EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01997L0023-20130101

Consolidated text: Id-direttiva 97/23/KE tal-Parlament ewropew u tal-kunsill tad- 29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1997/23/2013-01-01

1997L0023 — MT — 01.01.2013 — 002.003


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 97/23/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni

(ĠU L 181, 9.7.1997, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M2

REGOLAMENT (UE) Nru 1025/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2012

  L 316

12

14.11.2012


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 093, 7.4.2011, p. 38  (1997/23)

►C2

Rettifika, ĠU L 365, 19.12.2014, p. 166  (1997/23)




▼B

ID-DIRETTIVA 97/23/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposti mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku w Soċjali ( 2 ),

Waqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 189b tat-Trattat ( 3 ), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni nhar l-4 ta’ Frar 1997,

1.

Billi s-suq intern hu żona mingħajr fruntieri interni li fiha hu żgurat il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital;

2.

Billi hemm differenzi fil-kontenut u l-għan tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa u protezzjoni tas-saħħa ta’ persuni u, fejn ikun xieraq, ma’ annimali domestiċi jew proprjetà, fejn jirrigwarda apparat ta’ pressjoni mhux kopert bil-leġislazzjoni tal-Komunità preżenti; billi hemm differenza fil-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni u ta’ spezzjoni għal tali apparat minn Stat Membru għal ieħor; billi tali differenzi jistgħu jikkostitwixxu ostakoli ġewwa l-Komunità;

3.

Billi l-armonizzazzjoni ta’ leġislazzjoni nazzjonali hi l-unika mezz kif jitneħħew dawn l-ostakoli għal negozju ħieles; billi dan l-għan ma jistgħax jinkiseb b’mod sodisfaċenti mill-Istat Membru individwali; billi din id-Direttiva tippreskrivi biss ħtiġiet indispensabbli għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-apparat li għalih hi applikabbli;

4.

Billi apparat soġġett għal pressjoni ta’ mhux aktar minn 0,5 bar ma joħloqx periklu sinnifikanti minħabba l-pressjoni; billi għalhekk ma għandhux ikun hemm xi ostakolu għall-moviment ħieles tiegħu ġewwa l-Komunità; billi din id-Direttiva tapplika għal apparat soġġett għal pressjoni massima permessa PS li taqbeż 0,5 bar;

5.

Billi din id-Direttiva għandha x’taqsam ukoll ma’ assemblaġġi magħmula minn bosta biċċiet ta’ apparat ta’ pressjoni assemblati sabiex jikkostitwixxu oġġett sħiħ integrat u funzjonanti; billi dawn l-assemblaġġi jistgħu jvarjaw minn assemblaġġi sempliċi bħal pressure cookers għal assemblaġġi kumplessi bħal watertube boilers; billi, jekk il-manufattur ta’ assemblaġġ ikollu l-ħsieb li jpoġġih fis-suq u jpoġġih fis-servizz bħala assemblaġġ - u mhux fil-forma ta’ partijiet minnu mhux assemblati - dak l-assemblaġġ għandu jikkonforma ma’ din id-Direttiva; billi, mill-banda l-oħra, din id-Direttiva ma tkoprix l-assemblaġġ ta’ apparat ta’ pressjoni fuq il-post u taħt ir-responsabbilità ta’ min ser jużah, bħal fil-każ ta’ installazzjonijiet industrijali;

6.

Billi din id-Direttiva tarmonizza dispożizzjonijiet nazzjonali dwar perikli minħabba pressjoni; billi l-perikli l-oħra li jista’ joħloq tali apparat jistgħu, bix-xieraq, jaqgħu taħt l-għan ta’ Direttivi oħra li jkollhom x’jaqsmu ma’ tali perikli; billi, iżda, apparat ta’ pressjoni jista’ jkun inkluż qalb prodotti koperti minn Direttivi oħra bbażati fuq l-Artikolu 100a tat-Trattat; billi d-dispożizzjonijiet stipulati f’uħud minn dawk id-Direttivi għandhom x’jaqsmu mal-periklu minħabba pressjoni; billi dawk id-dispożizzjonijiet huma kkunsidrati adekwati sabiex jipprovdu protezzjoni xierqa fejn il-periklu minħabba pressjoni assoċjata ma’ tali apparat jibqa’ żgħir; billi, għalhekk, hemm raġunijiet sabiex tali apparat ikun eskluż mill-għan ta’ din id-Direttiva;

7.

Billi, għal apparat ta’ pressjoni kopert minn Konvenzjonijiet internazzjonali, għandu jingħata każ kemm jista’ jkun malajr ta’ trasport u perikli minħabba pressjoni billi jsiru Direttivi tal-Komunità bbażati fuq tali Konvenzjonijiet jew permezz ta’ supplimenti għad-Direttivi eżistenti, billi tali apparat hu b’hekk eskluż mill-għan ta’ din id-Direttiva;

8.

Billi ċerti tipi ta’ apparat ta’ pressjoni, minkejja li jkunu suġġetti għal pressjoni massima permessa ta’ PS ogħla minn 0,5 bar, ma joħolqu l-ebda periklu minħabba pressjoni, u għalhekk il-libertà ta’ moviment ta’ tali apparat fil-Komunità ma għandux ikun imxekkel jekk ikun ġie mmanifatturat b’mod legali jew ikun imqiegħed fis-suq fi Stat Membru; billi sabiex ikun żgurat il-moviment ħieles ta’ tali apparat, ma hemmx bżonn li jkun inkluż fil-għan ta’ din id-Direttiva; billi konsegwentament huwa espressament eskluż mill-għan tagħha;

9.

Billi apparat ta’ pressjoni ieħor soġġett għal pressjoni massima permessa ogħla minn 0,5 bar u li jkun ta’ periklu sinnifikanti minħabba pressjoni, iżda li għalih, huma garantiti l-moviment ħieles u livell xieraq ta’ sigurtà huma garantiti, huwa eskluż mill-għan ta’ din id-Direttiva; billi tali esklużjoni għandha, iżda, tkun riveduta b’mod regolari sabiex ikun aċċertat jekk ikunx hemm bżonn li tittieħed azzjoni fuq livell ta’ Unjoni;

10.

Billi regolamenti sabiex jitneħħew ostakoli tekniċi għal negozju għandhom isegwu l-mod ġdid li għalih hemm provdut fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar mod ġdid għal armonizzazzjoni teknika u standards tekniċi ( 4 ), li teħtieġ definizzjoni tal-ħtiġiet essenzjali dwar sigurtà u ħtiġiet oħra tas-soċjetà mingħajr ma jkunu mnaqqsa livelli ta’ protezzjoni eżistenti u ġustifikati fl-Istati Membri; billi dik ir-Riżoluzzjoni tipprovdi li jkunu koperti numru kbir ħafna ta’ prodotti b’Direttiva waħda sabiex ikun evitat li jsiru emendi frekwenti u jkun evitat il-proliferazzjoni ta’ Direttivi;

11.

Billi d-Direttivi tal-Komunità eżistenti dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni għamlu passi posittivi lejn it-tneħħija ta’ l-ostakoli għan-negozju f’dan il-qasam; billi dawk id-Direttivi jkopru dak is-settur parzjalment; billi d-Direttiva tal-Kunsill 87/404/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-armonizzazzjonital-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni sempliċi ( 5 ) hi l-ewwel każ ta’ applikazzjoni tal-mod il-ġdid lejn is-settur ta’ apparat ta’ pressjoni; billi d-Direttiva preżenti mhux ser tapplika għall-qasam kopert bid-Direttiva 87/404/KEE; billi, mhux aktar tard minn tliet snin wara li d-Direttiva preżenti tidħol fis-seħħ, ser issir reviżjoni ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva 87/404/KEE sabiex ikun aċċertat il-bżonn għall-integrazzjoni tagħha fid-Direttiva preżenti;

12.

Billi d-Direttiva kwadru, id-Direttiva tal-Kunsill 76/767/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ dispożizzjonijiet komuni għal tankijiet ta’ pressjoni u metodi sabiex ikunu spezzjonati ( 6 ) hi fakoltattiva; billi tipprovdi għal proċedura għar-rikonoxximent bilaterali ta’ ttestjar u ċertifikazzjoni ta’ apparat ta’ pressjoni li ma ħadmix b’mod sodisfaċenti u li għalhekk għandha tinbidel b’miżuri tal-Komunità effettivi;

13.

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva għandu jkun ibbażat fuq definizzjoni ġenerali tal-kliem ‘apparat ta’ pressjoni’ sabiex ikun kkunsidrat l-iżvilupp tekniku tal-prodotti;

14.

Billi hemm bżonn ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ sigurtà essenzjali sabiex tkun żgurata s-sigurtà ta’ apparat ta’ pressjoni; billi dawk il-ħtiġiet ġew suddiviżi fi ħtiġiet ġenerali u speċifiċi li għandhom ikunu sodisfatti mill-apparat ta’ pressjoni; billi b’mod partikolari l-ħtiġiet speċifiċi huma maħsuba sabiex jagħtu każ tat-tipi partikolari ta’ apparat ta’ pressjoni; billi ċerti tipi ta’ apparat ta’ pressjoni f’kategoriji III u IV għandhom ikunu soġġetti għal stima finali li tinkludi spezzjoni finali u testijiet ta’ prova;

15.

Billi Stati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni sabiex jippermettu li apparat ta’ pressjoni li jkun għadu mhux f’konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jkun jista’ jintwera fi trade fairs; billi, matul il-wiri, għandhom jittieħdu miżuri ta’ sigurtà xierqa bi qbil mar-regoli ta’ sigurtà ġenerali ta’ l-Istat Membru konċernat sabiex jiżguraw is-siġurtà tal-persuni;

16.

Billi biex jitħaffef ix-xogħol li tintwera l- konformità mal-ħtiġiet essenzjali, standards armonizzati fuq livell Ewropew huma utili, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mad-disinn, manifattura u ttestjar ta’ apparat ta’ pressjoni, li konformità magħhom tippermetti li prodott jitqies li jissodisfa l-ħtiġiet essenzjali msemmija; billi standards armonizzati fuq livell Ewropew isiru minn korpi privati u għandhom iżommu l-istatus tagħhom mhux mandatorju; billi, għal dan il-għan, il-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) huma rikonoxxuti bħala l-korpi li huma kompetenti sabiex jadottaw standards armonizzati li jsegwu l-gwidi ġenerali għal kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawk iż-żewġ korpi iffirmati nhar it-13 ta’ Novembru 1984;

17.

Billi, għall-għanijijet ta’ din id-Direttiva, standard armonizzat hu speċifikazzjoni teknika (Standard Ewropew jew dokument ta’ armonizzazzjoni) adottat minn waħda jew l-oħra minn dawk il-korpi, jew mit-tnejn li huma, fuq talba tal-Kummissjoni bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tippreskrivi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi ( 7 ) u bi qbil mal-gwidi ġenerali li hemm referenza għalihom fuq; billi, fir-rigward ta’ standardazzjoni, ikun ta’ min li l-Kummissjoni tkun megħjuna mill-Kumitat imwaqqaf bis-saħħa tad- Direttiva 83/189/KEE; billi l-Kumitat, għandu, jekk ikun hemm bżonn, jikkonsulta esperti tekniċi;

18.

Billi l-manifattura ta’ apparat ta’ pressjoni teħtieġ l-użu ta’ materjali li ma jagħmlux ħsara; billi fin-nuqqas ta’ standards armonizzati jkun utili li jkunu definiti l-karatteristiċi tal-materjali maħsuba għal użu ripetut; billi din id-definizzjoni hi stabbilita b’approvazzjonijiet Ewropej għal materjali, tali approvazzjonijiet jinħarġu minn wieħed mill-korpi nnotifikati mfassla b’mod speċifiku għal dik il-biċċa xogħol; billi l-materjali li jikkonformaw ma’ l-approvazzjonijiet Ewropej għandhom ikunu meqjusa li jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali ta’ din id-Direttiva;

19.

Billi, minħabba n-natura tal-perikli involuti fl-użu ta’ apparat ta’ pressjoni hemm bżonn li jkunu stabbiliti proċeduri sabiex tkun stmata l-konformità mal-ħtiġiet bażiċi tad-Direttivi; billi dawn il-proċeduri għandhom ikunu mfassla fid-dawl tal-livell ta’ periklu li jkun qiegħed fl-apparat ta’ pressjoni; billi, għalhekk, għal kull kategorija ta’ apparat ta’ pressjoni għandu jkun hemm proċedura jew għażla adekwata bejn proċeduri differenti ta’ strettezza ekwivalenti; billi l-proċeduri adottati huma kif meħtieġa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993 dwar il-moduli għall-fażijiet varji tal-proċeduri ta’ stima ta’ konformità u r-regoli għat-twaħħil u l-użu tal-marka ta’ konformità CE li huma maħsuba sabiex jintużaw fid-Direttivi ta’ armonizzazzjoni teknika ( 8 ); billi d-dettalji miżjuda ma’ dawn il-proċeduri huma ġustifikati min-natura tal-verifikazzjoni meħtieġa għal apparat ta’ pressjoni;

20.

Billi Stati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni sabiex jawtorizzaw ispettorati ta’ l-utenti biex iwettqu ċerti xogħlijiet għal stima ta’ konformità fl-istruttura ta’ din id-Direttiva; billi għal dak il-għan din id-Direttiva tippreskrivi kriterji għall-awtorizzazzjoni ta’ ispettorati ta’ l-utenti minn Stati Membri;

21.

Billi, taħt il-kondizzijonijiet stipulati b’din id-Direttiva, ċerti proċeduri għal stima ta’ konformità jistgħu jeħtieġu li kull oġġett ikun spezzjonat u ttestjat minn korp mgħarraf jew minn ispettorat ta’ użu bħala parti mill-istima finali ta’ l-apparat ta’ pressjoni; billi f’każijiet oħra għandha ssir dispożizzjoni sabiex tiżgura li l-istima finali tista’ tkun ikkontrollata minn korp mgħarraf permezz ta’ żjarat għall-għarrieda;

22.

Billi apparat ta’ pressjoni bħala regola ġenerali, ikollu l-marka CE mwaħħla jew mill-manufattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità; billi l-marka CE tfisser li l-apparat ta’ pressjoni jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u dawk ta’ direttivi tal-Komunità oħra applikabbli dwar l-immarkar CE; billi għal apparat ta’ pressjoni definit f’din id-Direttiva li jkun ta’ periklu ta’ pressjoni minuri u li għalih proċeduri ta’ ċertifikazzjoni għalhekk ma humiex ġustifikati, il-marka CE ma titwaħħalx;

23.

Billi jkun xieraq li l-Istati Membri, kif hemm provdut fl-Artikolu 100a tat-Trattat, jistgħu jieħdu miżuri proviżorji sabiex jillimitaw jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq, tħaddim u użu ta’ apparat ta’ pressjoni f’każijiet fejn ikun ta’ riskju partikolari għas-saħħa ta’ persuni u, fejn ikun xieraq, annimali domestiċi jew proprjetà, sakemm il-miżuri huma soġġetti għal proċedura ta’ kontroll tal-Komunità;

24.

Billi dawk li għalihom tkun indirizzata kull deċiżjoni taħt din id-Direttiva għandhom ikunu konxji tar-raġunijiet wara dik id-deċiżjoni u l-mezzi ta’ l-appell applikabbli għalihom;

25.

Billi hemm bżonn li jkun stipulat arranġament transitorju li jippermetti li apparat ta’ pressjoni mmanifatturat bi qbil mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jkun mqiegħed fis-suq u jitħaddem;

26.

Billi l-ħtiġiet stipulati fl-Annessi għandhom ikunu magħmula kemm jista’ jkun ċari possibbli sabiex jippermettu lil dawk li se jużawh, inlużi impriżi żgħar u ta’ daqs medju (IŻMijiet), ikunu jistgħu jikkonformaw magħhom b’mod faċli;

27.

Billi ntlaħaq ftehim fuq modus vivendi bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni għal atti adottati bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 189b tat-Trattat, nhar l-20 ta’ Diċembru 1994 ( 9 ),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Għan u definizzjonijiet

1.  Din id-Direttiva tapplika għad-disinn, manifattura u stima ta’ konformità ta’ apparat ta’ pressjoni u assemblaġġi bi pressjoni massima permessa PS ogħla minn 0,5 bar.

2.  Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

2.1. ‘Apparat ta’ pressjoni’ tfisser tankijiet, pajping, aċċessorji ta’ sigurtà u aċċessorji ta’ pressjoni.

Fejn ikun applikabbli, apparat ta’ pressjoni jinkludi elementi mwaħħla ma’ partijiet taħt pressjoni, bħal flanġijiet, nozzles, couplings, supports, lifting lugs, etċ.

2.1.1. ‘Tank’ tfisser housing iddisinjat u magħmul sabiex iżomm fih likwidi taħt pressjoni li tinkludi l-affarijiet imwaħħla direttament magħha sal-punt tal-coupling fejn tkun imwaħħla ma’ apparat ieħor. Tank jista’ jkun magħmul minn aktar minn chamber wieħed.

2.1.2. ‘Pajping’ tfisser komponenti maħsuba għat-trasport ta’ likwidi, meta mqabbda ma’ xulxin għal integrazzjoni f’sistema ta’ pressjoni. Pajping jinkludi b’mod partikolari pajp jew sistema ta’ pajpijiet, kanen, fittings, expansion joints, hoses, jew komponenti oħra li jifilħu pressa kif ikun hemm bżonn. Exchangers tas-sħana li jikkonsistu f’pajpijiet li jkollhom l-għan li jkessħu jew li jsaħħnu l-arja għandhom ikunu meqjusa bħala pajping.

2.1.3. ‘Aċċessorji ta’ sigurtà tfisser apparat imfassal sabiex jipproteġi apparat ta’ pressjoni meta jinqabżu l-limiti permessi. Tali apparat jinkludi:

 apparat ta’ limitazzjoni ta’ pressjoni diretta, bħal valves ta’ sigurtà, apparat ta’ sigurtà ta’ meta tinfaqa’ d-diska, buckling rods, sistemi ta’ safety pressure relief ikkontrollata (CSPRS), u

 apparat li jillimita, li jew jattiva l-mezz għal korrezzjoni jew jipprovdi għall-egħluq jew egħluq u lockout, bħal swiċċijiet ta’ pressjoni jew swiċċijiet tat-temperatura jew swiċċijiet tal-livell tal-likwidu u apparat li għandu x’jaqsam mas-sigurtà li jikkontrolla u jirregola l-kejl (SKRK)’

2.1.4. ‘Aċċessorji ta’ pressjoni’ tfisser apparat bil-għan li jitħaddem u li jkollu housings li jifilħu l-pressjoni.

2.1.5. ‘Assemblaġġi’ tfisser bosta biċċiet ta’ apparat ta’ pressjoni assemblati minn manufattur sabiex jiffurmaw oġġett sħiħ u li jaħdem bħala oġġett sħiħ.

2.2. ‘Pressjoni’ tfisser pressjoni relattiva għal pressjoni atmosferika, i.e. pressjoni tal-manometru. B’konsegwenza ta’ dan, vakum hu mfisser b’valur negattiv.

2.3. ‘L-ogħla pressjoni permessa PS’ tfisser l-ogħla pressjoni li għaliha jkun imfassal l-apparat, kif speċifikat mill-manufattur.

Hi mfissra f’post speċifikat mill-manufattur. Dan għandu jkun il-post ta’ fejn jingħaqdu apparat ta’ protezzjoni u/jew li jillimita jew il-quċċata ta’ l-apparat jew jekk ma jkunx xieraq kwalunkwe punt speċifikat.

2.4. ‘L-ogħla/l-inqas temperatura permessa TS’ tfisser l-ogħla/l-inqas temperatura li għaliha jkun imfassal l-apparat, kif speċifikat mill-manufattur.

2.5. ‘Volum (V)’ tfisser il-volum intern ta’ chamber, li jinkludi l-volum ta’ nożils ma’ l-ewwel post fejn jingħaqad jew ikun iwweldjat u li jeskludi l-volum ta’ partijiet interni permanenti.

2.6. ‘Daqs nominali (DN)’ tfisser indikazzjoni numerika ta’ daqs li tkun komuni għall-komponenti kollha f’sistema ta’ pajping minbarra komponenti murija b’dijametri minn barra jew skond id-daqs tal-wisa’. Huwa numru arrotondit konvenjenti għal għanijiet ta’ referenza u jkollu x’jaqsam xi ftit biss mad-dimensjonijiet tal-manifattura. Id-daqs nominali hu magħmul minn DN segwit b’numru.

2.7. ‘Fluwidi’ tfisser gassijiet, likwidi u fwar fil-fażi pura kif ukoll taħlitiet tagħhom. Fluwidu jista’ jkun fih sospensjoni ta’ solidi.

2.8. ‘Ġonot permanenti’ tfisser ġonot li ma jistgħux ikunu skonnetjati minbarra b’metodi distruttivi.

2.9. ‘Approvazzjoni Ewropea għal materjali’ tfisser dokument tekniku li jiddefinixxi l-karatteristiċi ta’ materjali maħsuba għal użu ripetut fil-manifattura ta’ apparat ta’ pressjoni li mhux kopert bi kwalunkwe standard ta’ armonizzazzjoni.

