This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CJ0162
Judgment of the Court (Third Chamber) of 22 May 2008.#Ampliscientifica Srl and Amplifin SpA v Ministero dell’Economia e delle Finanze and Agenzia delle Entrate.#Reference for a preliminary ruling: Corte suprema di cassazione - Italy.#Sixth VAT directive - Taxable persons - Second subparagraph of Article 4(4) - Parent companies and subsidiaries - Implementation by the Member State of the single taxable person scheme - Conditions - Consequences.#Case C-162/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-22 ta' Mejju 2008.
Ampliscientifica Srl u Amplifin SpA vs Ministero dell’Economia e delle Finanze u Agenzia delle Entrate.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Corte suprema di cassazione - l-Italja.
Sitt Direttiva tal-VAT - Persuni taxxabbli - It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(4) - Kumpanniji parent u sussidjarji - Implementazzjoni mill-Istat Membru tas-sistema ta’ persuna taxxabbli waħedha - Kundizzjonijiet - Konsegwenzi.
Kawża C-162/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-22 ta' Mejju 2008.
Ampliscientifica Srl u Amplifin SpA vs Ministero dell’Economia e delle Finanze u Agenzia delle Entrate.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Corte suprema di cassazione - l-Italja.
Sitt Direttiva tal-VAT - Persuni taxxabbli - It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(4) - Kumpanniji parent u sussidjarji - Implementazzjoni mill-Istat Membru tas-sistema ta’ persuna taxxabbli waħedha - Kundizzjonijiet - Konsegwenzi.
Kawża C-162/07.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:301
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
22 ta’ Mejju 2008 ( *1 )
“Sitt Direttiva tal-VAT — Persuni taxxabbli — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) — Kumpanniji parent u sussidjarji — Implementazzjoni mill-Istat Membru tal-iskema ta’ persuna taxxabbli waħedha — Kundizzjonijiet — Konsegwenzi”
Fil-Kawża C-162/07,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-30 ta’ Novembru 2006, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Marzu 2007, fil-proċedura
Ampliscientifica Srl,
Amplifin SpA
vs
Ministero dell’Economia e delle Finanze,
Agenzia delle Entrate,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn A. Rosas, President tal-Awla, U. Lõhmus, A. Ó Caoimh, P. Lindh u A. Arabadjiev (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Mazák,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-30 ta’ Jannar 2008,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Ampliscientifica Srl u Amplifin SpA, minn M. Garavoglia, avvocato, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn I. M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn G. De Bellis, avvocato dello Stato, |
— |
għall-Gvern Ċiprijott, minn E. Syméonidou, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn C. Gibbs, bħala aġent, assistita minn I. Hutton, barrister, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn A. Aresu u M. Afonso, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni li ttieħdet, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li tinqata’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1, iktar ’il quddiem is-“Sitt Direttiva”). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Ampliscientifica Srl (iktar ’il quddiem “Ampliscientifica”) flimkien ma’ Amplifin SpA (iktar ’il quddiem “Amplifin”) kontra l-Ministero dell’Economia e delle Finanze flimkien ma’ l-Agenzia delle Entrate rigward stima addizzjonali tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-“VAT”) li ntbagħtet lil Amplifin, għas-snin 1990 u 1991. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
3 |
L-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva jipprovdi: “Persuna taxxabbli tfisser kull persuna li b’mod indipendenti twettaq fi kwalunkwe post attività ekonomika msemmija fil-paragrafu 2, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.” |
