja ddefinita u l-miżuri applikati fuq l-impriżi fl-arja;

    (o) l-awtorità fdata bis-sorveljanza u l-kordinament tad-dipartimenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-pjan;

    (p) is-sistema stabbilita sabiex il-grupp ta' l-esperti maħtur skond l-Artikolu 15(2)(a) jista' jirrevedi fuq bażi regolari r-riżultati tal-pjan ta' l-eradikazzjoni;

    (q) il-miżuri għall-monitorjar tal-marda illi għandhom ikunu infurzati wara li jkun għadda perjodu taż-żmien ta' mill-inqas 12-il xaħar mill-aħħar każ ikkonfermat tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fl-arja definita bħala infettata; dawn il-miżuri ta' sorveljanza għandhom jibqgħu fis-seħħ għal mill-inqas 12-il xaħar u għandhom jinkludu mill-inqas il-miżuri diġà infurzati skond il-punti (ġ), (k) u (l).

    4.  Rapport li jirrigwarda s-sitwazzjoni epidemoljoġika fl-arja definita u r-riżultati tal-pjan ta' l-erdikazzjoni għandhom jiġu transmessi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull 6 xhur.

    Jistgħu jiġu adottati regoli iktar iddettaljati li għandhom x'jaqsmu mat-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri dwar din il-materja skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 17

    Il-proċeduri dijanjostiċi u l-ħtiġiet ta' bijo-siġurtà

    1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

    (a) il-proċeduri dijanjostiċi, il-kampjuni u t-testjar tal-laboratorju sabiex jikxfu l-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer jiġu mwettqa skond il-manwal dijanjostiku;

    ▼M4

    (b) il-laboratorju nazzjonali huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi ta’ dijanjosi f’kull Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III.

    L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku, id-dettalji tal-laboratorju nazzjonali tagħhom, u kull tibdil sussegwenti, b’mod li jista’ jkun speċifikat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

    ▼B

    2.  Il-laboratorji nazzjonali riferiti fil-paragrafu 1(b) għandhom jikkordinaw mal-laboratorju tar-referenza tal-Komunità msemmi fl-Anness IV. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu, il-poteri u d-doveri tal-laboratorju għandhom ikunu dawk li jidhru fl-Anness imsemmi.

    3.  Sabiex jiġu żgurati proċeduri uniformi għalbiex tiġi dijanjostikata l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, fi żmien xahrejn mid-data meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ u skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2), għandu jiġi approvat manwal dijanjostiku tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, li jistabbilixxi għall-inqas:

    (a) il-ħtiġiet minimi tal-bijo-siġurtà u l-istandards ta' kwalità li jridu jiġu osservati mill-laboratorji dijanjostiċi tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u għat-trasport tal-kampjuni;

    (b) il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jitwettqu l-eżamijiet kliniċi jew post-mortem sabiex jikkonfermaw jew jeskludu l-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (ċ) il-kriterji u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti għall-ġbir ta' kampjuni mill-ħnieżer ħajjin u mill-karkassi tagħhom, sabiex jikkonfermaw jew jeskludu l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer bl-eżamijiet tal-laboratorju, inklużi l-metodi tal-kampjunar għall-eżamijiet ta' kontrolli serjoloġiċi jew viroloġiċi mwettqa fil-qafas ta' l-applikazzjoni tal-miżuri maħsuba f'din id-Direttiva;

    (d) it-testijiet tal-laboratorju li jridu jintużaw għad-dijanjosi tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, inklużi:

     it-testijiet għad-dijanjosi differenzjali bejn il-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u l-virusijiet l-oħra li jgorru l-pesta

     jekk disponibbli u xierqa, it-testijiet għalbiex jiddistingwu l-mudell anti-korp li jinħareġ bil-vaċċin markatur minn dak li jinħareġ bit-tip selvaġġ tal-virus selvaġġ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer,

     il-kriterji sabiex jiġu evalwati r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju;

    (e) il-metodi tat-teknika tal-laboratorju sabiex jingħataw it-tip ġenetiku ta' l-iżolati mill-virusijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

    4.  Biex jiġu ggarantiti l-kondizzjonijiet xierqa ta' bijo-sigurtà sabiex jipproteġu s-saħħa ta' l-annimali, il-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, il-ġenomu u l-antiġeni tiegħu u t-tilqim għar-riċerka, id-dijanjosi jew il-fabbrikazzjoni għandhom jiġu mmanipulati jew użati biss fil-postijiet, l-istabbilimenti jew il-laboratorji approvati mill-awtorità kompetenti.

    Il-lista tal-postijiet, l-istabbilimenti jew il-laboratorji approvati għandha tkun transmessa lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Mejju 2003 u miżmuma aġġornata minn hemm 'il quddiem.

    5.  Id-disposizzjonijiet ta' l-Annessi III jew IV u l-manwal dijanjostiku jistgħu jiġu ssuplimentati jew emendati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 18

    L-użu, il-fabbrikazzjoni u l-bejgħ tal-vaċċin tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer

    1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

    (a) l-użu tal-vaċċini tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer ikun ipprojbit;

    (b) il-manipulazzjoni, il-fabbrikazzjoni, il-ħażna, il-provista, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-vaċċin tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fit-territorju tal-Komunità jiġu mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali.

    2.  Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu adottati r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, l-ippakkjar, id-distribuzzjoni u l-istat tal-ħażniet tal-vaċċini tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fil-Komunità skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 19

    Il-vaċċin ta' emerġenza fl-impriżi tal-majjal

    1.  Minkejja l-Artikolu 18(1)(a), meta l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġiet ikkonfermata fl-impriżi tal-majjal u l-informazzjoni epidemjoloġika għad-disposizzjoni tindika illi hemm il-periklu li tinxtered, jista' jiddaħħal tilqim ta' l-emerġenza fl-impriżi tal-majjal skond il-proċeduri u d-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 9 ta' dan l-Artikolu.

    2.  Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(2), il-kriterji prinċipali u l-fatturi tar-riskju li jridu jiġu kkunsidrati sabiex jiġi applikat it-tilqim ta' l-emerġenza huma stabbiliti fl-Anness VI. Dawn il-kriterji u l-fatturi tar-riskji jistgħu sussegwentement jiġu emendati jew issuplimentati sabiex iqisu l-iżviluppi u l-esperjenzi xjentifiċi, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

    3.  Fejn Stat Membru għandu l-ħsieb li jintroduċi t-tilqim, għandu jissottometti lill-Kummissjoni pjan tat-tilqim ta' emerġenza, li għall-inqas jinkludi tagħrif dwar:

    (a) is-sitwazzjoni tal-marda li wasslet għat-talba tat-tilqim ta' emerġenza;

    (b) il-kobor ta' l-arja ġeografika li fiha jkun sejjer jitwettaq it-tilqim ta' emerġenza u n-numru ta' l-impriżi tal-majjal f'din il-arja;

    (ċ) il-kategoriji tal-ħnieżer u n-numru bejn wieħed u ieħor tal-ħnieżer li jridu jiġu mlaqqma;

    (d) il-vaċċin li jkun sejjer jintuża;

    (e) it-tul taż-żmien tal-kampanja tat-tilqim;

    (f) l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali mlaqqma;

    (ġ) il-miżuri dwar il-moviment tal-ħnieżer u tal-prodotti minnhom;

    (ħ) il-kriterji li jridu jiġu kkunsidrati biex jiġi deċiż jekk jiġix applikat t-tilqim jew il-miżuri riferiti fl-Artikolu 7(2) fl-impriżi b'kuntatt;

    (i) materji oħrajn addattati għall-emerġenza, inklużi l-eżamijiet kliniċi u tal-laboratorju li jridu jitwettqu fuq il-kampjuni meħuda mill-impriżi mlaqqma u impriżi oħra lokati fl-arja tat-tilqim, b'mod partikolari jekk iridx jintuża vaċċin markatur.