3.  Li ġejjin huma esklużi mill-għan ta’ din id-Direttiva:

3.1. kanen li jinkludu pajping jew sistema ta’ pajping mfassla sabiex jgħaddi kull fluwidu jew sustanza għal u minn installazzjoni (onshore jew offshore) li tibda minn u li tinkludi l-aħħar apparat ta’ isolament li jkun jinsab fil-konfini ta’ l-installazzjoni, li tinkludi l-apparat kollu miżjud maħsub b’mod speċifiku għal kanen. Din l-esklużjoni ma tapplikax għal apparat ta’ pressjoni standard bħal ma jista’ jinstab f’instazzjonijiet ta’ tnaqqis ta’ pressjoni jew instazzjonijiet ta’ kompressjoni;

3.2.  networks għall-provvista, distribuzzjoni u ħruġ ta’ ilma u apparat li jkollu x’jaqsam u headraces bħal ħwat li minnhom jgħaddi l-ilma, bittija ta’ pressjoni, xafts ta’ pressjoni għal installazzjonijiet idroelettriċi u l-aċċessorji speċifiċi li għandhom x’jaqsmu magħhom;

3.3. apparat kopert bid-Direttiva 87/404/KEE dwar tankijiet sempliċi ta’ pressjoni;

3.4. apparat kopert bid-Direttiva 75/324/KEE ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ aerosol dispensers ( 10 );

3.5. apparat maħsub għat-tħaddim ta’ veikoli definiti bid-Direttivi li ġejjin u l-Annessi tagħhom;

 Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar il-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ veikoli b’mutur u t-trejlers tagħhom ( 11 ),

 Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti agrikoli jew għall-forestrija ( 12 ),

 Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1992 li għandha x’taqsam ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ veikoli ta’ żewġ roti jew ta’ tliet roti bil-mutur ( 13 );

3.6. apparat ikklassifikat bħala mhux ogħla mill-I kategorija taħtl-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva u kopert b’waħda mid-Direttivi li ġejjin:

 Direttiva tal-Kunsill 89/392/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ makkinarju ( 14 );

 Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/16/KE tad-29 ta’ Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ liftijiet ( 15 );

 Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE tad-19 ta’ Frar 1973 dwar l-armonizzazzjonital-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat elettriku maħsub sabiex jintuża f’ċerti limiti ta’ vultaġġ ( 16 ),

 Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 dwar apparat mediku ( 17 ),

 Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ strumenti li jaħarqu karburanti tal-gass ( 18 );

 Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar il-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba sabiex jintużaw f’atmosferi li jistgħu jkunu splussivi ( 19 );

3.7. apparat kopert bl-Artikolu 223(1)(b) tat-Trattat;

3.8. oġġetti mfassla speċifikament għal użu nuklejari, nuqqas ta’ dan jista’ jikkawża emissjoni ta’ radjuttività,

3.9. apparat ikkontrollat tajjeb użat fl-esplorazzjoni taż-żejt jew gas jew esplorazzjoni ġeotermali u fl-industrija ta’ tħaffir għaż-żejt u fi ħżin taħt l-art li jkun maħsub sabiex iżomm u/jew jikkontrolla pressjoni tal-bir. Dan jinkludi l-ħerża (Christmas tree), il-blow out preventers (BOP), il-manifolds tal-pajping u l-apparat kollu tagħhom kontra l-kurrent;

3.10. apparat li jinkludi kasings jew makkinarju fejn il-kejl, għażla ta’ materjal u regoli ta’ manifattura huma primarjament ibbażati fuq ħtiġiet għal saħħa, riġidità u stabbilita suffiċjenti sabiex jiġu sodisfatti l-effetti ta’ tħaddim statiċi u dinamiċi jew karatteristiċi ta’ tħaddim oħra u li għalihom pressjoni ma tkunx fattur sinnifikanti ta’ disinn. Tali apparat jista’ jinkludi:

 magni li jinkludu turbini u magni ta’ kombustjoni interna,

 magni ta’ l-istim, turbini tal-gass/stim, ġeneraturi turbo, kumpressuri, pompi u tagħmir li jħaddem;

3.11.  blast furnaces li jinkludu s-sistema ta’ tkessiħ tal-forn, hot-blast recuperators, dust extractors u blast-furnace exhaust-gas scrubbers u reducing cupolas diretti, li jinkludu t-tkessiħ tal-forn, gas convertors u lqugħ għal tidwib, tidwib mill-ġdid, de-gassjar u ffurmar ta’ azzar u metalli li ma għandhomx ħadid;

3.12. egħluq għal apparat elettriku ta’ vultaġġ ogħli bħal switchgear, control gear, transformers, u magni li jduru;

3.13. pajpijiet taħt pressjoni għaż-żamma ta’ sistemi ta’ trasmissjoni, eż. għal kables ta’ l-elettriku u tat-telefon;

3.14. vapuri, rokits, ajruplani u unitajiet ta’ off-shore mobbli, kif ukoll apparat maħsub speċifikament għal installazzjoni abbord jew il-propulsjoni tagħhom;

3.15. apparat ta’ pressjoni li jikkonsisti f’kasing flessibbli, eż. tajers, bżieżaq ta’ l-arja, blalen tal-logħob, tagħmir tal-baħar li jintefagħ u apparat ta’ pressjoni simili ieħor;

3.16. exhaust u inlet silencers;

3.17. fliexken jew laned għax-xorb bil-gass għal konsum finali;

3.18. bastimenti mfassla għat-trasport u distribuzzjoni ta’ xorb li jkollhom PS 7V ta’ mhux aktar minn 500 bar 7L u pressjoni massima permessa li ma taqbiżx 7 bar;

3.19. apparat kopert bl-ADR ( 20 ), ir-RID ( 21 ), l-IMDG ( 22 ) u bil-Konvenzjoni ICAO ( 23 );

3.20.  radiators u pajpijiet f’sistemi ta’ misħun li jsaħħnu;

3.21. tankijiet mfassla sabiex iżommu likwidi bi pressjoni ta’ gass ogħla mill-likwidu ta’ mhux aktar minn 0,5 bar.

Artikolu 2

Sorveljanza tas-suq

1.  Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li apparat ta’ pressjoni u l-assemblaġġi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jitħaddmu jekk biss, meta jkunu installati kif suppost u mantnuti u wżati għall-użu maħsub għalihom, ma jpoġġuġx is-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni f’periklu u, fejn ikun xieraq, annimali domestiċi jew proprjetà.

2.  Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-intitolament ta’ l-Istati Membri sabiex jippreskrivu, fir-rigward dovut għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, tali ħtiġiet li huma jistgħu iqisu meħtieġa sabiex jiżguraw li persuni u, b’mod partikolari, ħaddiema jkunu protetti matul l-użu ta’ l-apparat ta’ pressjoni jew assemblaġġi in kwistjoni sakemm dan ma jfissirx modifikazzjonijiet għal tali apparat jew assemblaġġi b’mod mhux speċifikat f’din id-Direttiva.

3.  Fil-fieri tal-kummerċ, eżibizzjonijiet, wirjiet, etċ., l-Istati Membri ma għandhomx ma jħallux il-wiri ta’ apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni kif definiti fl-Artikolu 1 mhux f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sakemm ikollhom sinjal viżibbli li juri n-nuqqas ta’ konformità tagħhom u li ma jkunux disponibbli għall-bejgħ sakemm ma jinġiebux f’konformità mill-manufattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabblit ġewwa l-Komunità. Matul wirjiet, għandhom jittieħdu miżuri ta’ sigurtà xierqa bi qbil mal-ħtiġiet stipulati mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat sabiex jiżguraw is-sigurtà ta’ persuni.

Artikolu 3

Ħtiġiet tekniċi

1.  L-apparat ta’ pressjoni li hemm referenza għalih f’1.1, 1.2, 1.3 u 1.4 għandu jissodisfa l-ħtiġiet tekniċi stipulati fl-Anness I:

1.1. Tankijiet, minbarra dawk li hemm referenza għalihom f’1.2 għal:

(a) gassijiet, gassijiet likwifatti, gassijiet imdewba taħt pressjoni, fwar u dawk il-likwidi li l-pressjoni tal-fwar tagħhom fl-ogħla temperatura permessa tkun aktar minn 0,5 bar ogħla mill-pressjoni atmosferika normali (1 013 mbar) fil-limiti li ġejjin:

 għal fluwidi fi Grupp 1 b’volum akbar minn 1 L u prodott ta’ PS u V akbar minn 25 bar 7L, jew bi pressjoni PS akbar minn 200 bar (L-Anness II, lista 1),

 għal fluwidi fi Grupp 2 b’volum akbar minn 1 L u prodott ta’ PS u V akbar minn 50 bar 7L, jew bi pressjoni PS akbar minn 1 000 bar, u l-extinguishers u fliexken għal apparat ta’ teħid tan-nifs kollha li jistgħu jinġarru (L-Anness II, lista 2),

(b) likwidi li jkollhom pressjoni ta’ fwar fl-ogħla temperatura permessa ta’ mhux aktar minn 0,5 bar ogħla mill-pressjoni atmosferika normali (1 013 mbar) fil-limiti li ġejjin:

 għal fluwidi fi Grupp 1 b’volum akbar minn 1 L u prodott ta’ PS u V akbar minn 200 bar 7L, jew bi pressjoni PS akbar minn 500 bar (L-Anness II, lista 1),

 għal fluwidi fi Grupp 2 bi pressjoni PS akbar minn 10 bar u prodott ta’ PS u V akbar minn 10 000 bar 7L, jew bi pressjoni PS akbar minn 1 000 bar (L-Anness II, lista 4).

1.2. Apparat ta’ pressjoni mqiegħed fin-nar jew imsaħħan b’mod ieħor bir-riskju li jista’ jkun imsaħħan iżżejjed maħsub għal ġenerazzjoni ta’ fwar jew ilma super-imsaħħan f’temperaturi ogħla minn 110 °Ċ li jkollu volum akbar minn 2L, u l-kukers ta’ pressjoni kollha (L-Anness II, lista 5).

1.3. Pajping maħsub għal:

(a) gassijiet, gassijiet likwifatti, gassijiet imdewba taħt pressjoni, fwar u dawk il-likwidi li l-pressjoni tal-fwar tagħhom fl-ogħla temperatura permessa tkun aktar minn 0,5 bar ogħla mill-pressjoni atmosferika normali (1 013 mbar) fil-limiti li ġejjin:

 għal fluwidi fi Grupp 1 b’DN akbar minn 25 (L-Anness II, lista 6),

 għal fluwidi fi Grupp 2 b’DN akbar minn 32 u prodott ta’ PS u DN akbar minn 1 000 bar (L-Anness II, lista 7);

(b) likwidi li jkollhom pressjoni ta’ fwar fl-ogħla temperatura permessa ta’ mhux aktar minn 0,5 bar ogħla mill-pressjoni atmosferika normali (1 013 mbar), fil-limiti segwenti:

 għal fluwidi fi Grupp 1 b’DN akbar minn 25 u prodott ta’ PS u DN akbar minn 2 000 bar (L-Anness II, lista 8),

 għal fluwidi fi Grupp 2 b’PS akbar minn 10 bar, DN akbar minn 200 u prodott ta’ PS u DN akbar minn 5 000 bar (L-Anness II, lista 9).

1.4. Aċċessorji ta’ sigurtà u ta’ pressjoni maħsuba għal apparat kopert bi 1.1, 1.2 u 1.3 li jinkludu fejn tali apparat ikun inkorporat f’assemblaġġ.

2.  L-assemblaġġi definiti fl-Artikolu 1, taqsima 2.15, li jinkludu ta’ l-inqas oġġett wieħed ta’ apparat ta’ pressjoni kopert b’taqsima 1 ta’ dan l-Artikolu u li huma mniżżla f’2.1, 2.2 u 2.3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali stipulati fl-Anness I.

2.1. Assemblaġġi maħsuba sabiex jiġġeneraw fwar jew ilma super imsaħħan f’temperatura ogħla minn 110 °Ċ li jkunu magħmula ta’ l-inqas minn oġġett wieħed ta’ apparat ta’ pressjoni mqiegħed fin-nar jew imsaħħan b’mod ieħor li jistgħu jkunu msaħħna żżejjed.

2.2. Assemblaġġi minbarra dawk li hemm referenza għalihom f’2.1, jekk il-manufattur ikollu l-ħsieb li jitqegħdu fis-suq u jkunu mħaddma bħala assemblaġġi.

2.3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu introduttorju ta’ din it-taqsima, assemblaġġi maħsuba sabiex jiġġeneraw misħun f’temperaturi mhux ogħla minn 110°Ċ li huma mitmugħa b’mod manwali bi karburanti solidi u li jkollhom PS 7V ogħla minn 50 bar 7L għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza għalihom f’2.10, 2.11, 3.4, 5 (a) u 5 (d) ta’ l-Anness I.

3.  Apparat u/jew assemblaġġi ta’ pressjoni taħt u daqs il-limiti f’taqsimiet 1.1, 1.2 u 1.3 u taqsima 2 rispettivament għandhom ikunu ddisinnjati u mmanifatturati bi qbil mal-prattika ta’ inġinerija tajba ta’ Stat Membru sabiex ikun żgurat użu bla periklu. Apparat u/jew assemblaġġi ta’ pressjoni għandhom ikunu akkompanjati bi struzzjonijet adegwati għal użu u għandhom juru marki sabiex ikunu jistgħu jkunu identifikati mill-manufattur jew mir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu stabbiliti fil-Komunità. Tali apparat u/jew assemblaġġi ma għandhomx ikollhom l-marka CE li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15.

▼C2

Artikolu 4

▼B

Moviment ħieles

1.  

1.1. Stati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet tal-perikli minħabba pressjoni, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ma jħallux it-tqegħid fis-suq jew tħaddim taħt il-kondizzijonijiet speċifikati mill-manufattur ta’ apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u li jkollhom il-marka CE li tindika li jkunu għaddew minn stima ta’ konformità bi qbil ma’l-Artikolu 10.

1.2. Stati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet tal-perikli minħabba pressjoni jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ma jħallux it-tqegħid fis-suq jew tħaddim ta’ apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni li jikkonformaw ma’l-Artikolu 3(3).

2.  Stati Membri jistgħu jeħtieġu, sal-punt li jkun hemm bżonn għal użu bla periklu u korrett ta’ apparat u assemblaġġi ta’ pressjoni, l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Anness I taqsimiet 3.3 u 3.4 li għandha tkun provduta fil-lingwa(i) uffiċjali tal-Komunità li tista’ tkun stabbilita bi qbil mat-Trattat mill-Istat Membru li fih l-apparat jew assemblaġġ jasal għand dak li finalment se jużah.

Artikolu 5

Supposizzjoni ta’ konformità

1.  Stati Membri għandhom iqisu apparat u assemblaġġi ta’ pressjoni li jkollhom il-marka CE li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 15 u d-dikjarazzjoni ta’ konformità CE li għaliha hemm provdut fl-Anness VII bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, li jinkludu l-istima ta’ konformità li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 10.

2.  Apparat u assemblaġġi ta’ pressjoni li jikkonformaw ma’ l-istandards nazzjonali li jibdlu l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom kienu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3. Stati Membri għandhom jippubblikaw in-numri ta’ referenza tal-livelli nazzjonali li hemm referenza għalihom fuq.

3.  Stati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa sabiex iż-żewġ naħat ta’ l-industrija ikunu jistgħu jkollhom dħul fuq livell nazzjonali fil-proċess ta’ preparazzjoni u kontroll ta’ l-istandards armonizzati.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 7

Kumitat dwar Apparat ta’ Pressjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu kwalunkwe miżuri xierqa sabiex ikunu implimentati d-disposizzjonijet li ġejjin:

Fejn Stat Membru jikkonsidra li, għal raġunijiet ta’ sigurtà serji ħafna,

 oġġett jew familja ta’ apparat ta’ pressjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3(3) għandu jkun soġġett għall-ħtiġiet ta’l-Artikolu 3(1), jew

 assemblaġġ jew familja ta’ assemblaġġi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(3) għandu jkun soġġett għall-ħtiġiet ta’l-Artikolu 3(2), jew

 oġġett jew familja ta’ apparat ta’ pressjoni għandu jkun ikklassifikat, permezz ta’ deroga mill-ħtiġiet ta’ l-Anness II, f’kategorija oħra,

għandu jdaħħal talba ssostanzjata kif dovut lill-Kummissjoni u jitlobha sabiex tieħu l-miżuri meħtieġa. Dawk il-miżuri għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 3.

▼M1

2.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti (minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.).

Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tal-proċedura tiegħu.

3.  Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 24 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼B

4.  Il-Kumitat jista’ barra minn dan jeżamina kull materja oħra li jkollha x’taqsam ma’ l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva u mqajma mill-President tiegħu jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ Stat Membru.

Artikolu 8

Klawsola ta’ protezzjoni

1.  Meta Stat Membru jaċċerta li apparat ta’ pressjoni jew assemblaġġi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, li jkollhom il-marka CE u li jintużaw bi qbil ma’ l-użu maħsub għalihom jistgħu jpoġġu f’periklu s-sigurtà ta’ persuni u, fejn ikun xieraq, annimali domestiċi jew proprjetà, għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex jirtira tali apparat jew assemblaġġi mis-suq, jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq, tħaddim jew użu tiegħu, jew jirrestrinġi l-moviment ħieles tiegħu.

L-Istat Membru għandu jinforma ma’ l-ewwel lill-Kummissjoni b’ kull tali miżura, jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u, b’mod partikolari, fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun minħabba:

(a) nuqqas milli jkunu sodisfatti l-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3;

(b) applikazzjoni mhux korretta ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2);

(ċ) nuqqasijiet fl-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2);

(d) nuqqasijiet fl-approvazzjoni Ewropea ta’ materjali ta’ apparat ta’ pressjoni kif hemm msemmi fl-Artikolu 11.

2.  Il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati bla telf ta’ żmien. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra, wara din il-konsultazzjoni, li l-miżura tkun ġġustifikata, għandha tinforma immedjatament b’dan lill-Istat Membru li jkun ħa l-inizjattiva u lill-Istati Membri l-oħra.

Meta l-Kummissjoni tikkunsidra, wara din il-konsultazzjoni, li l-miżura ma tkunx iġġustifikata, għandha tinforma immedjatament b’dan lill-Istat Membru li jkun ħa l-inizjattiva u lill-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità. Meta d-deċiżjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 tkun ibbażata fuq nuqqas fl-istandards jew fl-approvazzjonijet Ewropej għal materjali u fejn l-Istat Membru fl-oriġini tad-deċiżjoni jżomm il-pożizzjoni tiegħu l-Kummissjoni għandha tinforma mill-ewwel lill-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6 sabiex jagħti bidu għall-proċedura li hemm referenza għaliha fl-ewwel paragrafu ta’l-Artikolu 6.

3.  Meta apparat ta’ pressjoni jew assemblaġġ li ma jikkonformax juri l-marka CE, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu azzjoni xierqa kontra l-persuna(i) li jkunu waħħlu l-marka CE u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

4.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jinżammu infurmati bil-progress u bil-ħruġ ta’ din il-proċedura.

Artikolu 9

Klassifikazzjoni ta’ apparat ta’ pressjoni

1.  Apparat ta’ pressjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3(1) għandu jkun klassifikat skond il-kategorija bi qbil ma’ l-Anness II, skond il-livell li jiżdied ta’ periklu.

Għall-għanijiet ta’ tali klassifikazzjoni likwidi għandhom ikunu maqsuma f’żewġ gruppi bi qbil ma’ 2.1. u 2.2.

2.1. Grupp 1 jinkludi likwidi perikolużi. Likwidu perikoluż huwa sustanza jew preparazzjoni koperta bid-definizzjonijiet fl-Artikolu 2(2) tad- Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jkollhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni, ippakkjar u ttikkettjar ta’ sustanzi perikolużi ( 25 ).

Grupp 1 jinkludi likwidi definiti bħala:

 splussivi,

 jieħdu n-nar malajr ħafna,

 jieħdu n-nar malajr,

 jieħdu n-nar (fejn l-ogħla temperatura permessa tkun ogħla mill-flashpoint),

 tossiċi ħafna,

 tossiċi,

 li jossidaw.

2.2. Grupp 2 jinkludi l-likwidi l-oħra kollha li ma hemmx referenza għalihom f’2.1.

3.  Meta tank ikun magħmul minn numru ta’ chambers, għandu jkun ikklassifikat fl-ogħla kategorija applikabbli taċ-chambers individwali. Meta chamber ikun magħmul minn bosta likwidi, il-klassifikazzjoni għandha tkun fuq il-bażi tal-likwidu li jkun jeħtieġ l-ogħla kategorija.

Artikolu 10

Stima ta’ konformità

1.  

1.1. Qabel ma apparat ta’ pressjoni jitqiegħed fis-suq, il-manufattur għandu jagħmel kull oġġett ta’ l-apparat soġġett għal waħda mill-proċeduri ta’ stima ta’ konformità deskritta fl-Anness III, skond il-kondizzijonijiet mogħtija f’dan l-Artikolu.

1.2. Il-proċeduri ta’ stima ta’ konformità li għandhom ikunu applikati għal oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni bil-ħsieb li titwaħħallu l-marka CE għandhom ikunu stabbiliti skond il-kategorija, kif definit fl-Artikolu 9, li fiha jkun ikklassifikat l-apparat.

1.3. Il-proċeduri ta’ stima ta’ konformità li għandhom ikunu applikati għall-kategoriji varji huma kif ġej:

 l-I kategorija

 Modulu A

 it-II kategorija

 Modulu A1

 Modulu D1

 Modulu E1

 it-III kategorija

 Modulu B1 + D

 Modulu B1 + F

 Modulu B + E

 Modulu B + Ċ1

 Modulu H

 ir-IV kategorija

 Modulu B + D

 Modulu B + F

 Modulu F

 Modulu H1

1.4. Apparat ta’ pressjoni għandu jkun soġġett għal waħda mill-proċeduri ta’ stima ta’ konformità li tista’ tkun magħżula mill-manufattur bejn dawk stipulati għall-kategorija li fiha jkun ikklassifikat. Il-manufattur jista’ jagħżel ukoll li japplika waħda mill-proċeduri li japplikaw għal kategorija ogħla, jekk tkun disponibbli.

1.5. Fl-istruttura ta’ proċedura ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għal apparat f’kategoriji III u IV li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3, taqsima 1.1 (a), taqsima 1.1 (b) l-ewwel inċiż u taqsima 1.2, il-korp mgħarraf, waqt li jkun qed jagħmel iż-żjarat għall-għarrieda, għandu jieħu kampjun ta’ apparat mill-post ta’ manifattura jew ħażna sabiex jagħmel, jew iqabbad lil xi ħadd sabiex jagħmel, l-istima finali kif hemm msemmi fl-Anness I, taqsima 3.2.2. Għal dan il-għan, il-manufattur għandu jinforma lill-korp mgħarraf bl-iskeda ta’ produzzjoni maħsuba. Il-korp mgħarraf għandu jagħmel ta’ l-inqas żewġ żjarat matul l-ewwel sena ta’ manifattura. Il-frekwenza ta’ żjarat sussegwenti għandha tkun stabbilita mill-korp mgħarraf fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fit-taqsima 4.4 tal-moduli relevanti.

1.6. Fil-każ ta’ produzzjoni ta’ darba ta’ tankijiet u apparat fit-III Kategorija li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3, taqsima 1.2 taħt il-proċedura ta’ modulu H, il-korp mgħarraf għandu jagħmel jew iqabbad lil xi ħadd sabiex jagħmel, l-istima finali kif hemm riferrut fl-Anness I, taqsima 3.2.2, għal kull unità. Għal dan il-għan, il-manufattur għandu jikkomunika l-iskeda ta’ produzzjoni maħsuba lill-korp mgħarraf.