4 |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) jipprovdi: “Bla ħsara għall-konsultazzjonijet imsemmija fl-Artikolu 29, kull Stat Membru jista’ jqis bħala persuna taxxabbli waħedha persuni stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x’jaqsmu mill-qrib ma’ xulxin b’rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi.” |
5 |
L-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva jipprovdi kif ġej: “Il-Kunsill, jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jawtorizza kwalunkwe Stat Membru biex jintroduċi miżuri speċjali għal deroga mid-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, biex tissimplifika l-proċedura għall-ġbir tat-taxxa jew biex iżommu [jevitaw] ċertu tipi ta’ evażjoni tat-taxxa jew evitar [frodi]. Miżuri intiżi biex jissimplifikaw il-proċedura għall-ġbir tat-taxxa, ħlief għal ħaġa negliġibbli, tista’ ma taffettwax l-ammont ta’ taxxa dovuta fl-istadju finali tat-taxxa.” |
6 |
L-Artikolu 29 tas-Sitt Direttiva jistabbilixxi Kumitat Konsultattiv tal-VAT. |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Id-digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633
7 |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 73 tad-digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633, tas-26 ta’ Ottubru 1972, li jistabbilixxi u jirregola t-taxxa fuq il-valur miżjud (supplement ordinarju tal-GURI Nru 292, tal-11 ta’ Novembru 1972), kif emendat bid-digriet tal-President tar-Repubblika Nru 24, tad-29 ta’ Jannar 1979 (GURI Nru 30, tal-31 ta’ Jannar 1979), jipprovdi: “Il-Ministru tal-[F]inanzi jista’, permezz ta’ digriet, u filwaqt li jistabbilixxi l-applikazzjonijiet relatati miegħu, jipprovdi li, il-prospetti tal-kumpanniji sussidjarji jiġu ppreżentati mill-entità jew mill-kumpannija parent fl-uffiċċju tar-residenza fiskali tagħha u li l-ħlas […] isir f’dan l-istess uffiċċju għall-ammont globali dovut mill-entità jew mill-kumpannija parent u mill-kumpanniji sussidjarji, li jkun ammont nett tat-tnaqqis miż-żieda. Id-denunzji, iffirmati anke mill-entità u mill-kumpannija parent, għandhom ukoll jiġu ppreżentati lill-uffiċċju tar-residenza fiskali tal-kumpanniji sussidjarji, bla ħsara għall-obbligi u għar-responsabbiltajiet l-oħra ta’ dawn il-kumpanniji. Kumpannija hija meqjusa kkontrollata meta l-azzjonijiet jew l-ishma huma miżmuma minn kumpannija oħra għal iktar minn 50 % sa mill-bidu tas-sena kalendarja preċedenti.” |
Id-digriet ministerjali tat-13 ta’ Diċembru 1979
8 |
Il-fakultà prevista mit-tielet subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 73, ġiet implementata mid-digriet ministerjali tat-13 ta’ Diċembru 1979, li jistabbilixxi regoli dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud rigward ħlas u denunzji minn kumpanniji sussidjarji (GURI Nru 344, tad-19 ta’ Diċembru 1979), kif emendat bid-digriet ministerjali tat-18 ta’ Diċembru 1989 (GURI Nru 301, tat-28 ta’ Diċembru 1989, iktar ’il quddiem id-“digriet tal-1979”). Id-digriet tal-1979 jorganizza u jiffaċilita l-applikazzjonijiet ta’ ħlas u ta’ prospetti tal-kumpanniji parent u sussidjarji, billi jippermetti, sa ċertu punt, lill-kumpanniji parent li jaġixxu f’isem sussidjarja waħda jew numru ta’ kumpanniji sussidjarji tagħha. |
9 |
Skont l-Artikolu 2 tad-digriet tal-1979, “huma biss ikkunsidrati bħala sussidjarji dawk il-kumpanniji […] li l-azzjonijiet jew l-ishma tagħhom jkunu miżmuma, f’iktar minn 50 % tal-kapital tagħhom, sa mill-bidu tas-sena kalendarja preċedenti, minn entità jew il-kumpannija parent jew minn kumpannija oħra kkontrollata minnhom skont dan l-artikolu”. |
10 |
L-Artikolu 3 tad-digriet tal-1979 b’hekk jipprovdi li l-prospett tal-kumpannija parent, “iffirmat ukoll mir-rappreżentanti tal-kumpannija sussidjarja, għandu jindika […] in-numru tal-VAT tal-kumpanniji sussidjarji kif ukoll l-uffiċċju tal-[VAT] li huwa kompetenti għal kull waħda minnhom”. |
11 |
