This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0101
Case T-101/12: Action brought on 22 February 2012 — Cham v Council
Kawża T-101/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Frar 2012 — Cham vs Il-Kunsill
Kawża T-101/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Frar 2012 — Cham vs Il-Kunsill
ĠU C 151, 26.5.2012, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/31 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2012 — Cham vs Il-Kunsill
(Kawża T-101/12)
2012/C 151/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cham Holding Co. SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata; |
— |
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1), u T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (2).