2.  Assemblaġġi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(2) għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta’ stima ta’ konformità globali li tinkludi:

(a) stima ta’ kull oġġett ta’ l-apparat ta’ pressjoni li jifforma parti mill-assemblaġġ u li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3(1) li ma kienx soġġett qabel għal proċedura ta’ stima ta’ konformità u għal marka ta’ CE separata; il-proċedura ta’ stima għandha tkun stabbilita skond il-kategorija ta’ kull oġġett ta’ l-apparat;

(b) l-istima ta’ l-integrazzjoni tal-komponenti varji ta’ l-assemblaġġ kif hemm referenza għaliha fit-taqsimiet 2.3, 2.8 u 2.9 ta’ l-Anness I li għandha tkun stabbilita mill-ogħla kategorija applikabbli għall-apparat konċernat minbarra minn dik applikabbli għal kull aċċessorju ta’ sigurtà;

(ċ) l-istima tal-protezzjoni ta’ assemblaġġ minn li jinqabżu l-limiti permessi ta’ tħaddim kif hemm referenza għalihom fit-taqsimiet 2.10 u 3.2.3 ta’ l-Anness I għandha ssir fid-dawl ta’ l-ogħla kategorija applikabbli għall-oġġetti ta’ apparat li għandu jkun protett.

3.  Bħala deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fejn ikun iġġustifikat, jippermettu t-tqegħid fis-suq u tħaddim fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat ta’ oġġetti individwali ta’ apparat ta’ pressjoni u assemblaġġi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2), li għalihom ma kienux ġew applikati l-proċeduri li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u li l-użu tagħhom ikun għal sperimentazzjoni.

4.  Rekords u korrispondenza li jkollhom x’jaqsmu ma’ stima ta’ konformità għandhom ikunu fformulati fil-lingwa(i) uffiċjali tal-Komunità li tista’ tkun stabbilita bi qbil mat-Trattat mill-Istati Membri fejn ikun stabbilit il-korp responsabbli milli jwettaq dawn il-proċeduri, jew f’lingwa aċċettata minn dak il-korp.

Artikolu 11

Approvazzjoni Ewropea għal materjali

1.  Approvazzjoni Ewropea għal materjali, kif definita fl-Artikolu 1, taqsima 2.9, għandha tinħareġ fuq it-talba ta’ wieħed jew aktar mill-manufatturi ta’ materjali jew apparat, minn wieħed mill-korpi mgħarfa li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12 maħtur speċifikament għal dik il-biċċa xogħol. Il-korp mgħarraf għandu jistabbilixxi u jwettaq, jew jirranġa għat-twettiq ta’, l-ispezzjonijiet u testijiet xierqa sabiex jiċċertifikaw il-konformità tat-tipi ta’ materjali mal-ħtiġiet li jikkorrispondu ta’ din id-Direttiva; fil-każ ta’ materjali rikonoxxuti bħala li jkunu bla periklu sabiex jintużaw qabel id-29 ta’ Novembru 1999, il-korp mgħarraf għandu jagħti każ ta’ l-informazzjoni eżistenti meta jiċċertifika tali konformità.

2.  Qabel ma joħroġ approvazzjoni Ewropea, il-korp mgħarraf għandu jinforma lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni billi jibgħatilhom l-informazzjoni adattata. Fi żmien tliet xhur, Stat Membru jew il-Kummissjoni jista’ jirreferi l-materja lill-Kumitat Imwaqqaf stabbilit bl-Artikolu 5 tad- Direttiva 83/189/KEE, u jagħti r-raġunijiet tiegħu. F’dak il-każ, il-Kumitat għandu jagħti opinjoni bħala materja ta’ urġenza.

Il-korp mgħarraf għandu joħroġ l-approvazzjoni Ewropea għal materjali billi jagħti każ, fejn ikun xieraq, ta’ l-opinjoni tal-Kumitat u tal-kummenti mdaħħla.

3.  Għandha tintbagħat kopja ta’ l-approvazzjoni Ewropea għal materjali ta’ apparat ta’ pressjoni lill-Istati Membri, lill-korpi mgħarrfa u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista ta’ approvazzjonijiet Ewropej għal materjali fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

4.  Il-materjali wżati għall-manifattura ta’ apparat ta’ pressjoni li jikkonforma ma’ approvazzjonijiet Ewropej għal materjali, li r-referenzi tagħhom kienu ġew ippubblikati fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jitqiesu li jkunu jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali applikabbli ta’ l-Anness I.

5.  Il-korp mgħarraf li jkun ħareġ l-approvazzjoni Ewropea għal materjali ta’ apparat ta’ pressjoni għandu jirtira dik l-approvazzjoni jekk isib li ma kellhiex tkun maħruġa jew jekk it-tip ta’ materjali jkun kopert minn standard armonizzat. Għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra, lill-korpi mgħarrfa u lill-Kummissjoni b’kull irtirar ta’ approvazzjoni.

Artikolu 12

Korpi mgħarrfa

1.  Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li jkunu appuntaw sabiex iwettqu l-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 10 ul-Artikolu 11, flimkien max-xogħolijiet speċifiċi li dawk il-korpi jkunu ġew appuntati sabiex iwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni mogħtija lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-korpi mgħarrfa, bin-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet li għalihom kienu ġew innotifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.

2.  Stati Membri għandhom japplikaw il-kriterji stipulati fl-Anness IV għall-ħatra ta’ korpi. Korpi li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati relevanti għandhom jitqiesu li jkunu jissodisfaw il-kriterji li jikkorrispondu fl-Anness IV.

3.  Stat Membru li jkun innotifika korp għandu jirtira tali awtorizzazzjoni jekk isib li l-korp ma jissodisfax aktar il-kriterji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.

Għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’tali rtirar ta’ notifikazzjoni.

Artikolu 13

Organizzazzjonijiet tielet persuna rikonoxxuti

1.  Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-organizzazzjonijiet tielet persuna li jkunu rrikonoxxew ►C1  għall-għanijiet tax-xogħlijiet li hemm referenza għalihom fl-Anness I, taqsimiet 3.1.2 u 3.1.3. ◄

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, bix-xogħlijiet li għalihom kienu ġew rikonoxxuti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.

2.  Stati Membri għandhom japplikaw il-kriterji stipulati fl-Anness IV għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet. Organizzazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati relevanti għandhom jitqiesu li jkunu jissodisfaw il-kriterji li jikkorrispondu fl-Anness IV.

3.  Stat Membru li jkun irrikonoxxa korp għandu jirtira tali rikonoxximent jekk isib li l-organizzazzjoni ma tkunx tissodisfa aktar il-kriterji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.

Għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni minnufih bi kull tali rtirar ta’ rikonoxximent.

Artikolu 14

Ispettorati ta’ l-utenti

1.  Bħala deroga mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu max-xogħlijiet imwettqa mill-korpi mgħarrfa, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħhom, u tħaddim mill-konsumaturi, ta’ apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 li l-konformità tagħhom mal-ħtiġiet essenzjali tkun ġiet stmata mill-ispettorat ta’ l-utent maħtur bi qbil mal-kriterji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 8.

2.  Meta Stat Membru jkun ħatar ispettorat ta’ l-utent bi qbil mal-kriterji stipulati f’dan l-Artikolu, ma jistax, fuq raġunijiet tal-perikli minħabba pressjoni, jipprojbixxi, jirrestrinġi jew ma jħallix it-tqegħid fis-suq jew tħaddim taħt il-kondizzijonijiet li għalihom hemm provdut f’dan l-Artikolu ta’ apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni li l-konformità tagħhom tkun ġiet stmata minn ispettorat ta’ l-utent maħtur minn Stat Membru ieħor bi qbil mal-kriterji stipulati f’dan l-Artikolu.

3.  Apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni li l-konformità tagħhom kienet ġiet stmata minn ispettorat ta’ l-utent ma għandhomx jkollhom il-marka CE.

4.  L-apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni li hemm referenza għalihom jistgħu jintużaw biss fi stabbilimenti mħaddma mill-grupp li l-ispettorat ikun parti minnu. Il-grupp għandu japplika politika ta’ sigurtà komuni fir-rigward ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għad-disinn, manifattura, spezzjoni, manteniment u użu ta’ apparat u assemblaġġi ta’ pressjoni.

5.  L-ispettorati ta’ l-utenti għandhom jaġixxu esklussivament għall-grupp li huma jkunu jiffurmaw parti minnu.

6.  Il-proċeduri ta’ stima ta’ konformità applikabbli mill-ispettorati ta’ l-utenti għandhom ikunu moduli A1, Ċ1, F u G, kif deskritti fl-Anness III.

7.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni liema ispettorati ta’ l-utenti jkunu awtorizzaw, ix-xogħlijiet li għalihom huma kienu ġew maħtura u, għal kull ispettorat, lista ta’ l-istabbilimenti li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 4.

8.  Fil-ħatra ta’ ta’ l-utentspettorati ta’ l-utenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji mniżżla fl-Anness V u għandhom jiżguraw li l-grupp li l-ispettorat ikun parti minnu japplika l-kriterji li hemm referenza għalihom fit-tieni sentenza ta’ paragrafu 4.

9.  Stat Membru li jkun awtorizza ispettorat ta’ l-utent għandu jirtira dik l-awtorizzazzjoni jekk isib li l-ispettorat ta’ l-utent ma jissodisfax aktar il-kriterji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 8. Għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bih.

10.  L-effetti ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu kkontrollati mill-Kummissjoni u valutati tliet snin wara d-data speċifikata fl-Artikolu 20(3). Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jgħaddu kull informazzjoni utili lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Jekk ikun hemm bżonn il-valutazzjoni għandha tkun akkompanjata bi proposta sabiex tkun emendata d-Direttiva.

Artikolu 15

Marka CE

1.  Il-marka CE tikkonsisti fl-inizjali ‘CE’ bi qbil ma’ l-abbozz fl-Anness VI:

Il-marka CE għandha tkun akkompanjata bin-numru ta’ identifikazzjoni, kif hemm msemmi fl-Artikolu 12(1), tal-korp mgħarraf involut fil-fażi ta’ kontroll ta’ produzzjoni.

2.  Il-marka CE għandha titwaħħal b’mod li jidher, li jinqara faċilment u b’mod li ma jitħassarx fuq kull

 oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3(1), jew

 assemblaġġ li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3(2)

li jkun komplet jew li jkun fi stat li jippermetti stima finali kif deskritta fit-taqsima 3.2 ta’ l-Anness I.

3.  M’hemmx għalfejn li l-marka CE titwaħħal ma’ kull oġġett individwali ta’ apparat ta’ pressjoni li jifforma parti minn assemblaġġ kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 3(2). Oġġetti individwali ta’ apparat ta’ pressjoni li jkollhom diġa l-marka CE meta jkunu inkorporati fl-assemblaġġ għandhom jibqgħu jkollhom dik il-marka.

4.  Meta l-apparat jew assemblaġġ ta’ pressjoni jkun soġġett għal Direttivi oħra li jkopru aspetti li jipprovdu għat-twaħħil tal-marka CE, din ta’ l-aħħar għandha turi li l-apparat jew assemblaġġ ta’ pressjoni in kwistjoni jkun meqjus ukoll li jkun jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi l-oħra.

Iżda, jekk waħda jew aktar minn dawk id-Direttivi jippermettu l-manufattur, matul perjodu transitorju, sabiex jagħżel liema arranġamenti għandu japplika, l-marka CE għandha tindika konformità biss mad-Direttivi applikati mill-manufattur. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi msemmija, kif ippubblikati fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu mogħtija fid-dokumenti, avviżi jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkompanjaw l-apparat jew assemblaġġ ta’ pressjoni.

5.  It-twaħħil ta’ marki fuq apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni li jkun mistenni li jqarraq bi partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira jew forma tal-marka CE għandu jkun projbit. Tista’ titwaħħal kull marka oħra ma’ apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni sakemm il-viżibilità u l-leġibilità tal-marka CE ma tkunx b’hekk imnaqqsa.

Artikolu 16

Marka CE imwaħħla mhux dovuta

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8:

(a) fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-marka CE li tkun twaħħlet mhux dovuta, il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-marka CE u sabiex itemm il-ksur tal-liġi taħt il-kondizzijonijiet imposti mill-Istat Membru;

(b) jekk in-nuqqas ta’ konformità titkompla, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex jirristrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-prodott in kwistjoni jew sabiex jiżgura li jkun irtirat mis-suq bi qbil mal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 8.

Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet responsabbli milli jimplimentaw din id-Direttiva sabiex jikkooperaw ma’ xulxin u jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni informazzjoni sabiex igħinu fit-tħaddim ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 18

Deċiżjonijiet li jinvolvu rifjut jew restrizzjoni

Kull deċiżjoni meħuda bi qbil ma’ din id-Direttiva li tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq u tħaddim jew teħtieġ l-irtirar mis-suq ta’ apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet eżatti li fuqhom tkun ibbażata. Tali deċiżjoni għandha tkun innotifikata kemm jista’ jkun malajr lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun informata bir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru in kwistjoni u bil-limiti ta’ żmien li għalihom huma suġġetti tali rimedji.

Artikolu 19

Revoka

L-Artikolu 22 ta’ Direttiva 76/767/KEE għandu jieqaf japplika mid-29 ta’ Novembru 1999 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ apparat ta’ pressjoni u assemblaġġi koperti b’din id-Direttiva.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet ta’ transposizzjoni u transitorji

1.  Qabel id-29 ta’ Mejju 1999 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri li hemm referenza għalihom fl-ewwel sottoparagrafu, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi sabiex issir tali referenza għandhom ikunu stipulati minn l-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom japplikaw tali dispożizzjonijiet sa mid-29 ta’ Novembru 1999.

2.  l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni u assemblaġġi li jikkonformaw mar-regolamenti fis-seħħ fit-territorju tagħhom fid-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sad-29 ta’ Mejju 2002 u jippermettu li tali apparat u assemblaġġi jitħaddmu wara dik id-data.

Artikolu 21

Lil min indirizzata

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

ĦTIĠIET ESSENZJALI TA’ SIGURTÀ

OSSERVAZZJONIJIET PRELIMINARJI

1.

L-obbligi li ġejjin mill-ħtiġiet essenzjali mniżżla fl-Anness għal apparat ta’ pressjoni japplikaw ukoll għal assemblaġġi fejn jeżisti il-periklu korrispondenti.

2.

Il-ħtiġiet essenzjali stipulati f’din id-Direttiva huma obbligatorji. L-obbligi stipulati f’dawn il-ħtiġiet essenzjali japplikaw biss jekk ikun jeżisti l-periklu li jikkorrispondi għall-apparat ta’ pressjoni in kwistjoni fejn ikun użat taħt kondizzijonijiet li jkunu mbassra b’mod raġonevoli mill-manufattur.

3.

Il-manufattur hu taħt obbligu li janalizza l-perikli sabiex jidentifika dawk li japplikaw għall-apparat tiegħu minħabba pressjoni; imbagħad għandu jiddiżinjah u jibnih billi jagħti każ ta’ l-analiżi tiegħu.

4.

Il-ħtiġiet essenzjali għandhom ikunu interpretati u applikati b’tali mod li jingħata każ ta’ l-istat tal-ħila u l-prattika kurrenti fiż-żmien tad-disinn u manifattura kif ukoll ta’ konsiderazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi li jkunu konsistenti bi grad għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u sigurtà.

1.

ĠENERALI

1.1.

Apparat ta’ pressjoni għandu jkun iddisinnjat, immanifatturat u kkontrollat, u jekk ikun applikabbli mgħammar u installat, b’tali mod li jiżgura s-sigurtà tiegħu meta jkun imħaddem bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet tekniċi tal-manufattur, jew f’kondizzijonijiet li jistgħu ikunu mbassra b’mod raġonevoli.

1.2.

Fl-għażla ta’ l-aktar soluzzjonijiet xierqa, il-manufattur għandu japplika l-prinċipji stipulati hawn taħt fl-ordni li ġej:

 jelimina jew inaqqas il-perikli sakemm ikun raġonevolment prattiku,

 japplika miżuri ta’ protezzjoni xierqa kontra perikli li ma jistgħux ikunu eliminati,

 fejn ikun xieraq, jinforma lill--utenti bil-perikli li jkun baqa’ u jindika fejn ikun hemm bżonn sabiex jittieħdu miżuri speċjali sabiex jitnaqqsu r-riskji fil-ħin ta’ installazzjoni u/jew użu.

1.3.

Meta l-potenzjal għal użu ħażin ikun magħruf jew jista’ jkun imbassar b’mod ċar, l-apparat ta’ pressjoni għandu jkun iddisinnjat sabiex jipprevjeni periklu minn tali użu ħażin jew, jekk dan ma jkunx possibbli, tingħata twissija adegwata li l-apparat ta’ pressjoni ma għandux jintuża b’dak il-mod.

2.

DISINN

2.1.   ĠENERALI

L-apparat ta’ pressjoni għandu jkun iddisinnjat b’mod xieraq li jagħti każ tal-fatturi relevanti kollha sabiex ikun żgurat li l-apparat ikun bla periklu matul iż-żmien li jkun maħsub li jintuża.

Id-disinn għandu jinkorpora koeffiċjenti ta’ sigurtà xierqa billi juża metodi komprensivi li jkunu magħrufa li jinkorporaw marġini ta’ sigurtà adegwata kontra kull mod relevanti ta’ nuqqas b’mod konsistenti.

2.2.   Disinn għal saħħa adegwata

2.2.1.

L-apparat ta’ pressjoni għandu jkun iddisinjat għal tagħbija xierqa għall-użu li l-apparat ikun maħsub għalih u kondizzijonijiet ta’ tħaddim oħra li jistgħu jkunu mbassra b’mod raġonevoli. B’mod partikolari, għandu jingħata każ tal-fatturi segwenti:

 il-pressjoni interna/esterna,

 temperaturi ambjentali u ta’ tħaddim,

 pressjoni statika u piż tal-kontenut f’kondizzijonijiet ta’ tħaddim u ta’ ttestjar,

 kemm jiflaħ għal traffiku, riħ, terrimoti,

 forzi ta’ reazzjoni u momenti li jirriżultaw mill-appoġġi, affarijiet imwaħħla, pajping, etċ.,

 korrożjoni u erożjoni, fatigue, eċċ.,

 dekomposizzjoni ta’ likwidi mhux stabbli.

Għandhom ikunu kkunsidrati fatturi varji li jistgħu jseħħu fl-istess ħin, jingħata każ tal-probabbilità tagħhom li jseħħu fl-istess ħin.

2.2.2.

Disinn għal saħħa adegwata għandu jkun ibbażat fuq:

 regola ġenerali, metodu ta’ kalkolazzjoni, kif deskritt f’2.2.3, u ssupplimentat jekk ikun hemm bżonn b’metodu ta’ disinn sperimentali kif deskritt f’2.2.4, jew

 metodu ta’ disinn sperimentali mingħajr kalkolu, kif deskritt f’2.2.4, meta l-prodott ta’ l-ogħla pressjoni permessa PS u l-volum V ikun inqas minn 6000 bar 7L jew il-prodott PS 7DN ikun inqas minn 3000 bar.

2.2.3.

Metodu ta’ kalkolu

(a)   Żamma ta’ pressjoni u aspetti ta’ fatturi oħra

L-istressijiet permessi fuq apparat ta’ pressjoni għandu jkun limitat wara li jkunu kkunsidrati modi ta’ nuqqas li jistgħu jkunu mbassra b’mod raġonevoli taħt kondizzijonijiet ta’ tħaddim. Għal dan il-għan, għandhom ikunu applikati fatturi ta’ sigurtà sabiex jeliminaw għal kollox kull dubju li joħroġ mill-manifattura, kondizzijonijiet ta’ tħaddim attwali, stress, mudelli ta’ kalkolu u l-proprjetajiet u mġieba tal-materjal.

Dawn il-metodi ta’ kalkolu għandhom jipprovdu marġini konsistenti ta’ sigurtà biżżejjed, fejn ikun applikabbli, mal-ħtiġiet ta’ taqsima 7.

Il-ħtiġiet stipulati fuq jistgħu jkunu sodisfatti billi jkun applikat wieħed mill-metodi li ġejjin, kif ikun xieraq, jekk ikun hemm bżonn bħala suppliment għal jew flimkien ma’ metodu ieħor:

 disinn skond il-formola,

 disinn skond l-analiżi,

 disinn skond fracture mechanics;

(b)   Resistenza

Għandhom ikunu wżati kalkoli ta’ disinn xierqa sabiex tkun stabbilita r-resistenza ta’ l-apparat ta’ pressjoni konċernat.

B’mod partikolari:

 il-kalkoli tal-pressjonijiet ma għandhomx ikunu inqas mill-ogħla pressjonijiet permessi u għandhom jagħtu każ ta’ pressjonijiet ta’ static head u ta’ fluwidu dinamiku u d-dekomposizzjoni ta’ fluwidi mhux stabbli. Meta tank ikun isseparat f’chambers individwali li jżommu fihom pressjoni, id-diviżorju għandu jkun imfassal fuq il-bażi ta’ l-ogħla pressjoni possibbli taċ-chamber relattiva għall-inqas pressjoni possibbli fiċ-chamber li jkun imiss miegħu,

 it-temperaturi tal-kalkolu għandhom jippermettu għal marġini ta’ sigurtà xierqa,

 id-disinn għandu jagħti każ b’mod xieraq tal-kumbinazzjonijiet kollha possibbli ta’ temperatura u pressjoni li jistgħu jinħolqu taħt kondizzijonijiet ta’ tħaddim li jistgħu jkunu mbassra b’mod raġonevoli għall-apparat,

 l-ogħla stressijiet u l-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ stress għandhom jinżammu f’limiti bla periklu,

 il-kalkolu għal żamma ta’ pressjoni għandu juża l-valuri adattati għall-proprjetajiet tal-materjal, ibbażati fuq informazzjoni dokumentata, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet stipulati fit-taqsima 4 flimkien ma’ fatturi xierqa ta’ sigurtà. Karatteristiċi tal-materjal li għandhom ikunu kkunsidrati, fejn ikun applikabbli, jinkludu:

 

 saħħa ta’ rendiment, 0,2 % jew 1,0 % proof strength skond kif ikun xieraq fit-temperatura tal-kalkolu,

 tensile strength,

 saħħa li tiddependi fuq il-ħin, i.e. creep strength,

 fatigue data,

 Young’s modulus (modulus ta’ elastiċità),

 ammont xieraq ta’ plastic strain,

 saħħa ta’ l-impatt,

 fracture toughness,

 għandhom ikunu applikati fatturi ta’ ġonot xierqa għall-proprjetajiet tal-materjal li jiddependu fuq, per eżempju, it-tip ta’ ttestjar ta’ mingħajr ksur, il-materjali magħquda u l-kondizzijonijiet ta’ tħaddim imbassra,

 id-disinn għandu jagħti każ xieraq tal-mekkaniżmi kollha ta’ degradazzjoni li jistgħu jkunu mbassra b’mod raġonevoli (eż.) bi proporzjon għall-użu maħsub ta’ l-apparat. Għandha tinġibed l-attenzjoni, fl-istruzzjonijiet li hemm referenza għalihom fit-taqsima 3.4, għall-fatturi partikolari tad-disinn li jkunu relevanti għal sakemm idum l-apparat, per eżempju:

 

 għal creep: siegħat ippjanati tat-tħaddim f’temperaturi speċifikati,

 għal fatigue: numru ppjanat ta’ ċikli f’livelli ta’ stress speċifikati,

 għal korrożjoni: allowance tal-korrożjoni ippjanata;

(ċ)   Aspetti ta’ stabbilità

Meta l-ħxuna kkalkulata ma tippermettix għal stabbilità strutturali adegwata, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għas-sitwazzjoni waqt li jagħtu każ tar-riskji mit-trasport u tqandil.