    Il-Kummissjoni għandha teżamina minnufih il-pjan b'kollaborazzjoni ma' l-Istat Membru interessat. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), il-pjan tat-tilqim ta' emerġenza jista' jiġi approvat u jistgħu jiġu mitluba żidiet jew emendi qabel tingħata l-approvazzjoni.

    Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), il-pjan tat-tilqim ta' emerġenza jista' sussegwentement jiġi emendat jew issuplimentat sabiex iqis l-iżviluppi fis-sitwazzjoni.

    4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, kull Stat Membru li jwettaq it-tilqim ta' emerġenza għandu jiżgura illi matul il-perjodu taż-żmien tat-tilqim:

    (a) l-ebda ħanżir ħaj ma jħalli l-arja tat-tilqim, sa kemm jiġu ttrasportati lejn il-biċċeriji indikati mill-awtorità kompetenti u lokati fl-arja tat-tilqim jew qrib din l-arja għall-qatla minnufih jew lejn impjant tal-qerda jew lejn post xieraq fejn jiġu maqtula minnufih u l-karkassi tagħhom ipproċessati taħt is-sorveljanza uffiċjali;

    (b) il-laħam tal-majjal frisk kollu prodott mill-ħnieżer imlaqqma matul il-perjodu taż-żmien ta' emerġenza jiġi jew ipproċessat jew immarkat u ttrattat skond id-disposizzjonijiet riferiti fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 10(3)(f);

    (ċ) is-semen, l-ova u l-embrijoni miġbura mill-ħnieżer li jridu jiġu mlaqqma matul it-30 jum qabel it-tilqim jiġu ttraċċjati u meqruda taħt is-sorveljanza uffiċjali.

    5.  Id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 għandhom japplikaw għal minimu taż-żmien ta' 6 xhur wara t-tkomplija tal-ħidmiet tat-tilqim fl-arja fil-kwistjoni.

    6.  Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2) u qabel l-aħħar tal-perjodu taż-żmien ta' sitt xhur riferit fil-paragrafu 5, għandhom jittieħdu miżuri għalbiex jipprojbixxu:

    (a) il-ħnieżer seropożittivi milli jħallu l-impriża fejn ikunu miżmuma, għajr għall-qatla minnufih;

    (b) il-ġbir tas-semen, l-embrijoni jew l-ova mill-ħnieżer seropożittivi;

    (ċ) il-friegħ seropożittivi tal-ħnieżer milli jħallu l-impriża tagħhom ta' l-oriġini sakemm jiġu ttrasportati lejn:

     biċċerija għall-qtil minnufih,

     impriża nnominata mill-awtorità kompetenti, li minnha jridu jintbagħtu direttament lejn il-biċċerija,

     impriża wara li tikseb riżultat neġattiv mit-test seroloġiku għall-antikorpi kontra l-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

    7.  Id-deċiżjoni li jiddaħħal it-tilqim ta' emerġenza tista' tittieħed minn Stat Membru permezz ta' deroga mill-paragrafu 3, sakemm l-interessi tal-Komunità ma jiġux imhedda u sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) irid jiġi mfassal pjan-qafas tat-tilqim ta' emerġenza skond l-Artikolu 22. Il-pjan speċifiku u d-deċiżjoni biex jiġi adottat it-tilqim ta' emerġenza jrid jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel il-bidu tal-ħidmiet tat-tilqim;

    (b) b'żieda mat-tagħrif riferit fil-paragrafu 3, il-pjan irid jistabbilixxi illi l-ħnieżer kollha fuq l-impriżi fejn irid jiġi użat it-tilqim iridu jinqatlu malajr kemm jista' jkun wara t-tkomplija tal-ħidmiet tat-tilqim skond il-paragrafu 4(a), u l-laħam frisk prodott minn dawn il-ħnieżer irid jiġi jew ipproċessat jew immarkat u ttrattat skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 10(3)(f).

    Meta tittieħed din id-deċiżjoni, il-pjan tat-tilqim għandu jiġi rivedut minnufih mill-Kumitat Permanenti Veterinarju. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), il-pjan għandu jiġi approvat jew emendat u jistgħu jintalbu żidiet qabel tingħata l-approvazzjoni.

    8.  Minkejja d-diposizzjonijiet stabbiliti fil-paraġrafi 5 u 6, il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 4 jistgħu jiġu mneħħija wara li:

    (a) il-ħnieżer kollha fuq l-impriżi fejn ikun ġie użat it-tilqim ikunu ġew maqtula skond il-paragrafu 4(a), u l-laħam frisk prodott minn dawn il-ħnieżer ikun ġie jew ipproċessat jew immarkat u ttrattat skond ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 10(3)(f);

    (b) l-impriżi kollha fejn kienu jinżammu l-ħnieżer imlaqqma jkunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati skond l-Artikolu 12.

    Fejn jitneħħew il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll illi:

    (a) id-dħul mill-ġdid tal-ħnieżer fl-impriżi msemmija hawn fuq ma għandux isir sa għall-inqas għaxart ijiem wara t-tkompija tal-ħidmiet tat-tindif u d-diżinfezzjoni, u wara li l-ħnieżer fuq l-impriżi fejn ikun ġie applikat il-vaċċin ikunu ġew maqtula;

    (b) wara d-dħul mill-ġdid, il-ħnieżer fuq l-impriżi kollha fl-arja tat-tilqim għandhom jiġu sottomessi għal eżamijiet kliniċi u tal-laboratorju kif stabbilit fil-manwal dijanjostiku sabiex tinkixef il-preżenza possibbli tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer. Fil-każ tal-ħnieżer imdaħħla mill-ġdid fl-impriżi fejn ikun ġie applikat il-vaċċin, dawn l-eżamijiet ma għandhomx isiru qabel ma jkunu għaddew mill-inqas 40 jum wara d-dħul mill-ġdid, li matulhom ħnieżer ma jkunux tħallew jiċċaqalqu mill-impriża.

    9.  F'dawk il-każijiet fejn ikun ġie użat il-vaċċin markatur matul il-kampanja tat-tilqim, jistgħu jiġu awtorizzati deroġi mid-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 27(2), b'mod partikolari rigward il-marka tal-laħam mill-ħnieżer imlaqqma u l-użu sossegwenti tiegħu, u d-destinazzjoni tal-prodotti ttrattati. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) il-pjan tat-tilqim għandu jkun ġie approvat minn qabel il-bidu tal-ħidmiet tat-tilqim skond il-paragrafu 3,

    (b) għandha tkun ġiet sottomessa talba speċifika lill-Kummissjoni mill-Istat Membru interessat, akkumpanjata b'rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-kampanja tat-tilqim, ir-riżultati tagħha u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali, u

    (ċ) għandu jkun ġie mwettaq kontroll fuq il-post dwar l-implimentazzjoni tal-kampanja tat-tilqim skond il-proċeduri riferiti fl-Artikolu 21.

    L-adozzjoni tad-derogi mid-disposizzjonijiiet riferiti fil-paraġrafi 4, 5 u 6 għandhom ikunu msejsa fuq ir-riskju li jinxtered il-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer bil-moviment u l-kummerċ tal-ħnieżer imlaqqma, il-friegħ tagħhom jew il-prodotti minnhom.

