Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AG0007

    Pożizzjoni (UE) Nru 7/2011 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jħassar id-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2008/5/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004 Adottat mill-Kunsill fil- 21 ta' Frar 2011 Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 102E, 2.4.2011, p. 1–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 102/1


    POŻIZZJONI (UE) Nru 7/2011 TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI

    bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jħassar id-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2008/5/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004

    Adottat mill-Kunsill fil-21 ta' Frar 2011

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2011/C 102 E/01

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri li hi tadotta taħt l-Artikolu 114 tiegħu.

    (2)

    Il-moviment liberu ta' ikel sikur u sustanzjuż huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

    (3)

    Sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-konsumaturi u sabiex ikun garantit id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, għandu jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu infurmati b'mod adegwat dwar l-ikel li jieklu. L-għażliet tal-konsumaturi jistgħu jiġu influwenzati, fost l-oħrajn, minn konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

    (4)

    Taħt ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (3) huwa prinċipju ġenerali tal-liġi dwar l-ikel li tiġi provduta bażi biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati rigward l-ikel li jieklu u biex jipprevjenu kwalunkwe prattika li tista’ tiżgwida lill-konsumatur.

    (5)

    Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (4) tkopri ċerti aspetti tal-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi bil-għan speċifiku li tipprevjeni li jsiru azzjonijiet li jiżgwidaw u li titħalla barra xi informazzjoni. Il-prinċipji ġenerali dwar il-prattika kummerċjali żleali għandhom jiġu komplementati minn regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

    (6)

    Ir-regoli tal-Unjoni dwar it-tikkettar fuq l-ikel applikabbli għall-ikel kollu huma stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (5). Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1978 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

    (7)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE tal-24 ta' Settembru 1990 dwar it-tikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti tal-ikel (6) tistabbilixxi r-regoli dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni ta’ ikel ippakkjat bil-lest. Skont dawk ir-regoli, iż-żieda ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni hi volontarja sakemm ma ssirx talba relatata man-nutrizzjoni li tikkonċerna l-ikel. Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1978 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

    (8)

    Ir-rekwiżiti ġenerali dwar it-tikkettar huma komplementati b’għadd ta’ dispożizzjonijiet applikabbli għall-ikel kollu f’ċerti ċirkostanzi jew għal ċerti kategoriji ta’ ikel. Barra minn hekk, hemm numru ta’ regoli speċifiċi li huma applikabbli għal ikel speċifiku.

    (9)

    Filwaqt li l-għanijiet oriġinali u l-komponenti ewlenin tal-leġislazzjoni preżenti dwar it-tikkettar għadhom validi xorta, jeħtieġ li tiġi simplifikata sabiex tiġi żgurata konformità aktar faċli u ċarezza akbar għall-partijiet interessati u biex tiġi modernizzata sabiex tieħu kont tal-iżviluppi l-ġodda fil-qasam tal-informazzjoni dwar l-ikel.

    (10)

    Hemm interess pubbliku fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adatta li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2007 dwar Strateġija għall-Ewropa fi kwistjonijiet tas-saħħa relatati man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità (“il-White Paper tal-Kummissjoni”) nnotat li t-tikkettar dwar in-nutrizzjoni huwa għodda importanti biex il-konsumaturi jkunu infurmati dwar il-kompożizzjoni tal-ikel u jgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2007 intitolata “L-istrateġija tal-UE fil-politika tagħha dwar il-konsumatur għall-perijodu 2007-2013 - Tisħiħ tal-possibbiltajiet ta’ azzjoni tal-konsumaturi, titjib tal-benessri tagħhom, u l-protezzjoni effettiva tagħhom” - enfasizzat li huwa essenzjali, kemm għall-kompetizzjoni effettiva kif ukoll għall-benesseri tal-konsumatur, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni adatta dwar in-nutrizzjoni tal-ikel għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv biex il-konsumaturi jkun jistgħu jagħmlu tali għażla infurmata.

    (11)

    Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jkun żgurat li l-infurzar isir b’mod razzjonali u konsistenti, jixraq li jitħassru d-Direttivi 90/496/KEE u 2000/13/KE u li jiġu sostitwiti b’Regolament uniku li jiżgura ċ-ċertezza kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-industrija u jnaqqas il-piż amministrattiv.

    (12)

    Għall-fini taċ-ċarezza, huwa meħtieġ li jitħassru u li jiddaħħlu f’dan ir-Regolament atti orizzontali oħrajn, notevolment id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE tal-15 ta’ April 1987 dwar l-indikazzjoni ta' qawwa alkoħolika skont il-volum fl-ittikkettar ta' xorb alkoħoliku għal bejgħ lill-konsumatur tal-aħħarnett (7), id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE tat-8 ta’ Marzu 1999 li tipprovdi għal derogi mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE fir-rigward tal-ittikkettar ta' oġġetti tal-ikel (8), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar l-ittikkettar ta' oġġetti tal-ikel li jkun fihom il-kinina u lill-oġġetti tal-ikel li jkun fihom il-kaffeina (9), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-ittikkettar ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel b’fitosteroli miżjuda, esteri fitosteroli, fitostanoli u/jew esteri fitostanoli (10) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/5/KE tat- 30 ta’ Jannar 2008 dwar l-indikazzjoni obbligatorja fuq l-ittikkettar ta' ċerti oġġetti tal-ikel ta' partikolaritajiet apparti minn dawk previsti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

    (13)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti definizzjonijiet, prinċipji, rekwiżiti u proċeduri komuni sabiex jiġi ffurmat qafas ċar u bażi komuni għall-miżuri tal-Unjoni u nazzjonali li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel.

    (14)

    Sabiex jiġi segwit approċċ komprensiv u evoluttiv għall-informazzjoni provduta lill-konsumaturi relatata mal-ikel li jieklu, għandu jkun hemm tifsira wiesgħa tal-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri regoli ta’ natura ġenerali u speċifika kif ukoll definizzjoni wiesgħa tal-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri l-informazzjoni provduta b’mezzi oħrajn minbarra t-tikketta.

    (15)

    Ir-regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw biss għal impriżi, kunċett li jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. L-operazzjonijiet bħat-t-trattament, proviżjoni u bejgħ okkażjonali ta’ ikel minn persuni privati f'okkażjonijiet bħalma huma avvenimenti ta' karità, jew fieri lokali ta’ komunitajiet u laqgħat m’għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    (16)

    Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha tipprovdi flessibbiltà biżżejjed sabiex tkun tista’ tibqa’ aġġornata mar-rekwiżiti ġodda ta' informazzjoni għall-konsumaturi u tiżgura li jkun hemm bilanċ bejn il-protezzjoni tas-suq intern u d-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi fl-Istati Membri.

    (17)

    Il-konsiderazzjoni ewlenija biex tintalab informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tkun biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw u jagħmlu użu adatt tal-ikel u biex jagħmlu għażliet li jaqblu mal-bżonnijiet tad-dieta tagħhom individwali. B'dan il-għan, l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jiffaċilitaw l-aċċessibbiltà ta’ dik l-informazzjoni għal min hu nieqes mill-vista.

    (18)

    Sabiex il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tkun tista’ tadatta għat-tibdil fil-ħtiġijiet ta' informazzjoni tal-konsumaturi, kwalunkwe konsiderazzjoni dwar il-ħtieġa ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tqis ukoll l-interess muri b'mod ċar tal-maġġoranza tal-konsumaturi fil-kxif ta' ċerta informazzjoni.

    (19)

    Madankollu, ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, skont il-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità u sostenibbiltà.

    (20)

    Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jipprojbixxu l-użu ta’ informazzjoni li tista’ tiżgwida lill-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi tal-ikel, l-effetti jew il-proprjetajiet tal-ikel, jew tattribwixxi proprjetajiet mediċinali lill-ikel. Biex tkun effettiva, din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għar-reklamar u l-preżentazzjoni tal-ikel.

    (21)

    Sabiex ma jkunx hemm frammentazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-operaturi tan-negozji tal-ikel fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ikel jixraq li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-operaturi tan-negozji tal-ikel f'dan il-qasam. Dik il-kjarifika għandha tkun f'konformità mar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-konsumatur imsemmijin fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

    (22)

    Għandha titfassal lista tal-informazzjoni kollha obbligatorja li fil-prinċipju għandha tingħata għall-ikel kollu maħsub għall-konsumatur finali u għall-fornituri tal-massa. Dik il-lista għandha żżomm l-informazzjoni li hi diġà meħtieġa fil-leġislazzjoni eżistenti ladarba ġeneralment titqies bħala akkwist ta’ valur fir-rigward tal-informazzjoni għall-konsumatur.

    (23)

    Sabiex jitqiesu l-bidliet u l-iżviluppi fil-qasam tal-informazzjoni dwar l-ikel, għandhom ikunu previsti dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tagħmel ċerti dettalji disponibbli permezz ta' mezzi alternattivi. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għandha tgħin biex isiru bidliet fil-ħin u immirati sew tar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar l-ikel.

    (24)

    Fejn jintużaw fil-produzzjoni tal-ikel u jibqgħu preżenti fih, ċerti ingredjenti jew sustanzi jew prodotti oħrajn (bħal għajnuniet għall-ipproċessar) jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi lill-konsumaturi, u xi wħud minn dawk l-allerġiji jew l-intolleranzi joħolqu periklu għal saħħet dawk konċernati. Hu importanti li tingħata informazzjoni dwar il-preżenza ta’ addittivi fl-ikel, għajnuniet għall-ipproċessar u sustanzi jew prodotti oħrajn li jistgħu jikkawżaw allerġiji u intolleranzi sabiex il-konsumaturi li jbatu minn allerġija ta’ ikel jew intolleranza jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u sikuri.

    (25)

    It-tikketti tal-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet infurmati aħjar u dwar id-dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà li l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u li l-istampar b’daqs żgħir huwa wieħed mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel. Madankollu, għandu jiġi żviluppat approċċ komprensiv sabiex jittieħed kont tal-aspetti kollha relatati mal-leġġibbiltà.

    (26)

    Sabiex ikun żgurat l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-modi kollha ta’ għoti ta' ikel lill-konsumaturi, inkluż il-bejgħ tal-ikel permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod. Għalkemm hu ċar li kull ikel fornut permezz ta’ bejgħ mill-bogħod għandu jissodisfa l-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni bħall-ikel mibjugħ fil-ħwienet, jeħtieġ li jiġi ċċarat li f'każijiet bħal dawn l-informazzjoni rilevanti obbligatorja dwar l-ikel għandha tkun disponibbli wkoll qabel max-xirja tiġi konkluża.

    (27)

    Bil-ħsieb li jagħtu lill-konsumatur informazzjoni dwar l-ikel meħtieġa sabiex issir għażla informata, għandha tingħata informazzjoni wkoll dwar l-ingredjenti ta' xarbiet alkoħoliċi mħallta.

    (28)

    Huwa importanti wkoll li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni dwar xarbiet alkoħoliċi oħra. Jeżistu diġà regoli speċifiċi tal-Unjoni dwar it-tikkettar tal-inbid. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (12) jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-konsumaturi jkunu protetti u infurmati kif suppost. Għalhekk, huwa kunsiljabbli li fil-każ tal-inbid f'dan l-istadju jkun hemm eżenzjoni mill-obbligu li jkunu elenkati l-ingredjenti u li tingħata dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni. B'mod simili, il-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' ċerti xarbiet alkoħoliċi hija żgurata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb aromatizzat ibbażat fuq inbid u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid (13) u permezz tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż (14). Ghalhekk, l-istess eżenzjoni għandha tapplika għax-xorb kopert minn dawk iż-żewġ Regolamenti.

    (29)

    Huwa meħtieġ li x-xorb komparabbli ma' nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat, cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid u xorb spirituż jiġi ttrattat bl-istess mod, u li tkun żgurata l-applikazzjoni tal-istess rekwiżiti legali dwar l-informazzjoni dwar l-ikel għal dak ix-xorb. Għalhekk, l-eżenzjoni mill-obbligu għall-elenkar tal-ingredjenti u li tiġi pprovduta dikjarazjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tapplika wkoll għax-xorb li fih aktar minn 1,2 % b'volum ta' alkoħol li jsir mill-fermentazzjoni ta' frott jew ta' ħxejjex, mead u t-tipi kollha ta' birra.

    (30)

    Madankollu, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament dwar jekk xi kategorjiji ta' xorb għandhomx jiġu eżentati, b'mod partikolari, milli jipprovdi informazzjoni dwar il-valur enerġetiku, u r-raġunijiet li jiġġustifikaw eżenzjonijiet possibbli, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza ma' linji politiċi rilevanti oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tista' wkoll tipproponi, jekk meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

    (31)

    L-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel għandu jingħata kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru ta' oriġini jew il-post veru ta' provenjenza ta' dak il-prodott. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għandha tingħata b'mod li ma tiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta' kriterji definiti b'mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur tal-informazzjoni relatata mal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel. Kriterji bħal dawn m’għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati mal-isem jew l-indirizz tal-operatur fin-negozju tal-ikel.