2.2.4.

Metodu ta’ disinn sperimentali

Id-disinn ta’ l-apparat jista’ jkun ivvalidat, fit-totalità tiegħu jew f’parti minnu, minn programm ta’ ttestjar xieraq mwettaq fuq kampjun rappreżentattiv ta’ l-apparat jew il-kategorija ta’ apparat.

Il-programm ta’ ttestjar għandu jkun definit b’mod ċar qabel ma jsir l-ittestjar u jkun aċċettat mill-korp mgħarraf responsabbli mill-modulu ta’ stima ta’ konformità tad-disinn, fejn ikun jeżisti.

Dan il-programm għandu jiddefinixxi kondizzijonijiet u kriterji ta’ ttestjar għall-aċċettazzjoni jew rifjut. Il-valuri attwali tad-dimensjonijiet u karatteristiċi essenzjali tal-materjali li jiffurmaw l-apparat ittestjat għandhom jitkejlu qabel it-test.

Meta ikun adattat, matul testijiet, għandu jkun possibbli li jkunu osservati ż-żoni kritiċi ta’ l-apparat ta’ pressjoni bi strumenti adegwati li jkunu kapaċi jirreġistraw strains u stresses bi preċiżjoni biżżejjed.

Il-programm ta’ ttestjar għandu jinkludi:

(a) Test tas-saħħa tal-pressjoni, li l-għan tiegħu ikun sabiex jikkontrolla li, fi pressjoni b’marġini ta’ sigurtà ddefinita meta mqabbla ma’ l-ogħla pressjoni permessa, l-apparat ma jurix leaks jew deformazzjoni sinnifikanti li taqbeż l-ogħla limitu stabbilit.

Il-pressjoni tat-test għandha tkun stabbilita fuq il-bażi tad-differenzi bejn il-valuri tal-miżuri ġeometriċi u karatteristiċi tal-materjali taħt kondizzijonijiet ta’ test u l-valuri wżati għal għanijiet ta’ disinn; għandha tagħti każ tad-differenzi bejn it-temperaturi tat-test u tad-disinn;

(b) fejn jeżisti riskju ta’ creep jew fatigue, testijiet adattati stabbiliti fuq il-bażi tal-kondizzijonijiet ta’ tħaddim stipulati għall-apparat, bħal hold time f’temperaturi speċifikati, numru ta’ ċikli f’livelli ta’ stress speċifikati, etċ.,;

(ċ) fejn ikun hemm bżonn, testijiet oħra li jkollhom x’jaqsmu ma’ fatturi oħra li hemm referenza għalihom f’2.2.1 bħal korrużjoni, ħsara minn barra, etċ.,

2.3.   Dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw tqandil u tħaddim bla periklu

Il-metodu ta’ tħaddim speċifikat għal apparat ta’ pressjoni għandu jkun tali li jeskludi kull riskju li jista’ jkun imbassar fit-tħaddim ta’ l-apparat. Għandha tingħata attenzjoni partikolari, fejn ikun xieraq, għal:

 egħluq u ftuħ,

 ħruġ perikoluż ta’ pressure relief blow-off,

 apparat li jipprevjeni aċċess fiżiku meta jkun hemm pressjoni jew vakum,

 temperatura tal-wiċċ billi jkun ikkunsidrat l-użu li għalih ikun maħsub,

 dekomposizzjoni ta’ fluwidi mhux stabbli.

B’mod partikolari, apparat ta’ pressjoni li jkollu bieba ta’ aċċess iffittjata għandu jkun mgħammar b’apparat awtomatiku jew manwali li jippermetti lil dak li jkun qed juża l-apparat jiżgura li l-fetħa tkun bla periklu. Barra minn dan, fejn il-bieba tista’ tkun imħaddma malajr, l-apparat ta’ pressjoni għandu jkun iffittjat b’apparat li ma jħallihiex tkun miftuħa kull meta l-pressjoni jew temperatura tal-fluwidu jkunu ta’ periklu.

2.4.   Mezzi ta’ eżami

(a) Apparat ta’ pressjoni għandu jkun imfassal u mibni sabiex ikunu jistgħu jsiru l-eżamijiet kollha meħtieġa li jiżguraw sigurtà;

(b) Għandhom ikunu disponibbli mezzi li jistabbilixxu l-kondizzijonijiet ta’ ġewwa ta’ l-apparat, fejn ikun hemm bżonn li tkun żgurata s-sigurtà kontinwa ta’ l-apparat, bħal ftuħ ta’ aċċess li jippermetti aċċess fiżiku għal ġewwa ta’ l-apparat ta’ pressjoni sabiex ikunu jistgħu isiru eżamijiet xierqa bla periklu u ergonomikament;

(ċ) Jistgħu jkunu applikati mezzi oħra li jiżguraw il-kondizzijoni bla periklu ta’ l-apparat ta’ pressjoni:

 fejn ikun żgħir wisq għal aċċess fiżiku interni, jew

 fejn il-ftuħ ta’ l-apparat ta’ pressjoni jista’ jaffettwa b’mod ħażin il-ġewwieni, jew

 fejn intwera li s-sustanza miżmuma ma tkunx ta’ ħsara għall-materjali li minnu jkun magħmul l-apparat ta’ pressjoni u l-ebda mekkaniżmi ta’ degradazzjoni interni oħra ma jistgħu jkunu mbassra.

2.5.   Mezzi ta’ drejning u venting

Għandhom ikunu pprovduti mezzi adegwati għad-drejning u venting ta’ apparat ta’ pressjoni fejn ikun hemm bżonn:

 sabiex ikunu evitati effetti ta’ ħsara bħal imblukkar ta’ ilma, jispiċċa l-vakum, korrożjoni u rejazzjonijiet kimiċi mhux ikkontrollati. Il-fażijiet kollha ta’ tħaddim u ttestjar, partikolarment ittesttjar ta’ pressjoni, għandhom ikunu kkunsidrati,

 sabiex ikun permess it-tindif, spezzjonar u manteniment bla periklu.

2.6.   Korrożjoni jew attakk kimiku ieħor

Meta ikun hemm bżonn, għandha tkun provduta tolleranza jew protezzjoni adegwata kontra korrożjoni jew attakk kimiku ieħor, waqt li jingħata l-każ dovut għall-użu maħsub u użu li jista’ jkun imbassar b’mod raġonevoli.

2.7.   Tiqdim

Meta jista’ jkun hemm bosta kondizzijonijiet ta’ erożjoni jew abrażjoni, għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex:

 ikun minimizzat dak l-effett permezz ta’ disinn xieraq, eż. ħxuna żejda tal-materjal, jew bl-użu ta’ liners jew materjali ta’ lqugħ,

 ikun jista’ jsir il-bdil ta’ partijiet li jkunu l-aktar affettwati,

 tinġibed l-attenzjoni, fl-istruzzjonijiet li hemm referenza għalihom fi 3.4, għal miżuri meħtieġa għal użu kontinwu bla periklu.

2.8.   Assemblaġġi

Assemblaġġi għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li:

 l-komponenti li għandhom ikunu assemblati flimkien ikunu xierqa u li tista’ torbot fuqhom għax-xogħol tagħhom,

 il-komponenti kollha jkunu integrati u assemblati sewwa b’mod xieraq.

2.9.   Dispożizzjonijiet għal mili u tbattil

Meta ikun xieraq, l-apparat ta’ pressjoni għandu jkun iddissinjat b’tali mod u pprovdut b’aċċessorji, jew issir dispożizzjoni għall-iffittjar tagħhom, sabiex ikun żgurat mili u tbattil bla periklu b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ perikli bħal:

(a) waqt il-mili:

 mili żejjed jew tqegħid taħt pressjoni żejda f’dak li għandu x’jaqsam mar-rapport ta’ mili u mal-pressjoni tal-fwar fit-temperatura ta’ referenza,

 nuqqas ta’ stabbilità ta’ l-apparat ta’ pressjoni;

(b) waqt it-tbattil; il-ħruġ mhux ikkontrollat tal-fluwidu taħt pressjoni;

(ċ) waqt il-mili jew tbattil: tqabbid jew żarmar ta’ periklu

2.10.   Protezzjoni kontra li jkunu maqbuża l-limiti permessi ta’ apparat ta’ pressjoni

Meta, taħt kondizzijonijiet li jistgħu jkunu mbassra b’mod raġonevoli, il-limiti permessi jistgħu jinqabżu, l-apparat ta’ pressjoni għandu jkun mgħammar bi, jew issir dispożizzjoni għall-iffittjar ta’ apparat ta’ protezzjoni xierqa, sakemm l-apparat ikun maħsub li jkun protett minn apparat ta’ protezzjoni ieħor f’assemblaġġ.

L-apparat xieraq jew kombinazzjoni ta’ tali apparat għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-karatteristiċi partikolari ta’ l-apparat jew assemblaġġ.

Apparat ta’ protezzjoni xieraq u kombinazzjonijiet tiegħu jinkludu:

(a) aċċessorji ta’ sigurtà kif definiti fl-Artikolu 1, taqsima 2.1.3,

(b) fejn ikun xieraq, apparat ta’ kontroll xieraq bħal indikaturi u/jew allarmi li jippermettu li tittieħed azzjoni adegwata jew awtomatikament jew manwalment sabiex l-apparat ta’ pressjoni jinżamm fil-limiti permessi.

2.11.   Aċċessorji ta’ sigurtà

2.11.1.   Aċċessorji ta’ sigurtà għandhom:

 ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li jkunu ta’ min jorbot fuqhom u adattati għall-użu maħsub tagħhom u għandhom jagħtu każ il-ħtiġiet ta’ manteniment u ttestjar ta’ l-apparat, fejn ikun applikabbli,

 ikunu indipendenti minn funzjonijiet oħra, sakemm il-funzjoni ta’ sigurtà tagħhom ma tistax tkun affetwata minn tali funzjonijiet oħra,

 ikunu jikkonformaw mal-prinċipji ta’ disinn xieraq sabiex tinkiseb protezzjoni xierqa u ta’ min jorbot fuqha. Dawn il-prinċipji jinkludu, b’mod partikolari, modi li ma jfallux, ridondanza, diversità u dianjożi awtomatika.

2.11.2.   Apparat li jillimita l-pressjoni

Dan l-apparat għandu jkun iddisinnjat b’tali mod li l-pressjoni ma taqbiżx b’mod permanenti l-ogħla pressjoni PS permessa; iżda ħalla ta’ pressjoni li ddum qasir żmien f’li żżomm ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stipulati f’7.3 hi permessa, fejn ikun xieraq.

2.11.3.   Apparat li jimmoniterja t-temperatura

Dan l-apparat għandu jkollu ħin adegwat li fih jirrispondi għal raġunijiet ta’ sigurtà, konsistenti mal-funzjoni tal-kejl.

2.12.   Nar minn barra

Meta ikun hemm bżonn, apparat ta’ pressjoni għandu jkun iddisinnjat b’tali mod li, fejn ikun xieraq, mgħammar b’aċċessorji adattati, jew tkun magħmula dispożizzjoni għat-twaħħil tagħhom, sabiex jissodisfa ħtiġijijet ta’ limitazzjoni ta’ ħsara fil-każ ta’ nar minn barra, wara li jkun ikkunsidrat l-użu li għalih ikun maħsub.

3.

MANIFATTURA

3.1.   Proċeduri ta’ manifattura

Il-manufattur għandu jiżgura t-twettieq kompetenti tad-dispożizzjonijiet stipulati fil-fażi tad-disinn billi jkunu applikati tekniki xierqa u proċeduri relevanti, speċjalment b’ħarsa lejn l-aspetti stipulati murija hawn taħt.

3.1.1.   Preparazzjoni tal-partijiet kompetenti

Preparazzjoni tal-partijiet kompetenti (eż. iffurmar u ċamfrin) ma għandhiex toħloq difetti jew qsim jew bidliet fil-karatteristiċi mekkaniċi li jkunu jistgħu jkunu ta’ detriment għas-sigurtà ta’ apparat ta’ pressjoni.

3.1.2.   Twaħħil permanenti

Ġonot permanenti u żoni li jmissu ma xulxin għandhom ikunu mingħajr xi difett fil-wiċċ jew internament li jkun ta’ detriment għas-sigurtà ta’ l-apparat.

Il-proprjetajiet ta’ ġonot permanenti għandhom jissodisfaw il-proprjetàjiet minimi speċifikati għall-materjali li għandhom ikunu magħquda sakemm ma jkunux speċifikament ikkunsidrati valuri ta’ propertà relevanti oħra fil-kalkoli tad-disinn.

Għal apparat ta’ pressjoni, twaħħil permanenti ta’ komponenti li jikkontribwixxu għar-resistenza ta’ pressjoni ta’ l-apparat u l-komponenti li huma mwaħħla direttament magħhom għandu jsir minn persunal ikkwalifikat bix-xieraq skond proċeduri ta’ ħidma xierqa.

Għal apparat ta’ pressjoni f’kategoriji II, III u IV, proċeduri ta’ tħaddim u persunal għandhom ikunu approvati minn parti terza kompetenti li, fid-diskrezzjoni tal-manufattur, tista’ tkun:

 korp mgħarraf,

 organizzazzjoni ta’ terzi rikonoxxuta minn Stat Membru kif għaliha hemm provdut fl-Artikolu 13.

Sabiex twettaq tali approvazzjonijiet il-parti terza għandha tagħmel eżamijiet u testijiet kif stipulat fl-istandards armonizzati xierqa jew eżamijiet u testijiet ekwivalenti jew tqabbad lil xi ħadd sabiex jagħmilhomlha.

3.1.3.   Testijiet mhux distruttivi

Għal apparat ta’ pressjoni, testijiet ta’ nuqqas ta’ ksur ta’ ġonot permanenti għandhom jitwettqu minn persunal xieraq ikkwalifikat. Għal apparat ta’ pressjoni f’kategoriji III u IV, il-persunal għandu jkun approvat minn organizzazzjoni ta’ terzi rikonoxxuta minn Stat Membru bi qbil ma’l-Artikolu 13.

3.1.4.   Trattament ta’ sħana

Meta ikun hemm riskju li l-proċess ta’ manifattura jibdel il-proprjetajiet tal-materjal sa tali punt li s-sigurtà ta’ l-apparat ta’ pressjoni tkun imnaqqsa, għandu jkun applikat trattament xieraq tas-sħana fil-fażi xierqa ta’ manifattura.

3.1.5.   Traċċabbilità

Għandhom ikun stabbiliti u mantnuti proċeduri xierqa sabiex ikun identifikat il-materjal li jifforma l-komponenti ta’ l-apparat li jikkontribwixxi għal resistenza ta’ pressjoni permezz ta’ mezzi xierqa minn mindu jiġu riċevuti, matul il-produzzjoni, sat-test finali ta’ l-apparat ta’ pressjoni mmanifatturat.

3.2.   Stima finali

Apparat ta’ pressjoni għandu jkun soġġett għal stima finali kif deskritt taħt.

3.2.1.   Spezzjoni finali

Apparat ta’ pressjoni għandu jgħaddi minn spezzjoni finali sabiex tkun stmata l-konformità tad-Direttiva b’mod viżiv u permezz ta’ eżami tad-dokumenti li jkunu flimkien miegħu. Jista’ jingħata każ tat-test imwettaq matul il-manifattura. Sakemm ikun hemm bżonn minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, l-ispezzjoni finali għandha titwettaq internament u esternament fuq kull parti ta’ l-apparat, fejn ikun xieraq matul il-kors ta’ manifattura (eż. fejn eżami matul l-ispezzjoni finali ma tkunx aktar possibbli).

3.2.2.   Test ta’ prova

Stima finali ta’ apparat ta’ pressjoni għandha tinkludi test għall-aspett ta’ żamma ta’ pressjoni, li għandu normalment jieħu l-forma ta’ test ta’ pressjoni idrostatika taħt pressjoni li tkun ta’ l-inqas daqs, fejn ikun xieraq, il-valur stipulat f’7.4.

Għall-apparat ta’ pressjoni ta’ l-I kategorija prodott f’serje, dan it-test jista’ jsir fuq bażi ta’ statistika.

Meta t-test ta’ pressjoni idrostatika jkun ta’ ħsara jew mhux prattiku, jistgħu jsiru testijiet oħra ta’ valur rikonoxxut. Għal testijiet oħra minbarra t-test ta’ pressjoni idrostatika, għandhom ikunu applikati miżuri miżjuda, bħal testijiet ta’ nuqqas ta’ ksur jew metodi oħra ta’ validità ekwivalenti, qabel ma jsiru dawk it-testijiet.

3.2.3.   Spezzjoni ta’ apparat ta’ sigurtà

Għal assemblaġġi, l-istima finali għandha tinkludi wkoll kontroll ta’ l-apparat ta’ sigurtà maħsub sabiex jikkontrolla l-konformità sħiħa mal-ħtiġiet li hemm referenza għalihom f’2.10.

3.3.   Immarkar u ttikkettjar

Barra mill-marka CE li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15, għandha tkun provduta l-informazzjoni li ġejja:

(a) għall-apparat kollu ta’ pressjoni:

 isem u indirizz jew mezzi oħra ta’ identifikazzjoni tal-manufattur u, fejn ikun xieraq, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità,

 is-sena ta’ manifattura,

 identifikazzjoni ta’ l-apparat ta’ pressjoni skond in-natura tiegħu, bħal identifikazzjoni tat-tip, serje jew grupp u numru ta’ serje,

 l-ogħla/l-inqas limiti permessi essenzjali;

(b) jiddependi fuq it-tip ta’ apparat ta’ pressjoni, informazzjoni oħra meħtieġa għal installazzjoni, tħaddim jew użu bla perikli u, fejn ikun applikabbli, manutenzjoni u spezzjoni perjodika bħal:

 il-volum V ta’ l-apparat ta’ pressjoni f’L,

 id-daqs nominali għall-pajping DN,

 il-pressjoni tat-test PT applikat f’bar u data,

 apparat ta’ sigurtà pressjoni tas-sett f’bar,

  output ta’ l-apparat ta’ pressjoni f’kW,

 vultaġġ tal-provista f’V (volts),

 użu maħsub,

 rapport tal-mili kg/L,

 l-itqal piż tal-mili f’kg,

 piż ta’ f’kg,

 il-grupp ta’ prodott;

(ċ) fejn ikun hemm bżonn, jitwaħħlu twissijiet ma’ l-apparat ta’ pressjoni li jiġbdu attenzjoni għal użu ħażin li l-esperjenza uriet li jista’ jsir.

Il-marka CE u l-informazzjoni meħtieġa għandhom jingħataw fuq l-apparat ta’ pressjoni jew fuq dataplate imwaħħla sew miegħu, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

 fejn ikun applikabbli, tista’ tkun użata dokumentazzjoni xierqa sabiex ikun evitat li jsiru marki ripetuti fuq partijiet individwali bħal komponenti ta’ pajping, maħsuba għall-istess assemblaġġ. Dan japplika għall-marka CE u marki u ttikkettjar oħra li hemm referenza għalihom f’dan l-Anness;

 fejn l-apparat ta’ pressjoni jkun żgħir wisq, eż. aċċessorji, l-informazzjoni li hemm referenza għaliha f’(b) tista’ tingħata fuq tikketta imwaħħla ma’ dak l-apparat ta’ pressjoni;

 jista’ jintuża ttikkettjar, jew mezzi adegwati oħra għall-piż li għandu jimtela u t-twissijiet li hemm referenza għalihom f’(ċ), sakemm ikunu jistgħu jibqgħu jinqraw għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ.

3.4.   Struzzjonijiet ta’ tħaddim

(a) Meta apparat ta’ pressjoni jitqiegħed fis-suq, għandu jkun flimkien, sakemm ikun relevanti, ma’ struzzjonijiet għall-ta’ l-utent, li jkun fihom l-informazzjoni ta’ sigurtà kollha meħtieġa li jkollha x’taqsam ma’:

 armar li jinkludi assemblaġġ ta’ biċċiet differenti ta’ apparat ta’ pressjoni,

 tħaddim,

 użu,

 manutenzjoni li tinkludi kontrolli mill-ta’ l-utent;

(b) Struzzjonijiet għandhom ikopru informazzjoni mwaħħla ma’ l-apparat ta’ pressjoni bi qbil ma’ 3.3, bl-eċċezzjoni ta’ identifikazzjoni serjali, u għandhom ikunu flimkien, fejn ikun xieraq mad-dokumenti tekniċi, tpinġijiet u disinni meħtieġa sabiex wieħed ikun jista’ jifhem b’mod sħiħ dawn l-istruzzjonijiet;

(ċ) Jekk ikun hemm bżonn, dawn l-istruzzjonijiet għandhom jirreferu għal perikli li jkunu ġejjin minn użu ħażin bi qbil ma’ 1.3 u fatturi partikolari tad-disinn bi qbil ma’ 2.2.3.

4.

MATERJALI

Materjali wżati għall-manifattura ta’ apparat ta’ pressjoni għandhom ikunu xierqa għal tali applikazzjoni matul il-ħajja mbassra sakemm ma jkunx imbassar li jkun hemm bżonn ta’ bdil.

