Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0211

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (ir-Raba' Awla) tal-1 ta' Lulju 2008.
    AWWW GmbH ArbeitsWelt-Working World vs il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (FEACVT).
    Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda ta’ offerta - Kriterji għall-għażla - Kriterji għall-għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni.
    Kawża T-211/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:240





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Lulju 2008 – AWWW vs EFILWC

    (Kawża T-211/07)

    “Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda ta’ offerta – Kriterji għall-għażla – Kriterji għall-għoti – Obbligu ta’ motivazzjoni”

    1.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tiġix aċċettata offerta (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 34-45)

    2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Kriterji għal għażla (ara l-punti 57-62)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EFILWC, tas-17 ta’ April 2007, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura Komunitarja għal sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi ta’ informazzjoni u ta’ analiżi relatati mal-kwalità tax-xogħol u l-impjieg, mar-relazzjonijiet industrijali u mar-ristrutturar fuq livell Ewropew.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    AWWW GmbH ArbeitsWelt-Working World hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    Top