    (32)

    F'xi każijiet, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jista' jkun li jixtiequ jindikaw l-oriġini tal-ikel fuq bażi volontarja sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom. Indikazzjonijiet bħal dawn għandhom ukoll jikkonformaw ma' kriterji armonizzati.

    (33)

    L-indikazzjoni tal-oriġini hija attwalment obbligatorja għaċ-ċanga u l-prodotti taċ-ċanga (15) fl-Unjoni wara l-kriżi tal-enċefalopatija sponġiforma bovina u ħolqot aspettattivi min-naħa tal-konsumatur. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni tikkonferma li l-oriġini tal-laħam jidher li hu t-tħassib ewlieni tal-konsumaturi. Hemm laħmijiet oħra kkunsmati fuq firxa wiesgħa fl-Unjoni kollha, bħall-majjal, il-laħam tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur. Għalhekk huwa adatt li tiġi imposta d-dikjarazzjoni obbligatorja tal-oriġini għal dawn il-prodotti. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-oriġini jistgħu jvarjaw minn tip ta' laħam għal ieħor skont il-karatteristiċi tal-ispeċi tal-annimali. Huwa adatt, li permezz ta' regoli implimentattivi jiġi previst l-istabbiliment ta' rekwiżiti obbligatorji li jistgħu jvarjaw minn tip ta' laħam għal ieħor b'kont meħud tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tal-piż amministrattiv għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-awtoritajiet tal-infurzar.

    (34)

    Ġew żviluppati dispożizzjonijiet obbligatorji tal-oriġini abbażi ta' approċċi vertikali bħal pereżempju għal għasel (16), frott u ħxejjex (17), ħut (18), ċanga u prodotti taċ-ċanga (19) u żejt taż-żebbuġa (20). Hemm il-ħtieġa li tiġi esplorata l-possibbiltà li jiġi estiż it-tikkettar obbligatorju tal-oriġini għal-oġġetti oħra tal-ikel. Għalhekk huwa adatt li l-Kummissjoni tintalab tħejji rapporti li jkopru l-oġġetti tal-ikel li ġejjin: tipi oħra ta' laħam barra ċ-ċanga, il-majjal, il-laħam tan-nagħaġ, il-laħam tal-mogħoż u l-laħam tat-tjur; ħalib; ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib; laħam użat bħala ingredjent; ikel mhux ipproċessat; prodott b'ingredjent wieħed; u ingredjenti li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-ikel. Ladarba l-ħalib huwa wieħed mill-prodotti li l-indikazzjoni tal-oriġini tagħhom huwa kkunsidrat ta' interess partikolari, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar dan il-prodott għandu jsir disponibbli malajr kemm jista' jkun. Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti biex jiġu modifikati dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni jew tista’ tieħu inizjattivi ġodda, fejn meħtieġ, fuq bażi settorali.

    (35)

    Ir-regoli mhux preferenzjali tal-Unjoni dwar l-oriġini huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (21) u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tiegħu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (22). Id-determinazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini tal-ikel tkun ibbażata fuq dawk ir-regoli, li huma magħrufa sew mal-operaturi fin-negozju tal-ikel u l-amministraturi kummerċjali u għandhom jagħmlu l-implimentazzjoni tagħhom aktar faċli.

    (36)

    Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fir-rigward ta’ xi ikel tikkonċerna informazzjoni dwar il-preżenza tal-enerġija u ċerti nutrijenti fl-ikel. L-għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandu jgħin l-azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-pubbliku u jappoġġja l-għażla infurmata dwar l-ikel.

    (37)

    Il-White Paper tal-Kummissjoni enfasizzat ċerti elementi nutrizzjonali ta’ importanza għas-saħħa pubblika, bħax-xaħam saturat, zokkrijiet jew sodju. Għalhekk, jixraq li r-rekwiżiti dwar l-għoti obbligatorju ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandhom iqisu elementi bħal dawn.

    (38)

    Ladarba wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li jipprovdi bażi għall-konsumatur finali biex jagħmel għażliet informati, huwa importanti li f'dan ir-rigward jiġi żgurat li l-konsumatur finali jifhem faċilment l-informazzjoni pprovduta fuq it-tikkettar. Għalhekk huwa adatt li fuq it-tikkettar jintuża t-teminu “melħ” minflok it-terminu korrispondenti tan-nutrijent “sodju”.

    (39)

    B'mod ġenerali, il-konsumaturi mhumiex konxji tal-kontribut potenzjali tax-xorb alkoħoliku għad-dieta totali tagħhom. Għalhekk, jixraq li jiġi żgurat li tingħata informazzjoni dwar il-kontenut, b'mod partikolari, ta’ nutrijenti xorb alkoħoliku mħallat.

    (40)

    Fl-interess tal-konsistenza u koerenza tal-liġi tal-Unjoni l-inklużjoni volontarja ta’ kummenti dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa fuq it-tikketti tal-ikel għandha tkun skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (23).

    (41)

    Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq l-industrija, jixraq li jiġu eżentati ċerti kategoriji ta’ ikel li mhuwiex ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni mhijiex fattur determinanti għall-għażla tal-konsumatur mill-inklużjoni obbligatorja ta' dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni, sakemm l-obbligu ta' forniment ta' informazzjoni bħal din mhuwiex previst skont regoli oħra tal-Unjoni.

    (42)

    Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, u minħabba l-livell ta’ għarfien attwali dwar is-suġġett tan-nutrizzjoni, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun sempliċi u faċilment komprensibbli. Informazzjoni dwar in-nutrizzjoni parzjalment fuq il-“quddiem tal-pakkett” u parzjalment fuq il-“wara tal-pakkett” tista' joħloq konfużjoni għall-konsumaturi. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tkun fl-istess linji viżivi. Barra minn hekk, fuq bażi volontarja, xi informazzjoni tista' tkun ripetuta pereżempju fuq il-“quddiem tal-pakkett”. Għażla libera dwar l-informazzjoni li tista' tkun ripetuta tista' tikkonfondi lill-konsumaturi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema informazzjoni tista' tkun ripetuta biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw minnufih l-informazzjoni nutrizzjonali essenzjali meta jixtru l-ikel.

    (43)

    Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel jiġu inkoraġġuti jipprovdu fuq bażi volontarja l-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-ikel bħal xorb alkoħoliku u ikel mhux ippakkjat bil-lest li jista' jiġi eżentat mid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, għandha tingħata l-possibbiltà li jiġu ddikjarati biss elementi limitati tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni. Madankollu huwa adatt li tiġi stabbilita b'mod ċar l-informazzjoni li tista' tiġi pprovduta fuq bażi volontarja sabiex ikun evitat li l-konsumatur jiġi żgwidat mill-għażla libera tal-operatur fin-negozju tal-ikel.

    (44)

    Kien hemm żviluppi reċenti fl-għoti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra għal kull 100g/100ml/porzjon, jew fil-preżentazzjoni tiegħu, bl-użu ta' forom jew simboli grafiċi, minn xi Stati Membri u organizzazzjonijiet fis-settur tal-ikel. Tali forom addizzjonali ta' espressjoni u preżentazzjoni jistgħu jgħinu l-konsumaturi jifhmu aħjar id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni. Madankollu, m'hemmx biżżejjed evidenza fl-Unjoni kollha dwar kif il-konsumatur medju jifhem u juża l-forom alternattivi ta' espressjoni u preżentazzjoni tal-informazzjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li forom differenti ta' espressjoni u preżentazzjoni jkunu jistgħu jiġu żviluppati abbażi tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament u li l-Kummissjoni tkun mistiedna tipprepara rapport dwar l-użu ta' dawk il-forom ta' espressjoni u preżentazzjoni, l-effett tagħhom fuq is-suq intern u jekk hijiex rakkomandabbli aktar armonizzazzjoni.

    (45)

    Sabiex jassistu lill-Kummissjoni tipproduċi dan ir-rapport, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Kumissjoni bl-informazzjoni rilevanti dwar l-użu ta' forom addizzjonali ta' espressjoni u preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni fis-suq fit-territorju tagħhom. Sabiex jagħmlu hekk, l-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jesiġu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel, li jqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom ikel li jkollu forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni, li jinnotifikaw l-awtoritajiet nazzjonali dwar l-użu ta' tali informazzjoni addizzjonali u tal-ġustifikazzjonijiet rilevanti dwar it-twettiq tar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

    (46)

    Hu mixtieq li jkun żgurat ċertu livell ta' konsistenza fl-iżvilupp ta' forom addizzjonali ta' espressjoni u preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun promoss l-iskambju u l-kondiviżjoni kostanti tal-aħjar prattika u l-esperjenza bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati għal tali skambji.

    (47)

    Id-dikjarazzjoni fl-istess linji viżivi tal-ammonti ta’ elementi nutrizzjonali u tal-indikaturi komparattivi f’forma li tingħaraf malajr sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-proprjetajiet nutrizzjonali ta’ ikel għandha titqies fit-totalità tagħha bħala parti mid-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni u m’għandhiex tiġi trattata bħala grupp ta’ talbiet individwali.

    (48)

    L-esperjenza turi li f’ħafna każijiet informazzjoni volontarja dwar l-ikel tingħata għad-detriment taċ-ċarezza tal-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel. Għalhekk, għandhom jiġu provduti kriterji biex jgħinu lill-operaturi fin-negozju tal-ikel u lill-awtoritajiet tal-infurzar biex joħolqu bilanċ bejn l-għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u dik volontarja.

    (49)

    L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt, skont kondizzjonijiet u ċirkostanzi prattiċi lokali, li jistabbilixxu regoli fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni li tikkonċerna ikel li mhux ippakkjat bil-lest. Għalkemm f'każijiet bħal dawn it-talba tal-konsumatur għal informazzjoni oħra hi limitata, l-informazzjoni dwar allerġens potenzjali titqies li hi importanti ħafna. L-evidenza tissuġġerixxi li ħafna inċidenti ta' allerġija għall-ikel jistgħu jiġu kkawżati minn ikel li mhux ippakkjat bil-lest. Għalhekk l-informazzjoni dwar allerġens potenzjali għandha dejjem tingħata lill-konsumaturi.

    (50)

    Fir-rigward tal-kwistjonijiet speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali dment li ma jkunux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni. Dan ir-Regolament m’għandux jipprevjeni l-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali dwar kwistjonijiet li mhumiex speċifikament armonizzati fih.

    (51)

    Ir-regoli tal-informazzjoni dwar l-ikel għandhom ikunu jistgħu jadattaw għal ambjent soċjali, ekonomiku u teknoloġiku li qed jinbidel b’rata mgħaġġla.

    (52)

    Sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (24).

    (53)

    Ir-referenzi għad-Direttiva 90/496/KEE fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (25) għandhom jiġu aġġornati biex jieħdu kont ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, ir-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

    (54)

    L-aġġornament irregolari u frekwenti tar-rekwiżiti ta' informazzjoni dwar l-ikel jistgħu jimponu piżijiet amministrattivi konsiderevoli fuq in-negozji tal-ikel, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Għalqadstant huwa xieraq li jkun żgurat li l-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni fit-twettiq tas-setgħat mogħtija minn dan ir-Regolament japplikaw mill-istess jum fi kwalunkwe sena kalendarja wara perijodu tranżizzjonali adegwat. Għandhom ikunu permessi derogi minn dan il-prinċipju f'każi ta' urġenza fejn l-għan tal-miżuri kkonċernati huwa l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

    (55)

    Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel jkunu jistgħu jadattaw it-tikkettjar tal-prodotti tagħhom mar-rekwiżiti l-ġodda introdotti b'dan ir-Regolament, huwa importanti li jkunu previsti perijodi tranżizzjonali adegwati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    (56)

    Minħabba t-tibdiliet sostanzjali fir-rekwiżiti marbuta mal-ittikkettar tan-nutrizzjoni introdotti b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-bidliet fir-rigward tal-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni, huwa xieraq li l-operaturi tan-negozji tal-ikel jkunu awtorizzati jantiċipaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    (57)

    Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

    (58)

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati konformement mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward ta', inter alia, id-disponibbiltà ta' ċerti partikolaritajiet mandatorji b'mezzi oħra aktar milli fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta, il-lista tal-ikel li mhux meħtieġa jkollhom lista ta' ingredjenti, l-eżaminar mill-ġdid tal-lista ta' sustanzi jew prodotti li jikkawżaw l-allerġiji jew intolleranzi, jew il-lista ta' nutrijenti li jistgħu jiġu ddikjarati fuq bażi volontarja. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

    (59)

    Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta regoli implimentattivi fir-rigward ta', inter alia, il-modalitajiet ta' espressjoni ta' wieħed jew aktar partikolaritajiet permezz ta' pittogrammi jew simboli minflok kliem jew numri, il-kuntrast bejn l-istampar u l-isfond, il-mod li bih tkun indikata d-data ta' durabbiltà minima, il-mod li bih ikun indikat il-pajjiż tal-oriġini jew post ta' provenjenza għall-laħam, il-preċiżjoni għall-valuri ddikjarati, jew l-espressjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta' konsum tad-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni. Skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, ir-regoli u prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti minn qabel permezz ta' regolament adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja. Sa meta jiġi adottat dak ir-regolament il-ġdid, tibqa' tapplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (26), bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhijiex applikabbli,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi biex jiġi assigurat livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur b’rabta mal-informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis id-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi u l-bżonnijiet tagħhom għal informazzjoni filwaqt li jassigura li s-suq intern jiffunzjona mingħajr xkiel.