Oġġetti tal-welding li jispiċċaw u materjali li jgħaqqdu oħra jeħtieġu jissodisfaw biss il-ħtiġiet relevanti ta’ 4.1, 4.2 (a) u l-ewwel paragrafu ta’ 4.3, b’mod xieraq, kemm individwalment u kemm fi struttura magħquda.

4.1.

Materjali għal partijiet taħt pressjoni għandhom:

(a) ikollhom proprjetajiet xierqa għall-kondizzijonijet kollha ta’ tħaddim li jistgħu jkunu mbassra u għall-kondizzijonijiet kollha ta’ ttestjar, u b’mod partikolari għandhom ikunu duttili u b’saħħithom biżżejjed. Meta ikun xieraq, il-karatteristiċi tal-materjali għandhom jikkonfomaw mal-ħtiġiet ta’ 7.5. Barra minn hekk, għandha tingħata attenzjoni xierqa għall-għażla ta’ materjali biex ma jkunx hemm ksur tat-tip li jitfarrak fejn ikun hemm bżonn, fejn għal raġunijiet speċifiċi għandu jintuża materjal fraġili għandhom jittieħdu miżuri xierqa;

(b) ikunu kimikament resistenti biżżejjed għall-fluwidu miżmum fl-apparat ta’ pressjoni, il-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi meħtieġa għal sigurtà waqt it-tħaddim ma għandhomx ikunu affettwati b’mod sinnifikanti fil-ħajja skedata ta’ l-apparat;

(ċ) li ma jiġux affettwati b’mod sinnifikanti biż-żmien;

(d) ikunu xierqa għall-proċeduri ta’ proċessar maħsuba;

(e) ikunu magħżula sabiex ikunu evitati effetti sinnifikanti mhux meħtieġa meta l-materjali varji jitpoġġew flimkien.

4.2.

(a) Il-manufattur ta’ apparat ta’ pressjoni għandu jiddefinixxi b’mod xieraq il-valuri meħtieġa għall-kalkoli ta’ disinn li hemm referenza għalihom f’2.2.3 u l-karatteristiċi essenzjali tal-materjali u t-trattament tagħhom msemmi f’4.1;

(b) il-manufattur għandu jipprovdi fid-dokumentazzjoni teknika tiegħu elementi li jkollhom x’jaqsmu ma’ konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjali tad-Direttiva f’waħda mill-forom li ġejjin:

 billi juża materjali li jikkonformaw ma’ l-istandards armonizzati,

 billi juża materjali koperti b’approvazzjoni Ewropea ta’ materjali ta’ apparat ta’ pressjoni bi qbil ma’l-Artikolu 11,

 permezz ta’ stima partikolari ta’ materjal;

(ċ) għal apparat ta’ pressjoni fil-kategoriji III u IV, stima partikolari kif hemm referenza għaliha fit-tielet inċiż ta’ (b) għandha ssir minn korp mgħarraf li jieħu ħsieb ta’ proċeduri ta’ stima ta’ konformità għall-apparat ta’ pressjoni.

4.3.

Il-manufattur ta’ l-apparat għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jiżgura li l-materjal użat jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjoni meħtieġa. B’mod partikolari, dokumentazzjoni ppreparata mill-manufattur tal-materjal li tiddikjara konformità ma’ speċifikazzjoni għandha tkun miksuba għall-materjali kollha.

Għall-partijiet prinċipali kollha ta’ apparat f’kategoriji II, III u IV li jifilħu pressjoni, din għandha tieħu l-forma ta’ ċertifikat ta’ kontroll ta’ prodott speċifiku.

Meta manufattur ta’ materjal ikollu sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità, iċċertifikata minn korp kompetenti stabbilit ġewwa l-Komunità u li tkun għaddiet minn stima speċifika għal materjali, ċertifikati maħruġa mill-manufattur huma meqjusa li jiċċertifikaw konformità mal-ħtiġiet relevanti ta’ din it-taqsima.

ĦTIĠIET TA’ APPARAT TA’ PRESSJONI SPEĊIFIĊI

Barra mill-ħtiġiet applikabbli ta’ taqsimiet 1 sa 4, il-ħtiġiet li ġejjin japplikaw għal apparat ta’ pressjoni kopert bit-taqsimiet 5 u 6.

5.   APPARAT TA’ PRESSJONI MPOĠĠI FIN-NAR JEW IMSAĦĦAN B’MOD IEĦOR B’RISKJU LI JKUN IMSAĦĦAN IŻŻEJJED KIF HEMM MSEMMI FL-ARTIKOLU 3(1)

Dan l-apparat ta’ pressjoni jinkludi:

 fwar u ġeneraturi ta’ misħun kif hemm msemmi fl-Artikolu 3, taqsima 1.2, bħal fwar imsaħħan u bojlers ta’ misħun, superheaters u reheaters, bojlers ta’ sħana żejda, bojlers ta’ inċineraturi ta’ fdal, elettrodu jew tip ta’ bojlers imsaħħna bl-elettriku tat-tip li jiddaħħlu fl-ilma, kukers tal-pressjoni, flimkien ma’ l-aċċessorji tagħhom u fejn ikun applikabbli s-sistemi tagħhom għal trattament ta’ feedwater u għal provvista ta’ karburant, u

 apparat li jsaħħan fi proċessi minbarra għal fwar u ġenerazzjoni ta’ misħun li jaqa’ taħtl-Artikolu 3, taqsima 1.1, bħal heaters għal proċessi kimiċi u proċessi oħra simili u apparat ta’ proċessar ta’ ikel taħt pressjoni.

Dan l-apparat ta’ pressjoni għandu jkun ikkalkolat, iddisinnjat u mibni b’tali mod li jkunu mnaqqsa kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ telf sinnifikanti ta’ żamma minn sħana żejda. B’mod partikolari għandu jkun żgurat, fejn ikun applikabbli, li:

(a) jkunu pprovduti mezzi ta’ protezzjoni xierqa sabiex jirrestrinġu parametri ta’ tħaddim bħal dħul ta’ sħana, ħruġ ta’ sħana, fejn ikun applikabbli, livell tal-fluwidu sabiex ikun evitat kull riskju ta’ sħana żejda lokali u ġenerali,

(b) punti li minnhom jittieħdu kampjuni huma pprovduti fejn meħtieġ sabiex titħalla valutazzjoni tal-proprjetajiet tal-fluwidu sabiex ikunu evitati riskji li għandhom x’jaqsmu ma’ depositi u/jew korrożjoni,

(ċ) dispożizzjonijiet adegwati jsiru biex ikunu eliminati riskji ta’ ħsara minn depositi,

(d) huma provduti mezzi ta’ tneħħija ta’ sħana li jkun fadal wara l-waqfien bla periklu,

(e) jittieħdu passi biex tkun evitata akkumulazzjoni ta’ taħlitiet li jieħdu n-nar ta’ sustanzi li jieħdu n-nar u arja, jew blowback ta’ fjamma.

6.   PAJPING KIF HEMM REFERENZA GĦALIH FL-ARTIKOLU 3, TAQSIMA 1.3

Disinn u kostruzzjoni għandhom jiżguraw:

(a) li r-riskju ta’ stress żejjed minn moviment ħieles mhux permess jew milli jkunu prodotti forzi eċċessivi, eż. fuq flanġi, twaħħil, minfaħ tan-nar jew pajpijiet, ikun kontrollat b’mod adegwat permezz ta’ mezzi bħal appoġġ, rass, ankoraġġ, allinjament u pre-tension;

(b) li fejn ikun hemm possibbilità li jkun hemm kondensazzjoni ġewwa l-pajpijiet għal fluwidi tal-gass, jkunu pprovduti mezzi għad-drenaġġ u tneħħija ta’ fdal mill-partijiet baxxi biex tkun evitata ħsara minn sadd ta’ ilma jew korrożjoni;

(ċ) li tingħata kunsiderazzjoni dovuta lill-ħsara li tista’ tinħoloq minn turbolenza u formazzjoni ta’ belliegħat; il-partijiet relevanti ta’ 2.7 huma applikabbli;

(d) li tingħata kunsiderazzjoni dovuta lir-riskju ta’ fatigue minħabba vibrazzjonijiet fil-pajpijiet;

(e) li, fejn jinżammu fluwidi ta’ Grupp 1 fil-pajpijiet, jkunu provduti mezzi xierqa biex ikunu isolati pajpiet ta’ “take-off” li d-daqs tagħhom joħloq riskju sinnifikanti;

(f) li r-riskju ta’ emissjoni bla ħsieb tkun minimizzata; il-punti ta’ take-off għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar fuq in-naħa permanenti, li turi l-fluwidu miżmum;

(g) li l-pożizzjoni u rotta ta’ pajping taħt l-art tkun miżmuma fid-dokumentazzjoni teknika biex ikun iffaċilitat il-manutenzjoni, spezzjonar jew tiswija bla periklu.

7.   ĦTIĠIET KWANTITATTIVI SPEĊIFIĊI GĦAL ĊERTU APPARAT TA’ PRESSJONI

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw bħala regola ġenerali. Iżda, fejn ma jkunux applikati, inklużi l-każijiet fejn materjali ma jkollhomx referenza speċifika għalihom u l-ebda standards armonizzati ma jkunu applikati, il-manufattur għandu juri li jkunu ttieħdu miżuri xierqa biex ikun miksub livell totali ekwivalenti ta’ sigurtà.

Din it-taqsima hi parti integrali ta’ l-Anness I. Id-dispożizzjonijiet stipulati f’din it-taqsima jissuplimentaw il-ħtiġiet essenzjali ta’ taqsimiet 1 sa 6 għall-apparat ta’ pressjoni li għalih japplikaw.

7.1.   Stress permess

7.1.1.   Simboli

Re/t, limitu ta’ rendiment, jindika l-valur fit-temperatura ta’ kalkolu ta’:

 l-ogħla limitu ta’ fluss għal materjal li jkollu l-ogħla u l-inqas limiti ta’ fluss,

 il-1,0 % proof strength ta’ azzar austentiku u aluminju bla legi,

 il-0,2 % proof strength f’każijiet oħra.

Rm/20 juri l-valur minimu ta’ l-ikbar saħħa 20 °Ċ.

Rm/t issemmi l-akbar saħħa fit-temperatura tal-kalkolu.

7.1.2.

L-istress ġenerali tal-membrana permess għal tagħbijiet predominantament statiċi u għal temperaturi barra l-firxa li fiha l-creep ikun sinnifikanti ma għandux jaqbeż l-iżgħar fost il-valuri li ġejjin skond il-materjal użat:

 fil-każ ta’ azzar ferritiku li jinkludi azzar normalizzat (imkebbeb normalizzat) u li jeskludi azzar fine-grained u azzar li jkun ġie ttrattat bi sħana b’mod speċjali, 2/3 ta’ Re/2 u 5/12 ta’ Rm/20;

 fil-każ ta’ azzar austentiku:

 

 jekk il-ġbid fit-tul tiegħu wara qasma jaqbeż 30 %, 2/3 ta’ Re/t,

 jew, inkella, u jekk il-ġbid fit-tul tiegħu wara qasma jaqbeż 35 %, 5/6 ta’ Re/t u 1/3 ta’ Rm/t;

 fil-każ ta’ azzar ifformat bla lega jew ta’ lega baxxa,10/19 ta’ Re/t u 1/3 ta’ Rm/20;

 fil-każ ta’ aluminju, 2/3 ta’ Re/t;

 fil-każ ta’ legi ta’ aluminju minbarra precipitation hardening alloys ta’ 2/3 ta’ Re/t u 5/12 ta’ Rm/20.

7.2.   Koeffiċjenti tal-ġonta

Għal ġonot iwweldjati, il-koeffiċjent tal-ġonta ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

 għal apparat soġġett għal testijiet distruttivi u mhux distruttivi li jikkonfermaw li s-serje sħiħa ta’ ġonot ma turi l-ebda difett sinnifikanti: 1,

 għal apparat soġġett għal ittesttjar mhux distruttiv każwali: 0,85,

 għal apparat mhux soġġett għal ittesttjar mhux distruttiv minbarra spezzjoni viżiva: 0,7.

Jekk ikun hemm bżonn, it-tip ta’ stress u l-proprjetajiet mekkaniċi u teknoloġiċi tal-ġonta għandhom ikunu kkunsidrati wkoll.

7.3.   Apparat li jillimita l-pressjoni, b’mod partikolari għal apparat ta’ pressjoni

Il-ħalla ta’ pressjoni momentanja li hemm referenza għaliha f’2.11.2 għandha tinżamm sa 10 % ta’ l-ogħla pressjoni permessa.

7.4.   Pressjoni idrostatika ta’ test

Għal tankijiet ta’ pressjoni, il-pressjoni idrostatika ta’ test li hemm referenza għaliha fi 3.2.2. ma għandhiex tkun inqas minn:

 dik li tikkorrespondi ma’ l-ikbar tagħbija li għaliha jista’ jkun soġġett l-apparat ta’ pressjoni meta mħaddem billi jingħata każ ta’ l-ogħla pressjoni permessa u l-ogħla temperatura permessa, immultiplikata bil-koeffiċjent 1,25, jew

 l-ogħla pressjoni permessa mmultiplikata bil-koeffiċjent 1,43, liema minnhom ikun l-ikbar.

7.5.   Karatteristiċi tal-materjal

Sakemm ma jkunux meħtieġa valuri oħra bi qbil mal-kriterji li għandhom ikunu meħuda f’kunsiderazzjoni, azzar hu kkunsidrat li jkun duttili biżżejjed biex jissodisfa 4.1 (a) jekk, f’test tensili magħmul bi proċedura standard, il-ġbid qabel ma jinkiser ma jkunx inqas minn 14 % u l-enerġija ta’ bending rupture mkejla fuq test-piece ISO V ma tkunx inqas minn 27 J, f’temperatura ta’ mhux aktar minn 20 °Ċ iżda mhux ogħla mill-inqas temperatura ta’ tħaddim skedata.




ANNESS II

LISTI TA’ STIMA TA’ KONFORMITÀ

1.

Ir-referenzi fil-listi għal kategoriji ta’ moduli huma li ġejjin:

Ι

=

Modulu A

II

=

Modulu A1, D1, E1

III

=

Moduli B1 + D, B1 + F, B + E, B + Ċ1, H

IV

=

Moduli B + D, B + F, G, H1

2.

L-aċċessorji ta’ sigurtà ddefiniti fl-Artikolu 1, Taqsima 2.1.3., u li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, Taqsima 1.4, huma kklassifikati f’kategorija IV. Iżda, bħala eċċezzjoni, aċċessorji ta’ sigurtà mmanifatturati għal apparat speċifiku jistgħu jkunu kklassifikati fl-istess kategorija ta’ l-apparat li huma jipproteġu.

3.

L-aċċessorji ta’ sigurtà ddefiniti fl-Artikolu 1, Taqsima 2.1.4., u li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, Taqsima 1.4, huma kklassifikati fuq il-bażi ta’:

 l-ogħla pressjoni permessa PS għalihom, u

 l-volum V tagħhom jew id-daqs nominali DN tagħħom, kif ikun xieraq, u

 il-gruppi ta’ likwidi li għalihom huma maħsuba,

u għandha tintuża t-tabella xierqa għal tankijiet jew pajping biex tkun stabbilita l-kategorija ta’ stima ta’ konformità.

Meta kemm il-volum u kemm id-daqs nominali jkunu kkunsidrati xierqa fit-tieni inċiż, l-aċċessorju ta’ pressjoni għandu jkun ikklassifikat fl-ogħla kategorija.

4.

Il-linji ta’ demarkazzjoni fil-listi ta’ stima ta’ konformità li ġejjin juru l-ogħla limitu għal kull kategorija.

image Table 1 Tankijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, Taqsima 1.1 (a), l-ewwel inċiż

Eċċezzjonalment, tankijiet maħsuba biex iżommu fihom gass mhux stabbli u li jaqa’ taħt il-kategoriji I jew II fuq il-bażi ta’ Tabella 1 għandu jkun ikklassifikat fil-kategorija III.

image Table 2 Tankijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, Taqsima 1.1 (a), t-tieni inċiż

Eċċezzjonalment, extinguishers u flixken għal apparat ta’ teħid tan-nifs portatili għandhom ikunu klassifikati ta’ l-inqas fil-kategorija III

image Table 3 Tankijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, Taqsima 1.1 (b), l-ewwel inċiż

image Table 4 Tankijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, Taqsima 1.1 (b), t-tieni inċiż

Eċċezzjonalment, assemblaġġi maħsuba biex jiġġeneraw misħun kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, Taqsima 2.3, għandhom ikunu soġġetti jew għal eżami tad-disinn CE (Modulu B1) fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza għalihom fit-Taqsimiet 2.10, 2.11, 3.4, 5 (a) u 5 (d) ta’ l-Anness I, jew għal assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità (Modulu H)

image Table 5 Apparat ta’ pressjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3, Taqsima 1.2

Eċċezjonalment, id-disinn ta’ kukers tal-pressjoni għandu jkun soġġett għal proċedura ta’ stima ta’ konformità ekwivalenti għal ta’ l-inqas waħda mill-moduli ta’ kategorija III.

image Table 6 Pajping li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3, Taqsima 1.3 (a), l-ewwel inċiż

Eċċezzjonalment, pajping maħsub għal gass mhux stabbli u li jaqa’ taħt kategoriji I jew II fuq il-bażi ta’ Tabella 6 għandu jkun ikklassifikat fil-kategorija III.

image Table 7 Pajping li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3, Taqsima 1.3 (a), t-tieni inċiż

Eċċezzjonalment, il-pajping kollu li jkun fih likwidi f’temperatura ogħla minn 350 °Ċ u li jaqgħu taħt il-kategorija II fuq il-bażi tat-Tabella 7 għandu jkun ikklassifikat fil-kategorija III.

image Table 8 Pajping li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3, Taqsima 1.3 (b), l-ewwel inċiż

image Table 9 Pajping li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3, Taqsima 1.3 (b), it-tieni inċiż




ANNESS III

PROĊEDURI TA’ STIMA TA’ KONFORMITÀ

L-obbligi li jkunu ġejjin mid-dispożizzjonijiet fuq apparat ta’ pressjoni f’dan l-Anness japplikaw ukoll għal assemblaġġi.

Modulu A (kontroll ta’ produzzjoni interni)

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manufattur jew ir-rappreżentant tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità li jissodisfa l-obbligi tat-taqsima 2 jiżgura u jiddikjara li l-apparat ta’ pressjoni jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub.

2.

Il-manufattur għandu jifformola d-dokumentazzjoni teknika deskritta fit-taqsima 3 u jew il-manufattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jżommha għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali relevanti għal għanijiet ta’ spezzjoni għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun immanifatturata l-aħħar biċċa ta’ l-apparat ta’ pressjoni.

Meta la l-manufattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti ġewwa l-Komunità, l-obbligu li tinżamm dokumentazzjoni teknika disponibbli tkun ir-responsabbilità tal-persuna li tqiegħed l-apparat ta’ pressjoni fis-suq tal-Komunità.

3.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li ssir stima tal-konformità ta’ l-apparat ta’ pressjoni mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. Għandha, sakemm ikun relevanti għal tali stima, tkopri d-disinn, manifattura u tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni u jkun fiha:

 deskrizzjoni ġenerali ta’ l-apparat ta’ pressjoni;

 disinn u tpinġijiet ta’ manifattura u disinni ta’ komponenti kunċettwali, sotto-assemblaġġi, ċirkwiti, etċ.,

 deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex ikunu mifhuma t-tpinġijiet u disinni msemmija u t-tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni,

 lista ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, applikati fit-totalità tagħhom jew f’parti minnhom, u deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva fejn l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma kienux ġew applikati,

 riżultati ta’ kalkoli ta’ disinni magħmula, eżamijiet magħmula, eċċ.,

 rapporti ta’ testijiet,

4.

Il-manufattur, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità mad-dokumentazzjoni teknika.

5.

Il-manufattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta’ manifattura jkun jeħtieġ l-apparat ta’ pressjoni manifatturat biex jikkonforma mad-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fit-taqsima 2 u mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

Modulu A1 (kontrolli interni ta’ manifattura b’kontroll ta’ l-istima finali)

Barra mill-ħtiġiet ta’ modulu A, japplikaw li ġejjin:

Għandha ssir stima finali mill-manufattur u kkontrollata permezz ta’ żjarat għall-għarrieda minn korp mgħarraf magħżul mill-manufattur.

Matul tali żjarat, il-korp mgħarraf għandu:

 jivverifika li l-manufattur fil-fatt jagħmel stima finali bi qbil mat-taqsima 3.2 ta’ l-Anness I,

 jieħu kampjuni ta’ apparat ta’ pressjoni fil-post ta’ manifattura jew ħażna biex iwettaq tali kontrolli. Il-korp mgħarraf għandu jistma n-numru ta’ oġġetti ta’ apparat li għandhom jittieħdu għal kampjun u fejn ikun hemm bżonn biex jagħmel, jew iqabbad lil min jagħmillu, l-istima finali kollha jew parti minnha fuq il-kampjuni ta’ apparat ta’ pressjoni.

Jekk wieħed jew aktar mill-oġġetti ta’ apparat ta’ pressjoni ma jikkonformax, il-korp mgħarraf għandu jieħu miżuri xierqa.

Fuq ir-responsabilità tal-korp mgħarraf, il-manufattur għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-ewwel wieħed fuq kull oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni.

Modulu B (eżami tat-tip tal-KE)

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-parti tal-proċedura li biha korp mgħarraf jaċċerta u jagħti xiehda li eżempju rappreżentattiv tal-produzzjoni in kwistjoni jissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

2.

L-applikazzjoni għal eżami tat-tip CE għandha tiddaħħal mill-manufattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għand korp mgħarraf waħdieni ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-isem u l-indirizz tal-manufattur u, jekk l-applikazzjoni tiddaħħal mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz tiegħu wkoll,

 dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma tkunx ġiet imdaħħla għand kull korp mgħarraf ieħor,

 id-dokumentazzjoni teknika deskritta fit-taqsima 3.

L-applikant għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp mgħarraf eżempju rappreżentattiv tal-produzzjoni mbassra, minn issa ‘l quddiem imsejħa ‘tip’. Il-korp mgħarraf jista’ jitlob aktar eżempji jekk il-programm tat-test ikun jitlob hekk.

Tip jista’ jkopri bosta verżjonijiet ta’ apparat ta’ pressjoni sakemm id-differenzi bejn il-verżjonjiet ma jaffetwawx il-livell ta’ sigurtà.

