EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (2021–2027)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 2021/1153 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Għall-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021–2027, ir-regolament:

PUNTI EWLENIN

Għanijiet

Is-CEF 2.0 għandha għanijiet simili għas-CEF 1.0 (li kienu relatati mal-perjodu 2014–2020), imma b’aktar enfasi fuq:

  • is-sostenitbilità, id-dekarbonizzazzjoni u inqas emissjonijiet;
  • il-komplementarità ta’ modi ta’ trasport (kif ukoll sinerġiji bejn is-settur tat-trasport, l-enerġija u diġitali);
  • it-titjib tal-mobilità militari madwara l-UE.

L-għan ġenerali tas-CEF 2.0 huwa li tibni, tiżviluppa, timmodernizza u tlesti n-networks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u tad-diġital u tiffaċilita l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u tikkontribwixxi b’mod speċifiku għat-tliet oqsma li ġejjin.

It-trasport

  • Netwerks trans-Ewropej ta’ Trasport (TEN-T) effiċjenti, interkonnessi u multimodali, u proġetti ta’ infrastruttura għal mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, inklussiva, aċċessibbli u sigura.
  • L-adattament ta’ partijiet tal-infrastruttura TEN-T biex titjieb kemm il-mobilità ċivili kif ukoll militari (suġġetta għal regoli speċifiċi ta’ eliġibilità).

L-enerġija

  • Il-faċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera fl-enerġija, inkluż l-enerġija rinnovabbli.
  • L-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni biex jintegraw ulterjorment is-suq intern tal-enerġija, l-interoperabilità tan-netwerks madwar il-fruntieri u s-setturi, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista.

Is-settur diġitali

  • L-iskjerar ta’ u aċċess għal netwerks siguri u ta’ kapaċità għolja, inklużi sistemi 5G li jipprovdu konnettività ta’ Gigabit f’żoni fejn jinsabu motivaturi soċjoekonomiċi.
  • Kopertura mhux interrotta 5G ta’ mogħdijiet ewlenin ta’ trasport, inkluż it-TEN-T.
  • Reżiljenza u kapaċità akbar ta’ netwerks diġitali essenzjali tal-UE b’rabta ma’ territorji tal-viċinat.
  • Id-diġitalizzazzjoni ta’ netwerks tat-trasport u l-enerġija.

Baġit (fil-prezzijiet tal-2021)

  • It-trasport: EUR 25.81 biljun (inkluż EUR 11.29 biljun transferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni).
  • L-enerġija: EUR 5.84 biljun.
  • Diġitali: EUR 2.07 biljun.

Is-CEF tipprovdi finanzjament fil-forma ta’ għotjiet u akkwisti.

Il-proposti jiġu sottomessi minn Stat Membru tal-UE wieħed jew aktar jew, bil-ftehim tal-Istati Membri konċernati, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, impriżi konġunti, jew minn impriżi pubbliċi jew privati jew korpi, inklużi awtoritajiet reġjonali jew lokali.

L-eliġibilità ta’ pajjiż mhux tal-UE

Dawn il-pajjiżi li ġejjin mhux tal-UE jistgħu jipparteċipaw fis-CEF, taħt ċertu kundizzjonijiet:

Kofinanzjament

Għall-parti l-kbira tal-proġetti ta’ trasport, l-appoġġ finanzjarju tal-UE ma jaqbiżx 30 % tal-ispiża eliġibbli totali, li tiżdied sa 50 % għal studji, għal azzjonijiet aktar prijoritizzati u l-azzjonijiet b’użu doppju għad-difiża ċivili, u sa 85 % għall-proġetti fejn il-fondi huma trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni.

Għall-proġetti tal-enerġija, l-appoġġ finanzjarju tal-UE ma jaqbiżx 50 % tal-ispiża eliġibbli totali, li tiżdied sa 75 % għal proġetti li jipprovdu grad għoli ta’ sigurtà tal-provvista reġjonali jew fl-UE, it-tisħiħ tas-solidarjetà jew li toffri soluzzjonijiet innovattivi ħafna.

Għall-proġetti diġitali, l-appoġġ finanzjarju tal-UE ma jaqbiżx 30 % tal-ispiża eliġibbli totali, li tiżdied sa 50 % għal azzjonijiet b’dimensjoni qawwija transfruntiera, u sa 75 % għal konnettività Gigabit għal motivaturi soċjoekonomiċi.

F’kull settur tat-trasport, l-enerġija u d-diġital, fir-rigward ta’ xogħlijiet li jsiru fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, se tapplika rata massima speċifika ta’ kofinanzjament ta’ 70 %.

Biex tappoġġa sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, l-enerġija u diġital, azzjonijiet biex tikseb għanijiet f’mill-inqas żewġ setturi jistgħu jirċievu rata ogħla ta’ kofinanzjament f’konformità ma’ programm ta’ ħidma li tindirizza mill-inqas tnejn minn dawn is-setturi.

Ir-Regolament iħassar ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

SFOND

Ara wkoll:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, pp. 38-81)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewrope u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Politika tal-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, pp. 159-706)

Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 i jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) Nru 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, pp. 1-34)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, pp. 82-209)

L-Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2018/2001 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, pp. 1-77)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Intejbu l-mobilità militari fl-Unjoni Ewropea (JOIN(2017) 41 final, 10.11.2017)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Ewropa attiva: Aġenda għal tranżizzjoni ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd (COM(2017) 283 final, 31.5.2017)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, pp. 1-128)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, pp. 39-75)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 17.09.2021

Top