    2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali, ir-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b’mod partikolari t-tikkettar dwar l-ikel. Hu jistipula l-mezzi biex ikun garantit id-dritt tal-konsumaturi għal informazzjoni u proċeduri għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis il-bżonn li tiġi pprovduta flessibbiltà biżżejjed biex tlaħħaq mal-iżviluppi futuri u rekwiżiti ġodda għal informazzjoni.

    3.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel fl-istadji kollha tal-proċess tal-ikel, fejn l-attivitajiet tagħhom jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Hu għandu japplika għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur finali, inkluż l-ikel li jitwassal minn fornituri tal-massa, u l-ikel intiż li jiġi fornut lil fornituri tal-massa.

    4.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' tikkettar previsti f'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    id-definizzjonijiet ta’ “ikel”, “liġi dwar l-ikel”, “negozju tal-ikel”, “operatur ta’ negozju tal-ikel”, “bejgħ bl-imnut”, tqegħid fis-suq’ u “konsumatur finali” fl-Artikolu 2 u fil-punti (1), (2), (3), (7), (8) u (18) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

    (b)

    id-definizzjonijiet ta’ “ipproċessar”, “prodotti mhux ipproċessati” u “prodotti pproċessati” fil-punti (m), (n) u (o) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (27);

    (c)

    id-definizzjoni ta’ “enżima tal-ikel” fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel (28);

    (d)

    id-definizzjonijiet ta’ “addittivi tal-ikel”, “għajnuna għall-ipproċessar” u “aġenti veikoli” fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(2), u fil-punt 5 tal-Anness I, tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (29);

    (e)

    id-definizzjoni ta’ “aromatizzanti” fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel (30);

    (f)

    id-definizzjonijiet ta’ “laħam”“laħam separat mekkanikament” fil-punti 1.1 u 1.14 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (31);

    (g)

    id-definizzjoni ta' “mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod” fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod (32);

    (h)

    id-definizzjoni ta' “reklamar” fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (33);

    (i)

    id-definizzjoni ta' “nanomaterjali maħdumin” fil-punt (c) tal-Artikolu(2) tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… dwar ikel ġdid (34)  (35).

    2.   Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “informazzjoni dwar l-ikel” tfisser l-informazzjoni li tikkonċerna xi ikel u li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur finali permezz ta’ tikketta, materjal ieħor li jkollha magħha, jew xi mezzi oħra inklużi għodod teknoloġiċi moderni jew komunikazzjoni verbali;

    (b)

    “il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel” tfisser id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b'mod partikolari t-tikkettar, inkluż regoli ta' natura ġenerali applikabbli għall-ikel kollu f’ċerti ċirkostanzi jew għal ċerti kategoriji ta’ ikel u regoli li japplikaw biss għal ikel speċifiku;

    (c)

    “informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel” tfisser id-dettalji rekwiżiti li għandhom jiġu provduti lill-konsumatur finali mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni;

    (d)

    “fornitur tal-massa” tfisser kull stabbiliment (inkluż vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel u sptarijiet, fejn, waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel biex jitwassal lill-konsumatur finali u jkun lest għall-konsum mingħajr aktar preparamenti;

    (e)

    “ikel ippakkjat bil-lest” tfisser kull oġġett wieħed li jrid jiġi preżentat kif inhu lill-konsumatur finali u lill-fornituri tal-massa, magħmul minn xi ikel u l-pakkett li tpoġġa fih qabel ma tqiegħed għall-bejgħ, sew jekk dak il-pakkett jinkludi l-ikel kollu sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ b'tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi mibdul mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel il-pakkett;

    (f)

    “ingredjent” tfisser kull sustanza jew prodott, inklużi l-aromatizzanti, l-addittivi tal-ikel u l-enżimi tal-ikel, u kull kostitwent ta’ xi ingredjent kompost, użat fil-manifattura jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula; ir-residwi m’għandhomx jitqiesu bħala “ingredjenti”;

    (g)

    “post ta' provenjenza” tfisser kwalunkwe post minn fejn l-ikel hu indikat li ġej, u li mhuwiex il-“pajjiż tal-oriġini” kif determinat taħt l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

    (h)

    “ingredjent kompost” tfisser ingredjent li fih innifsu huwa r-riżultat ta' aktar minn ingredjent wieħed;

    (i)

    “tikketta” tfisser kull tabella, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv ieħor miktub, stampat, stensiljat, immarkat, ibbuzzat 'il barra jew imprimat fuq il-pakkett jew il-kontenitur tal-ikel, jew mehmuż miegħu;

    (j)

    “tikkettar” tfisser kull kelma, dettalji, trejdmarks, isem tad-ditta, materjal jew simbolu bl-istampi marbut ma' xi ikel u mqiegħed fuq xi pakkett, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew għonq li jkun hemm ma' dak l-ikel jew li jirriferi għalih;

    (k)

    “linji viżivi” tfisser l-uċuh kollha ta’ pakkett li jistgħu jinqraw minn naħa waħda, li jagħtu aċċess malajr u faċli għall-informazzjoni tat-tikkettar billi jagħtu lok biex il-konsumatur ikun jista' jaqra dik l-informazzjoni mingħajr ma jkollu bżonn idawwar il-pakkett 'l hawn u 'l hemm;

    (l)

    “isem ġuridiku” tfisser l-isem ta’ xi ikel preskritt fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli għalih jew, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni bħal dawn, l-isem previst fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih jinbiegħ l-ikel lill-konsumatur finali jew lill-fornituri tal-massa;

    (m)

    “isem tradizzjonali” tfisser xi isem li hu aċċettat bħala l-isem tal-ikel mill-konsumaturi fl-Istat Membru li fih jinbiegħ, mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar spjegazzjoni dwaru;

    (n)

    “isem deskrittiv” tfisser xi isem li jipprovdi deskrizzjoni tal-ikel, u jekk hemm bżonn tal-użu tiegħu, li hu ċar biżżejjed biex jgħin lill-konsumaturi jsiru jafu n-natura vera tiegħu u jiddistingwuh minn prodotti oħra li magħhom jista’ jiġi mħawwad;

    (o)

    “ingredjent(i) primarju/i” tfisser l-ingredjent jew ingredjenti tal-ikel li jirrappreżentaw aktar minn 50 % ta' dak l-ikel jew li normalment ikunu assoċjati mal-isem tal-ikel mill-konsumatur u li fir-rigward tagħhom fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tkun rekwiżita indikazzjoni kwantitattiva;

    (p)

    “data ta’ durabbiltà minima ta’ ikel” tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa' jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun sew;

    (q)

    “nutrijent” tfisser proteina, karboidrat, xaħam, fibra alimentari, sodju, vitamini u minerali elenkati fl-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament, u sustanzi li jappartjenu lil jew huma komponenti ta’ xi waħda minn dawk il-kategoriji.

    3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament il-pajjiż tal-oriġini ta' ikel għandu jirriferi għall-oriġini ta' ikel kif iddeterminata skont l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    4.   Id-definizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-Anness I għandhom japplikaw ukoll.

    KAPITOLU II

    PRINĊIPJI ĠENERALI DWAR L-INFORMAZZJONI TAL-IKEL

    Artikolu 3

    Għanijiet ġenerali

    1.   Il-forniment tal-informazzjoni dwar l-ikel għandu jsegwi livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħet il-konsumaturi u tal-interessi tagħhom billi jipprovdi bażi għall-konsumaturi finali biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u biex jużaw l-ikel b’mod sigur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

    2.   Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha timmira biex fl-Unjoni jintlaħaq il-moviment liberu tal-ikel magħmul u kummerċjalizzat legalment, billi jitqies, fejn adegwat, il-bżonn li jiġu mħarsa l-interessi leġittimi tal-produtturi u biex issir promozzjoni tal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità.

    3.   Fejn il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, għandha tingħata konsiderazzjoni lill-bżonn ta’ perijodu tranżizzjonali wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta' dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perijodu ta' transizzjoni jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw.

    Artikolu 4

    Prinċipji li jirregolaw l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

    1.   Fejn l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hi meħtieġa bil-liġi dwar l-informazzjoni tal-ikel, din għandha tikkonċerna informazzjoni li taqa', b'mod partikolari, f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

    (a)

    informazzjoni dwar l-identità u l-kompożizzjoni, kontenut jew karatteristiċi oħra tal-ikel;

    (b)

    informazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ saħħet il-konsumaturi u l-użu sigur ta’ xi ikel. B’mod partikolari, din għandha tikkonċerna informazzjoni dwar:

    (i)

    kwalitajiet kompożizzjonali li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal saħħet ċerti gruppi ta’ konsumaturi;

    (ii)

    durabbiltà, ħżin u użu sigur;

    (iii)

    l-impatt fuq is-saħħa, inkluż ir-riskji u l-konsegwenzi marbuta mal-konsum dannuż u perikoluż ta’ xi ikel;

    (c)

    informazzjoni dwar il-karatteristiċi nutrizzjonali sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu, inkluż dawk b’rekwiżiti speċjali tad-dieta, jagħmlu għażliet infurmati.

    2.   Meta jitqies il-bżonn ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, għandu jittieħed kont tal-bżonn frekwenti min-naħa tal-maġġoranza tal-konsumaturi għal ċerta informazzjoni li tkun ta’ valur sinifikanti għalihom jew ta’ kull benefiċċju ġeneralment aċċettat għall-konsumatur.

    Artikolu 5

    Konsultazzjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel

    Kwalunkwe miżura tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi dwar l-informazzjoni tal-ikel probabbilment li x’aktarx ikollha effett fuq is-saħħa pubblika għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (“l-Awtorità”).

    KAPITOLU III

    REKWIŻITI ĠENERALI GĦAL INFORMAZZJONI DWAR L-IKEL U R-RESPONSABBILTAJIET TAL-OPERATURI KUMMERĊJALI TAL-IKEL

    Artikolu 6

    Rekwiżit bażiku

    Kull ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur finali jew lil fornituri tal-massa għandu jkollu miegħu l-informazzjoni dwar l-ikel skont dan ir-Regolament.

    Artikolu 7

    Prassi ġusta dwar l-informazzjoni

    1.   L-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tiżgwida, b'mod partikolari:

    (a)

    fir-rigward tal-karatteristiċi tal-ikel u, b’mod partikolari, fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabbiltà, il-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;

    (b)

    billi tattribwixxi għall-ikel l-effetti jew il-karatteristiċi li ma fihx;

    (c)

    billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi;

    (d)

    billi fid-deskrizzjoni jew ir-rappreżentazzjonijiet bl-istampi tiġi ssuġġerita l-preżenza ta' ikel jew ta' ingredjent partikolari, filwaqt li fir-realtà xi komponent preżenti b'mod naturali jew ingredjent normalment użat f’dak l-ikel ikun ġie sostitwit b'komponent differenti jew ingredjent differenti.

    2.   L-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun preċiża, ċara u faċilment komprensibbli għall-konsumatur.

    3.   Suġġett għal derogi previsti mil-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ilma minerali naturali u għall-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirriferi għal dawk il-karatteristiċi.

    4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal:

    (a)

    reklamar;

    (b)

    il-preżentazzjoni ta’ ikel b’mod partikolari l-forma tiegħu, l-apparenza jew l-ippakkjar, il-materjal tal-ippakkjar użat, il-mod li bih hu rranġat u l-ambjent li fih jiġi esebit.

    Artikolu 8

    Responsabbiltajiet

    1.   L-operatur fin-negozju tal-ikel responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel għandu jkun l-operatur li taħt ismu jew taħt isem in-negozju tiegħu l-ikel jiġi kkumerċjalizzat jew, jekk dak l-operatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-importatur fis-suq tal-Unjoni.

    2.   L-operatur fin-negozju tal-ikel responsabbli għall-informazzjoni tal-ikel għandu jiżgura l-preżenza tal-informazzjoni dwar l-ikel u li din tkun preċiża skont il-liġi tal-informazzjoni applikabbli dwar l-ikel u r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti.

    3.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhomx ifornu ikel li jafu jew jippreżumu, abbażi tal-informazzjoni li għandhom bħala nies professjonali, li ma jikkonformax mal-liġi tal-informazzjoni applikabbli dwar l-ikel u mar-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti.

    4.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel, fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, m’għandhomx jimmodifikaw l-informazzjoni li jkun hemm ma’ xi ikel jekk dik il-modifika tiżgwida lill-konsumatur finali jew inkella b'xi mod ieħor tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-possibbiltajiet għall-konsumatur finali li jagħmel għażliet informati. L-operaturi tan-negozji tal-ikel huma responsabbli għal kwalunkwe bidla li jagħmlu fl-informazzjoni dwar l-ikel li jkun hemm ma’ xi ikel.

    5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 sa 4, l-operaturi tan-negozji tal-ikel, fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jassiguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti għall-attivitajiet tagħhom u għandhom jivverifikaw li jkunu sodisfatti dawk ir-rekwiżiti.