3.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li ssir stima tal-konformità ta’ l-apparat ta’ pressjoni mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. Għandha, sakemm ikun relevanti għal tali stima, tkopri d-disinn, manifattura u tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni u jkun fiha:

 deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

 disinn u tpinġijiet ta’ manifattura u disinni ta’ komponenti kunċettwali, sotto-assemblaġġi, ċirkwiti, etċ.,

 deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex ikunu mifhuma t-tpinġijiet u disinni msemmija u t-tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni,

 lista ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, applikati fit-totalità tagħhom jew f’parti minnhom, u deskrizzjonjiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva fejn l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma kienux ġew applikati,

 riżultati ta’ kalkoli ta’ disinni magħmula, eżamijiet imwettqa, etċ.,

 rapporti ta’ testijiet,

 informazzjoni dwar it-testijiet li għalihom hemm provdut fil-manifattura,

 informazzjoni dwar il-kwalifiki jew approvazzjonijiet meħtieġa taħt taqsimiet 3.1.2 u 3.1.3 ta’ l-Anness I.

4.

Il-korp mgħarraf għandu:

4.1.

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika, jivverifika li t-tip kien ġie mmanifatturat f’konformità magħha u jidentifika l-komponenti li kienu ġew iddisinnjati bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, kif ukoll dawk li kienu ġew iddisinnjati mingħajr l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dawk l-istandards.

B’mod partikolari, il-korp mgħarraf għandu:

 jeżamina d-dokumentazzjoni teknika f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċeduri ta’ disinn u ta’ manifattura,

 jistma l-materjali wżati fejn dawn ma jkunux f’konformità ma’ l-istandards armonizzati relevanti jew ma’ approvazzjoni Ewropea għal materjali ta’ apparat ta’ pressjoni, u jikkontrolla ċ-ċertifikat maħruġ mill-manufattur tal-materjal bi qbil mat-taqsima 4.3 ta’ l-Anness I,

 japprova l-proċeduri għat-twaħħil permanenti ta’ partijiet ta’ apparat ta’ pressjoni, jew jikkontrolla jekk kienux ġew approvati qabel bi qbil mat-taqsima 3.1.2 ta’ l-Anness I,

 jivverfika li l-persunal li jaħdem fuq it-twaħħil permanenti ta’ partijiet ta’ apparat ta’ pressjoni u fuq it-testijiet mhux distruttivi jkun ikkwalifikat jew approvat bi qbil mat-taqsimiet 3.1.2 u 3.1.3 ta’ l-Anness I,

4.2.

iwettaq jew iqabbad lil xi ħadd jagħmillu l-eżamijiet xierqa u testijiet meħtieġa biex ikun stabbilit jekk is-soluzjonijiet adottati mill-manufattur ikunux jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva fejn l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma kienux ġew applikati.

4.3.

iwettaq jew iqabbad lil xi ħadd jagħmillu l-eżamijiet xierqa u testijiet meħtieġa biex ikun stabbilit, fejn il-manufattur ikun għażel li japplika l-istandards relevanti, dawn kienux fil-fatt ġew applikati.

4.4.

jaqbel ma’ l-applikant fuq il-post fejn l-eżamijiet u testijiet meħtieġa għandhom jitwettqu.

5.

Meta t-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li japplikaw għalih, il-korp mgħarraf għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip CE lill-applikant. Iċ-ċertifikat, li għandu jkun validu għal għaxar snin u jkun jiġġedded, għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tal-manufattur, il-konklużjonijiet ta’ l-eżami u l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Lista tal-partijiet relevanti tad-dokumentazzjoni teknika għandha tkun annessa maċ-ċertifikat u għandha tinżamm kopja mill-korp mgħarraf.

Jekk il-korp mgħarraf jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip CE lill-manufattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, dak il-korp għandu jipprovdi raġunijiet dettaljati għal tali rifjut. Għandha ssir dispożizzjoni għal proċedura ta’ appell.

6.

L-applikant għandu jinforma lill-korp mgħarraf li jżomm id-dokumentazzjoni teknika dwar iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip CE bil-modifikazzjonijiet kollha għall-apparat ta’ pressjoni approvat; dawn ikunu soġġetti għal approvazzjoni oħra fejn ikunu jistgħu jaffetwaw il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali jew il-kondizzijonijiet stipulati għal użu ta’ apparat ta’ pressjoni. Din l-approvazzjoni oħra għandha tingħata fil-forma ta’ żjieda maċ-ċertifikat CE ta’ eżami tat-tip oriġinali.

7.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika lill-Il-Istati Membri l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam ma’ ċertifikati ta’ eżami tat-tip tal-CEli jkun irtira, u, fuq talba, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika wkoll lill-korpi mgħarrfa l-oħra l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam ma’ ċertifikati ta’ eżami tat-tip tal-CEli jkun irtira jew irrifjuta.

8.

Il-korpi mgħarrfa l-oħra jistgħu jirċievu ċ-ċertifikati ta’ eżami tat-tip CE u/jew żjidiet magħhom. L-annessi għaċ-ċertifikat għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-korpi mgħarrfa l-oħra.

9.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jżomm mad-dokumentazzjoni teknika, kopji taċ-ċertifikati ta’ eżami tat-tip CE u ż-żjidiet tagħhom għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet immanifatturata l-aħħar biċċa ta’ l-apparat ta’ pressjoni.

Meta la l-manufattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti ġewwa l-Komunità, l-obbligu li tinżamm dokumentazzjoni teknika disponibbli tkun ir-responsabilità tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità.

Modulu B1 (eżami tad-disinn tal-KE)

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-parti tal-proċedura li biha korp mgħarraf jaċċerta u jagħti xiehda li d-disinn ta’ oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni jkun jissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

Il-metodu sperimentali ta’ disinn li għalih hemm provdut fit-taqsima 2.2.4 ta’ l-Anness I ma jistax ikun użat fil-kuntest ta’ dan il-modulu.

2.

Il-manufattur, jew ir-rappresentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jdaħħal applikazzjoni għal eżami tad-disinn CE għand korp mgħarraf waħdieni.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-isem u l-indirizz tal-manufattur u, jekk l-applikazzjoni tiddaħħal mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz tiegħu wkoll,

 dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma tkunx ġiet imdaħħla għand kull korp mgħarraf ieħor,

 id-dokumentazzjoni teknika deskritta fit-taqsima 3.

L-applikazzjoni tista’ tkopri bosta verżjonijiet ta’ apparat ta’ pressjoni sakemm id-differenzi bejn il-verżjonjiet ma jaffetwawx il-livell ta’ sigurtà.

3.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li ssir stima tal-konformità ta’ l-apparat ta’ pressjoni mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. Għandha, sakemm ikun relevanti għal tali stima, tkopri d-disinn, il-manifattura u t-tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni u jkun fiha:

 deskrizzjoni ġenerali ta’ l-apparat ta’ pressjoni;

 disinn u tpinġijiet ta’ manifattura u disinni ta’ komponenti kunċettwali, sotto-assemblaġġi, ċirkwiti, etċ.,

 deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex ikunu mifhuma t-tpinġijiet u disinni msemmija u t-tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni,

 lista ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, applikati fit-totalità tagħhom jew f’parti minnhom, u deskrizzjonjiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva fejn l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma kienux ġew applikati,

 l-evidenza ta’ appoġġ meħtieġa għall-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn, b’mod partikolari fejn l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma kienux ġew applikati fit-totalità tagħhom; din l-evidenza ta’ appoġġ għandha tinkludi r-riżultati ta’ testijiet imwettqa mill-laboratorju adattat tal-manufattur jew f’ismu,

 riżultati ta’ kalkoli ta’ disinni magħmula, eżamijiet imwettqa, etċ.,

 informazzjoni dwar il-kwalifiki jew approvazzjonijiet meħtieġa taħt taqsimiet 3.1.2 u 3.1.3 ta’ l-Anness I.

4.

Il-korp mgħarraf għandu:

4.1.

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u jidentifika l-komponenti li kienu ġew iddisinnjati bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, kif ukoll dawk li kienu ġew iddisinnjati mingħajr l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dawk l-istandards.

B’mod partikolari, il-korp mgħarraf għandu:

 jagħmel stima tal-materjali fejn dawn ma jkunux f’konformità ma’ l-istandards armonizzati relevanti jew ma’ approvazzjoni Ewropea għal materjal ta’ apparat ta’ pressjoni,

 japprova l-proċeduri għat-twaħħil permanenti ta’ partijiet ta’ apparat ta’ pressjoni, jew jikkontrolla jekk kienux ġew approvati qabel bi qbil ma’ taqsima 3.1.2 ta’ l-Anness I,

 jivverfika li l-persunal li jaħdem fuq it-twaħħil permanenti ta’ partijiet ta’ apparat ta’ pressjoni u fuq it-testijiet mhux distruttivi jkun ikkwalifikat jew approvat bi qbil ma’ taqsimiet 3.1.2 u 3.1.3 ta’ l-Anness I,

4.2.

iwettaq l-eżamijiet meħtieġa biex ikun stabbilit jekk is-soluzjonijiet adottati mill-manufattur ikunux jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva fejn l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma kienux ġew applikati.

4.3.

jagħmel l-eżamijiet meħtieġa biex ikun stabbilit, fejn il-manufattur ikun għażel li japplika l-istandards relevanti, dawn kienux fil-fatt ġew applikati.

5.

Meta d-disinn jissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li japplikaw għalih, il-korp mgħarraf għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tad-disinn CE lill-applikant. Iċ-ċertifkat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant, il-konklużjonijiet ta’ l-eżami, kondizzijonijiet għall-validità tiegħu u l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-disinn approvat.

Lista tal-partijiet relevanti tad-dokumentazzjoni teknika għandha tkun annessa maċ-ċertifikat u għandha tinżamm kopja mill-korp mgħarraf.

Jekk il-korp mgħarraf jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tad-disinn CE lill-manufattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, dak il-korp għandu jipprovdi raġunijiet fid-dettal għal tali rifjut. Għandha ssir dispożizzjoni għal proċedura ta’ appell.

6.

L-applikant għandu jinforma lill-korp mgħarraf li jżomm id-dokumentazzjoni teknika dwar iċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn CE bil-modifikazzjonijiet kollha għad-disinn approvat; dawn ikunu soġġetti għal approvazzjoni oħra fejn tali bidliet ikunu jistgħu jaffetwaw il-konformità ta’ l-apparat ta’ pressjoni mal-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva jew il-kondizzijonijiet stipulati għal użu ta’ l-apparat. Din l-approvazzjoni oħra għandha tingħata fil-forma ta’ żjieda maċ-ċertifikat CE ta’ eżami tad-disinn.

7.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika lill--Istati Membri l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam ma’ ċertifikati ta’ eżami tad-disinn CE li jkun irtira, u, fuq talba, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika wkoll lill-korpi mgħarrfa l-oħra l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam ma’ ċertifikati ta’ eżami tad-disinn CE li jkun irtira jew irrifjuta.

8.

Il-korpi mgħarrfa l-oħra jistgħu fuq talba jiksbu l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam ma’:

 ċ-ċertifikati ta’ eżami tad-disinn CE u ż-żjidiet mogħtija,

 ċ-ċertifikati ta’ eżami tad-disinn CE u ż-żjidiet irtirati.

9.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jżomm mad-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fit-taqsima 3 kopji taċ-ċertifikati ta’ eżami tad-disinn CE u ż-żjidiet tagħhom għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet immanifatturata l-aħħar biċċa ta’ l-apparat ta’ pressjoni.

Meta la l-manufattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti ġewwa l-Komunità, l-obbligu li tinżamm dokumentazzjoni teknika disponibbli tkun ir-responsabilita tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità.

Modulu Ċ1 (konformità mat-tip)

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li biha l-manufattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, jiżgura u jiddikjara li apparat ta’ pressjoni jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip CE u jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni u għandu jifformola dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità.

2.

Il-manufattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta’ manifattura jkun jeħtieġ l-apparat ta’ pressjoni mmanifatturat biex jikkonforma mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip CE u mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

3.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet immanifatturata l-aħħar biċċa ta’ l-apparat ta’ pressjoni.

Meta la l-manufattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti ġewwa l-Komunità, l-obbligu li tinżamm dokumentazzjoni teknika disponibbli tkun ir-responsabilita tal-persuna li tqiegħed l-apparat ta’ pressjoni fis-suq tal-Komunità.

4.

Stima finali għandha tkun soġġetta għal kontroll fil-forma ta’ żjarat għall-għarrieda minn korp mgħarraf magħżul mill-manufattur.

Matul tali żjarat, il-korp mgħarraf għandu:

 jivverifika li l-manufattur fil-fatt jagħmel stima finali bi qbil mat-taqsima 3.2 ta’ l-Anness I,

 jieħu kampjuni ta’ apparat ta’ pressjoni fil-post ta’ manifattura jew ħażna biex iwettaq tali kontrolli. Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tan-numru ta’ oġġetti ta’ apparat li għandhom jittieħdu għal kampjun u fejn ikun hemm bżonn biex jagħmel, jew iqabbad lil min jagħmillu, l-istima finali kollha jew parti minnha fuq il-kampjuni ta’ apparat ta’ pressjoni.

Jekk wieħed jew aktar mill-oġġetti ta’ apparat ta’ pressjoni ma jikkonformax, il-korp mgħarraf għandu jieħu miżuri xierqa.

Fuq ir-responsabilità tal-korp mgħarraf, il-manufattur għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-ewwel wieħed fuq kull oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni.

Modulu D (assigurazzjoni tal-kwalità ta’ prodott)

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manufattur li jissodisfa l-obbligi tat-taqsima 2 jiżgura u jiddikjara li l-apparat ta’ pressjoni jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip CE jew u fiċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn CE u li jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni u għandu jifformola dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità. Il-marka CE għandha tkun akkompanajata min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp mgħarraf responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-taqsima 4.

2.

Il-manufattur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għall-produzzjoni, spezzjoni finali u ttestjar kif speċifikat fit-taqsima 3 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat fit-taqsima 4.

3.

Sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manufattur għandu jdaħħal applikazzjoni għal stima tas-sistema ta’ kwalità tiegħu għand korp mgħarraf ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-informazzjoni relevanti kollha dwar l-apparat ta’ pressjoni konċernat,

 id-dokumentazzjoni li jkollha x’taqsam mas-sistema ta’ kwalità,

 id-dokumentazzjoni teknika għat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip CE jew ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-KE.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura konformità ta’ l-apparat ta’ pressjoni mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip CE jew ċertifikat ta’ eżami tad-disinn CE u mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

L-elementi, ħtiġiet u dispożizzjonijiet kollha mill-manufattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politika, proċedura u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni ta’ sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, pjanijiet, manwali u records ta’ kwalità.

Għandu jkun fiha b’mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta’:

 l-għanijiet ta’ kwalità u l-istruttura organizzattiva, responsabbilitajiet u poteri tal-ġestjoni f’dak li jkollu x’jaqsam mal-kwalità ta’ l-apparat ta’ pressjoni,

 il-manifattura, kontroll ta’ kwalità u assigurazzjoni tal-kwalità, proċessi u miżuri sistematiċi li għandhom ikunu wżati, partikolarment il-proċeduri wżati għat-twaħħil permanenti ta’ partijiet kif approvat bi qbil mat-taqsima 3.1.2 ta’ l-Anness I,

 l-eżamijiet u testijiet li għandhom ikunu mwettqa qabel, matul, u wara l-manifattura, u l-frekwenza li bihom huma se jiġu mwettqa,

 ir-records ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u data tat-test, data ta’ kalibrazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalifiki jew approvazzjonijiet tal-persunal konċernat, b’mod partikolari dawk tal-persunal li jagħmlu t-twaħħil ta’ partijiet u t-testijiet ta’ nuqqas ta’ distruzzjoni bi qbil mat-taqsimiet 3.1.2 u 3.1.3 ta’ l-Anness I,

 il-mezzi ta’ kontroll tas-suċċess tal-kwalità meħtieġa u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tal-kwalità biex jistabbilixxi jekk tissodisfax il-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fi 3.2. L-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw ma’ l-istandard armonizzat relevanti huma meqjusa li jikkonformaw mal-ħtiġiet li jikkorrispondu li hemm referenza għalihom fi 3.2.

It-tim tal-verifika għandu jkollu ta’ l-inqas membru wieħed b’esperjenza f’li jagħmel stima tat-teknoloġija ta’ l-apparat ta’ pressjoni konċernat. Il-proċedura ta’ stima għandha tinkludi żjara ta’ spezzjoni fil-post tal-manufattur.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-manufattur. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni bir-raġuni ta’ l-istima. Għandha ssir dispożizzjoni għal proċedura ta’ appell.

3.4.

Il-manufattur għandu jwiegħed li jwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jiżgura li tibqa’ sodisfaċjenti u effiċjenti.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jinforma lill-korp mgħarraf li jkun approva s-sistema ta’ kwalità b’kull aġġustament maħsub għas-sistema ta’ kwalità.

Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u għandu jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità emendata tkomplix tissodisfa l-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fi 3.2 jew jekk ikunx hemm bżonn li ssir stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika lill-manufattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni bir-raġuni ta’ l-istima.

4.

Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp mgħarraf

4.1.

L-għan tas-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manufattur iwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità approvata b’mod xieraq.

4.2.

Il-manufattur għandu jippermetti aċċess lill-korp mgħarraf biex issir spezzjoni fil-postijiet ta’ manifattura, spezzjoni, ttestjar u ħażna u jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

 ir-records ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u data tat-test, data ta’ kalibrazzjoni, rapporti li jkollhom x’jaqsmu ma’ kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ.

4.3.

Il-korp mgħarraf għandu jwettaq verifiki perjodiċi biex jiżgura li l-manufattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kontroll u jipprovdi lill-manufattur b’rapport tal-verifika Il-frekwenza tal-verifiki perjodiċi għandha tkun tali li ssir stima sħiħa mill-ġdid kull tliet snin.

4.4.

Barra minn hekk il-korp mgħarraf jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda għand il-manufattur. Il-ħtieġa għal tali żjarat żejda, u l-frekwenza tagħhom, għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ sistema ta’ kontroll ta’ żjarat mħaddma mill-korp mgħarraf. B’mod partikolari, fis-sistema ta’ kontroll ta’ żjarat għandu jingħata każ tal-fatturi li ġejjin:

 il-kategorija ta’ l-apparat,

 ir-riżultati taż-żjarat ta’ sorveljanza ta’ qabel,

 il-ħtieġa biex tkun segwita azzjoni ta’ korrezzjoni,

 kondizzijonijiet speċjali marbuta ma’ l-approvazzjoni tas-sistema, fejn ikun applikabbli,

 bidliet sinnifikanti fl-organizzazzjoni ta’ manifattura, politika jew tekniki.

Matul tali żjarat il-korp mgħarraf jista’, fejn ikun hemm bżonn, iwettaq jew iqabbad lil xi ħadd jagħmillu testijiet biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità tkun qed taħdem tajjeb. Il-korp mgħarraf għandu jipprovdi lill-manufattur b’rapport taż-żjara u, fejn ikun sar test, b’rapport tat-test.

5.

Il-manufattur għandu, għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet immanifatturata l-aħħar biċċa ta’ l-apparat ta’ pressjoni, jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

 id-dokumentazzjoni li hemm referenza għaliha fit-tieni inċiż ta’ 3.1;

 l-aġġustamenti li hemm referenza għalihom fit-tieni paragrafu ta’ 3.4,

 id-deċiżjonijiet u rapporti mill-korp mgħarraf li hemm referenza għalihom fl-aħħar paragrafu ta’ 3.3, l-aħħar paragrafu ta’ 3.4, u f’4.3 u 4.4.

6.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika lill-Il-Istati Membri l-informazzjoni rilevanti li jkollha x’taqsam ma’ l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irtira, u, fuq talba, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika wkoll l-informazzjoni relevanti lill-korpi mgħarrfa l-oħra li jkollha x’taqsam ma’ approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irtira jew irrifjuta.

Modulu D1 (assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni)

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manufattur li jissodisfa l-obbligi ta’ taqsima 3 jiżgura u jiddikjara li l-oġġetti ta’ l-apparat ta’ pressjoni konċernat jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalihom. Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni u għandu jifformola dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità. Il-marka CE għandha tkun akkompanajata min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp mgħarraf responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-taqsima 5.

2.

Il-manufattur għandu jifformola d-dokumentazzjoni teknika deskritta taħt.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li ssir stima tal-konformità ta’ l-apparat ta’ pressjoni mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. Għandha, sakemm ikun relevanti għal tali stima, tkopri d-disinn, manifattura u tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni u jkun fiha:

 deskrizzjoni ġenerali ta’ l-apparat ta’ pressjoni;

 disinn u tpinġijiet ta’ manifattura u disinni ta’ komponenti kunċettwali, sotto-assemblaġġi, ċirkwiti, etċ.,

 deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex ikunu mifhuma t-tpinġijiet u disinni msemmija u t-tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni,

 lista ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, applikati fit-totalità tagħhom jew f’parti minnhom, u deskrizzjonjiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva fejn l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma kienux ġew applikati,

 riżultati ta’ kalkoli ta’ disinni magħmula, eżamijiet imwettqa, etċ.,

 rapporti ta’ testijiet,

3.

Il-manufattur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għall-produzzjoni, spezzjoni finali u ttestjar kif speċifikat fit-taqsima 4 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat fit-taqsima 5.

4.

Sistema ta’ kwalità

4.1.

Il-manufattur għandu jdaħħal applikazzjoni għal stima tas-sistema ta’ kwalità tiegħu għand korp mgħarraf ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-informazzjoni relevanti kollha dwar l-apparat ta’ pressjoni konċernat,

 id-dokumentazzjoni li jkollha x’taqsam mas-sistema ta’ kwalita.

4.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura konformità ta’ l-apparat ta’ pressjoni mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

L-elementi, ħtiġiet u dispożizzjonijiet kollha mill-manufattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politika, proċedura u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni ta’ sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, pjanijiet, manwali u records ta’ kwalità.