    Artikolu 20

    It-tilqim ta' emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi

    1.  Minkejja l-Artikolu 18(1)(a), meta l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġiet ikkonfermata fil-ħnieżer selvaġġi u l-informazzjoni disponibbli tindika illi thedded li tinxtered, jista' jiddaħħal it-tilqim ta' emerġenza għall-ħnieżer selvaġġi skond il-proċeduri u d-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paraġrafi 2 u 3.

    2.  Fejn Stat Membru jkun beħsiebu jdaħħal it-tilqim, għandu jissottometti lill-Kummissjoni pjan ta' tilqim ta' emerġenza, li għandu jinkludi tagħrif dwar:

    (a) is-sitwazzjoni tal-marda li tkun wasslet għat-talba għat-tilqim ta' emerġenza;

    (b) il-kobor ta' l-arja ġeografika li fiha jrid jitwettaq it-tilqim ta' emerġenza. Ikun xi jkun il-każ, din l-arja għandha tkun parti mill-arja infettata ddefinita skond Artikolu 16(3)(b);

    (ċ) it-tip tat-tilqim li jrid jiġi użat u l-proċedura tat-tilqim;

    (d) l-isforzi speċjali għalbiex jitwettaq it-tilqim tal-friegħ;

    (e) it-tul taż-żmien mistenni tal-kampanja tat-tilqim;

    (f) in-numru bejn wieħed u ieħor tal-ħnieżer selvaġġi li jridu jiġu mlaqqma;

    (ġ) il-miżuri adottati sabiex jevitaw produzzjoni għolja fil-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi;

    (ħ) il-miżuri adottati sabiex jevitaw kull tixrid tal-virus tal-vaċċin fost il-ħnieżer miżmuma fuq l-impriżi, jekk japplikaw;

    (i) ir-riżultati mistennija tal-kampanja tat-tilqim u l-parametri li jridu jiġu kkunsidrati għalbiex jivverifikaw l-effettività tagħha;

    (j) l-awtorità mgħobbija bir-responsabbiltà li tissorvelja u tikkordina d-dipartimenti responsabbli mill-pjan ta' l-implimentazzjoni;

    (k) is-sistema stabbilita sabiex il-grupp ta' l-esperti maħtura skond Artikolu 15(2)(a) ikunu jistgħu jirrevedu fuq bażi regolari r-riżultati tal-kampanja tat-tilqim;

    (l) il-materji l-oħra xierqa għall-emerġenza.

    Il-Kummissjoni għandha teżamina minnufih il-pjan f'kollaborazzjoni ma' l-Istat Membru interessat, b'mod partikolari sabiex tiżgura l-konsistenza tiegħu mal-miżuri applikati skond il-pjan ta' l-eredikazzjoni pprovdut fl-Artikolu 16(1).

    Jekk l-arja tat-tilqim tkun qrib it-territorju ta' Stat Membru jkunu f'posthom ukoll il-miżuri għalbiex jeradikaw il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer minn ħnieżer selvaġġi, il-konsistenza bejn il-pjan tat-tilqim u l-miżuri applikati f'dan l-Istat Membru ieħor għandhom ukoll ikunu żgurati.

    Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2), il-pjan tat-tilqim ta' emerġenza jista' jiġi approvat jew emendat u jistgħu jiġu mitluba żidiet qabel tingħata l-approvazzjoni.

    Skond il-proċedura ta' hawn fuq, il-pjan tat-tilqim ta' emerġenza jista' sussegwentement jiġi emendat jew issuplimentat sabiex iqis l-iżviluppi fis-sitwazzjoni.

    3.  Għandu jiġi trasmess rapport li jirrigwarda r-riżultati tal-kampanja tat-tilqim mill-Istat Membru interessat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull sitt xhur, flimkien mar-rapport riferit fl-Artikolu 16(4).

    Artikolu 21

    Il-kontrolli Komunitarji

    L-esperti mill-Kummissjoni jistgħu jagħmlu kontrolli fuq il-post f'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, sakemm u safejn ikun meħtieġ illi jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva. L-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jsiru l-kontrolli għandu jipprovdi lill-esperti bl-għajnuna kollha meħtieġa għalbiex iwettqu d-doveri tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti bir-riżultati tal-kontrolli magħmula.

    Ir-regoli sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu u b'mod partikolari dawk li jirregolaw il-proċedura għall-koperazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġu adottati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 22

    Il-pjanijiet ta' kontinġenza

    1.  Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jispeċifika l-miżuri nazzjonali li jridu jiġu implimentati fl-eventwalità ta' mxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

    Dan il-pjan għandu jippermetti aċċess għall-faċilitajiet, it-tagħmir, il-personal u l-materjali l-oħra xierqa għall-eradikazzjoni bil-ħeffa u effiċjenti ta' l-imxija. Għandu jagħti indikazzjoni preċiża dwar:

    (a) il-ħtiġiet tal-vaċċin li kull Stat Membru interessat jikkonsidra illi jeħtieġ fl-eventwalità tat-tilqim ta' emerġenza;

    (b) ir-reġjuni fejn jistgħu jinstabu erji ta' densità għolja ta' ħnieżer f'kull wieħed mill-Istati Membri, sabiex f'dawn ir-reġjuni jiġi żgurat livell iktar għoli tal-konoxxenza tal-marda u ta' tħejjija għaliha.

    2.  Il-kriterji u l-ħtiġiet li jridu jiġu applikati għat-tfassil tal-pjan ta' kontinġenza għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness VII.

    Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2), dawn il-kriterji u l-ħtiġiet jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati sabiex iqisu n-natura speċifika tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u l-progress li jkun sar fl-iżvilupp tal-miżuri tal-kontroll għall-marda.

    3.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet sabiex tistabbilixxi jekk jippermettux li jinkiseb l-għan mixtieq u għandha tissuġġerixxi lill-Istat Membru interessat kull emenda meħtieġa, b'mod partikolari sabiex tiżgura illi huma kompatibbli ma' dawk ta' l-Istati Membri l-oħra.

    Il-pjani, emendati jekk meħtieġa, għandhom ikunu approvati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

    Il-pjani jistgħu sussegwentment jiġu emendati jew issupplimentati, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2), sabiex iqisu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni. Ikun xi jkun il-każ, kull ħames snin kull Stat Membru għandu jaġġorna l-pjan u jissottomettih lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 23

    Iċ-ċentri tal-kontroll għall-marda u l-gruppi ta' l-esperti

    1.  Kull Stat Membru għandu jiżġura illi jkun jista' jiġi stabbilit minnufih ċentru nazzjonali li jaħdem fis-sħiħ minnufih għall-kontroll tal-marda fl-eventwalità ta' mxijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

    2.  Iċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-marda għandu jidderieġi u jissorvelja l-ħidmiet taċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-marda riferiti fil-paragrafu 3. Għandu jkun, inter alia, responsabbli li:

    (a) jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontroll;

    (b) jiżgura l-implimentazzjoni fil-pront u b'mod effiċjenti l-miżuri riferiti hawn fuq miċ-ċentri għall-kontroll lokali tal-marda;

    (ċ) iħaddem impjegati u riżorsi oħra għaċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-marda;

    (d) jipprovdi t-tagħrif lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-organizzazzjonijiet veterinarji nazzjonali, lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-entitajiet agrikoli u tal-kummerċ;

    (e) li, meta indikat, jorganizza t-tilqim ta' emerġenza u li jiddefinixxu l-erji tat-tilqim;

    (f) jibni kuntatt ma' laboratorji dijanjostiċi;

    (ġ) jibni kuntatt ma' l-istampa u medja oħra;

    (ħ) jibni kuntatt ma' l-awtoritajiet tal-pulizija sabiex jiżgura miżuri speċifiċi leġali.

