This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01993D0704-20031120
Council Decision of 30 November 1993 on the creation of a Community database on road accidents (93/704/EC)
Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1993 dwar il-ħolqien ta' database tal-Komunità dwar inċidenti tat-triq (93/704/KE)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1993 dwar il-ħolqien ta' database tal-Komunità dwar inċidenti tat-triq (93/704/KE)
1993D0704 — MT — 20.11.2003 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-30 ta' Novembru 1993 dwar il-ħolqien ta' database tal-Komunità dwar inċidenti tat-triq (ĠU L 329, 30.12.1993, p.63) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003 |
L 284 |
1 |
31.10.2003 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta' Novembru 1993
dwar il-ħolqien ta' database tal-Komunità dwar inċidenti tat-triq
(93/704/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 213 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Billi l-Parlament Ewropew kien adotta reżoluzzjoni dwar l-adozzjoni ta' miżuri komuni biex inaqqsu l-inċidenti tat-triq ( 2 );
Billi l-Kunsill u r-rapreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 1991 adotta riżoluzzjoni li titlob lill-Kummissjoni li tħejji u timplementa programm tal-Komunità ta' miżuri prattiċi maħsuba biex idaħħlu fis-seħħ l-inizjattivi komuni ġodda u tqabbel l-esperjenza nazzjonali eżistenti fl-oqsma ta' l-azzjoni u r-riċerka li jirrigwardjaw il-kampanja dwar l-inċidenti tat-triq u l-konsegwenzi ta' dawn fuq il-vittmi ( 3 );
Billi l-ħolqien ta' database tal-Komunità dwar inċidenti tat-triq hija waħda mill-prijoritajiet magħżula mill-grupp ta' rapreżentanti ta' livell-għoli tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri;
Billi, fil-Karta Bajda tagħha dwar l-Iżvilupp Futur ta' l-Istrateġija Komuni għat-Trasport u fil-komunikazzjoni tagħha għal programm ta' l-azzjoni dwar is-sigurtà fuq it-triq, il-Kummissjoni tikkonsidra li, meta żżomm f'moħħa id-differenzi sinifikanti fil-livelli ta' sigurtà tat-triq fl-Istati Membri differenti, prijorità maġġura f'dan il-qasam għandha tkun biex tħeġġeg skambju ta' l-informazzjoni u l-esperjenza bl-istabbiliment ta' database tal-Komunità;
Billi l-Istati Membri jiġbru statistika dwar inċidenti tat-triq li jseħħu fit-territorji tagħhom u jiċċentraliżżaw id-dettalji f'reġistri kkompjuterizzati; billi bħal issa l-ebda database komuni ma tippermetti aċċess lejn dawk ir-reġistri individwali jew li jużaw id-dettalji t'hemmhekk;
Billi database maħluqha u amministrata fil-livell tal-Komunità tkun tagħmilha possibbili li jkunu identifikati u kkwantifikati il-problemi, tagħmel evalwazzjoni ta' l-effiċjenza ta' xi miżuri meħuda u biex jiddeterminaw ir-relevanza ta' xi azzjoni tal-Komunità;
Billi l-Istati Membri li jaġixxu separatament ma jistgħux joħolqu u jamministraw database ta' dak it-tip; billi l-Komunità għalhekk, skond il-prinċipji ta' sussidjarjetà, għandha tintervjeni biss biex tassigura li d-dettalji li jkunu jinstabu fir-reġistri statistiċi ta' l-Istati Membri jkunu miġbura flimkien u biex jiggarantixxu kordinament mill-qrib bejn l-Istati Membri bil-għan ta' l-operazzjoni bla xkiel tad-database tal-Komunità;
Billi huwa ta' min jirrakomanda li jkun deċiż dwar l-aspetti prattiċi ta' trasmissjoni ta' dettalji statistiċi maħżuna fl-Istati Membri lejn il-Kummissjoni, partikolarment l-intervalli, il-limiti ta' żmien u l-medja użata għal trasmissjoni bħal din;
Billi xi analiżi dwar problemi ta' sigurtà tat-triq għandhom jikkonċentraw qabel xejn fuq inċidenti li jirriżultaw f'mewt jew f'korriment u m'għandhomx jinkludu l-ħsara materjali; billi, għall-iskop ta' l-analiżi bħal din, mhux meħtieġ li jkunu identifikati l-persuni involuti;
Billi l-Kummissjoni għandha tieħu l-passi biex tassigura li l-istatistika kunfidenzjali tkun imħarsa,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
L-Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu statistika dwar l-inċidenti tat-triq li jirriżultaw f'mewt jew korriment li jseħħu fit-territorji tagħhom.
2. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, “inċidenti li jirriżultaw f'mewt jew f'korriment” għandhom ifissru xi ħabta bejn dawk li jagħmlu użu mit-triq li tinvolvi mill-anqas vettura waħda li tkun miexja fuq triq pubblika maġġura miftuħha għat-traffiku u li toħloq mewt u/jew korriment ta' wieħed jew aktar ta' dawk li jagħmlu użu mit-triq.
L-Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji dwar l-inċidenti li jirriżultaw f'mewt jew f'korriment għal sena partikolari li jkunu maħżuna f'reġistri kkompjuterizzati fi grad l-aktar għoli eżistenti ta' ċentralizzazzjoni ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem irreferut bħala il-SOEC) f'termini ta' unitajiet statistiċi. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva “unità statistika” għandha tfisser inċident li jirriżultaw f'mewt jew f'korriment.
2. Id-dettalji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ikkomunikati għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Marzu 1994 għal 1991 u 1992 u għas-snin sussegwenti mhux aktar tard minn disa' xhur wara t-tmien tas-sena ta' referenza f'dak il-każ.
3. Xi dettalji bħal dawn huma mħarsa b'liġijiet nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità ta' statistika għandhom ukoll ikunu trasmessi lejn il-SOEC, li għandha tittrattahom bi qbil mar-Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/90 ( 4 ).
4. Billi taġixxi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha tiddetermina liema informazzjoni m'għandhiex tkun inkluża fir-reġistri li jkunu trasmessi.
L-Artikolu 3
1. Sa kemm ikun possibbli, dettalji għandhom ikunu trasmessi b'medja leġibli tat-tip u format li għandhom ikunu proposti mill-Kummissjoni.
2. Jekk Stat Membru jikkorreġi statistika wara li din tkun ġiet trasmessa lejn il-SOEC, hu għandu jibgħat lil SOEC kopja sħieħa tar-reġistru aġġornat.
3. Jekk Stat Membru jkun jixtieq li jibdel il-format jew il-kontenut ta' reġistri bid-dettalji tiegħu, dan għandu l-ewwel jinforma lill-Kummissjoni. Meta Stat Membru jagħmel tibdil fir-reġistri li diġa jkunu ġew trasmessi lejn is-SOEC, il-verżjonijiet emendati tar-reġistri f'dak il-każ għandhom ukoll ikunu trasmessi lejn is-SOEC.
4. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal kwalità ta' l-istatistika li huwa jipprovdi.
5. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ipproċessar tad-dettalji li tirċievi.
L-Artikolu 4
1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għad-disseminazzjoni tad-dettalji li tirċievi. Billi taġixxi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5, hi għandha tiddeċiedi dwar il-proċeduri għal aċċess lejn statistika dwar inċidenti li jirriżultaw f'mewt jew f'korriment, ċentralizzati mill-Kummissjoni, f'xi pubblikazzjoni, u li xi informazzjoni l-oħra li tkun konduttiva għal operat sewwa tad-database tal-Komunità.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati għandhom jeżaminaw xi problemi metodoliġiċi jew tekniċi b'konnessjoni ma' l-istabbiliment u t-trasmissjoni ta' l-istatistika jew il-metodu li bieħ ikunu miġbura sa biex issib soluzzjoni li gradwalment twassal biex id-dettalji ta' Stati Membri jkunu konsistenti u kumparabbli kemm jista' jkun possibli.
Fuq il-bażi ta' dan l-eżami, il-Kummissjoni għandha tissottometti lejn il-Kunsill, jekk ikun hemm il-ħtieġa, proposti xierqa.
L-Artikolu 5
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Programm tal-Istatistika, stabilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom, minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.
2. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 5 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.
L-Artikolu 6
Tliet snin wara l-jum ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lejn il-Kunsill:
(a) rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-riżultati akwistati fl-implementazzjoni tal-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikoli 2, 3 u 4 inklużi jekk ikun mixtieq li jitkomplew il-miżuri;
(b) il-konklużjonijiet li joħorġu minn dak ir-rapport rigward il-prattiċità li jitkompla l-proġett li hemm dispożizzjoni dwaru b'din id-Deċiżjoni.
L-Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU C 225, ta' l-20.8.1993, p. 6.
( 2 ) ĠU C 68, ta' l-24.3.1986, p. 35.
( 3 ) ĠU C 178, tad-9.7.1991, p. 1.
( 4 ) ĠU L 151, tal-15.6.1990, p. 1.
( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta’ l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.).