Min-naħa tiegħu, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tad-digriet tal-1979 jipprovdi kif ġej: “L-entità jew il-kumpannija parent li tixtieq tinvoka dan id-digriet għandha hija wkoll tippreżenta l-prospetti annwali tal-kumpanniji sussidjarji tagħha fl-uffiċċju tal-[VAT] tar-residenza fiskali tagħha. Dawn il-prospetti, iffirmati wkoll mir-rappreżentant tal-entità jew tal-kumpannija parent, għandhom ukoll jiġu ppreżentati, flimkien ma’ l-annessi tagħhom, mill-kumpanniji sussidjarji fl-uffiċċju tal-VAT kompetenti għal kull waħda minnhom. Fil-prospett tal-kumpannija sussidjarja, għandhom jiġu indikati, flimkien man-numru tal-VAT korrett, l-entità jew il-kumpannija parent.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
12 |
Il-kawża prinċipali tirrigwarda prospetti li ġew ippreżentati għas-sena 1990 minn Ampliscientifica u, għas-snin 1990 u 1991, minn Amplifin (iktar ’il quddiem, il-“prospetti kkontestati”), li t-tnejn huma kumpanniji stabbiliti skont id-dritt Taljan imwaqqfa fi ħdan il-grupp Amplifon, li l-operat tagħhom jirrigwarda r-riċerka u l-iżvilupp ta’ strumenti xjentifiċi ġodda. |
13 |
Ampliscientifica, imwaqqfa fix-xahar ta’ Frar tal-1989, kienet miżmuma għal iktar minn 50 % minn Amplaid SpA, li kienet hija stess miżmuma 90 % minn Amplifin. Ampliscientifica waqqfet topera matul is-sena 1993. Fir-rigward tas-sena 1990, Amplifin ippreżentat fl-uffiċċju tal-VAT ta’ Milan il-prospett previst mid-digriet tal-1979, wara li inkludiet fil-entrati tal-kontabbilità tagħha ammont ta’ dejn ta’ VAT li qabel kien dovut minn Ampliscientifica. Għas-sena 1991, hija għamlet l-istess ma’ waħda mill-kumpanniji sussidjarji tagħha li bdiet topera fil-qasam tal-proprjetà immobbli, Ampliare SrL, imwaqqfa fix-xahar ta’ Novembru tal-1990, u dan wassal għat-trasferiment ta’ ammont sinjifikattiv ta’ kreditu tal-VAT favur tagħha. |
14 |
L-uffiċċju tal-VAT ta’ Milan qies li Amplfin ma kellhiex id-dritt li tippreżenta l-prospetti kkontestati, peress li l-Artikolu 2 tad-digriet tal-1979 jipprovdi, fir-rigward tal-eżistenza ta’ rabtiet li jippermettu l-adozzjoni tas-sistema ta’ evalwazzjoni semplifikata tal-VAT, li r-rabta bejn l-entità jew il-kumpannija parent u l-kumpanniji sussidjarji għandha tkun teżisti “sa mill-bidu tas-sena kalendarja” qabel dik tal-prospett. Għalhekk, l-uffiċċju ħareġ avviżi ta’ rettifikazzjoni li jikkonċernaw is-sena 1990 (għad-dejn tal-VAT ta’ Ampliscientifica) u s-sena 1991 (għall-kreditu tal-VAT ta’ Ampliare Srl). |
15 |
Ampliscientifica u Amplifin ikkontestaw dawn l-avviżi quddiem il-Commissione tributaria provinciale di Milano, li laqgħet it-talba tagħhom permezz ta’ sentenzi separati tal-5 ta’ Novembru 1996. |
16 |
L-uffiċċju tal-VAT ta’ Milan ressaq appell quddiem il-Commissione tributaria della Lombardia, li laqgħet ir-rikors tiegħu permezz tas-sentenzi tal-31 ta’ Mejju u tas-17 ta’ Novembru 1999, billi qieset, abbażi tad-digriet tal-1979, li l-kundizzjoni dwar it-terminu ta’ żamma tal-kapital tal-kumpanniji sussidjarji ma kinitx ġiet osservata minn Amplifin, li kien għad ma kellhiex id-dritt li tippreżenta l-prospetti kkontestati. Ampliscientifica u Amplifin ressqu appell quddiem il-Corte suprema di cassazione, li ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
17 |
L-ewwel domanda hija bbażata fuq il-premessa li d-digriet tal-1979, li abbażi tiegħu ntbagħtu l-istimi addizzjonali tal-VAT in kwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi implementazzjoni tas-setgħa mogħtija lil kull Stat Membru permezz tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva, li jikkunsidra diversi persuni, li huma stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż u li huma indipendenti legalment, bħala persuna taxxabbli waħedha fir-rigward tal-VAT, meta dawn il-persuni jkollhom x’jaqsmu mill-qrib ma’ xulxin b’rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi. Fi kliem ieħor, id-digriet tal-1979 jikkostitwixxi, minn tal-inqas parzjalment, miżura ta’ traspożizzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva. |