    3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu jistgħu jiġu stabbiliti minnufih ċentri nazzjonali għall-kontroll tal-marda li jiffunzjonaw fis-sħiħ fl-eventwalità ta' mxijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.

    4.  Ċerti funzjonijiet taċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-marda jistgħu, madanakollu, jiġu ddelegati liċ-ċentru lokali għall-kontroll tal-marda li jintervjeni fil-livell amministrattiv ipprovdut fl-Artikolu 2(2)(p) tad-Direttiva 64/432/KEE jew f'livell iktar għoli, sakemm ma jikkompromettix l-għanijiet taċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-marda.

    5.  L-Istati Membri għandhom joħolqu grupp ta' esperti li jaħdmu permanenti għalbiex iżommu l-kompetenza li jgħinu lill-awtorità kompetenti biex jiżġuraw it-tħejjija tagħhom għall-mard.

    Fil-każ ta' mxija, il-grupp ta' l-esperti għandu jgħin lill-awtorità kompetenti għall-inqas fi:

    (a) l-inkjesta epedimjoloġika;

    (b) it-teħid tal-kampjuni, it-testjijiet u l-interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju;

    (ċ) li jistabbilixxu l-miżuri għall-kontroll tal-marda.

    6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi ċentri nazzjonali u lokali għall-kontroll tal-marda u l-grupp ta' l-esperti jkollhom il-personal, il-faċilitajiet u t-tagħmir, inklużi s-sistemi ta' komunikazzjonijiet li jinħtieġu, u katina ċara u effettiva ta' kmand u ta' maniġġjar sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni minnufih tal-miżuri għall-kontroll tal-marda stabbiliti f'din id-Direttiva.

    Id-dettalji dwar il-personal, il-faċilitajiet, it-tagħmir, il-katina tal-kmand u l-maniġġjar taċ-ċentri nazzjonali u lokali għall-kontroll tal-marda u tal-gruppi ta' l-esperti għandhom ikunu stabbiliti fil-pjani ta' kontinġenza riferiti fl-Artikolu 22.

    7.  Jistgħu jiġu stabbiliti iktar kriterji u ħtiġiet dwar il-funzjoni u d-dmirijiet taċ-ċentri nazzjonali għall-kontroll nazzjonali tal-mard, iċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-mard u l-gruppi ta' l-esperti skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 24

    L-użu ta' iskart tal-fornituri ta' l-ikel

    1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

    (a) ikun ipprojbit it-tmigħ lill-ħnieżer bl-iskart mill-fornituri ta' l-ikel;

    (b) l-iskart tal-fornituri ta' l-ikel minn mezzi internazzjonali tat-trasport bħalma huma l-bastimenti, il-vetturi ta' l-art u l-ajruplani jinġabru u jinqerdu taħt is-sorveljanza uffiċjali;

    (ċ) it-tagħrif dwar kif jiġu applikati d-disposizzjonijiet tal-punti (a) u (b) u l-kontrolli relevanti mwettqa mill-Istati Membri jiġu trasmessi lill-Kummissjoni l-iktar tard sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena u għall-ewwel darba fl-2003. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dan it-tagħrif lill-Kumitat Permanenti Veterinarju stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 68/361/KEE ( 17 ).

    2.  Jistgħu jiġu adottati regoli ddettaljati dwar il-miżuri tal-kontroll li jridu jiġu applikati u t-tagħrif li jrid jiġi fornit mill-Istati Membri, b'mod partikolari rigward id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(ċ) skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(2).

    3.  Id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw sad-data meta tiġi applikata l-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-użu ta' l-iskart ta' l-ikel mill-fornituri ta' l-ikel għat-tgħam tal-ħnieżer fil-qafas tar-regoli fuq il-prodotti sekondarji mill-annimali li ma jkunux maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew għan-nutriment ta' l-annimali.

    Artikolu 25

    Il-proċeduri għall-emendi ta' din id-Direttiva u ta' l-Annessi tagħha u sabiex jiġu addattati regoli iżjed iddettaljati għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva

    1.  Jekk meħtieġ, din id-Direttiva tista' tiġi emendata mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, sabiex iqis l-iżviluppi fil-għerf xjentifiku u tekniku.

    2.  Madanakollu, l-Annessi ma' din id-Direttiva għandhom jiġu emendati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(2).

    3.  Kull regola ddettaljata meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva tista' tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(2).

    Artikolu 26

    Il-proċedura regolatorja normali

    1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti Veterinarju stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE.

    2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xħur.

    Artikolu 27

    Il-proċedura regolatorja aċċellerata

    1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti Veterinarju stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE.

    2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' 15-il jum.

    Artikolu 28

    It-tħassir

    1.  Id-Direttiva 80/217/KEE, kif emendata bl-atti mniżżla fil-lista fil-Parti A ta' l-Anness VIII hija hawnhekk imħassra mill-1 ta' Novembru 2002, bla ħsara għad-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti fl-Artikolu 29 u bla ħsara għall-obbligu li l-Istati Membri interessati rigward it-temmiet taż-żmien għat-trasposizzjoni tad-Direttivi msemmija stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness VIII.

    Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra 80/217/KEE għandhom jinftieħmu illi jirreferu għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella tal-korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IX.

    2.  Id-Deċiżjoni 81/859/KEE hija hawnhekk imħassra.

    Artikolu 29

    Disposizzjonijiet transitorji

    1.  L-Annessi I u IV tad-Direttiva 80/217/KEE għandhom jissoktaw jgħoddu bħala deroga mill-ewwel sub-inċiż ta' l-Artikolu 28(1), għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva sakemm tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni li tapprova l-manwal dijanjostiku riferit fl-Artikolu 17(3) ta' din id-Direttiva.

    2.  Il-pjani għall-eradikazzjoni tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer mill-ħnieżer selvaġġi, approvati skond l-Artikolu 6a tad-Direttiva 80/217/KEE u fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, għandhom jissoktaw jgħoddu għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

    Madankollu, l-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta'Frar 2003, jissottomettu lill-Kummissjoni emendi għal dawn il-pjanijiet, filwaqt li jqisu d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 16(3).

    Il-pjani, emendati kif meħtieġ, għandhom jiġu approvati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 27(2).

    3.  Il-pjani ta' kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, approvati skond Artikolu 14b tad-Direttiva 80/217/KEE u fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, għandhom jissoktaw japplikaw għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

    Madanakollu, l-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta' Mejju 2003, jissottomettu lill-Kummissjoni emendi għal dawn il-pjani, filwaqt li jqisu d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22.

    Il-pjani, emendati skond il-ħtieġa, għandhom jiġu approvati skond il-proċeduri riferiti fl-Artikolu 26(2).

    4.  Sakemm tapplika din id-Direttiva, jistgħu jiġu adottati iktar disposizzjonijiet transitorji dwar il-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer skond l-Artikolu 26(2).

    Artikolu 30

    It-trasposizzjoni għal-leġislazzjoni nazzjonali u l-applikazzjoni

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta' Ottubru 2002. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih.

    Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta' Novembru 2002.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    Artikolu 31

    Id-dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 32

    Lil min indirizzata:

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS I

    In-notifika tal-marda u iktar tagħrif epidemjoloġiku li jridu jiġu pprovduti mill-Istat Membru fejn tkun ikkonformata marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer

    1. Fi fi żmien 24 siegħa mill-konferma ta' kull imxija primarja, kull każ primarju fil-ħnieżer selvaġġi jew każ f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport, l-Istat Membru interessat irid jinnotifika permezz tas-Sistema tan-Notifiki tal-Mard ta' l-Annimali stabbilita skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE:

    (a) it-data tad-dispaċċ;

    (b) il-ħin tad-dispaċċ;

    (ċ) l-isem ta' l-Istat Membru;

    (d) l-isem tal-marda;

    (e) in-numru ta' mxiji jew każijiet;

    (f) id-data li fiha kienet issuspetta l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (ġ) id-data tal-konferma;

    (ħ) il-metodi użati għall-konferma;

    (i) jekk il-preżenza tal-marda ġietx ikkonfermata fil-ħnieżer selvaġġi jew fil-ħnieżer f'impriża, f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport;

    (j) il-lokazzjoni ġeografika fejn ġiet ikkonfermata l-imxija jew il-każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (k) il-miżuri applikati għall-kontroll tal-marda.

    2. Fil-każ ta' mxija primarja jew ta' każijiet fil-biċċeriji jew il-mezzi tat-trasport, b'żieda ma' l-informazzjoni riferita fil-punt 1, l-Istati Membri interessati jridu wkoll jibagħtu t-tagħrif li ġej:

    (a) in-numru tal-ħnieżer suxxettibbli fl-imxija, fil-biċċerija jew fil-mezzi tat-trasport;

    (b) in-numru tal-ħnieżer mejta f'kull kateġorija fl-impriża, fil-biċċerija jew fil-mezz tat-trasport;

    (ċ) għal kull kategorija, il-morbidità tal-marda u n-numru tal-ħnieżer li fihom tkun ġiet ikkonfermata l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (d) in-numru tal-ħnieżer maqtula fl-imxija, fil-biċċerija jew fil-mezz tat-trasport;

    (e) in-numru tal-karkassi pproċessati;

    (f) fil-każ ta' mxija, id-distanza tagħha mill-eqreb impriża tal-majjal;

    (ġ) jekk il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer tkun ġiet ikkonfermata f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport, il-lokazzjoni ta' l-impriża jew impriżi ta' l-oriġini tal-ħnieżer infettati jew tal-karkassi.

    3. Fil-każ ta' mxija sekondarja, it-tagħrif riferit fil-punti 1 u 2 irid jintbagħat fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE.

    4. L-Istati Membri interessati għandhom jiżguraw illi t-tagħrif li jrid jiġi pprovdut fejn ikollha x'taqsam kull imxija jew każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'impriża, f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport skond il-punti 1, 2 u 3 jiġi segwit malajr kemm jista' jkun b'rapport bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jinkludu mill-inqas:

    (a) id-data li fiha l-ħnieżer fl-impriża, fil-biċċerija jew fil-mezz tat-trasport kienu ġew maqtula u l-karkassi tagħhom ipproċessati;

    (b) ir-riżultati tat-testjiet imwettqa fuq il-kampjuni meħuda meta l-ħnieżer ġew maqtula;

    (ċ) fejn tkun ġiet applikata d-deroga pprovduta fl-Artikolu 6(1), in-numru tal-ħnieżer maqtula u pproċessati u n-numru tal-ħnieżer li jridu jinqatlu f'data iktar tard u l-limitu taż-żmien stabbilit għall-qatla tagħhom;

    (d) kull tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-oriġini possibbli tal-marda jew l-oriġini attwali tal-marda jekk din tiġi aċċertata;

    (e) fil-każ ta' mxija primarja jew fil-każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'biċċerija jew f'mezz tat-trasport, it-tip ġenetiku tal-virus responsabbli għall-imxija jew għall-każ;

    (f) fil-każijiet fejn ħnieżer ikunu ġew maqtula f'impriżi b'kuntatt jew f'impriżi li jkollhom ħnieżer suspettati li huma infettati bil-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, tagħrif dwar:

     id-data tal-qtil u n-numru tal-ħnieżer f'kull kategorija maqtula f'kull impriża,

     ir-rabta epidemjoloġika bejn l-imxija jew il-każ tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u kull impriża b'kuntatt jew ir-raġunijiet li jkunu daħħlu s-suspett tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'kull impriża ssuspettata,

     ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju mwettqa fuq il-kampjuni meħuda mill-ħnieżer fl-impriżi u meta jiġu maqtula.

    Fil-każijiet fejn il-ħnieżer fuq l-impriżi b'kuntatt ma jkunux ġew maqtula, irid jiġi pprovdut it-tagħrif dwar ir-raġunijiet ta' din id-deċiżjoni.




    ANNESS II

    Il-prinċipji u l-proċeduri għat-tindif u d-diżinfezzjoni

    1. Prinċipji ġenerali u l-proċeduri:

    (a) it-tindif u l-ħidmiet tad-diżinfezzjoni u fejn hu meħtieġ il-miżuri biex jeqirdu l-annimali li jgerrmu u l-insetti jiġu mwettqa taħt is-sorveljanza uffiċjali u skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali;

    (a) id-diżinfettanti li jridu jiġu użati u l-konċentrazzjoni tagħhom jiġu approvati uffiċjalment mill-awtorità kompetenti sabiex tiżgura l-qerda tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (ċ) il-ħidma tad-diżinfettanti trid tiġi kkontrollata qabel l-użu, bħalma titnaqqas l-attività ta' ċertu diżinfettanti b'ħażna mtawla;

    (d) l-għażla tad-diżinfettanti u tal-proċeduri għad-diżinfezzjoni għandha ssir billi titqies in-natura tal-fondi, il-vetturi u l-oġġetti li għandhom jiġu ttrattati;

    (e) il-kondizzjonijiet li fuqhom jintużaw l-aġenti li jneħħu x-xaħam u d-diżenfettanti jridu jiżguraw illi l-effettività tagħhom ma tiġix imfixkla. B'mod partikolari, għandhom jiġu osservati l-parametri tekniċi pprovduti mill-fabbrikant, bħalma huma l-pressa, it-temperatura minima u l-ħin meħtieġ tal-kuntatt;

    (f) irrispettivament mid-diżinfettant użat, iridu jiġu applikati r-regoli ġenerali li ġejjin:

     it-tixrib qawwi tal-friex u taż-żibel kif ukoll il-materjal tal-ħmieġ ta' l-imsaren bid-diżinfettant,

     il-ħasil u t-tindif b'attenzjoni bl-ixkupa u bil-broxk ta' l-art, ir-rampi u l-ħitan wara li jitneħħew u jiżżarmaw, fejn possibbli, it-tagħmir jew l-istallazzjonijiet sabiex jevitaw li jiġu mfixkla t-tindif u l-proċeduri tad-diżinfezzjoni,

     mbagħad, iktar applikazzjoni tad-diżinfettant għal kuntatt minimu taż-żmien kif stabbilit fir-rakkomandazzjonijiet tal-fabbrikant,

     l-ilma użat għall-ħidmiet tat-tindif irid jintrema hekk li jevita kull riskju tat-tixrid tal-virus u skond l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali;

    (ġ) fejn il-ħasil jiġi mwettaq b'likwidi applikati bil-pressa, irid jiġi evitat it-tniġġiż mill-ġdid tal-partijiet imnaddfa qabel;

    (ħ) iridu jitwettqu l-ħasil, id-diżinfezzjoni jew il-qerda tat-tagħmir, l-istallazzjonijiet, l-oġġetti jew il-kompartimenti li x'aktarx ikunu mniġġża;

    (i) wara l-proċeduri tad-diżinfezzjoni, għandu jiġi evitat it-tniġġiż mill-ġdid;

    (j) it-tindif sewwa u d-diżinfezzjoni meħtieġa fil-qafas ta' din id-Direttiva għandhom jiġu ddokumentati fl-impriża jew fir-reġistru tal-vetturi u, fejn tkun meħtieġa approvazzjoni uffiċjali, jiġu attestati mill-veterinarju uffiċjali tas-sorveljanza.

