EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Programmi tal-UE — aġenziji

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2021/173 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Hija tistabbilixxi sitt aġenziji eżekuttivi li jimplimentaw programmi tal-UE fl-2021–2027 il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP). Tistipula:

  • il-kompiti, portfolji u regoli operattivi ġenerali tagħhom;
  • it-tranżizzjoni legali bejn l-aġenziji, u bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji.

PUNTI EWLENIN

Id-deċiżjoni tistabbilixxi sitt aġenziji eżekuttivi sal-31 ta’ Diċembru 2028 (l-ewwel ħamsa mill-1 ta’ April 2021, is-sitt waħda mis-16 ta’ Frar 2021):

Kull aġenzija hija responsabbli għall-kompiti ġenerali li ġejjin relatati mal-implimentazzjoni tal-programmi u attivitajiet delegati lilha:

  • il-ġestjoni ta’ wħud jew l-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-programmi, proġetti pilota u attivitajiet preparatorji;
  • il-forniment ta’ appoġġ amministrattiv u ta’ loġistika ġenerali, jekk applikabbli;
  • il-forniment ta’ informazzjoni biex tappoġġa t-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni;
  • l-adozzjoni ta’ strumenti tal-baġit għad-dħul u l-infiq, u t-twettiq tal-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-programmi;
  • l-implimentazzjoni ta’ finanzjament addizzjonali fuq il-bażi ta’ programm jew programmi rilevanti u taħt ċerti kundizzjonijiet.

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea tal-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent hija s-suċċessur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u timplimenta:

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u Diġitali hija aġenżija ġdida u timplimenta:

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka hija s-suċċessur għall-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u timplimenta:

  • Orizzont Ewropa (Attivitajiet Marie Skłodowska-Curie u infrastrutturi ta’ riċerka);
  • Orizzont Ewropa (kultura, kreattività u soċjetà inklussiva; is-sigurtà ċivili; l-ikel, il-bijoekonomija, ir-riżorsi naturali, l-agrikoltura u l-ambjent);
  • Orizzont Ewropa (il-parteċipazzjoni dejjem usa’ u t-tisħiħ taż-Żona tar-Riċerka Ewropea, il-propagazzjoni tal-eċċellenza u l-parteċipazzjoni, ir-riforma u t-tisħiħ tas-sistema tar-R&I Ewropea);
  • L-informazzjoni u l-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli;
  • Programm ta’ riċerka għall-Fond ta’ Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar;
  • Servizzi amministrattivi u loġistiċi ġenerali, b’mod partikolari: is-Servizz ta’ Validazzjoni Ċentrali (SEDIA), l-ippjanar għas-sejħa ta’ programmi u servizzi ta’ għotjiet elettroniċi, ġestjoni esperta.

Il-Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-SMEs hija s-suċċessur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u timplimenta:

  • Orizzont Ewropa (Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni);
  • Strument interreġjonali tal-Innovazzjoni;
  • Il-Programm tas-Suq Uniku (COSME, is-suq intern, l-istandardizzazzjoni, il-konsumaturi).

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura hija s-suċċessur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u timplimenta:

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka hija s-suċċessur għall-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka u timplimenta:

  • Orizzont Ewropa (Kunsill Ewropew tar-Riċerka).

L-aġenziji:

  • huma bbażati fi Brussell
  • għandhom kumitat ta’ tmexxija u direttur, u persunal sekondat, temporanju, jew bil-kuntratt;
  • jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni li tissorvelja u tevalwa l-prestazzjoni tagħhom;
  • jimplimentaw u jirreġistraw taħt, l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) u jistgħu jipparteċipaw fir-reġistrazzjoni korporattiva tal-EMAS;
  • jimplimentaw il-baġits operattivi tagħhom skont ir-regoli tal-Kummissjoni.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel ibbażata fil-Lussemburgu ġiet xolta fl-1 ta’ April 2021. Ir-responsabilitajiet tagħha ġew trasferiti lil bosta aġenziji ġodda fi Brussell, speċjalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u Diġitali fis-16 ta’ Frar 2021.

Id-deċiżjoni tħassar id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2013/801/UE (L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks), 2013/771/UE (l-Aġenzija Eżekuttiva tal-UE għall-Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju), 2013/778/UE (L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka), 2013/779/UE (L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka), 2013/776/UE (L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, Awdjoviżiv u Kultura) u 2013/770/UE (L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel).

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Ilha tapplika mill-1 ta’ April 2021.

SFOND

Il-Kummissjoni tiddelega l-poteri lill-aġenziji eżekuttivi biex timplimenta l-programmi tal-UE sabiex tkun tista’ tikkonċentra fuq l-attivitajiet ewlenin tagħha. Hija żżomm il-kontroll u r-responsabbiltà aħħarija fuq ix-xogħol tal-aġenziji.

Ir-responsabilitajiet il-ġodda għas-sitt aġenziji huma miġbura skont it-temi tal-politika biex jagħtuhom identità koerenti u jiżguraw is-sinerġiji bejn il-programmi differenti.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummisjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (ĠU L 50, 15.2.2021, pp. 9-28)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, pp. 11-22)

l-aħħar aġġornament 09.04.2021

Top