18 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat, l-ewwel nett li, kif jirriżulta mill-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni, jista’ biss jkun hemm applikazzjoni ta’ din is-setgħa wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv tal-VAT. Madankollu, huwa paċifiku li fil-każ tad-digriet tal-1979, ir-Repubblika Taljana ma wettqitx l-imsemmija konsultazzjoni. |
19 |
It-tieni nett, għandu jiġi osservat li l-implementazzjoni tas-sistema prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva timplika li l-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, tawtorizza lill-persuni, b’mod partikolari lill-kumpanniji, li huma marbutin fuq livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv, li ma jibqgħux ikkunsidrati iktar bħala persuni taxxabbli separati għall-VAT, u jibdew jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħedha. Għalhekk, meta Stat Membru japplika din id-dispożizzjoni, il-persuna jew il-persuni suġġetti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli jew persuni taxxabbli skont l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2007, van der Steen, C-355/06, Ġabra p. I-8863, punt 20). Minn dan isegwi li l-klassifikazzjoni ta’ persuna taxxabbli waħedha teskludi li l-imsemmija persuni taxxabbli jkomplu jippreżentaw prospetti tal-VAT separatament u jibqgħu jiġu identifikati, fil-grupp jew barra l-grupp, bħala persuni taxxabbli, peress li hija biss il-persuna taxxabbli waħedha li hija intitolata tippreżenta l-imsemmija prospetti. |
20 |
Għaldaqstant, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva neċessarjament iqis li meta ssir applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni minn Stat Membru, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tat-traspożizzjoni tipprovdi li l-persuna taxxabbli tkun waħda, u li numru wieħed biss tal-VAT jingħata għall-grupp. F’dan ir-rigward, għandu jiġi indikat li, ir-referenza espliċita għan-numru individwali ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fis-Sitt Direttiva, saret biss meta ġie introdott l-Artikolu 28h fl-imsemmija Direttiva, li minnu ħareġ l-Artikolu 22(1)(c) sa (e), ta’ din tal-aħħar, mid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-16 ta’ Diċembru 1991 (ĠU L 376, p. 1), jiġifieri wara s-snin finanzjarji inkwistjoni fil-kawża prinċipali u dan ma jistax ikollu effett fuq il-kunsiderazzjoni preċedenti, peress li l-użu ta’ dan in-numru jirriżulta min-neċessità, kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għas-servizzi fiskali tal-Istati Membri, li jidentifikaw b’ċertezza l-awturi tal-operazzjonijiet suġġetti għal VAT. Għalhekk, id-dettalji li jirriżultaw mill-Artikolu 28h jikkonfermaw ir-regola preċedenti, li hija inerenti għall-iffunzjonar tajjeb tas-sistema komuni tal-VAT. |
21 |
Għaldaqstant, għandha ssir distinzjoni bejn it-traspożizzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva u l-implementazzjoni ta’ mekkaniżmu għas-semplifikazzjoni tal-prospetti u tal-ħlas tal-VAT li tagħti l-possibbiltà, b’mod partikolari, lill-kumpanniji tal-istess grupp, li jibqgħu persuni taxxabbli distinti, anke jekk il-VAT tista’ tiġi kkonsolidata fil-kontabbiltà tal-kumpannija parent. |
22 |
Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet u fil-fehma espressa mill-Gvern Taljan, matul is-seduta kif ukoll fl-ittra tal-24 ta’ Lulju 2003 indirizzata lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ ksur Nru 2002/5456, li sostniet li d-digriet tal-1979 ma jikkostitwixxix miżura ta’ traspożizzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva, li l-qorti tar-rinviju għandha tiddeċiedi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-prospetti inkwistjoni tissodisfax il-kriterji mfakkra fil-punti 19 u 20 ta’ din is-sentenza, filwaqt li jiġi ppreċiżat li, jekk dan ikun il-każ, din tikkostitwixxi traspożizzjoni li saret bi ksur tar-rekwiżit ta’ proċedura stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva, jiġifieri, il-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv tal-VAT. |
23 |
Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva jikkostitwixxi regola li tgħid li l-applikazzjoni tagħha minn Stat Membru timplika konsultazzjoni minn qabel minn dan tal-aħħar mal-Kumitat Konsultattiv tal-VAT u l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lill-persuni, b’mod partikolari, lill-kumpanniji stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż u li huma indipendenti legalment iżda li għandhom x’jaqsmu mill-qrib minħabba rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi, li ma jibqgħux jiġu kkunsidrati bħala persuni taxxabbli distinti fir-rigward tal-VAT, u jibdew jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħedha, li jiġi assenjat lilha biss numru individwali ta’ identifikazzjoni tal-imsemmija taxxa, u għalhekk, hija biss tista’ tippreżenta prospett tal-VAT. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tissodisfax dawn il-kriterji, peress li huwa ppreċiżat li, fin-nuqqas ta’ konsultazzjoni minn qabel mal-Kumitat Konsultattiv tal-VAT, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tissodisfa dawn il-kriterji tikkostitwixxi traspożizzjoni mwettqa bi ksur tar-rekwiżit proċedurali stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva. |
Fuq it-tieni domanda
24 |
It-tieni domanda essenzjalment tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk it-terminu previst mid-digriet tal-1979 li jagħti l-possibbiltà lill-entità jew lill-kumpannija parent li tlesti l-prospett u l-ħlas tal-VAT skont l-applikazzjonijiet issemplifikati li dan jistabbilixxi, imurx kontra l-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ projbizzjoni tal-abbuż tad-dritt u tan-newtralità fiskali. Sabiex tkun tista’ tibbenefika minn dan il-mekkaniżmu, l-entità jew il-kumpannija parent għandha żżomm iktar minn 50 % tal-azzjonijiet jew tal-ishma tal-persuni taxxabbli, bħall-kumpanniji sussidjarji, sa mhux iktar tard mill-bidu tas-sena kalendarja qabel dak tal-prospett. |
25 |
L-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda l-prinċipju tan-newtralità fiskali, għandu jiġi mfakkar li dan il-prinċipju jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Schmeink & Cofreth u Strobel, C-454/98, Ġabra p. I-6973, punt 59), li jipprekludi, minn naħa, li merkanzija paragunabbli, li għalhekk tikkompeti ma’ merkanzija oħra, tiġi ttrattata b’mod differenti f’dak li jirrigwarda l-VAT (sentenzi tal-11 ta’ Ġunju 1998, Fischer, C-283/95, Ġabra p. I-3369, punti 21 u 27, kif ukoll tat-3 ta’ Mejju 2001, Il-Kummissjoni vs Franza, C-481/98, Ġabra p. I-3369, punt 22) u, min-naħa l-oħra, li operazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli, li konsegwentement jikkompetu ma’ xulxin, jiġu ttrattati b’mod differenti fir-rigward tal-VAT (sentenzi tat-23 ta’ Ottubru 2003, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-109/02, Ġabra p. I-12691, punt 20; tas-16 ta’ Settembru 2004, Cimber Air, C-382/02, Ġabra p. I-8379, punt 24, u tat-18 ta’ Ottubru 2007, Navicon, C-97/06, Ġabra p. I-8755, punt 21). |
26 |
Għalhekk, leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita ruħha li tqis b’mod differenti l-persuni taxxabbli li jixtiequ jużaw mekkaniżmu għas-semplifikazzjoni tal-prospetti u tal-ħlas tal-VAT fejn il-persuni inkwistjoni jkollhom rabta kapitali ċara li l-perijodu tagħha huwa inqas jew iktar minn dak imsemmi fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, tkun tapplika bl-istess mod għall-operaturi ekonomiċi kollha, kemm jekk humiex jew le f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom jew tal-prodotti tagħhom. Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jipprekludix leġiżlazzjoni bħal din, u jistabbilixxi distinzjoni oġġettivament iġġustifikata sabiex jivverifika r-realtà ekonomika tal-operazzjoni ġuridika li tagħti l-possibbiltà li jintużaw il-prospett u l-ħlas issemplifikati tal-VAT. Kif ġie mfakkar fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċiedi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika għall-prospetti inkwistjoni tikkostitwixxix tali mekkaniżmu. |