    2. Disposizzjonijiet speċjali dwar it-tindif u d-diżinfezzjoni ta' l-impriżi infettati

    (a) it-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari

     matul il-qtil ta' l-annimali jridu jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi evitat jew imminimizzat it-tixrid tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer. Dan irid jinkludi fost ħwejjeġ oħra l-istallazzjoni temporanja ta' tagħmir tad-diżinfezzjoni, il-provvista ta' l-ilbies protettiv, id-doċoċ, id-dekontaminazzjoni tat-tagħmir, l-istrumenti u l-faċilitajiet użati u l-interruzzjoni tal-provvista ta' l-enerġija għall-ventilazzjoni,

     il-karkassi ta' annimali maqtula jridu jiġu mbexxa bid-diżinfettant,

     jekk il-karkassi jridu jiġu mneħħija mill-impriża għall-ipproċessar, iridu jintużaw kontenituri mgħottija u ma jnixxux,

     malli l-karkassi tal-ħnieżer jitneħħew għall-proċessar, dawk il-partijiet ta' l-impriża fejn dawn l-annimali jinżammu u kull parti tal-bini l-ieħor, il-btieħi, eċċ. imniġġża matul il-qtil, jew l-eżami post-mortem iridu jiġu mbexxa bid-diżinfettanti approvati għall-użu skond l-Artikolu 12,

     kull tessut jew demm li setgħu ġew imxerrda matul il-qtil jew il-post-mortem jew it-tniġġiż qawwi tal-bini, il-btieħi, ir-reċipjenti, eċċ. jridu jinġabru bl-attenzjoni u jiġu pproċessati mal-karkassi,

     id-diżinfettant użat irid jibqa' fuq il-wiċċ ittrattat għal mill-inqas 24 siegħa;

    (b) it-tindif u d-diżinfezzjoni finali

     il-ħmieġ ta' l-imsaren ta' l-annimali u l-friex iridu jitneħħew u jiġu ttrattati skond il-punt (3)(a),

     ix-xaħam u ż-żibel iridu jitneħħew mill-uċuħ kollha billi jiġi applikat aġent tat-tneħħija tax-xaħam u l-uċuħ iridu jinħaslu bl-ilma,

     wara l-ħasil bl-ilma, għandu jitwettaq iktar bexx bid-diżinfettant,

     wara sebat ijiem il-fondi għandhom jiġu trattati b'aġent li jneħħi x-xaħam, imlaħalħa fl-ilma, imbexxa bid-diżinfettant u mlaħalħa mill-ġdid bl-ilma.

    3. Id-diżinfezzjoni tal-friex, tal-ħmieġ ta' l-imsaren ta' l-annimali u tad-demel maħlul:

    (a) id-demel u l-friex użat iridu jiġu miġbura f'munzelli sabiex jisħnu, jiġu mbexxa bid-diżinfettant u mħollija għal mill-inqas 42 jum jew meqruda bil-ħruq jew bid-dfin;

    (b) id-demel maħlul irid jinħażen għal mill-inqas 42 jum wara l-aħħar żieda tal-materjal infettiv, għajr jekk l-awtoritajiet kompetenti jawtorizzaw perjodu mnaqqas taż-żmien għall-ħażna għad-demel maħlul li jkun ġie attwalment ittrattat skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali sabiex jiżguraw il-qerda tal-virus.

    4. Madanakollu, permezz ta' deroga mill-punti 1 u 2, fil-każ ta' impriżi għall-beraħ, l-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi proċeduri speċifiċi għat-tindif u d-diżinfezzjoni, filwaqt li tqis it-tip ta' l-impriża u l-kondizzjonijiet tal-klima.




    ▼M4

    ANNESS III

    Id-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali għall-marda ta’ l-infafet vesikolari tal-majjali

    ▼M4 —————

    ▼B

    2.

    Il-laboratorji nazzjonali tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer huma responsabbli li jiżguraw illi f'kull Stat Membru l-eżamijiet tal-laboratorju biex jikxfu l-preżenza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u l-identifikazzjoni tat-tip ġenetiku ta' l-iżolati mill-virusijiet jiġu mwettqa skond il-manwal dijanjostiku. Għal dan l-għan jistgħu jagħmlu arranġamenti speċjali mal-laboratorju ta' riferiment tal-Komunità jew mal-laboratorji nazzjonali l-oħra.

    3.

    Il-laboratorju nazzjonali tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer f'kull Stat Membru huwa responsabbli mill-kordinament ta' l-i standards u l-metodi dijanjostiċi f'kull laboratorju tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer fl-Istat Membru. Għal dan l-għan:

    (a) jistgħu jipprovdu reaġenti dijanjostiċi lil-laboratorji individwali;

    (b) iridu jikkontollaw il-kwalità tar-reaġenti dijanjostiċi kollha f'dan l-Istat Membru;

    (ċ) iridu jirranġaw it-testijiet komparattivi perjodikament;

    (d) iridu jżommu l-iżolati mill-virusijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u minn każijiet ikkonfermati ta' l-imxija f'dan l-Istat Membru.




    ANNESS IV

    Il-laboratorju ta' riferiment Komunitarju għall-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer

    1. Il-laboratorju ta' riferiment Komunitarju għall-infafet vesikolari tal-ħnieżer huwa: l-Institut für Virologie, der Tierärztlichen Hochschule Hannover, Bünteweg 17, D-30559 Hannover, il-Ġermanja.

    2. Il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-laboratorju ta' riferiment Komunitarju għall-infafet vesikolari tal-ħnieżer huma:

    (a) li jikkordina, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi użati fl-Istati Membri sabiex jiddijanjosaw il-mard ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, b'mod speċifiku billi:

     jaħżen u jforni kulturi ta' ċelloli sabiex jintużaw fid-dijanjosi,

     jagħti t-tip, jaħżen u jforni razez tal-virus tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer għat-testijet seroloġiċi u t-tħejjija ta' l-antisera,

     iforni sera standardizzata, sera konjuġata u reaġenti ta' referenza lill-laboratorji nazzjonali sabiex jistandardizzaw it-testijiet u r-reaġenti użati fl-Istati Membrii,

     jibni u jżomm kollezzjoni tal-virusijiet tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer,

     jorganizza testijiet komparattivi perjodiċi tal-proċeduri dijanjostiċi fil-livell Komunitarju,

     jiġbor u jgħaqqad flimkien l-informazzjoni u t-tagħrif dwar il-metodi tad-dijanjosi użati u r-riżultati tat-testijiet imwettqa,

     jikkaratterizza l-iżolati mill-virusijiet bl-iktar metodi aġġornati disponibbli sabiex jippermetti konoxxenza ikbar ta' l-epizoozjoloġija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer,

     jaġġorna ruħu ma' l-iżviluppi fis-sorveljanza tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer, l-epizoozjoloġija u l-prevenzjoni fid-dinja kollha,

     iżomm il-kompetenza fit-tagħrif dwar il-virus li jikkawża l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer u l-virusijiet l-oħra pertinenti sabiex jgħin id-dijanjosi differenzjali bil-ħeffa,

     jikseb għerf bir-reqqa dwar it-tħejjija u l-użu tal-prodotti ta' l-immunoloġija veterinarja użati sabiex jeradikaw u jikkontrollaw il-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (b) jagħmel l-arranġament meħtieġa għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid ta' l-esperti fid-dijanjosi tal-laboratorju bil-ħsieb li jiġu armonizzati l-metodi tat-teknika tad-dijanjostiċi;

    (ċ) ikollu disponibbli personal imħarreġ għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinqalgħu fil-Komunità;

    (d) iwettaq attivitajiet tar-riċerka u meta jkun possibbli jikkordina l-attivitajiet tar-riċerka diretta lejn il-kontroll imtejjeb tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer.