    6.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relatata ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest maħsuba għall-konsumatur finali jew għall-forniment lil fornituri tal-massa għandha tiġi trasmessa lill-operatur tan-negozju tal-ikel li jirċievi l-ikel sabiex tippermetti, fejn ikun il-każ, l-għoti ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel lill-konsumatur finali.

    7.   Fil-każijiet li ġejjin, l-operaturi tan-negozji tal-ikel, fil-qafas tan-negozji taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jiżguraw li d-dettalji obbligatorji meħtieġa skont l-Artikoli 9 u 10 għandhom jidhru fuq il-pakkett ippakkjat bil-lest jew tikketta mwaħħla miegħu, jew fuq id-dokumenti kummerċjali li jirriferu għall-ikel fejn jista' jkun garantit li dawk id-dokumenti jew jiġu mal-ikel li jirriferu għalih jew ikunu ntbagħtu qabel jew fl-istess ħin tal-wasla:

    (a)

    fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż għall-konsumatur finali iżda kummerċjalizzat fi stadju qabel il-bejgħ lill-konsumatur finali u fejn il-bejgħ lil xi fornitur tal-massa mhux involut f’dak l-istadju;

    (b)

    fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż li jiġi fornut lill-fornituri tal-massa biex jiġi ppreparat, ipproċessat, maqsum jew imqatta'.

    Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li d-dettalji msemmija fil-punti (a), (f), (g) u (h) tal-Artikolu 9(1) jidhru wkoll fuq il-pakkett ta' barra li fih jiġi preżentat l-ikel ippakkjat bil-lest għall-bejgħ.

    8.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jfornu ikel lil operaturi oħrajn tan-negozji tal-ikel li mhuwiex maħsub għall-konsumatur finali jew għall-fornituri tal-massa għandhom jiżguraw li dawk l-operaturi oħrajn tan-negozji tal-ikel jiġu pprovduti b'informazzjoni suffiċjenti li tippermettilhom, fejn ikun il-każ, li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 2.

    KAPITOLU IV

    INFORMAZZJONI OBBLIGATORJA DWAR L-IKEL

    TAQSIMA 1

    Kontenut u preżentazzjoni

    Artikolu 9

    Lista ta’ dettalji obbligatorji

    1.   Konformement mal-Artikoli 10 sa 34 u skont l-eċċezzjonijiet li hemm f’dan il-Kapitolu, hija obbligatorja l-indikazzjoni tad-dettalji li ġejjin:

    (a)

    l-isem tal-ikel;

    (b)

    il-lista ta' ingredjenti;

    (c)

    kwalunkwe ingredjent jew għajnuna għall-ipproċessar elenkata fl-Anness II jew li ġejja minn sustanza jew prodott elenkat fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi użat fil-produzzjoni jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula.

    (d)

    il-kwantità ta’ ċerti ingredjenti jew kategoriji ta’ ingredjenti;

    (e)

    il-kwantità netta tal-ikel;

    (f)

    id-data ta’ kemm iservi l-inqas jew id-data “uża sa”;

    (g)

    kwalunkwe kondizzjoni speċjali tal-ħżin u/jew kondizzjoni tal-użu;

    (h)

    l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-operatur fin-negozju tal-ikel imsemmijin fl-Artikolu 8(1);

    (i)

    il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza meta previst fl-Artikolu 25;

    (j)

    istruzzjonijiet dwar l-użu fejn ikun diffiċli li l-ikel jintuża kif suppost mingħajr dawk l-istruzzjonijiet;

    (k)

    fir-rigward ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol, is-saħħa alkoħolika proprja skont il-volum;

    (l)

    dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni.

    2.   Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati bi kliem u numri. Huma jistgħu jiġu espressi b'mod alternattiv permezz ta' pittogrammi jew simboli minflok kliem jew numri fejn il-Kummissjon adottat miżuri tal-implimentazzjoni taħt il-paragrafu 3, u konformement ma' tali miżuri tal-implimentazzjoni.

    3.   Il-Kummissjoni tista', skont il-proċeduri regolatorji msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli dettaljati dwar il-modalitajiet ta' espressjoni ta' partikolarità waħda jew aktar permezz ta' pittogrammi jew simboli minflok kliem jew numri b'kont meħud tal-evidenza dwar il-fehim uniformi tal-konsumatur.

    Artikolu 10

    Dettalji oħra obbligatorji għal tipi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel

    1.   Minbarra d-dettalji elenkati fl-Artikolu 9(1), dettalji oħra obbligatorji għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel huma stipulati fl-Anness III.

    2.   Sabiex tkun żgurata l-informazzjoni lill-konsumatur fir-rigward ta' tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel u biex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi, il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi jew l-użu sikur tal-ikel, il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness III permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50, 51 u 52.

    Artikolu 11

    Piżijiet u miżuri

    L-Artikolu 9 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni aktar speċifiċi li jirrigwardaw il-piżijiet u l-miżuri.

    Artikolu 12

    Disponibbiltà u tnedija ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

    1.   Għandu jkun hemm informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u għandha tkun faċilment aċċessibbli, konformement ma’ dan ir-Regolament, għall-ikel kollu.

    2.   Fil-każ ta’ ikel ippakkjat bil-lest, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher direttament fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu.

    3.   Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur ikun jista' jibbenefika minn mezzi oħra ta' għoti ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel aktar adattati għal ċerti dettalji obbligatorji, il-Kummissjoni tista tipprevedi regoli, permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, dwar id-disponibbiltà ta' ċerti dettalji obbligatorji b'mezzi oħra barra dawk fiq il-pakkett jew fuq it-tabella.

    4.   Fil-każ ta' ikel li mhux ippakkjat bil-lest, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 42.

    Artikolu 13

    Preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji

    1.   Mingħajr ħsara għar-regoli adottati skont l-Artikolu 42(2), l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn adegwat, ma titħassarx. M’għandhiex tkun bl-ebda mod moħbija, mgħottija, imnaqqsa jew imfixkla b'xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal ieħor li jintervjeni.

    2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti msemmijin fil-punti fl-Artikolu (a) sa (k) tal-Artikolu 9(1), meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta f'ittri li jużaw qies ta' tipa fejn l-għoli-x, kif definit fl-Anness IV, ikun ugwali jew iktar minn 1,2 mm. Il-partikolaritajiet obbligatorji għandhom jiġu ppreżentati b'tali mod li jiżgura kuntrast sinfikanti bejn l-istampar u l-isfond.

    3.   F'każ ta' imballaġġ jew kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu êrja ta' inqas minn 60 cm2, id-daqs tal-għoli-x tat-tipa msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun ugwali għal jew ikbar minn 0,9 mm.

    4.   Għall-finijiet li tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli ddettaljati dwar il-kuntrast bejn l-istampar u l-isfond.

    5.   Għall-fini li jinkisbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, kriterji dwar il-leġġibbiltà addizzjonali għal dawk speċifikati taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    Għall-istess fini imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, testendi r-rekwiżiti taħt il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dettalji obbligatorji addizzjonali għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel.

    6.   Id-dettalji elenkati fil-punti (a), (e), (f) u (k) tal-Artikolu 9(1) għandhom jidhru fl-istess linji viżivi.

    7.   Il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 16(1) u (2).

    Artikolu 14

    Bejgħ mill-bogħod

    1.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikolu 9, fil-każ ta’ ikel ippakkjat bil-lest imqiegħed għall-bejgħ permezz ta’ komunikuzzjoni mill-bogħod:

    (a)

    l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, minbarra d-dettalji previsti fil-punt (f) tal-Artikolu 9(1), għandha tkun disponibbli qabel ma jiġi konkluż ix-xiri u għanda tidher fuq il-materjal li jappoġġa l-bejgħ mill-bogħod jew tingħata b’mezzi oħrajn adattati li jkunu identifikati b'mod ċar mill-operatur fin-negozju tal-ikel. Fejn jintużaw mezzi adegwati oħrajn, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tingħata mingħajr li l-operatur fin-negozju tal-ikel jesiġi mill-konsumaturi xi spejjeż supplimentari;

    (b)

    id-dettalji obbligatorji kollha għandhom ikunu disponibbli fil-mument tal-kunsinna.

    2.   Fil-każ ta' ikel mhux ippakkjat bil-lest għal bejgħ b'mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod, id-dettallji meħtieġa skont l-Artikolu 42 għandhom isiru disponibbli skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    3.   Il-punt (a) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika għal ikel offrut għall-bejgħ permezz ta' magni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini kummerċjali awtomatizzat.

    Artikolu 15

    Rekwiżiti lingwistiċi

    1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher f'lingwa mifhuma faċilment mill-konsumaturi tal-Istati Membri fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat.

    2.   Fit-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbiegħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b'waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

    3.   Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx iżommu milli d-dettalji jiġu indikati b’diversi lingwi.

    Artikolu 16

    Ommissjoni ta' ċerti dettalji obbligatorji

    1.   Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b’mod li ma jitħassrux u li għalhekk m’għandhomx tikketta, ċirku jew għonq, id-dettalji obbligatorji elenkati fil-punti (a), (c), (e), (f) u (l) tal-Artikolu 9(1) biss għandhom ikunu obbligatorji.

    2.   Fil-każ ta' ppakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ tagħhom fih erja ta’ inqas minn 10 cm2 d-dettalji elenkati fil-punti (a), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 9(1) biss għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Id-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) għandhom jiġu pprovduti b’mezzi oħra jew għandhom isiru disponibbli fuq talba tal-konsumatur.

    3.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn tal-Unjoni li tirrikjedi dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 9(1) m'għandhiex tkun obbligatorja għall-ikel elenkat fl-Anness IV.

    4.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni li jirrikjedu lista ta' ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dettalji msemmijin fil-punti (b) u (l) tal-Artikolu 9(1) m'għandhomx ikunu obbligatorji għal:

    (a)

    inbejjed koperti bl-Anness XI b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

    (b)

    prodotti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 1601/91;

    (c)

    xorb simili għal dak imsemmi taħt fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, li fih aktar minn 1,2 % b'volum ta' alkoħol li jsir mill-fermentazzjoni ta' frott jew ta' ħxejjex;

    (d)

    mead;

    (e)

    kull tip ta' birra; u

    (f)

    xorb spirituż, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

    Sa … (36), l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 29(1) għall-prodotti msemmijin f'dan il-paragrafu, u li jindirizza jekk xi kategorjiji ta' xorb għandhomx jiġu eżentati, b'mod partikolari r-rekwiżit li jipprovdu l-informazzjoni dwar il-valur enerġetiku, u r-raġunijiet li jiġġustifikaw eżenzjonijiet possibbli, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza ma’ linji politiċi rilevanti oħra tal-Unjoni.

    Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dan ir-rapport bi proposta leġislattiva li tiddetermina r-regoli għal lista tal-ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni ta' dawn il-prodotti.

    TAQSIMA 2

    Dispożizzjonijiet dettaljati dwar dettalji obbligatorji

    Artikolu 17

    Isem tal-ikel

    1.   L-isem tal-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem tal-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv tal-ikel.

    2.   Għandu jitħalla jintuża fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar l-isem tal-ikel li bih il-prodott jiġi fabbrikat u kummerċjalizzat legalment fl-Istat Membru tal-produzzjoni. Minkejja dan, fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 9, ma jippermettux lill-konsumaturi fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar biex isiru jafu n-natura vera tal-ikel u biex jiddistingwuh mill-ikel li miegħu jista’ jiġi mfixkel, l-isem tal-ikel għandu jkollu miegħu informazzjoni oħra deskrittiva li għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

    3.   F’każijiet eċċezzjonali, l-isem tal-ikel fl-Istat Membru tal-produzzjoni m'għandux jintuża fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni meta l-ikel li huwa jsemmi fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni jkun tant differenti, fir-rigward tal-kompożizzjoni jew il-fabbrikazzjoni tiegħu, mill-ikel magħruf taħt dak l-isem fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni li l-paragrafu 2 ma jkunx biżżejjed biex jiżgura, fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni, informazzjoni korretta għall-konsumaturi.

    4.   L-isem tal-ikel m’għandux jiġi sostitwit b’isem li jkun protett bħala proprjetà intelletwali, isem tad-ditta jew isem ornamentali.

    5.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-isem tal-ikel u d-dettalji li għandhom jakkumpanjawh huma stabbiliti fl-Anness V.

    Artikolu 18

    Lista ta’ ingredjenti

    1.   Il-lista ta’ ingredjenti għandha tkun intitolata jew preċeduta minn titolu adattat li jkun magħmul minn jew jinkludi l-kelma “ingredjenti”. Għandu jinkludi l-ingredjenti kollha tal-ikel, f’ordni li tonqos skont l-użin, kif innotati meta ntużaw fil-fabbrikazzjoni tal-ikel.

    2.   L-ingredjenti għandhom jiġu nnominati bl-isem speċifiku tagħhom, fejn japplika, skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 17 u fl-Anness VI.

    3.   L-ingredjenti kollha preżenti fil-forma ta' nanomaterjali maħdumin għandhom ikunu indikati b'mod ċar fil-lista tal-ingredjenti. L-isem ta' tali ingredjenti għandu jkun segwit mill-kelma “nano” f'parentesi.