Għandu jkun fiha b’mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta’:

 l-għanijiet ta’ kwalità u l-istruttura, responsabilitajiet u poteri organizzattivi tal-ġestjoni f’dak li jkollu x’jaqsam mal-kwalità ta’ l-apparat ta’ pressjoni,

 il-manifattura, kontroll ta’ kwalità u assigurazzjoni tal-kwalità, proċessi u miżuri sistematiċi li għandhom ikunu wżati, partikolarment il-proċeduri wżati għat-twaħħil permanenti ta’ partijiet kif approvat bi qbil ma’ taqsima 3.1.2 ta’ l-Anness I,

 l-eżamijiet u testijiet li għandhom ikunu mwettqa qabel, matul, u wara l-manifattura, u l-frekwenza li bihom huma se jiġu mwettqa,

 ir-records ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u informazzjoni tat-test, informazzjoni ta’ kalibrazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalifiki jew approvazzjonijiet tal-persunal konċernat, b’mod partikolari dawk tal-persunal li jagħmlu t-twaħħil permanenti ta’ partijiet bi qbil mat-taqsima 3.1.2 ta’ l-Anness I,

 il-mezzi ta’ kontroll tas-suċċess tal-kwalità meħtieġa w it-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

4.3.

Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tal-kwalità biex jistabbilixxi jekk jissodisfax il-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fi 4.2. L-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw ma’ l-istandard armonizzat relevanti huma meqjusa li jikkonformaw mal-ħtiġiet li jikkorrispondu li hemm referenza għalihom fi 4.2.

It-tim tal-verifika għandu jkollu ta’ l-inqas membru wieħed b’esperjenza f’li jagħmel stima tat-teknoloġija ta’ l-apparat ta’ pressjoni konċernat. Il-proċedura ta’ stima għandha tinkludi żjara ta’ spezzjoni fil-post tal-manufattur.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-manufattur. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni bir-raġuni ta’ l-istima. Għandha ssir dispożizzjoni għal proċedura ta’ appell.

4.4.

Il-manufattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jiżgura li tibqa’ sodisfaċjenti u effiċjenti.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jinforma lill-korp mgħarraf li jkun approva s-sistema ta’ kwalità b’kull aġġustament maħsub għas-sistema ta’ kwalità.

Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u għandu jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità emendata tkomplix tissodisfa l-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fi 4.2 jew jekk ikunx hemm bżonn li ssir stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifikata lill-manufattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni motivata ta’ l-istima.

5.

Sorveljanza taħt ir-responsabilita tal-korp mgħarraf

5.1.

L-għan tas-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manufattur iwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità approvata b’mod xieraq.

5.2.

Il-manufattur għandu jippermetti lill-korp mgħarraf aċċess biex issir spezzjoni fil-postijiet ta’ manifattura, spezzjoni, ttestjar u ħażna u jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

 ir-records ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u informazzjoni tat-test, informazzjoni ta’ kalibrazzjoni, rapporti li jkollhom x’jaqsmu ma’ kwalifiki tal-persunal konċernat, etċ.

5.3.

Il-korp mgħarraf għandu jwettaq verifiki perjodiċi biex jiżgura li l-manufattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kontroll u jipprovdi lill-manufattur b’rapport ta’ verifika. Il-frekwenza ta’ verrifiki perjodiċi għandha tkun tali li ssir stima sħiħa mill-ġdid kull tliet snin.

5.4.

Barra minn hekk il-korp mgħarraf jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manufattur. Il-ħtieġa għal tali żjarat żejda, u l-frekwenza tagħhom, għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ sistema ta’ kontroll ta’ żjarat mħaddma mill-korp mgħarraf. B’mod partikolari, fis-sistema ta’ kontroll ta’ żjarat għandu jingħata każ tal-fatturi li ġejjin:

 il-kategorija ta’ l-apparat,

 ir-riżultati taż-żjarat ta’ sorveljanza ta’ qabel,

 il-ħtieġa biex tkun segwita azzjoni ta’ korrezzjoni,

 kondizzijonijiet speċjali marbuta ma’ l-approvazzjoni tas-sistema, fejn ikun applikabbli,

 bidliet sinnifikanti fl-organizzazzjoni ta’ manifattura, politika jew tekniki.

Matul tali żjarat il-korp mgħarraf jista’, fejn ikun hemm bżonn, iwettaq jew iqabbad lil xi ħadd jagħmillu testijiet biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità tkun qed taħdem tajjeb. Il-korp mgħarraf għandu jipprovdi lill-manufattur b’rapport taż-żjara u, fejn ikun sar test, b’rapport tat-test.

6.

Il-manufattur għandu, għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet immanifatturata l-aħħar biċċa ta’ l-apparat ta’ pressjoni, iżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

 id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fit-taqsima 2.

 id-dokumentazzjoni li hemm referenza għaliha fit-tieni inċiż ta’ 4.1;

 l-aġġustamenti li hemm referenza għalihom fit-tieni paragrafu ta’ 4.4,

 id-deċiżjonijiet u rapporti mill-korp mgħarraf li hemm referenza għalihom fl-aħħar paragrafu ta’ 4.3, l-aħħar paragrafu ta’ 4.4, u f’5.3 u 5.4.

7.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika lill-Il-Istati Membri l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam ma’ l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irtira, u, fuq talba, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika wkoll l-informazzjoni relevanti lill-korpi mgħarrfa l-oħra li jkollha x’taqsam ma’ approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irtira jew irrifjuta.

Modulu E (assigurazzjoni tal-kwalità ta’ prodott)

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manufattur li jissodisfa l-obbligi tat-taqsima 2 jiżgura u jiddikjara li l-apparat ta’ pressjoni jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip CE u jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull prodott u għandu jifformola dikjarazzjoni miktuba ta’ konformità. Il-marka CE għandha tkun akkompanajata min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp mgħarraf responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-taqsima 4.

2.

Il-manufattur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għall-ispezzjoni finali ta’ l-apparat ta’ pressjoni u ttestjar kif speċifikat fit-taqsima 3 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat fit-taqsima 4.

3.

Sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manufattur għandu jdaħħal applikazzjoni għal stima tas-sistema ta’ kwalità tiegħu għall-apparat ta’ pressjoni għand korp mgħarraf ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-apparat ta’ pressjoni konċernat,

 id-dokumentazzjoni li jkollha x’taqsam mas-sistema ta’ kwalità,

 id-dokumentazzjoni teknika għat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-KE.

3.2.

Taħt is-sistema ta’ kwalità, kull parti ta’ oġġett ta’ pressjoni għandha tkun eżaminata u għandhom isiru testijiet xierqa kif stipulati fl-istandard(s) relevanti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, jew testijiet ekwivalenti, b’mod partikolari stima finali kif hemm referenza għaliha fl-Anness I, biex tkun żgurata l-konformità tagħha mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. L-elementi, ħtiġiet u dispożizzjonijiet kollha mill-manufattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politika, proċedura u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni ta’ sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, pjanijiet, manwali u records ta’ kwalità.

Għandu jkun fiha b’mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta’:

 l-għanijiet ta’ kwalità u l-istruttura, responsabilitajiet u poteri organizzattivi tal-ġestjoni f’dak li jkollu x’jaqsam mal-kwalità ta’ l-apparat ta’ pressjoni,

 l-eżami u t-testijiet li għandhom jitwettqu wara l-manifattura,

 il-mezzi ta’ moniteraġġ tat-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità,

 ir-records ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u informazzjoni tat-test, informazzjoni ta’ kalibrazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalifiki jew approvazzjonijiet tal-persunal konċernat, b’mod partikolari dawk tal-persunal li jagħmlu t-twaħħil permanenti ta’ partijiet u t-testijiet ta’ nuqqas ta’ distruzzjoni bi qbil mat-taqsimiet 3.1.2 u 3.1.3 ta’ l-Anness I.

3.3.

Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tal-kwalità biex jistabbilixxi jekk jissodisfax il-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fi 3.2. L-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw ma’ l-istandard armonizzat relevanti huma meqjusa li jikkonformaw mal-ħtiġiet li jikkorrispondu li hemm referenza għalihom fi 3.2.

It-tim tal-verifika għandu jkollu ta’ l-inqas membru wieħed b’esperjenza f’li jagħmel stima tat-teknoloġija ta’ l-apparat ta’ pressjoni konċernat. Il-proċedura ta’ stima għandha tinkludi żjara ta’ spezzjoni fil-post tal-manufattur.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-manufattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni bir-raġuni ta’ l-istima.

3.4.

Il-manufattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jiżgura li tibqa’ sodisfaċjenti u effiċjenti.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jinforma lill-korp mgħarraf li jkun approva s-sistema ta’ kwalità b’kull aġġustament maħsub għas-sistema ta’ kwalità.

Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u għandu jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità immodifikata tkomplix tissodisfa l-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fi 3.2 jew jekk ikunx hemm bżonn li ssir stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifikata lill-manufattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżamiu d-deċiżjoni motivata ta’ l-istima.

4.

Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp mgħarraf

4.1.

L-għan tas-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manufattur iwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità approvata b’mod xieraq.

4.2.

Il-manufattur għandu jippermetti aċċess lill-korp mgħarraf biex issir spezzjoni fil-postijiet ta’ spezzjoni, ttestjar u ħażna u jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

 id-dokumentazzjoni teknika,

 ir-records ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u informazzjoni tat-test, informazzjoni ta’ kalibrazzjoni, rapporti li jkollhom x’jaqsmu ma’ kwalifiki tal-persunal konċernat, etċ.

4.3.

Il-korp mgħarraf għandu jwettaq verifiki perjodiċi biex jiżgura li l-manufattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kontroll u jipprovdi lill-manufattur b’rapport l-verifika. Il-frekwenza ta’ verifiki perjodiċi għandha tkun tali li ssir stima sħiħa mill-ġdid kull tliet snin.

4.4.

Barra minn hekk il-korp mgħarraf jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manufattur. Il-ħtieġa għal tali żjarat żejda, u l-frekwenza tagħhom, għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ sistema ta’ kontroll ta’ żjarat mħaddma mill-korp mgħarraf. B’mod partikolari, fis-sistema ta’ kontroll ta’ żjarat għandu jingħata każ tal-fatturi li ġejjin:

 il-kategorija ta’ l-apparat,

 ir-riżultati taż-żjarat ta’ sorveljanza ta’ qabel,

 il-ħtieġa biex tkun segwita azzjoni ta’ korrezzjoni,

 kondizzijonijiet speċjali marbuta ma’ l-approvazzjoni tas-sistema, fejn ikun applikabbli,

 bidliet sinnifikanti fl-organizzazzjoni ta’ manifattura, politika jew tekniki.

Matul tali żjarat, il-korp mgħarraf jista’, fejn ikun hemm bżonn, iwettaq jew iqabbad lil xi ħadd jagħmillu testijiet biexjivverifika li s-sistema ta’ kwalità tkun qed taħdem tajjeb. Il-korp mgħarraf għandu jipprovdi lill-manufattur b’rapport taż-żjara u, fejn tkun saret prova, b’rapport tal-prova.

5.

Il-manufattur għandu, għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet immanifatturata l-aħħar biċċa ta’ l-apparat ta’ pressjoni, iżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

 id-dokumentazzjoni li hemm referenza għaliha fit-tieni inċiż ta’ 3.1;

 l-aġġustamenti li hemm referenza għalihom fit-tieni paragrafu ta’ 3.4,

 id-deċiżjonijiet u rapporti mill-korp mgħarraf li hemm referenza għalihom fl-aħħar paragrafu ta’ 3.3, l-aħħar paragrafu ta’ 3.4, u f’4.3 u 4.4.

6.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika lill-Il-Istati Membri l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam ma’ l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irtira u, fuq talba, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika wkoll l-informazzjoni relevanti lill-korpi mgħarrfa l-oħra li jkollha x’taqsam ma’ approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irtira jew irrifjuta.

Modulu E1 (assigurazzjoni tal-kwalità ta’ prodott)

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manufattur li jissodisfa l-obbligi tat-taqsima 3 jiżgura u jiddikjara li l-apparat ta’ pressjoni jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. Il-marka CE għandha tkun akkompanajata min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp mgħarraf responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-taqsima 5.

2.

Il-manufattur għandu jifformola d-dokumentazzjoni teknika deskritta taħt.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li ssir stima tal-konformità ta’ l-apparat ta’ pressjoni mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. Għandha, sakemm ikun relevanti għal tali stima, tkopri d-disinn, il-manifattura u t-tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni u jkun fiha:

 deskrizzjoni ġenerali ta’ l-apparat ta’ pressjoni;

 disinn u tpinġijiet ta’ manifattura u disinni ta’ komponenti kunċettwali, sotto-assemblaġġi, ċirkwiti, eċċ.,

 deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex ikunu mifhuma t-tpinġijiet u disinni msemmija u t-tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni,

 lista ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, applikati fit-totalità tagħhom jew f’parti minnhom, u deskrizzjonjiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva fejn l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma kienux ġew applikati,

 riżultati ta’ kalkoli ta’ disinni magħmula, eżamijiet imwettqa, etċ.,

 rapporti ta’ testijiet.

3.

Il-manufattur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għall-ispezzjoni finali ta’ l-apparat ta’ pressjoni u ttestjar kif speċifikat fit-taqsima 4 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat fit-taqsima 5.

4.

Sistema ta’ kwalità

4.1.

Il-manufattur għandu jdaħħal applikazzjoni għal stima tas-sistema ta’ kwalità tiegħu għand korp mgħarraf ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-informazzjoni relevanti kollha dwar l-apparat ta’ pressjoni konċernat,

 id-dokumentazzjoni li jkollha x’taqsam mas-sistema ta’ kwalità.

4.2.

Taħt is-sistema ta’ kwalità, kull parti ta’ oġġett ta’ pressjoni għandha tkun eżaminata u għandhom isiru testijiet xierqa kif stipulat fl-istandard(s) relevanti li hemm referenza għalih(om) fl-Artikolu 5, jew testijiet ekwivalenti, u b’mod partikolari stima finali kif hemm referenza għaliha fl-Anness I, biex tkun żgurata l-konformità tagħha mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. L-elementi, ħtiġiet u dispożizzjonijiet kollha mill-manufattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politika, proċedura u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni ta’ sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, pjanijiet, manwali u records ta’ kwalità.

Għandu jkun fiha b’mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta’:

 l-għanijiet ta’ kwalità u l-istruttura, responsabilitajiet u poteri organizzattivi tal-ġestjoni f’dak li jkollu x’jaqsam mal-kwalità ta’ l-apparat ta’ pressjoni,

 il-proċeduri wżati għat-twaħħil permanenti ta’ partijiet kif approvati bi qbil ma’ taqsima 3.1.2 ta’ l-Anness I,

 l-eżami u testijiet li għandhom jitwettqu wara l-manifattura,

 il-mezzi ta’ moniteraġġ tat-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità,

 ir-records ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u data tat-test, data ta’ kalibrazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalifiki jew approvazzjonijiet tal-persunal konċernat, b’mod partikolari dawk tal-persunal li jagħmlu t-twaħħil permanenti ta’ partijiet bi qbil ma’ taqsima 3.1.2 ta’ l-Anness I,

4.3.

Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tal-kwalità biex jistabbilixxi jekk jissodisfax il-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fi 4.2. L-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw ma’ l-istandard armonizzat relevanti huma meqjusa li jikkonformaw mal-ħtiġiet li jikkorrispondu li hemm referenza għalihom fi 4.2.

It-tim tal-verifika għandu jkollu ta’ l-inqas membru wieħed b’esperjenza f’li jagħmel stima tat-teknoloġija ta’ l-apparat ta’ pressjoni konċernat. Il-proċedura ta’ stima għandha tinkludi żjara ta’ spezzjoni fil-post tal-manufattur.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-manufattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni motivata ta’ l-istima. Għandha ssir dispożizzjoni għal proċedura ta’ appell.

4.4.

Il-manufattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jiżgura li tibqa’ sodisfaċjenti u effiċjenti.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jinforma lill-korp mgħarraf li jkun approva s-sistema ta’ kwalità b’kull aġġustament maħsub għas-sistema ta’ kwalità.

Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u għandu jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità immodifikata tkomplix tissodisfa l-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fi 4.2 jew jekk ikunx hemm bżonn li ssir stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika lill-manufattur bid-deċiżjoni. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni bir-raġuni ta’ l-istima.

5.

Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp mgħarraf

5.1.

L-għan tas-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manufattur iwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità approvata b’mod xieraq.

5.2.

Il-manufattur għandu jippermetti aċċess lill-korp mgħarraf biex issir spezzjoni fil-postijiet ta’ spezzjoni, ttestjar u ħażna u jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

 id-dokumentazzjoni teknika,

 ir-records ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u data tat-test, informazzjoni ta’ kalibrazzjoni, rapporti li jkollhom x’jaqsmu ma’ kwalifiki tal-persunal konċernat, etċ.

5.3.

Il-korp mgħarraf għandu jwettaq verifiki perjodiċi biex jiżgura li l-manufattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kontroll u jipprovdi lill-manufattur b’rapport ta’ verifika. Il-frekwenza ta’ verifika perjodiċi għandha tkun tali li ssir stima sħiħa mill-ġdid kull tliet snin.

5.4.

Barra minn hekk il-korp mgħarraf jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manufattur. Il-ħtieġa għal tali żjarat żejda, u l-frekwenza tagħhom, għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ sistema ta’ kontroll ta’ żjarat mħaddma mill-korp mgħarraf. B’mod partikolari, fis-sistema ta’ kontroll ta’ żjarat għandu jingħata każ tal-fatturi li ġejjin:

 il-kategorija ta’ l-apparat,

 ir-riżultati taż-żjarat ta’ sorveljanza ta’ qabel,

 il-ħtieġa biex tkun segwita azzjoni ta’ korrezzjoni,

 kondizzijonijiet speċjali marbuta ma’ l-approvazzjoni tas-sistema, fejn ikun applikabbli,

 bidliet sinnifikanti fl-organizzazzjoni ta’ manifattura, politika jew tekniki.

Matul tali żjarat il-korp mgħarraf jista’, fejn ikun hemm bżonn, iwettaq jew iqabbad lil xi ħadd jagħmillu testijiet biexjivverifika li s-sistema ta’ kwalità tkun qed taħdem tajjeb. Il-korp mgħarraf għandu jipprovdi lill-manufattur b’rapport taż-żjara u, fejn ikun sar test, b’rapport tat-test.

6.

Il-manufattur għandu, għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet immanifatturata l-aħħar biċċa ta’ l-apparat ta’ pressjoni, jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

 id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fit-taqsima 2.

 id-dokumentazzjoni li hemm referenza għaliha fit-tieni inċiż ta’ 4.1;

 l-aġġustamenti li hemm referenza għalihom fit-tieni paragrafu ta’ 4.4,

 id-deċiżjonijiet u rapporti mill-korp mgħarraf li hemm referenza għalihom fl-aħħar paragrafu ta’ 4.3, l-aħħar paragrafu ta’ 4.4, u f’5.3 u 5.4.

7.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika lill-I-Istati Membri l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam ma’ l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irtira, u, fuq talba, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika wkoll l-informazzjoni relevanti lill-korpi mgħarrfa l-oħra li jkollha x’taqsam ma’ approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irtira jew irrifjuta.

Modulu F (verifikazzjoni tal-prodott)

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha manufattur, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, jiżgura u jiddikjara li apparat ta’ pressjoni soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ taqsima 3 jkun f’konformità mat-tip deskritt:

 fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-CE, jew

 fiċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-CE,

u jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

2.

Il-manufattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta’ manifattura jeħtieġ li l-apparat ta’ pressjoni jikkonforma mat-tip deskritt

 fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-CE, jew

 fiċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-CE,

u mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull apparat ta’ pressjoni u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità.

3.

Il-korp mgħarraf għandu jwettaq eżamijiet u testijiet xierqa biex jikkontrolla l-konformità ta’ l-apparat ta’ pressjoni mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva billi jeżamina u jittestja kull prodott bi qbil mat-taqsima 4.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet immanifatturata l-aħħar biċċa ta’ l-apparat ta’ pressjoni.

4.

Verifikazzjoni permezz ta’ eżami u ttestjar ta’ kull oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni

4.1.

Kull oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni għandu jkun eżaminat wieħed wieħed u għandu jgħaddi minn eżamijiet u testijiet xierqa kif stipulat fl-istandard(s) relevanti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 jew eżamijiet u testijiet ekwivalenti biex ikun verifikat jekk jikkonformax mat-tip u l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih.

B’mod partikolari, il-korp mgħarraf għandu:

 jivverfika li l-persunal li jaħdem fuq it-twaħħil permanenti ta’ partijiet u fuq t-testijiet mhux distruttivi jkun ikkwalifikat jew approvat bi qbil mat-taqsimiet 3.1.2 u 3.1.3 ta’ l-Anness I,

 jivverifika ċ-ċertifikat maħruġ mill-manufattur tal-materjali bi qbil mat-taqsima 4.3 ta’ l-Anness I,

 iwettaq jew iqabbad lil xi ħadd biex jagħmillu l-ispezzjoni finali u test billi jippruvah li hemm referenza għalihom fit-taqsima 3.2 ta’ l-Anness I u jeżamina l-apparat ta’ sigurtà, jekk ikun applikabbli.

4.2.

Il-korp mgħarraf għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu jew iqabbad lil xi ħadd biex iwaħħlu ma’ kull parti ta’ l-apparat ta’ pressjoni u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità miktub li jkollu x’jaqsam mat-testijiet imwettqa.

4.3.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jiżgura li ċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-korp mgħarraf jistgħu jkunu magħmula disponibbli meta mitluba.

Modulu G (verifikazzjoni CE ta’ l-unità)

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manufattur jiżgura u jiddikjara li apparat ta’ pressjoni li jkun inħareġ biċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fit-taqsima 4.1 jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. Il-manufattur għandu jwaħħal il-mark KE ma’ l-apparat ta’ pressjoni u jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità.

2.

Il-manufattur għandu japplika għand korp mgħarraf ta’ l-għażla tiegħu għal verifikazzjoni ta’ l-unità.

L-applikazzjoni għandu jkun fiha:

 l-isem u l-indirizz tal-manufattur u fejn ikun jinsab l-apparat ta’ pressjoni,

 dikjarazzjoni bil-miktub li turi li ma tkunx ġiet imdaħħla applikazzjoni simili ma’ korp mgħarraf ieħor,

 dokumentazzjoni teknika.