    ANNESS V

    Il-kriterji prinċipali u l-fatturi tar-riskju li jridu jiġu kkunsidrati għad-deċiżjoni li jinqatlu l-ħnieżer fuq l-impriżi b'kuntatt



    Kriterji

    Deċiżjoni

    Għall-qatla

    Kontra l-qatla

    Is-sinjali kliniċi li jissuġġerixxu

    Iva

    Le

    Il-moviment tal-ħnieżer mill-imxija sabiex jikkuntattjaw l-impriżi wara l-ħin probabbli tad-dħul tal-virus fl-impriżi infettati

    Iva

    Le

    Il-lokazzjoni ta' l-impriżi b'kuntatt f'arja b'densità għolja ta' ħnieżer

    Iva

    Le

    It-tixrid probabbli tal-virus bl-imxija qabel l-applikazzjoni tal-miżuri ta' l-eradikazzjoni

    Qawwii/mhux magħruf

    Limitat

    Posizzjoni ta' impriżi b'kuntatt f'500 metru (1)mill-imxija

    Iva

    Le

    Il-prossimità ta' l-impriżi b'kuntatt għal iżjed minn imxija waħda

    Iva

    Le

    In-numru ta' ħnieżer fl-imxija u/jew ġo l-impriżi b'kuntatt

    Għoli

    Baxx

    (1)   Fil-każ ta' erji b'densità għolja ħafna tal-ħnieżer, trid titqies distanza ikbar.




    ANNESS VI

    Il-kriterji prinċipali u l-fatturi tar-riskji li jridu jiġu kkunsidrati għad-deċiżjoni li jiġi applikat it-tilqim ta' emerġenza fl-impriżi tal-ħnieżer



    Kriterji

    Deċiżjoni

    Għat-tilqim

    Kontra t-tilqim

    It-tlugħ u l-inżul fin-numru/l-inċidenza ta' l-imxijiet fl-10-20 jum ta' qabel

    Għoli/jitla' malajr

    Żgħir/baxx jew bil-qajla

    Il-pożizzjoni ta' l-impriżi fejn jista' jiġi applikat it-tilqim f'żona b'densità għolja ta' ħnieżer

    Iva

    Le

    Il-probabbiltà ta' iżjed imxijiet fl-arja għax-xahrejn ta' wara jew iżjed

    Probabbli ħafna

    Mhux probabbli

    In-nuqqas ta' kapaċità fil-proċessar

    Iva

    Le




    ANNESS VII

    Il-kriterja u l-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mal-pjani ta' kontinġenza

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pjani ta' kontinġenza għall-inqas jilħqu l-kriterji u l-ħtiġiet li ġejjin:

    (a) trid issir disposizzjoni li tiżgura illi jeżistu l-poteri legali meħtieġa sabiex jiġu implimentati l-pjani ta' kontinġenza u jagħmluha possibbli li titwettaq kampanja ta' eradikazzjoni bil-ħeffa u effettiva;

    (b) trid issir disposizzjoni biex jiżgura l-aċċess għall-fondi ta' emerġenza, il-mezzi ta' l-estmi finanzjarji u r-riżorsi finanzjarji għalbiex ikopru l-aspetti kollha tal-ġlieda kontra l-marda epizootika ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (ċ) trid tiġi stabbilita katina tal-kmand għalbiex tiżgura illi l-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-epizootika tkun bil-ħeffa u effettiva. Jekk meħtieġ, il-katina tal-kmand trid titqiegħed taħt l-awtorità ta' l-unità ċentrali responsabbli li tieħu d-deċiżjonijiet sabiex tidderiġi l-istrateġiji kollha tal-ġlieda kontra epizootika. Id-direttur tas-servizzi veterinarji jrid ikun membru ta' din l-unità u jagħmel użu mill-kuntatt bejn l-unità ċentrali li tieħu d-deċiżjonijiet u ċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-marda pprovdut fl-Artikolu 23;

    (d) trid issir disposizzjoni għar-riżorsi xierqa sabiex ikunu disponibbli biex jiżguraw kampanja bil-ħeffa u effettiva, inklużi l-personal tal-laboratorju, it-tagħmir u l-infrastruttura;

    (e) irid jiġi pprovdut manwal ta' istruzzjoni. Dan irid jagħti deskrizzjoni sħiħa, il-prattika tal-proċedura bid-dettalji kollha, l-istruzzjonijiet u l-miżuri li jridu jiġu użati fl-eventwalità ta' mxija tal-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (f) jekk meħtieġ, iridu jiġu pprovduti pjani ddettaljati għat-tilqim ta' emerġenza;

    (ġ) il-personal irid jieħu seħem reġolarment fi:

    (i) taħriġ fis-sinjali kliniċi, l-inkjesti epidemjoloġiċi u l-ġlieda konta l-marda ta' l-infafet vesikolari tal-ħnieżer;

    (ii) eżerċizzji fl-allarm organizzati mill-inqas darbtejn fis-sena;

    (iii) taħriġ fil-metodi tat-teknika tal-komunikazzjonijiet tekniċi sabiex jiġu organizzati kampanji ta' tagħrif li jirrigwardaw epiżootika fil-progress immirata lejn l-awtoritajiet, il-bdiewa u l-veterinarji.




    ANNESS VIII

    Parti A

    Id-Direttiva 80/217/KEE u l-atti suċċessivi li jemendawha

    (Riferita fl-Artikolu 28)



    Id-Direttiva 80/1101/KEE (1)

     

    Id-Direttiva 80/1274/KEE (2)

    l-Artikolu 2 biss

    Id-Direttiva 81/476/KEE (3)

    fejn tirrigwarda biss ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 1 u 2 tad-Direttiva 80/217/KEE

    Id-Direttiva 84/645/KEE (4)

     

    Id-Direttiva 85/586/KEE (5)

    fejn tirrigwarda biss ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 80/217/KEE d-Direttiva 87/486/KEE

    Id-Direttiva 91/685/KEE (6)

     

    Id-Deċiżjoni 93/384/KEE (7)

     

    Id-Deċiżjoni 93/384/KEE (8)

     

    (1)   GU 325, ta' l-1.12.1980, pġ. 17.

    (2)   ĠU L 375, tal-31.12.1980, pġ. 75.

    (3)   ĠU L 186, tat-8.7.1981, pġ. 20.

    (4)   ĠU L 339, tas-27.12.1984, pġ. 33.

    (5)   ĠU L 372, tal-31.12.1985, pġ. 44.

    (6)   ĠU L 280, tat-3.10.1987, pġ. 21.

    (7)   ĠU L 377, tal-31.12.1991, pġ. 1.

    (8)   ĠU L 166, tat-8.7.1993, pġ. 34.