    4.   Ir-regoli tekniċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu huma stipulati fl-Anness VII.

    Artikolu 19

    Ommissjoni tal-lista ta' ingredjenti

    1.   L-ikel li ġej m’għandux ikun meħtieġ li jkollu lista ta’ ingredjenti:

    (a)

    frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, ma tqattgħetx jew ġiet trattatta b'mod simili;

    (b)

    ilma karbonat, liema deskrizzjoni tiegħu tindika li ġie karbonat;

    (c)

    ħall iffermentat li ġej eskussivament minn prodott bażiku wieħed, sakemm ma ġie miżjud ebda prodott ieħor;

    (d)

    ġobon, butir, ħalib u krema fermentata, li l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud magħhom minbarra prodotti tal-ħalib, enżimi u kulturi tal-mikro-organiżmi essenzjali għall-fabbrikazzjoni, jew fil-każ tal-ġobon minbarra ġobon frisk u ġobon ipproċessat il-melħ meħtieġ għall-fabbrikazzjoni tiegħu;

    (e)

    ikel magħmul minn ingredjent wieħed, fejn:

    (i)

    l-isem tal-ikel hu identiku għall-isem tal-ingredjent; jew

    (ii)

    l-isem tal-ikel jgħin biex tkun identifikata sew in-natura tal-ingredjent.

    2.   Sabiex jittieħed kont tar-rilevanza għall-konsumatur ta' lista ta' ingredjenti fir-rigward ta' tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel, il-Kummissjoni tista', f'każi eċċezzjonali, permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm l-ommissjonijiet ma jirriżultawx li ma jkunux infurmati biżżejjed il-konsumatur finali jew il-fornituri tal-massa.

    Artikolu 20

    Ommissjoni ta’ kostitwenti ta' ikel mil-lista ta’ ingredjenti

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, il-kostitwenti li ġejjin ta’ xi ikel m'għandhomx ikunu meħtieġa li jiġu inklużi fil-lista ta' ingredjenti:

    (a)

    il-kostitwenti tal-ingredjenti li ġew temporanjament separati waqt il-proċess ta' manifattura u iktar tard introdotti mill-ġdid iżda mhux fl-eċċess tal-proporzjonijiet oriġinali tagħhom;

    (b)

    addittivi tal-ikel u enżimi tal-ikel:

    (i)

    li jinsabu biss f'xi ikel partikolari minħabba l-fatt li kienu jinsabu f’xi ingredjent jew ingredjenti ta’ dak l-ikel, f'konformità mal-prinċipju ta' trasferiment imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, dejjem jekk m'għandhomx xi funzjoni teknoloġika fil-prodott lest; jew

    (ii)

    li huma użati bħala għajnuniet ta' pproċessar;

    (c)

    Aġenti veikoli u sustanzi li mhumiex addittivi tal-ikel iżda li huma użati bl-istess mod u bl-istess għan bħall-aġenti veikoli, u li jintużaw fil-kwantitajiet strettament neċessarji;

    (d)

    sustanzi li mhumiex addittivi tal-ikel iżda li huma użati bl-istess mod u bl-istess għan bħall-għajnuniet għall-ipproċessar u xorta għadhom jinsabu fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula;

    (e)

    ilma:

    (i)

    fejn l-ilma huwa użat waqt il-proċess ta' manifattura unikument għar-rikostituzzjoni ta' ingredjent użat f'forma kkonċentrata jew imnixxfa; jew

    (ii)

    f'każ ta' medium likwidu li mhuwiex normalment kkonsumat.

    Artikolu 21

    Tikkettar ta’ ċerti sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi

    1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati skont l-Artikolu 42(2), id-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandhom ikunu indikati fil-lista tal-ingredjenti f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 18(1), b'referenza ċara għall-isem tas-sustanza jew tal-prodott kif elenkat fl-Anness II.

    Fin-nuqqas ta' lista tal-ingredjenti, l-indikazzjoni tad-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandha tinkludi l-kelma “fihom” li ssegwi bl-isem tas-sustanza jew tal-prodott kif elenkat fl-Anness II.

    Fejn diversi ingredjenti jew għajnuniet għall-ipproċessar ta' xi ikel joriġinaw minn sustanza jew prodott uniku elenkat fl-Anness II, it-tikkettar għandu jagħmilha ċara għal kull ingredjent jew għajnuna għall-ipproċessar ikkonċernata.

    L-indikazzjoni tad-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) m'għandhiex tkun meħtieġa f'każijiet fejn l-isem tal-ikel jirreferi b'mod ċar għas-sustanza jew għall-prodott kkonċernat.

    2.   Sabiex tkun żgurata informazzjoni aħjar lill-konsumatur u biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u l-għarfien tekniku l-aktar reċenti, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina b'bod sistematiku u, meta jkun meħtieġ, taġġorna l-lista fl-Anness II permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50, 51 u 52.

    Artikolu 22

    Indikazzjoni kwantitattiva tal-ingredjenti

    1.   L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti użati fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel għandha tkun meħtieġa fejn l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati:

    (a)

    jidhru fl-isem tal-ikel jew normalment ikunu assoċjati ma' dak l-isem mill-konsumaturi;

    (b)

    ikunu enfasizzati fuq it-tikkettar bi kliem, stampi jew grafika; jew

    (c)

    ikunu essenzjali biex jikkaratterizzaw xi ikel u jiddistingwuh mill-prodotti li magħhom jista’ jiġi mfixkel minħabba ismu jew id-dehra tiegħu.

    2.   Regoli tekniċi biex jiġi applikat il-paragrafu 1, inkluż każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni kwantitattiva mhix se tkun meħtieġa fil-każ ta’ ċerti ingredjenti, huma stipulati fl-Anness VIII.

    Artikolu 23

    Kwantità netta

    1.   Il-kwantità netta tal-ikel għandha tiġi espressa bl-użu ta’ litri, ċentilitri, millilitri, kilogrammi jew grammi, kif ikun il-każ:

    (a)

    f’unitajiet ta’ volum fil-każ ta' prodotti likwidi;

    (b)

    f’unitajiet ta’ massa fil-każ ta’ prodotti oħra.

    2.   Sabiex ikun żgurat fehim aħjar mill-konsumatur tal-informazzjoni dwar l-ikel fuq it-tikketta, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi għal ċertu ikel speċifikat, permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, metodu differenti ta' espressjoni tal-kwalità netta minn dak stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    3.   Ir-regoli tekniċi għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, inklużi każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni tal-kwantità netta m'għandhiex tkun meħtieġa, huma stipulati fl-Anness IX.

    Artikolu 24

    Data minima ta’ durabbiltà u data “uża sa”

    1.   Fil-każ ta’ ikel li, minn punt di vista mikrobijoloġiku, imur malajr ħafna u għalhekk wara perijodu taż-żmien qasir x’aktarx jista’ jkun ta’ periklu imminenti għal saħħet il-bniedem, id-data ta’ kemm iservi l-inqas għandha tinbidel bid-data “uża sa”. Wara d-data sa meta għandu jintuża, l-ikel għandu jitqies li ma jkunx sikur fit-tifsira tal-Artikolu 14(2) sa (5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

    2.   Id-data adatta għandha tiġi espressa skont l-Anness X.

    3.   Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi fil-mod li bih tkun indikata d-data ta' durabbiltà minima msemmija fil-punt 1(c) talAnness X, il-Kummissjoni tista' tadotta, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), regoli implimentattivi f'dan ir-rigward.

    Artikolu 25

    Pajjiż tal-oriġini jew post ta' provenjenza

    1.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tat-tikkettar previsti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (37) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (38).

    2.   Indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza għandu jkun obbligatorju:

    (a)

    fejn in-nuqqas ta' din l-indikazzjoni jista’ jiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-pajjiż veru tal-oriġini jew il-post veru ta' provenjenza tal-ikel, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm mal-ikel jew it-tikketta b'mod globali tista' b'xi mod ieħor timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti tal-oriġini jew post differenti ta' provenjenza;

    (b)

    għal-laħam, li jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) elenkati fl-Anness XI. L-applikazzjoni ta' dan il-punt għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni tar-regoli implimentattivi msemmijin fil-paragrafu 6.

    3.   Fejn jingħata l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel u fejn dan ma jkunx l-istess bħal dak tal-ingredjent primarju tiegħu:

    (a)

    il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju kkonċernat għandu jingħata wkoll; jew

    (b)

    il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju għandu jiġi indikat bħala differenti minn dak tal-ikel.

    L-applikazzjoni ta dan il-paragrafu għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni tar-regoli implimentattivi msemmijin fil-paragrafu 6.

    4.   Sa ħames snin mid-data tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tiġi evalwata l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza għall-prodotti msemmijin f’dak il-punt.

    5.   Sa … (39), l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal:

    (a)

    tipi oħra ta' laħam barra ċ-ċanga u barra dawk imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

    (b)

    ħalib;

    (c)

    ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib;

    (d)

    laħam użat bħala ingredjent;

    (e)

    ikel mhux ipproċessat;

    (f)

    prodott b'ingredjent wieħed;

    (g)

    ingredjenti li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-ikel.

    Dawk ir-rapporti għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa għall-konsumaturi li jkunu informati, tal-fattibbiltà li tingħata l-indikazzjoni obbligatorja msemmija fl-ewwel subparagrafu u ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-introduzzjoni ta' tali miżuri, inklużi l-impatt legali fuq is-suq intern u l-impatt fuq il-kummerċ internazzjonali.

    Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dawk ir-rapporti bi proposti biex jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

    6.   Sa … (40), il-Kummissjoni għandha tadotta, f'konformità mal-proċedura regolatorja imsemmija fl-Artikolu 46(2), regoli ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 26

    Istruzzjonijiet għall-użu

    1.   L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b’tali mod li jippermettu l-użu korrett tal-ikel.

    2.   Il-Kummissjoni tista’, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli ddettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal ċertu ikel.

    Artikolu 27

    Qawwa alkoħolika

    1.   Ir-regoli dwar l-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika bil-volum għandhom, fil-każ ta' prodotti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2204, ikunu dawk stabbiliti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabli għal dawn il-prodotti.

    2.   Is-saħħa alkoħolika proprja skont il-volum tax-xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol barra dak imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi indikata skont l-Anness XII.

    TAQSIMA 3

    Dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

    Artikolu 28

    Relazzjoni ma' leġislazzjoni oħra

    1.   Din it-Taqsima m'għandhiex tapplika għall-ikel fl-kamp ta' applikazzjoni tal-leġislazzjoni li ġejja:

    (a)

    id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (41);

    (b)

    id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (42).

    2.   Din it-Taqsima għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (43) u Direttivi speċifiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

    Artikolu 29

    Kontenut

    1.   Id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

    (a)

    valur enerġetiku; u

    (b)

    l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati, zokkor, proteini u melħ.

    Fejn ikun il-każ, dikjarazzjoni li tindika li l-kontenut tal-melħ huwa esklużivament minħabba l-preżenza ta' sodju li jittrabba b'mod naturali tista' tidher qrib ħafna tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

    2.   Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni obbligatorja msemmija fil-paragrafu 1 jista' jkun issupplimentat b'indikazzjoni tal-ammonti ta' wieħed minn dan li ġej jew aktar:

    (a)

    xaħmijiet trans;

    (b)

    mono-insaturati;

    (c)

    poli-insaturati;

    (d)

    polioli;

    (e)

    lamtu;

    (f)

    fibra alimentari;

    (g)

    kwalunkwe vitamina jew mineral elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII, u li jkunu preżenti f’ammonti sinifikanti kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness XIII.

    3.   Fejn it-tikkettar ta' ikel ippakkjat bil-lest jipprovdi d-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni dwar il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ xaħam, saturati, zokkor, u melħ tista' tiġi ripetuta fiha.

    4.   B’deroga mill-Artikolu 35(1), fejn it-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 16(4) jipprevedi dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, il-kontenut ta' dik id-dikjarazzjoni jista' jkun limitat biss għall-valur enerġetiku.

    5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 42 u b’deroga mill-Artikolu 35(1), fejn it-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 42(1) jipprevedi dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, il-kontenut ta' dik id-dikjarazzjoni jista' jkun limitat biss għal:

    (a)

    il-valur enerġetiku; jew

    (b)

    il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ xaħam, saturati, zokkor u melħ.

    6.   Sabiex jittieħed kont tar-rilevanza tal-partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-informazzjoni tal-konsumaturi, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, temenda l-listi fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, billi żżid jew tneħħi partikolaritajiet.

    Artikolu 30

    Kalkolu

    1.   Il-valur enerġetiku għandu jiġi kkalkulat permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni elenkati fl-Anness XIV.

    2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, fatturi ta' konverżjoni għall-vitamini u l-minerali msemmija fil-punt 1 ta' Parti A tal-Anness XIII, sabiex ikun ikkalkulat il-kontenut ta’ dawn il-vitamini u minerali fl-ikel b'mod aktar preċiż. Dawk il-fatturi ta' konverżjoni għandhom jiżdiedu fl-Anness XIV.