3.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti l-konformità ta’ l-apparat ta’ pressjoni mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha li għad iridu jkunu stmati u d-disinn, u biex il-manifattura u tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni jkunu mifhuma.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha jkun fiha:

 deskrizzjoni ġenerali ta’ l-apparat ta’ pressjoni;

 disinn u tpinġijiet ta’ manifattura u disinni ta’ komponenti kunċettwali, sotto-assemblaġġi, ċirkwiti, etċ.,

 deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex ikunu mifhuma t-tpinġijiet u disinni msemmija u t-tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni,

 lista ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, applikati fit-totalità tagħhom jew f’parti minnhom, u deskrizzjonjiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva fejn l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma kienux ġew applikati,

 riżultati ta’ kalkoli ta’ disinni magħmula, eżamijiet imwettqa, etċ.,

 rapporti ta’ testijiet,

 dettalji xierqa li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tal-proċeduri ta’ manifattura u ttestjar u tal-kwalifiki jew approvazzjonijiet tal-persunal konċernat bi qbil mat-taqsimiet 3.1.2 u 3.1.3 ta’ l-Anness I.

4.

Il-korp mgħarraf għandu jeżamina d-disinn u l-kostruzzjoni ta’ kull oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni u matul il-manifattura jwettaq testijiet xierqa kif stipulat fl-istandard(s) relevanti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, jew eżamijiet u testijiet ekwivalenti, biex tkun żgurata l-konformità tagħha mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

B’mod partikolari l-korp mgħarraf għandu:

 jeżamina d-dokumentazzjoni teknika f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċeduri ta’ disinn u ta’ manifattura,

 jistma l-materjali wżati fejn dawn ma jkunux f’konformità ma’ l-istandards armonizzati relevanti jew ma’ approvazzjoni Ewropea għal materjali ta’ apparat ta’ pressjoni, u jikkontrolla ċ-ċertifikat maħruġ mill-manufattur tal-materjal bi qbil ma’ taqsima 4.3 ta’ l-Anness I,

 japprova l-proċeduri għat-twaħħil permanenti ta’ partijiet jew jikkontrolla jekk kienux ġew approvati qabel bi qbil mat-taqsima 3.1.2 ta’ l-Anness I,

 jivverifika l-kwalifiki jew approvazzjonijiet meħtieġa taħt taqsimiet 3.1.2 u 3.1.3 ta’ l-Anness I,

 iwettaq l-ispezzjoni finali li hemm referenza għaliha fit-taqsima 3.1.2 ta’ l-Anness I, iwettaq jew iqabbad lil xi ħadd jagħmillu l-prova tat-test li hemm referenza għalih fit-taqsima 3.2.2 ta’ l-Anness I, u jeżamina l-apparat ta’ sigurtà, jekk ikun applikabbli,

4.1.

Il-korp mgħarraf għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu jew iqabbad lil xi ħadd biex iwaħħlu ma’ l-apparat ta’ pressjoni u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità mat-testijiet imwettqa. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm għal perjodu ta’ għaxar snin.

4.2.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jiżgura li d-dikjarazzjoni ta’ konformità u ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-korp mgħarraf jistgħu jkunu magħmula disponibbli meta mitluba.

Modulu H (assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità)

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manufattur li jissodisfa l-obbligi ta’ taqsima 2 jiżgura u jiddikjara li l-apparat ta’ pressjoni in kwistjoni jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull oġġett ta’ apparat ta’ pressjoni u għandu jifformola dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità. Il-marka CE għandha tkun akkompanajata min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp mgħarraf responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-taqsima 4.

2.

Il-manufattur għandu jimplimenta sistema approvata ta’ kwalità għal disinn, manifattura, spezzjoni finali u ttestjar kif speċifikat fit-taqsima 3 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat fit-taqsima 4.

3.

Sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manufattur għandu jdaħħal applikazzjoni għal stima tas-sistema ta’ kwalità tiegħu għand korp mgħarraf ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-informazzjoni relevanti kollha li jkollha x’taqsam ma’ l-apparat ta’ pressjoni in kwistjoni,

 id-dokumentazzjoni li jkollha x’taqsam mas-sistema ta’ kwalità.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura konformità ta’ l-apparat ta’ pressjoni mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

L-elementi, ħtiġiet u dispożizzjonijiet kollha mill-manufattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politika, proċedura u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni ta’ sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-miżuri proċedurali u ta’ kwalità bħal programmi, pjanijiet, manwali u rekords.

Għandu jkun fiha b’mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta’:

 l-għanijiet ta’ kwalità u l-istruttura, responsabilitajiet u poteri organizzattivi tal-ġestjoni f’dak li jkollu x’jaqsam mal-kwalità tad-disinn u għal kwalità ta’ prodott,

 l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, li jinkludu standards, li għad ikunu applikati u, fejn l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma jkunux applikati fit-totalità tagħhom, il-mezz li għandu jkun użat biex jiżgura li jkunu sodisfatti l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għall-apparat ta’ pressjoni,

 il-kontroll tad-disinn u tekniki ta’ verifikazzjoni, proċessi u miżuri sistematiċi tad-disinn li għad ikunu wżati waqt id-disinn ta’ apparat ta’ pressjoni, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ materjali bi qbil ma’ taqsima 4 ta’ l-Anness I,

 it-tekniki ta’ manifattura, kontroll ta’ kwalità u assigurazzjoni tal-kwalità, proċessi u miżuri sistematiċi li għandhom ikunu wżati, partikolarment il-proċeduri għat-twaħħil permanenti ta’ partijiet kif approvat bi qbil mat-taqsima 3.1.2 ta’ l-Anness I,

 l-eżamijiet u testijiet imwettqa qabel, matul, u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha huma se jiġu mwettqa,

 ir-records ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u data tat-test, data ta’ kalibrazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalifiki jew approvazzjonijiet tal-persunal konċernat, b’mod partikolari dawk tal-persunal li jagħmel it-twaħħil permanenti ta’ partijiet u t-testijiet ta’ nuqqas ta’ distruzzjoni bi qbil ma’ taqsimiet 3.1.2 u 3.1.3 ta’ l-Anness I,

 il-mezzi ta’ kontroll tas-suċċess ta’ l-apparat ta’ pressjoni meħtieġ disinn u kwalità u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tal-kwalità biex jistabbilixxi jekk tissodisfax il-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fi 3.2. L-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw ma’ l-istandard armonizzat relevanti huma meqjusa li jikkonformaw mal-ħtiġiet li jikkorrispondu li hemm referenza għalihom fi 3.2.

It-tim tal-verifika għandu jkollu ta’ l-inqas membru wieħed b’esperjenza f’li jagħmel stima tat-teknoloġija ta’ l-apparat ta’ pressjoni konċernat. Il-proċedura ta’ stima għandha tinkludi żjara ta’ spezzjoni fil-post tal-manufattur.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-manufattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni bir-raġuni ta’ l-istima. Għandha ssir dispożizzjoni għal proċedura ta’ appell.

3.4.

Il-manufattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jiżgura li tibqa’ sodisfaċjenti u effiċjenti.

Il-manufattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jinforma lill-korp mgħarraf li jkun approva s-sistema ta’ kwalità b’kull aġġustament maħsub għas-sistema ta’ kwalità.

Il-korp mgħarraf għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u għandu jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità immodifikata tkomplix tissodisfa l-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fi 3.2 jew jekk ikunx hemm bżonn li ssir stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifikata lill-manufattur bid-deċiżjoni. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni bir-raġuni ta’ l-istima.

4.

Sorveljanza taħt ir-responsabilita tal-korp mgħarraf

4.1.

L-għan ta’ din is-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manufattur iwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità approvata b’mod xieraq.

4.2.

Il-manufattur għandu jippermetti aċċess lill-korp mgħarraf biex issir spezzjoni fil-postijiet ta’ disinn, manifattura, spezzjoni, ttestjar u ħażna u jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

 ir-records ta’ kwalità li għalihom hemm provdut fil-parti tad-disinn tas-sistema ta’ kwalità, bħal riżultati ta’ analiżi, kalkoli, testijiet, eċċ.,

 ir-records ta’ kwalità li għalihom hemm provdut fil-parti ta’ manifattura tas-sistema ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjoni u data tat-test, data ta’ kalibrazzjoni, rapporti li jkollhom x’jaqsmu ma’ kwalifiki tal-persunal konċernat, etċ.

4.3.

Il-korp mgħarraf għandu jwettaq verifiki perjodiċi biex jiżgura li l-manufattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kontroll u jipprovdi lill-manufattur b’rapport ta’ verifika. Il-frekwenza ta’ verifiki perjodiċi għandha tkun tali li ssir stima sħiħa mill-ġdid kull tliet snin.

4.4.

Barra minn hekk il-korp mgħarraf jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manufattur. Il-ħtieġa għal tali żjarat żejda, u l-frekwenza tagħhom, għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ sistema ta’ kontroll ta’ żjarat mħaddma mill-korp mgħarraf. B’mod partikolari, fis-sistema ta’ kontroll ta’ żjarat għandu jingħata każ tal-fatturi li ġejjin:

 il-kategorija ta’ l-apparat,

 ir-riżultati taż-żjarat ta’ sorveljanza ta’ qabel,

 il-ħtieġa biex tkun segwita azzjoni ta’ korrezzjoni,

 kondizzijonijiet speċjali marbuta ma’ l-approvazzjoni tas-sistema, fejn ikun applikabbli,

 bidliet sinnifikanti fl-organizzazzjoni ta’ manifattura, politika jew tekniki.

Matul tali żjarat il-korp mgħarraf jista’, fejn ikun hemm bżonn, iwettaq jew iqabbad lil xi ħadd jagħmillu testijiet biexjivverifika li s-sistema ta’ kwalità tkun qed taħdem tajjeb. Il-korp mgħarraf għandu jipprovdi lill-manufattur b’rapport taż-żjara u, fejn ikun sar test, b’rapport tat-test.

5.

Il-manufattur għandu, għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet immanifatturata l-aħħar biċċa ta’ l-apparat ta’ pressjoni, jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

 id-dokumentazzjoni li hemm referenza għaliha fit-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu ta’ 3.1;

 l-aġġustamenti li hemm referenza għalihom fit-tieni sottoparagrafu ta’ 3.4;

 id-deċiżjonijiet u rapporti mill-korp mgħarraf li hemm referenza għalihom fl-aħħar sottoparagrafu ta’ 3.3, l-aħħar sottoparagrafu ta’ 3.4, u f’4.3 u 4.4.

6.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika lill--Istati Membri l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam ma’ l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irtira, u, fuq talba, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp mgħarraf għandu jikkomunika wkoll l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam ma’ approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità li jkun irtira jew irrifjuta lill-korpi mgħarrfa l-oħra.

Modulu H1 (assigurazzjoni ta’ kwalità sħiħa b’eżami tad-disinn u sorveljanza speċjali ta’ l-istima finali)

1.

Barra mill-ħtiġiet ta’ modulu H, japplikaw li ġejjin:

(a) il-manufattur għandu jdaħħal applikazzjoni għal eżami tad-disinn għand il-korp mgħarraf;

(b) l-applikazzjoni għandha tippermetti li jkun mifhum id-disinn, manifattura u tħaddim ta’ l-apparat ta’ pressjoni, u tippermetti konformità mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva li għandha tkun stmata.

Għandha tinkludi:

 l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, li jinkludu standards, li kienu ġew applikati,

 l-evidenza meħtieġa ta’ appoġġ għall-adegwatezza tagħhom, b’mod partikolari fejn l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma kienux ġew applikati fit-totalità tagħhom. L-evidenza ta’ appoġġ għandha tinkludi r-riżultati tat-testijiet imwettqa mill-laboratorju tal-manufattur xieraq jew f’ismu;

(ċ) il-korp mgħarraf għandu jeżamina l-applikazzjoni u fejn id-disinn jissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li japplikaw għalih, għandu joħroġ ċertifikat CE ta’ eżami tad-disinn lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih il-konklużjoni ta’ l-eżami, il-kondizzijonijiet għall-validità tiegħu, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-disinn approvat u, jekk ikun relevanti, deskrizzjoni ta’ kif jaħdem l-apparat ta’ pressjoni jew aċċessorji;

(d) l-applikant għandu jinforma lill-korp mgħarraf li jkun ħareġ iċ-ċertifikat CE ta’ eżami tad-disinn bil-modifikazzjonijiet kollha tad-disinn approvat. Modifikazzjonijiet tad-disinn approvat għandhom jirċievu approvazzjoni oħra mill-korp mgħarraf li jkun ħareġ iċ-ċertifikat CE ta’ eżami tad-disinn fejn dawn jistgħu jaffetwaw il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva jew il-kondizzijonjiet stipulati għal użu ta’ apparat ta’ pressjoni. Din l-approvazzjoni oħra għandha tingħata fil-forma ta’ żjieda maċ-ċertifikat CE ta’ eżami tad-disinn;

(e) kull korp mgħarraf għandu jikkomunika wkoll lill-korpi mgħarrfa l-oħra l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam ma’ ċertifikati CE ta’ eżami tad-disinn li jkun irtira jew irrifjuta.

2.

Stima finali kif hemm referenza għaliha fit-taqsima 3.2 ta’ l-Anness I hi soġġetta għal sorveljanza miżjuda fil-forma ta’ żjarat għall-għarrieda mill-korp mgħarraf. Fil-kors ta’ tali żjarat, il-korp mgħarraf għandu jwettaq eżamijiet fuq l-apparat ta’ pressjoni.




ANNESS IV

KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATTI META JKUNU MAĦTURA L-KORPI MGĦARRFA LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 12 U L-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ TERZI RIKONOXXUTI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 13

1.

Il-korp, id-direttur tiegħu u l-persunal responsabbli milli jwettaq l-istima u l-ħidmiet ta’ verifikazzjoni ma jistgħux ikunu d-disinjatur, il-manufattur, dak li jissuplixxi, l-installatur ta’ l-apparat ta’ pressjoni jew assemblaġġi li l-korp jispezzjona, lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi ħadd minn dawk il-partijiet. Ma għandhomx isiru involuti direttament fid-disinn, kostruzzjoni, marketing, jew manutenzjoni ta’ l-apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni, lanqas ma għandhom jirrapreżentaw il-partijiet involuti f’dawn l-attivitajiet. Dan ma għandux jeskludi l-possibilità ta’ bdil ta’ informazzjoni teknika bejn il-manufattur ta’ l-apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni u l-korp mgħarraf.

2.

Il-korp u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu l-istimi u verifiki bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u provokazzjoni, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ verifiki.

3.

Il-korp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu il-persunal meħtieġ u jkollu l-mezzi meħtieġa biex ikun jista’ jaqdi b’mod xieraq ix-xogħlijiet amministrattivi u tekniċi li jkollhom x’jaqsmu ma’ ħidmiet ta’ spezzjonijiet u sorveljanza, għandu jkollu aċċess ukoll għall-apparat meħtieġ biex iwettaq verifiki speċjali.

4.

Il-persunal responsabbli mill-ispezzjoni għandu jkollu:

 taħriġ tekniku u professjonali tajjeb,

 tagħrif sodisfaċjenti tal-ħtiġiet ta’ l-ispezzjonijiet li huma jwettqu u esperjenza adegwata fuq tali testijiet,

 l-abilità li jifformolaw ċertifikati, records u rapporti meħtieġa biex juru li l-ispezzjonijiet ikunu twettqu.

5.

Għandha tkun iggarantita l-imparzjalità tal-persunal ta’ l-ispezzjoni. Il-ħlas tagħhom ma għandux jiddependi fuq in-numru ta’ spezzjonijiet imwettqa, lanqas fuq ir-riżultati ta’ tali spezzjonijiet.

6.

Il-korp għandu jagħmel assigurazzjoni fuq ir-responsabbilità sakemm ir-responsabbilità tiegħu ma tkunx merfugħa mill-Istat bi qbil ma’ liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu jkun responsabbli direttament għat-testijiet.

7.

Il-persunal tal-korp għandu josserva s-sigriet professjonali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-informazzjoni kollha miksuba fit-twettieq tax-xogħlijiet tiegħu (minbarra fil-konfront ta’ l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istat li fih ikunu mwettqa l-attivitajiet tiegħu) taħt din id-Direttiva jew kull dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li tagħtiha effett.




ANNESS V

KRITERJI LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATTI META JIĠU AWTORIZZATI ISPETTORATI TA’ L-UTENTI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 14

1.

L-ispettorat ta’ l-utent għandu jkun identifikat mil-lat organizzativ u jkollu metodi ta’ rrapportar ġewwa l-grupp li jkun parti minnu li jiżguraw u li juru l-imparzjalità tiegħu. Ma għandux ikun responsabbli għad-disinn, manifattura, provvista, installazzjoni, tħaddim jew manutenzjoni ta’ l-apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni, u ma għandux jieħu sehem f’xi attività li tista’ toħloq konflitt ma’ l-indipendenza tal-ġudizzju w l-integrità tiegħu fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ spezzjoni tiegħu.

2.

L-ispettorat ta’ l-utent u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu l-istimi u verifiki bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u provokazzjoni, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ verifiki.

3.

L-ispettorat ta’ l-utent għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu il-persunal meħtieġ u jkollu l-mezzi meħtieġa biex ikun jista’ jaqdi b’mod xieraq ix-xogħlijiet amministrattivi u tekniċi li jkollhom x’jaqsmu ma’ ħidmiet ta’ spezzjonijiet u sorveljanza; għandu jkollu aċċess ukoll għall-apparat meħtieġ biex iwettaq verifikazzjonijiet speċjali.

4.

Il-persunal responsabbli mill-ispezzjoni għandu jkollu:

 taħriġ tekniku u professjonali tajjeb,

 tagħrif sodisfaċjenti tal-ħtiġiet ta’ l-ispezzjonijiet li huma jwettqu u esperjenza adegwata fuq tali testijiet,

 l-abilità li jifformolaw ċertifikati, records u rapporti meħtieġa biex juru li l-ispezzjonijiet ikunu twettqu.

5.

Għandha tkun iggarantita l-imparzjalità tal-persunal ta’ spezzjoni. Il-ħlas tagħhom ma għandux jiddependi fuq in-numru ta’ spezzjonijiet imwettqa, lanqas fuq ir-riżultati ta’ tali spezzjonijiet.

6.

L-isperttorat ta’ l-utent għandu jkollu assigurazzjoni għar-responsabilità adegwata sakemm ir-responsabilità ma tkunx merfugħa mill-grupp li jkun tagħmel parti minnu.

7.

Il-persunal ta’ l-organizzazzjoni ta’ spezzjoni għandu josserva s-sigriet professjonali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tax-xogħlijiet tiegħu (minbarra fir-rigward ta’ l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istat li fih ikunu mwettqa l-attivitajiet tiegħu) taħt din id-Direttiva jew kull dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li tagħtiha effett.




ANNESS VI

MARKA CE

Il-marka CE tikkonsisti fl-inizjali ‘CE’ li jieħdu l-forma li ġejjin:

image

Jekk il-marka CE tkun imnaqqsa jew imkabbra l-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat ta’ fuq għandhom ikunu rrispettati.

Il-komponenti varji tal-marka CE għandu jkollhom b’mod sostanzjali l-istess daqs vertikali, li ma jistax ikun inqas minn 5 mm.




ANNESS VII

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità CE għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

 isem u indirizz tal-manufattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità

 deskrizzjoni ta’ l-apparat ta’ pressjoni jew assemblaġġ,

 proċedura ta’ stima ta’ konformità segwita,

 fil-każ ta’ assemblaġġi, deskrizzjoni ta’ l-apparat ta’ pressjoni li jikkostitwixxi l-assemblaġġ, u l-proċeduri ta’ stima ta’ konformità segwiti,

 fejn ikun xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp mgħarraf li jkun wettaq l-ispezzjoni,

 fejn ikun xieraq, referenza għaċ-ċertifikat tat-tip ta’ eżami tal-KE, ċertifikat tad-disinn ta’ eżami CE jew ċertifikat CE ta’ konformità,

 fejn ikun xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp mgħarraf li jikkontrolla s-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tal-manufattur,

 fejn ikun xieraq, ir-referenzi ta’ l-istandards armonizzati applikati,

 fejn ikun xieraq, standards u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra wżati,

 fejn ikun xieraq, ir-referenzi tad-Direttivi tal-Komunità l-oħra applikati,

 dettalji tal-firmatarji awtorizzati li jiffirmaw id-dikjarazzjoni li torbot legalment għall-manufattur jew għar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità.



( 1 ) ĠU C 246, tad-9.9.1993, p. 1 u ĠU C 207, tas-27.7.1994, p. 5.

( 2 ) ĠU C 52, tad-19.2.1994, p. 10.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ April 1994 (ĠU C 128, tad-9.5.1994, p. 61), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 1996 (ĠU C 147, tal-21.5.1996, p. 1), Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Lulju 1996 (ĠU C 261, tad-9.9.1996, p. 68). Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ April 1997.

( 4 ) ĠU C 136, ta’ l-4.6.1985, p. 1.

( 5 ) ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 48. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).

( 6 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 153. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Dħul ta’ l-1994.

( 7 ) ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Dħul ta’ l-1994.

( 8 ) ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 23.

( 9 ) ĠU C 102, ta’ l-4.4.1996, p. 1.

( 10 ) ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 40. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/1/KE (ĠU L 23, tat-28.1.1994, p. 28).

( 11 ) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE (ĠU L 266, tat-8.11.1995, p. 1).

( 12 ) ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Dħul ta’ l-1994.

( 13 ) ĠU L 225, ta’ l-10.8.1992, p. 72. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Dħul ta’ l-1994.

( 14 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata b’Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).

( 15 ) ĠU L 213, tas-7.9.1995, p. 1.

( 16 ) ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata b’Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).

( 17 ) ĠU L 169, tat-12.7.1993, p. 1.

( 18 ) ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata b’Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).

( 19 ) ĠU L 100, tad-19.4.1994, p. 1.

( 20 )  ADR = Ftehim Ewropew li għandu x’jaqsam mal-Ġarr Internazzjonali ta’ Merkanzija Perikoluża bit-Triq.

( 21 )  RIF = Regolamenti li għandhom x’jaqsmu mal-Ġarr Internazzjonali ta’ Merkanzija Perikoluża bil-ferrovija.

( 22 )  IMDG = Kodiċi Internazzjonali ta’ Merkanzija Perikoluża tal-Baħar.

( 23 )  ICAO = Organizzazzjoni ta’ l-Ajru Ċivili Internazzjonali

( 24 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

( 25 ) ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/69/KE (ĠU L 381, tal-31.12.1994, p. 1).

Top