    Parti B

    It-temmiet taż-żmien għat-trasposizzjoni fil-liġijiet nazzjonali



    Direttiva

    Temma taż-żmien għat-transposizzjoni

    80/217/KEE

    1 ta' Lulju 1981

    80/1101/KEE

     

    80/1274/KEE

    1 ta' Lulju 1981

    81/476/KEE

     

    84/645/KEE

    31 ta' Marzu 1985

    85/586/KEE

    1 ta' Jannar 1986

    87/486/KEE

    31 ta' Diċembru 1987

    91/685/KEE

    1 ta' Lulju 1992




    ANNESS IX



    It-tabella tal-korrelazzjoni

    Din id-Direttiva

    Id-Direttiva 80/217/KEE

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2(a), (b), (e), (f), (m), (n), (o) u (q)

    Artikolu 2(a), (e), (ġ), (ħ), (i), (j), (k) u (m)

    Artikolu 2(ċ), (d), (ġ), (ħ), (i), (j), (k), (l), (p), (r), (s), (t), (u), (v) u (w)

    -

    L-Artikolu 3 (1)

    L-Artikolu 3

    L-Artikolu 3(2) u (3)

    L-Artikolu 12

    L-Artikolu 4(1) u (2)

    L-Artikolu 4 (1)

    L-Artikolu 4 (3)

    -

    L-Artikolu 4 (4)

    L-Artikolu 4 (2)

    L-Artikolu 5(1), (a), (ċ), (d), (f), (ġ) u (i)

    L-Artikolu 5(1), għajr is-seba' inċiż

    L-Artikolu 5(1) (b), (e), (ħ) u (2)

    -

    L-Artikolu 6

    L-Artikolu 6

    L-Artikolu 7(1) u (2), l-ewwel sub-paragrafu

    L-Artikolu 5(2), L-Artikolu 10(1)

    L-Artikolu 7(2), t-tieni subparagrafu u (3)

    -

    L-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu u l-punt (b) tat-tieni

    -

    L-Artikolu 8, għajr is-subparagrafu msemmi hawn fuq u

    L-Artikolu 7

    L-Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

    L-Artikolu 9 (1)

    L-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

    -

    L-Artikolu 9(2), (3) u (4)

    L-Artikolu 9(2), (3) u (10)

    L-Artikolu 10(1) għajr il-(ġ) u l-(ħ), (2) u (3)

    L-Artikolu 9 (4)

    L-Artikolu 10(1)(ġ) u (ħ)

    -

    L-Artikolu 10 (4)

    L-Artikolu 9 (5)

    L-Artikolu 11(1) u (2)

    L-Artikolu 9 (6)

    L-Artikolu 11 (3)

    L-Artikolu 9 (7)

    L-Artikolu 12 (1)

    L-Artikolu 12

    L-Artikolu 12 (2)

    -

    L-Artikolu 13, għajr il-(1)(b)

    L-Artikolu 5(1), seba' inċiż

    L-Artikolu 13(2)(b)

    -

    L-Artikolu 14

    -

    L-Artikolu 15 (1)

    L-Artikolu 6a(1)

    L-Artikolu 15(2)(a) u (b), il-ħames u t-tmiem inċiżi

    -

    L-Artikolu 15(2)(b), għajr il-ħames u t-tmien inċiżi

    L-Artikolu 6a(2)

    L-Artikolu 15(2)(ċ)

    L-Artikolu 6a(2a)

    L-Artikolu 15(2)(d) u (3)

    -

    L-Artikolu 16(1), għajr ir-raba' sub-paragrafu, u (2)

    L-Artikolu 6a(3) u (4)

    L-Artikolu 16(3) (b), (ċ), (ġ), (j), (k), (l) u (n)

    L-Artikolu 6a(5)

    L-Artikolu 16(1), raba' inċiż, (3) (a), (d), (e), (f),

    -

    L-Artikolu 17(1) u (2)

    L-Artikolu 11

    L-Artikolu 17(3), (4) u (5)

    -

    L-Artikolu 18

    L-Artikolu 14(1)(a) u (ċ) u (5)

    L-Artikolu 15 (1)

    L-Artikolu 6a(1)

    L-Artikolu 19(1), (3), għajr l-(ħ) u l-(i), (4), għajr iċ-(ċ), (5) u (6), għajr il-(b)

    L-Artikolu 14(2),(3) u (4)

    L-Artikolu 19(2), (3) (ħ) u (i), (4) (ċ), (6) (b), (7), (8) u

    -

    L-Artikolu 20

    -

    L-Artikolu 21

    L-Artikolu 14a

    L-Artikolu 22(1), (2) u (3)

    L-Artikolu 14b (1), (2), (4)

    L-Artikolu 23

    -

    L-Artikolu 24

    -

    L-Artikolu 26

    L-Artikolu 16

    L-Artikolu 27

    L-Artikolu 16a

    L-Artikolu 28

    -

    L-Artikolu 29

    -

    L-Artikolu 30

    -

    L-Artikolu 31

    -

    L-Artikolu 32

    L-Artikolu 20

    Anness I

    -

    L-Anness II, il-punt 1, il-punt 2, l-ewwel u t-tieni inċiżi ul-punt 3(b)

    -

    L-Anness II, il-punt 2, għajr l-ewwel u t-tieni inċiżi

    L-Anness V

    L-Anness III, il-punti 1 u 3

    L-Anness II

    L-Anness III, il-punt 2

    -

    L-Anness IV

    L-Anness VI

    L-Anness V

    -

    L-Anness VI

    -



    ( 1 ) ĠU Ċ 29 E, tat-30.1.2001, pġ. 199

    ( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Ġunju 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

    ( 3 ) ĠU Ċ 123, tal-25.4.2001, pġ. 69.

    ( 4 ) ĠU Ċ 148, tat-18.5.2001, pġ. 21.

    ( 5 ) ĠU L 47, tal-21. 2. 1980, pġ. 11. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

    ( 6 ) ĠU L 319, tas-7.11.1981, pġ. 20. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 87/65/KEE (ĠU L 34, tal-5.2.1987, pġ. 54).

    ( 7 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

    ( 8 ) ĠU L 378, tal-31.12.1982, pġ. 58. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/556/KE (ĠU L 235, tad-19.9.2000, pġ. 27).

    ( 9 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, pġ. 49).

    ( 10 ) Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tfassal ir-regoli veterinarji sabiex jinqered u jiġi pproċessat l-iskart mill-annimali, sabiex jinħareġ fis-suq u għall-prevenzjoni tal-patoġeni fit-tgħam ta’ oriġini mill-annimali u mill-ħut u temenda d-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 363, tas-27.12.1990, pġ. 51). Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

    ( 11 ) ĠU L 340, tal-31.12.1993, pġ. 21

    ( 12 ) Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw il-kummerċ intra-Kommunitarju tal-bhejjem tal-fart u s-swini (ĠU L 121, 29.7.1964, pġ. 1977/64). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/298/KE (ĠU L 102, tat-12.4.2001, pġ. 63).

    ( 13 ) ĠU L 355, tal-5.12.1992, pġ. 32. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

    ( 14 ) Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 24). Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

    ( 15 ) Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti mil-laħam (ĠU L 47, tal-21.2.1980, pġ. 4). Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994

    ( 16 ) Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992dwar is-saħħa pubblika u l-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom x’jaqsmu mal-qtil tal-kaċċa selvaġġa u l-ħruġ fis-suq tal-laħam tal-kaċċa selvaġġa (ĠU L 268, ta’ 14.9.1992, pġ. 35). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE (ĠU L 24, tat-30.1.1998 pġ. 31, ).

    ( 17 ) ĠU L 255, tat-18.10.1968, pġ. 23.

    Top