    3.   Il-valur enerġetiku u l-ammonti ta' nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 29(1) sa (5) għandhom ikunu dawk tal-ikel kif jinbiegħ.

    Fejn adegwat, l-informazzjoni tista’ tkun marbuta mal-ikel wara l-preparazzjoni, dejjem jekk jingħataw istruzzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar il-preparazzjoni u l-informazzjoni tkun marbuta mal-ikel kif jiġi mħejji għall-konsum.

    4.   Il-valuri ddikjarati għandhom, skont il-każ individwali, ikunu l-valuri medji bbażati fuq:

    (a)

    l-analiżi tal-ikel magħmula mill-fabbrikant;

    (b)

    kalkolu mill-valuri magħrufa jew medja attwali tal-ingredjenti użati; jew

    (c)

    kalkolu minn data ġeneralment stabbilita u aċċettata.

    Il-Kummissjoni tista', skont il-preċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni uniformi ta' dan il-paragrafu fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri ddikjarati bħalma huma d-differenzi bejn il-valuri ddikjarati u dawk stabbiliti matul verifiki uffiċjali.

    Artikolu 31

    Espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml

    1.   Il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) sa (5) għandhom ikunu espressi bl-użu tal-unitajiet tal-kejl elenkati fl-Anness XV.

    2.   Il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) sa (2c) għandhom ikunu espressi għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.

    3.   Fejn prevista, id-dikjarazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali għandha, minbarra l-forma ta' espressjoni msemmija fil-paragrafu 2, tiġi espressa bħala perċentwal tal-konsum referenzjali imsemmi fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII b'rabta għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.

    4.   Minbarra l-forma ta' espressjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-valur enerġetiku u l-ammonti ta' nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 29(1), (3), (4) u (5) jista' jiġi espress, kif adatt, bħala perċentwal tal-konsum referenzjali imsemmi fil-Parti B tal-Anness XIII relattivament għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.

    Artikolu 32

    Espressjoni abbażi ta’ kull porzjon jew kull unità ta' konsum

    1.   Fil-każijiet li ġejjin, il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) sa (5) jistgħu jkunu espressi għal kull porzjon u/jew għal kull unità ta' konsum, faċilment rikonoxxibbli mill-konsumaturi, sakemm il-porzjon jew l-unità tkun kwantifikata fit-tikketta u li l-għadd ta' porzjonijiet jew unitajiet li jinsabu fil-pakkett ikun imsemmi:

    (a)

    barra mill-forma ta' espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 31(2);

    (b)

    barra mill-forma ta' espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 31(3) rigward l-ammonti ta' vitamini u minerali;

    (c)

    barra mill-forma ta' espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 31(4).

    2.   B’deroga mill-Artikolu 31(2), fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 29(3), (4) u (5) il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti u/jew il-perċentwal tal-konsum referenzjali stabbilit fil-Parti B tal-Anness XIII jistgħu jkunu espressi abbażi ta' unità għal kull porzjoni jew għal kull konsum biss.

    3.   Il-porzjon jew l-unità użati għandhom ikunu indikati fil-qrib ferm tad-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni.

    4.   Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-espressjoni tad-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta' konsum biex tkun pprovduta bażi uniformi ta' tqabbil għall-konsumaturi, il-Kummissjoni tista', b'kont meħud tal-imġieba tal-konsum attwali tal-konsumaturi kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta, tadotta regoli dwar l-espressjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta' konsum għal kategoriji speċifiki ta' ikel, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2).

    Artikolu 33

    Preżentazzjoni

    1.   Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom ikunu inklużi fl-istess linji viżivi. Huma għandhom jiġu ppreżentati flimkien f'format ċar u, fejn ikun il-każ, fl-ordni tal-preżentazzjoni prevista fl-Anness XV.

    2.   Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom ikunu ppreżentati, jekk l-ispazju jippermetti, f'format tabulari bin-numri allinjati. Jekk ma jkunx hemm spazju, id-dikjarazzjoni għandha tidher f’format lineari.

    3.   Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 29(3) jistgħu jkunu ppreżentati flimkien:

    (a)

    f’linji viżivi differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; u

    (b)

    f'format differenti minn dak speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    4.   Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 29(4) u (5) jistgħu jkunu ppreżentati f'format differenti minn dak speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    5.   F’każijiet fejn il-valur enerġetiku jew l-ammont ta' jew nutrijent(i) fi prodott huma negliġibbli, l-informazzjoni dwar dawk l-elementi tista’ tiġi sostitwita bi stqarrija bħal “Fih ammonti negliġibbli ta’…” u għandhom ikunu indikati qrib sew tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni meta preżenti.

    Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli dwar il-valur enerġetiku u l-ammonti ta' nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) sa (5) li jisgħu jitqiesu bħala negliġibbli.

    6.   Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi fil-mod li bih tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni skont il-formats imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), regoli implimentattivi f'dan ir-rigward.

    Artikolu 34

    Forom addizzjonali ta' espressjoni u preżentazzjoni

    1.   Barra l-forom ta’ espressjoni msemmijin fl-Artikolu 31(2) u (4) u fl-Artikolu 32 u barra l-preżentazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(2), il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 29(1) sa (5) jistgħu jingħataw f’xi forom oħra ta’ espressjoni u/jew jiġu ppreżentati bl-użu ta' forom jew simboli grafiċi barra kliem jew numri, sakemm ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    huma ma jiżgwidawx lill-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 7;

    (b)

    huma għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-mod kif il-konsumatur jifhem il-kontribut jew l-importanza tal-ikel fir-rigward tal-enerġija u kontenut ta’ nutrijent ta’ xi dieta;

    (c)

    dawn jiġu appoġġati b’evidenza dwar kemm il-konsumatur medju jifhem dawn il-forom ta’ espressjoni jew preżentazzjoni; u

    (d)

    fil-każ ta' forom oħra ta’ espressjoni, dawn ikunu bbażati jew fuq konsum referenzjali armonizzat, jew jekk ma jkunx jeżisti, fuq parir xjentifiku aċċettat b’mod ġenerali dwar il-konsum ta’ enerġija jew nutrijenti.

    2.   L-Istati Membri jistgħu jirrakkomandaw lill-operaturi fin-negozju tal-ikel, l-użu ta' forma addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni waħda jew aktar tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni li huma jikkunsidraw bħala l-aktar li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dettalji ta' forom addizzjonali ta' espressjoni u preżentazzjoni bħal dawn.

    3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ adegwat ta' forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni li huma preżenti fis-suq fit-territorju tagħhom.

    Sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-użu ta' forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-operaturi fin-negozju tal-ikel iqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom ikel li jkollu informazzjoni bħal din biex jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar l-użu ta' forma addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni u biex jipprovdulhom il-ġustifikazzjonijiet rilevanti rigward it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1. F'każi bħal dawn, informazzjoni dwar il-waqfien tal-użu ta' forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn tista' tintalab ukoll.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u torganizza l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, hija nnifisha u l-partijiet interessati dwar kwistjonijiet relatati mal-użu ta' kwalunkwe forma addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni tad-dijarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

    5.   Sa … (44), fid-dawl tal-espressjoni miksuba, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta' forom addizzjonali ta' espressjoni u preżentazzjoni, dwar l-effett tagħom fuq is-suq intern u dwar ir-rakkomandabbiltà ta' aktar armonizzazzjoni ta' dawk il-forom ta' espressjoni u preżentazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti rigward l-użu ta' forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn fis-suq fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dan ir-rapport bi proposti biex jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

    6.   Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' paragrafi 1, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

    KAPITOLU V

    INFORMAZZJONI VOLONTARJA DWAR L-IKEL

    Artikolu 35

    Rekwiżiti applikabbli

    1.   Fejn l-informazzjoni dwar l-ikel imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tingħata b’mod volontarju, dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

    2.   L-informazzjoni dwar l-ikel ipprovduta fuq bażi volontarja għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    hija m’għandhiex tqarraq lill-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 7;

    (b)

    hija m’għandhiex tkun ambigwa jew li toħloq konfużjoni għall-konsumaturi;

    (c)

    hija għandha, fejn ikun il-każ, tkun ibbażata fuq id-data xjentifika rilevanti.

    3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), regoli ta' implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għall-informazzjoni volontarja dwar il-preżenza possibbli u mhux intenzjonata ta' sustanzi jew prodotti fl-ikel li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi.

    4.   Sabiex tiżgura li l-konsumaturi huma infurmata b'mod adatt, fejn informazzjoni dwar ikel volontarju hija pprovduta minn operaturi fin-negozju tal-ikel fuq bażi diverġenti li tista' tqarraq jew toħloq konfużjoni għall-konsumatur, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, tipprovdi każijiet addizzjonali ta' provvista ta' informazzjoni dwar ikel volontarju għal dak imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 36

    Preżentazzjoni

    L-informazzjoni volontarja dwar l-ikel m'għandhiex tintwera għad-detriment tal-ispazju dispost għall-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel.

    KAPITOLU VI

    MIŻURI NAZZJONALI

    Artikolu 37

    Miżuri nazzjonali

    1.   Fir-rigward tal-kwistjonijiet speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw lanqas iżommu miżuri nazzjonali sakemm ma jkunux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni. Dawk il-miżuri nazzjonali m’għandhomx jikkawżaw ostakoli għall-moviment liberu tal-prodotti.

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali dwar kwistjonijiet li mhumiex speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament dment li huma ma jipprojbixxux, ma jimpedixxux jew ma jirristrenġux il-moviment liberu tal-prodotti li huma f'konformità ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 38

    Miżuri nazzjonali u dettalji obbligatorji addizzjonali

    1.   Minbarra d-dettalji partikolari msemmija fl-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10, l-Istati Membri jistgħu, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 43, jadottaw miżuri sabiex jesiġu dettalji obbligatorji addizzjonali għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta' ikel, iġġustifikati abbażi ta' mill-anqas waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

    (a)

    il-protezzjoni tas-saħħa pubblika;

    (b)

    il-protezzjoni tal-konsumaturi;

    (c)

    il-prevenzjoni ta’ frodi;

    (d)

    il-protezzjoni tad-drittijiet industrijali u kummerċjali tal-proprjetà, l-indikazzjonijiet tal-provenjenza, il-postijiet tal-oriġini reġistrati u l-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni żleali.

    2.   Taħt il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri li jikkonċernaw l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel biss fejn hemm rabta ppruvata bejn ċerti kwalitajiet tal-ikel u l-oriġini jew il-provenjenza tiegħu. Meta jinnotifikaw miżuri bħal dawn lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza li l-maġġoranza tal-konsumaturi jorbtu valur sinifikanti mal-forniment ta' din l-informazzjoni.

    Artikolu 39

    Ħalib u prodotti tal-ħalib

    L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jidderogaw mill-Artikoli 9(1) u 10(1) fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ippreżentati fi fliexken tal-ħġieġ intiżi biex jiġu użati mill-ġdid.

    Huma għandhom jikkomunikuw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri minnufih.

    Artikolu 40

    Xorb alkoħoliku

    L-Istati Membri jistgħu, sakemm jiġu adottati d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 16(4), iżommu fis-seħħ miżuri nazzjonali fir-rigward tal-elenkar ta' ingredjenti fil-każ ta' xorb li fih aktar minn 1,2 % bħala volum ta’ alkoħol.

    Artikolu 41

    Espressjoni tal-kwanitità netta

    Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 23(2) rigward l-espressjoni netta tal-kwantità għal ikel speċifikat b'mod differenti minn dak previst fl-Artikolu 23(1), l-Istati Membri għandhom iżommu fis-seħħ miżuri nazzjonali adottati qabel … (45).

    Sa … (46), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri l-oħra dwar dawn.

    Artikolu 42

    Miżuri nazzjonali għall-ikel li mhux ippakkjat bil-lest

    1.   Fejn l-ikel ikun offrut għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew lil fornituri tal-massa mingħajr ma jkunu ppakkjati bil-lest, jew fejn l-ikel jiġi ppakkjat fuq il-post fejn jinbiegħ fuq talba tal-konsumatur jew ikun ppakkjat bil-lest għall-bejgħ dirett,

    (a)

    il-forniment ta' dettalji speċifikati fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) huwa mandatorju;

    (b)

    il-forniment ta' dettalji oħrajn imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 mhux mandatorju sakemm l-Istati Membri ma jadottawx miżuri li jeħtieġu l-forniment ta' xi wħud mid-dettalji jew kollha kemm huma jew elementi ta' dawk id-dettalji.

    2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri dwar il-mezz li bih id-dettalji jew l-elementi ta' dawk id-dettalji speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli u, fejn ikun il-każ, il-forom ta' espressjoni jew preżentazzjoni tagħhom.

    3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1u fil-paragrafu 2 mingħajr dewmien.

    Artikolu 43

    Proċedura ta’ notifika

    1.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Istat Membru li jqis li hu meħtieġ li tiġi adottata l-leġislazzjoni ġdida ta’ informazzjoni dwar l-ikel, għandu jgħarraf bil-quddiem lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri maħsuba u jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikawhom.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Stabbilit dwar il-Proċess tal-Ikel u Saħħet l-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk tqis li dik il-konsultazzjoni hi utli jew jekk xi Stat Membru jitlob hekk.