27 |
Sussegwentement, fir-rigward tal-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, għandu jiġi mfakkar li, b’mod partikolari, fil-qasam tal-VAT, dan huwa intiż sabiex il-leġiżlazzjoni Komunitarja ma tkunx tinftiehem bħala li tkopri l-prattiċi abbużivi ta’ operaturi ekonomiċi, jiġifieri t-tranżazzjonijiet li huma mwettqa mhux fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali normali, iżda biss bl-għan li jibbenefikaw b’mod abbużiv mill-vantaġġi previsti mid-dritt Komunitarju (sentenza tal-21 ta’ Frar 2006, Halifax et, C-255/02, Ġabra p. I-1609, punti 69 u 70). |
28 |
Għalhekk, dan il-prinċipju jwassal sabiex jiġu pprojbiti skemi purament artifiċjali, nieqsa mir-realtà ekonomika, li jitwettqu bl-għan li jinkiseb vantaġġ fiskali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-12 ta’ Settembru 2006, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, C-196/04, Ġabra p. I-7995, punt 55). |
29 |
Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-ġlieda kontra l-possibbiltà ta’ frodi, ta’ evażjoni fiskali u ta’ abbużi hija għan rikonoxxut u inkoraġġut mis-Sitt Direttiva (sentenza Halifax et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 71). |
30 |
F’dan ir-rigward, għandu jingħad li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teżiġi mill-operaturi ekonomiċi li juru, b’mod kontinwu fl-attività u fl-operat tagħhom, li l-użu ta’ mekkaniżmu ta’ dikjarazzjoni u ta’ ħlas semplifikati tal-VAT mhuwiex ġej mix-xewqa biss li jiksbu vantaġġ fiskali, b’mod partikolari, billi jinkludu fl-entrati ta’ kontabilità tal-entità jew tal-kumpannija prinċipali, dejn jew kreditu tal-VAT, li jkollu bħala effett, fl-ewwel każ, li jitnaqqas ir-riżultat taxxabbli tagħha, u fit-tieni każ, li jingħata kreditu immedjat fir-rigward tal-amministrazzjoni fiskali, iżda li dan jirriżulta minn għażla ekonomika fuq medda ta’ żmien, ma tiksirx il-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt. |
31 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġu kkunsidrat li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal fil-każ tad-digriet tal-1979, li tistabbilixxi terminu ta’ żmien bejn sena u sentejn sabiex il-persuni taxxabbli jkunu jistgħu jwettqu l-prospett u l-ħlas tal-VAT skont metodi ssemplifikati, tosserva, fir-rigward tal-għan tal-ġlieda kontra l-frodi u l-iskemi legali artifiċjali, il-prinċipju ta’ proporzjonalità. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, bil-kontra, in-nuqqas ta’ terminu ta’ żmien seta’ kellu l-konsegwenza li jippermetti t-twettiq ta’ tranżazzjonijiet speċifiċi li jiġġustifikaw il-ħolqien ad hoc ta’ struttura legali. Għalhekk, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal din toħloq ir-riskju li tinkoraġġixxi l-abbuż u l-frodi, li l-prevenzjoni tagħhom tikkostitwixxi preċiżament wieħed mill-għanijiet li l-leġiżlazzjoni Komunitarja tfittex li tilħaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-15 ta’ Ġunju 2006, Heintz van Landewijck, C-494/04, Ġabra p. I-5381, punti 42 u 43, kif ukoll tat-13 ta’ Diċembru 2007, BATIG, C-374/06, Ġabra p. I-11271, punt 39). |
32 |
Għalhekk, it-tieni domanda għandha tiġi risposta li l-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita ruħha li tqis b’mod differenti l-persuni taxxabbli li jixtiequ jużaw mekkaniżmu għas-semplifikazzjoni tal-prospetti u tal-ħlas tal-VAT fejn skont dawn l-entità jew il-kumpannija parent iżżomm iktar minn 50 % tal-azzjonijiet jew tal-ishma tal-persuni suġġetti sa mhux iktar tard mill-bidu tas-sena kalendarja qabel dan il-prospett, jew, bil-kontra, tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet wara din id-data biss. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxix tali mekkaniżmu. Barra minn hekk, la l-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż tad-dritt u lanqas il-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jipprekludu tali leġiżlazzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
33 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.