    3.   L-Istat Membru li jqis li hu meħtieġ li tiġi adottata l-leġislazzjoni ġdida ta’ informazzjoni dwar l-ikel jista’ jieħu l-miżuri maħsuba biss tliet xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, dejjem jekk ma jkunx irċieva opinjoni negattiva tal-Kummissjoni.

    4.   Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, u qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 46(2) sabiex tiddetermina jekk il-miżuri previsti jistgħux jiġu implimentati, jekk neċessarju suġġetti għall-modifiki opportuni.

    5.   Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistipula proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (47) m’għandhiex tapplika għall-miżuri li jaqgħu fi ħdan il-proċedura ta' notifika speċifikata f’dan l-Artikolu.

    KAPITOLU VIII

    DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI, TA' EMENDAMENT U DAWK FINALI

    Artikolu 44

    Emendament tal-Annessi

    Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi, is-saħħa tal-konsumatur jew il-ħtieġa tiegħu għall-informazzjoni, u suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10(2) u 21(2) fir-rigward tal-emendament tal-Annessi II u III, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, temenda l-Annessi ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 45

    Perijodu tranżizzjonali għal u data ta' applikazzjoni tal- miżuri ta' implimentazzjoni jew atti ddelegati

    1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha permezz ta' dan ir-Regolament biex tadotta miżuri skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2) jew permezz ta' atti ddelegati taħt l-Artikoli 49 sa 52, il-Kummissjoni għandha:

    (a)

    tistabbilixxi perijodu tranżizzjonali adatt wara l-applikazzjoni tal-miżuri l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mal-mizuri l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u li warajh il-ħażniet ta' dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perijodu tranżizzjonali jistgħu jibqgħu jinbiegħu sa meta jispiċċaw; u

    (b)

    tiżgura li dawk il-miżuri japplikaw mill-1 ta' April fi kwlunkwe sena kalendarja.

    2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika f'każijiet ta' urġenza, fejn l-għan tal-miżuri msemmija f’dak il-paragrafu jkun il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

    Artikolu 46

    Kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali.

    2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

    Artikolu 47

    Emendament tr-Regolament (KE) Nru 1924/2006

    L-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huma b’dan sostitwiti b'dan li ġej:

    “It-tikkettar dwar in-nutrizzjoni ta' prodotti li dwarhom tkun saret dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni u/jew saħħa għandu jkun obbligatorju, bl-eċċezzjoni tar-reklamar ġeneriku. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tikkonsisti minn dik speċifikata fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (48). Fejn issir dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni u/jew is-saħħa għal nutrijent imsemmi fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru.../2011 l-ammont ta' dak in-nutrijent għandu jkun iddikjarat konformement mal-Artikoli 30 sa 34 tar-Regolament (KE) Nru …

    L-ammont jew ammonti tas-sustanza jew sustanzi li magħhom hi marbuta dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni jew saħħa li ma jidhrux fuq it-tikketta tan-nutrizzjoni għandhom ikunu indikati fl-istess linji viżivi bħat-tikketta dwar in-nutrizzjoni u għandhom ikunu espressi skont l-Artikoli 30 sa 32 tar-Regolament (KE) Nru …/2011. L-unitajiet ta' kejl użati biex jiġi espress l-ammont tas-sustanza għandhom ikunu adegwati għas-sustanzi individwali kkonċernati.

    Artikolu 48

    Emendament tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006

    Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   L-ittikkettar nutrittiv ta' prodotti li magħhom ġew miżjuda vitamini u minerali u li huma koperti minn dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tkun magħmula minn dik speċifikata fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi (49) u tal-ammonti totali preżenti tal-vitamini u l-minerali meta jiġu miżjuda mal-ikel.

    Artikolu 49

    Eżerċizzju tad-delega

    1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 10(2), 12(3), 13(5), 19(2), 21(2), 23(2), 29(6), 30(2), 35(4) u fl-Artikolu 44 hija b’dan konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin wara … (50). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tkun awtomatikament estiża għal perijodi ta' tul ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokahiex skont l-Artikolu 50.

    2.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    3.   Is-setgħa biex jiġu adottati atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 50 u 51.

    4.   Fejn, f'każijiet tal-iżvilupp ta' riskji serji ġodda għas-saħħa tal-bniedem, ikunu jeżistu raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 52 għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati taħt l-Artikoli 10(2) u 22(2).

    Artikolu 50

    Revoka tad-delega

    1.   Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 10(2), 12(3), 13(5), 19(2), 21(2), 23(2), 29(6), 30(2), 35(4) u l-Artikolu 44 tista' tiġi revokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna għad-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi revokata d-delega ta' setgħat, għandha timpenja ruħha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, b’indikazzjoni tas-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

    3.   Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tieħu effett b'mod immedjat jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Din m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 51

    Oġġezzjonijiet għall-atti ddelegati

    1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifikazzjoni.

    Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perijodu għandu jittawwal b’xahrejn.

    2.   Jekk, meta jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

    L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

    3.   Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan tal-aħħar m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tal-att iddelegat.

    Artikolu 52

    Proċedura ta’ urġenza

    1.   L-atti ddelegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 3.

    2.   In-notifika ta' att iddelegat adottat taħt dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

    3.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat adottat taħt dan l-Artikolu f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 51. F’dan il-każ, l-att m'għandux jibqa' japplika. L-istituzzjoni li toġġezzjona għal tali att iddelegat għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha għal dan.

    Artikolu 53

    Tħassir

    1.   Id-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2008/5/KE u r-Regulament (KE) Nru 608/2004 huma b’dan imħassra b’effett minn … (51).

    2.   Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 54

    Miżuri tranżizzjonali

    1.   Ikel imqiegħed fis-suq jew ittikkettat qabel … (52) li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq sakemm il-provvisti tal-ikel ikunu intużaw kollha.

    Ikel imqiegħed fis-suq jew ittikkettat qabel … (53) li mhuwiex konformi mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (1) tal-Artikolu 9(1) jista' jitqiegħed fis-suq sakemm il-provvisti tal-ikel ikunu intużaw kollha.

    2.   Bejn … (52) u … (53), fejn id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni hija pprovduta fuq bażi volontarju, hija għandha tkun konformi mal-Artikoli 29 u 34.

    3.   B’deroga mid-Direttiva 90/496/KEE, mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u mill-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, l-ikel ittikkettat skont l-Artikoli 29 sa 34 ta’ dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq qabel … (52).

    Artikolu 55

    Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika minn … (54), bl-eċċezzjoni tal-punt (1) tal-Artikolu 9(1), li għandu japplika minn … (55).

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi …

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-21 ta' Frar 2011. Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta'… (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill ta'….

    (3)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

    (5)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

    (6)  ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40.

    (7)  ĠU L 113, 30.4.1987, p. 57.

    (8)  ĠU L 69, 16.3.1999, p. 22.

    (9)  ĠU L 191, 19.7.2002, p. 20.

    (10)  ĠU L 97, 1.4.2004, p. 44.

    (11)  ĠU L 27, 31.1. 2008, p. 12.

    (12)  ĠU L 299,16.11.2007, p. 1.

    (13)  ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.

    (14)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

    (15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

    (16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47).

    (17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1).

    (18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-7 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultur (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).

    (19)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

    (20)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 155, 14.6.2002, p. 27).

    (21)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

    (22)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (23)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

    (24)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (25)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

    (26)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    (27)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

    (28)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7.

    (29)  ĠU L 354, 31.12. 2008, p. 16.

    (30)  ĠU L 354, 31.12. 2008, p. 34.

    (31)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

    (32)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

    (33)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

    (34)  dok. 2008/0002 (COD).

    (35)  ĠU L …

    (36)  Ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (37)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1 (MT: ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 181).

    (38)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12 (MT: ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 213).

    (39)  Tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (40)  Sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (41)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

    (42)  ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45.

    (43)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.

    (44)  Tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (45)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (46)  Tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (47)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37 (Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap 13, Vol 20, p. 337).

    (48)  ĠU L …,”.

    (49)  ĠU L …”.

    (50)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (51)  Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (52)  Id-data li tiġi l-ewwel jum tax-xahar tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (53)  Id-data li tiġi l-ewwel jum tax-xahar ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (54)  Id-data li tiġi l-ewwel jum tax-xahar tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (55)  Id-data li tiġi l-ewwel jum tax-xahar ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


    ANNESS I

    DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

    kif imsemmija fl-Artikolu 2(4)

    1.

    “dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni” jew “tikkettar dwar in-nutrizzjoni” tfisser informazzjoni li hi magħmula minn:

    (a)

    valur enerġetiku; jew

    (b)

    valur enerġetiku u nutrijent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin u l-komponenti speċifikament imsemmija tagħhom:

    xaħmijiet (saturati, xaħmijiet trans, mono-insaturati, poli-insaturati);

    karboidrati (zokkor, polioli, lamtu);

    melħ;

    fibra alimentari;

    proteini;

    kwalunkwe wieħed mill-vitamini jew minerali elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII u preżenti f’ammonti sinifikanti kif definiti fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness XIII;

    2.

    “xaħam” tfisser lipidi totali, u jinkludi l-fosfolipidi;

    3.

    “saturati” tfisser aċidi tax-xaħam mingħajr rbit doppju;

    4.

    “xaħam trans” tfisser aċidi tax-xaħam b’talanqas wieħed mhux konjugat, (jiġifieri interrot b'mill-inqas grupp wieħed tal-metilenu) rbit doppju tal-karbonju-karbonju fil-konfigurazzjoni trans;

    5.

    “mono-insaturait” tfisser l-aċidi tax-xaħam b'cis irbit doppju wieħed;

    6.

    “poli-insaturati” tfisser aċidi tax-xaħam b’żewġ irbit cis jew aktar, cis-metilenu interrott doppju;

    7.

    “karboidrat” tfisser kull karboidrat li jiġi metabolizzat mill-bniedem, u jinkludi l-polioli;

    8.

    “zokkrijiet” tfisser il-monosakkaridi u d-disakkaridi li jkun hemm fl-ikel, iżda teskludi l-polioli;

    9.

    “polioli” tfisser l-alkoħol li jkun fih aktar minn żewġ gruppi ta' hydroxyl;

    10.

    “proteina” tfisser il-kontenut ta' proteina kkalkulat permezz tal-formula:

    protein = total Kjeldahl nitrogen × 6,25;

    11.

    “melħ” tfisser il-kontenut ta' melħ ekwivalenti kkalkulat permezz tal-formula: salt = sodium × 2.5;

    12.

    “fibra alimentari” tfisser polimeri tal-karboidrati bi tliet unitajiet monomeriċi jew aktar, li la jiġu diġestiti u lanqas assorbiti fl-intestin iż-żgħir tal-bniedem u li jiffurmaw parti mill-kategoriji li ġejjin:

    polimeri tal-karboidrati li jistgħu jittieklu li jinstabu fl-ikel kif jittiekel;

    polimeri tal-karboidrati li jistgħu jittieklu li nkisbu minn materja prima tal-ikel permezz ta' mezzi fiżiċi, enżimatiċi jew kimiċi u li għandhom effett fiżjoloġiku benefiċjarju muri minn evidenza xjentifika aċċettata b’mod ġenerali;

    polimeri tal-karboidrati sintetiċi li jistgħu jittieklu li għandhom effett fiżjoloġiku benefiċjarju muri minn evidenza xjentifika aċċettata b’mod ġenerali;

    13.

    “valur medju” tfisser il-valur li jirrappreżenta l-aħjar l-ammont tan-nutrijent li jkun fih xi ikel partikolari, u jirrifletti l-lok li jkun tħalla għal varjabbiltà staġonali, xejriet ta' konsum u fatturi oħra li jistgħu jikkawżaw varjazzjonijiet fil-valur attwali.


    ANNESS II

    SUSTANZI JEW PRODOTTI LI JIKKAWŻAW ALLERĠIJI JEW INTOLLERANZI

    1.

    Iċ-ċereali li fihom il-glutina, jiġifieri: il-qamħ, is-segala, il-barli, il-ħafur, l-ispelt, il-kamut jew il-pjanti ibridizzati tagħhom, u prodotti tagħhom, minbarra:

    (a)

    ġulepp tal-glukosju bbażat fuq qamħ inkluż id-destrosju (1);

    (b)

    maltodextrins ibbażati fuq il-qamħ (1);

    (c)

    ġulepp tal-glukosju bbażat fuq il-barli;

    (d)

    ċereali użati biex isiru distillati alkoħoliċi inkluż alkoħol tal-etilu ta' oriġini agrikola;

    2.

    Krustaċej u prodotti tagħhom;

    3.

    Bajd u prodotti tagħhom;

    4.

    Ħut u prodotti tagħhom, minbarra:

    (a)

    il-ġelatina tal-ħut użata biex iġġorr il-vitamina jew preparamenti tal-karotenojd;

    (b)

    il-ġelatina tal-ħut jew Isinglass użati bħala aġent li jirfina fil-birra u l-inbid;

    5.

    Il-karawett u prodotti tiegħu;

    6.

    Is-soybeans u prodotti tagħhom, minbarra:

    (a)

    żejt u xaħam tas-soybean totalment irfinat (1);

    (b)

    tocopherols imħallta b'mod naturali (E306), D-alpha tocopherol naturali, D-alpha tocopherol acetate naturali, D-alpha tocopherol succinate naturali minn sorsi tas-soybean;

    (c)

    żjut veġetali mnissla minn fitosteroli u fitosterol esters minn sorsi tas-soybean;

    (d)

    stanol ester tal-pjanti magħmul minn sterols taż-żejt veġetali minn sorsi tas-soybean;

    7.

    Ħalib u prodotti minnu (inkluż il-lattosju), minbarra:

    (a)

    xorrox użat biex isiru distillati alkoħoliċi inkluż alkoħol tal-etilu ta' oriġini agrikola;

    (b)

    lactitol

    8.

    Ġewż, jiġifieri: lewż (Amygdalus communis L.), ġellewż (Corylus avellana), ġewż (Juglans regia), anakardji (Anacardium occidentale), ġewż Amerikan (Carya illinoiesis (Wangenh.) K. Koch), ġewż tal-Brażil (Bertholletia excelsa), pistaċċi (Pistacia vera), macadamia jew Queensland nuts (Macadamia ternifolia), u prodotti tagħhom, minbarra ġewż użat biex isiru distillati alkoħoliċi inkluż alkoħol tal-etilu ta' oriġini agrikola;

    9.

    Karfus u prodotti tiegħu;

    10.

    Mustarda u prodotti tagħha;

    11.

    Ġulġlien u prodotti tiegħu;

    12.

    Dijossidu tal-kubrit u sulfiti f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 10 mg/kg jew 10 mg/litru f'termini tal-SO2 totali li għandhom jiġu kalkolati għal prodotti kif proposti lesti għall-konsum jew ikkostitwiti mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti;

    13.

    Lupina u prodotti tagħha;

    14.

    Molluski u prodotti tagħhom.


    (1)  Kif ukoll il-prodotti tagħhom, sa fejn il-proċess li għalih jiġu sottoposti ma jżidx il-livell ta' allerġenità stmata mill-Awtorità għall-prodott rilevanti li minnu huma oriġinaw.


    ANNESS III

    IKEL LI T-TIKKETTAR TIEGĦU GĦANDU JINKLUDI XI DETTALL ADDIZZJONALI JEW AKTAR

    Tip jew kategorija ta' ikel

    Dettalji

    1.   Ikel ippakkjat f’ċerti gassijiet

    1.1

    Ikel li d-durabbiltà tiegħu ġiet estiża permezz ta’ gassijiet użati għall-ippakkjar awtorizzati skont ir-Regolament (KE) 1333/2008.

    “ippakkjat f’atmosfera protettiva”

    2.   Ikel li fih dolċifikanti

    2.1

    Ikel li fih xi dolċifikant jew dolċifikanti awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

    “fih dolċifikant(i)”, din id-dikjarazzjoni għandha takkumpanja l-isem tal-ikel.

    2.2

    Ikel li fih kemm zokkor jew zokkrijiet miżjuda flimkien ma’ dolċifikant jew dolċifikanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

    “għandu z-zokkor u dolċifikant(i)” din id-dikjarazzjoni għandha takkumpanja l-isem tal-ikel.

    2.3

    Ikel li fih xi melħ aspartame/aspartame-acesulfame awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

    “fih sors ta’ fenilalanina”.

    2.4

    Ikel li fih aktar minn 10 % polioli miżjuda awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

    “konsum eċċessiv jista’ jipproduċi effetti lassattivi”.

    3.   Ikel li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu

    3.1

    Il-ħelu jew xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhuma jew il-pjanta likurizja Glycyrrhiza glabra, f'konċentrazzjoni ta' 100 mg/kg jew 10 mg/l jew aktar.

    “fiha l-likurizja” għandha tiżdied immedjament wara l-lista ta’ ingredjenti, sakemm il-kelma “likurizja” mhix diġà elenkati fil-lista ta' ingredjenti jew fl-isem tal-ikel. Fin-nuqqas ta’ lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

    3.2

    Il-ħelu li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhi jew il-pjanta tal-likurizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta' 4 g/kg jew aktar.

    “fih il-likurizja – nies li jbatu minn tensjoni għolja għandhom jevitaw li jieħdu minnu b’mod eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta' ingredjenti. Fin-nuqqas ta’ lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

    3.3

    Xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(/i) kif inhi jew il-pjanta tal-likurizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta’ 50 mg/l jew aktar, jew ta’ 300 mg/l jew aktar fil-każ ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol (1).

    “fih il-likurizja – nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta' ingredjenti. Fin-nuqqas ta’ lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

    4.   Xorb b'kontenut għoli ta' kaffeina jew ikel miżjud il-kaffeina

    4.1

    Xorb, minbarra dak ibbażat fuq il-kafé, it-té jew l-estratt tal-kafé jew t-té fejn l-isem tal-ikel jinkludi l-kelma “kafé” jew “té”, li:

    hu intiż għall-konsum mingħajr modifikazzjoni u li fih il-kaffeina, minn kwalunkwe sors, fi proporzjon ta' aktar minn 150 mg/l, jew

    hu f’forma konċentrata jew imnixxfa u wara r-rikostituzzjoni jkun fih il-kaffeina, minn kwalunkwe sors, fi proporzjon ta’ aktar minn 150 mg/l

    “Kontenut għoli ta' kaffeina. Mhux rakkomandat għat-tfal jew għan-nisa tqal” fl-istess linji viżivi bħall-isem tax-xarba, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u konformement mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kaffeina espress f’mg għal kull 100 ml.

    4.2

    Ikel ieħor minn dak li ssemma taħt il-punt 4.1, fejn il-kaffeina tiżdied bi skop nutrittiv jew fiżjoloġiku.

    “Kaffeina miżjuda. Mhux rakkomandat għat-tfal jew għan-nisa tqal” fl-istess linji viżivi bħall-isem tal-prodott, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u konformement mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kaffeina espress f’mg/100 g/ml/ ml. Fil-każ ta' supplimenti tal-ikel, il-kontenut tal-kaffeina għandu jkun espress għal kull porzjon kif irrakkomandat għall-konsum ta' kuljum fuq l-ittikkettar.

    5.   Ikel b’fitosteroli miżjuda, fitosterol esters, fitostanoli jew fitostanol esters

    5.1

    Ikel jew ingredjenti tal-ikel b’fitosteroli miżjuda, fitosterol esters, fitostanoli jew fitostanol esters

    (1)

    “bi steroli tal-pjanti miżjuda” jew “bi stanoli tal-pjanti miżjuda” fl-istess linji viżivi bħall-isem tal-ikel;

    (2)

    l-ammont ta’ kontenut ta’ fotosteroli, esteri fitosteroli, fitostanoli jew esteri fitostanoli miżjuda (espress bħala % jew bħala g ta’ steroli/stanoli ħielsa tal-pjanti kull 100 g jew 100 ml tal-ikel) għandu jiġi ddikjarat fil-lista tal-ingredjenti;

    (3)

    stqarrija li l-ikel hu intiż esklużivament għan-nies li jixtiequ jbaxxu l-livell ta’ kolesterol fid-demm tagħhom;

    (4)

    stqarrija li l-pazjenti li qed jieħdu mediċina biex ibaxxu l-kolesterol għandhom jikkonsmaw il-prodott biss taħt superviżjoni medika;

    (5)

    stqarrija li tidher mall-ewwel li l-ikel jista’ ma jkunx adattat nutrizzjonalment għal nisa tqal jew nisa li qed ireddgħu u għal tfal taħt il-ħames snin;

    (6)

    parir li l-ikel irid jintuża bħala parti minn dieta bilanċjata u varjata, inkluż konsum regolari ta’ frott u ħaxix biex jgħin li jinżammu għolja l-livelli ta' karotenojd;

    (7)

    fl-istess linji viżivi bħall-istqarrija meħtieġa taħt il-punt (3) ta’ hawn fuq, stqarrija li l-konsum ta’ aktar minn 3 g kuljum ta’ steroli tal-pjanti miżjuda/stanoli tal-pjanti għandu jiġi evitat;

    (8)

    definizzjoni ta’ porzjon tal-ikel jew ingredjent tal-ikel ikkonċernat (preferibbilment fi g jew ml) bl-ammont tal-isterol tal-pjanti/stanol tal-pjanti li fih kull porzjon.


    (1)  Il-livell għandu japplika għall-prodotti kif proposti lesti għal konsum jew kif magħmula mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi.


    ANNESS IV

    DEFINIZZJONI TAL-GĦOLI-x

    Għoli-x

    Image


    ANNESS V

    IKEL LI HU EŻENTAT MIR-REKWIŻIT TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI OBBLIGATORJA

    1.

    Prodotti mhux ipproċessati li fihom ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

    2.

    Prodotti pproċessati li l-uniku pproċessar li għaddew minnu huwa l-maturazzjoni u li magħmulin minn ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

    3.

    Ilmijiet intiżi li jiġu kkonsmati min-nies, inkluż dawk fejn l-uniku ingredjenti miżjuda huma d-dijossidu tal-karbonju u/jew aromatizzanti;

    4.

    Ħxejjex aromatiċi, ħwawar jew taħlitiet tagħhom;

    5.

    Melħ u sostituti tal-melħ;

    6.

    Sustanzi dolċifikanti tal-mejda;

    7.

    Prodotti koperti bid-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 rigward estratti tal-kafè u estratti taċ-ċikwejra (1), żerriegħa tal-kafe sħiħa jew mitħuna jew żerriegħa tal-kafè dekafinat sħiħa jew mitħuna;

    8.

    Infużjoni tal-ħxejjex u tal-frott, tè, tè dekafinat, tè magħmul malajr jew li jinħall jew estratt tat-tè, dekafinat magħmul malajr jew tè li jinħall jew estratt tat-tè, li ma fihomx ingredjenti miżjuda oħrajn ħlief aromatizzanti li ma jimmodifikawx il-valur nutrittiv tat-tè;

    9.

    Ħall iffermentat u sostituti tal-ħall, inkluż dawk fejn l-uniċi ingredjenti miżjuda huma l-aromatizzanti;

    10.

    Aromatizzanti;

    11.

    Addittivi tal-ikel;

    12.

    Għajnuniet ta’ pproċessar;

    13.

    Enżimi tal-ikel;

    14.

    Ġelatina;

    15.

    Ġelatina jew komposti biex jgħaqad il-ġamm;

    16.

    Ħmira;

    17.

    Chewing gum;

    18.

    Ikel f’pakketti jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu êrja ta’ inqas minn 25 cm2;

    19.

    Ikel fornut direttament mill-fabbrikant ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti lill-konsumatur finali jew lil stabbilimenti lokali ta’ bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur finali;


    (1)  ĠU L 66, 21.7.1998, p. 26.


    ANNESS VI

    L-ISEM TAL-IKEL U D-DETTALJI SPEĊIFIĊI AKKUMPANJANTI

    PARTI A —   DETTALJI OBBLIGATORJI LI JAKKUMPANJAW L-ISEM TAL-IKEL

    1.

    L-isem tal-ikel għandu jinkludi jew ikollu jakkumpanjawh id-dettalji dwar il-kondizzjoni fiżika tal-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, mitħun fi trab, imnixxef iffriżat, iffriżat malajr, konċentrat, affumikat) fil-każijiet kollha fejn jekk dik l-informazzjoni titħalla barra tista' tiżgwida lix-xerrej.

    2.

    Fil-każ ta' ikel li jkun ġie ffriżat qabel ma jinbiegħ u li mbagħad jinbiegħ iddifrostjat, l-isem tal-ikel għandu jkun akkumpanjat mill-indikazzjoni “iddifrostjat”.

    3.

    L-ikel trattat b’radjazzjoni jonizzanti għandu jkollu waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

    “irradjat” jew “trattat b’radjazzjoni jonizzanti”, u indikazzjonijiet oħrajn kif imsemmi fid-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b'radjazzjoni jonizzanti (1).

    4.

    Fil-każ ta' ikel li fih komponent jew ingredjent li l-konsumaturi jistennew li jkun użat b'mod normali jew preżenti b'mod naturali ġie sostitwit b'komponent jew ingredjent differenti, l-ittikkettjar għandu jkollu - minbarra l-lista tal-ingredjenti - indikazzjoni ċara tal-komponent jew tal-ingredjent li intuża għas-sostituzzjoni parzjali jew sħiħa.

    PARTI B —   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ “LAĦAM IKKAPULJAT”

    1.

    Kriterji ta' kompożizzjoni ċċekkjati abbażi ta' medja ta' kuljum:

     

    Kontenut ta' xaħam

    proporzjon ta' Kollaġen / proteini fil-laħam (2)

    laħam ikkapuljat dgħif

    ≤ 7 %

    ≤ 12 %

    ikkapuljat taċ-ċanga pura

    ≤ 20 %

    ≤ 15 %

    laħam ikkapuljat li fih il-majjal

    ≤ 30 %

    ≤ 18 %

    laħam ikkapuljat ta' speċi oħra

    ≤ 25 %

    ≤ 15 %

    2.

    Flimkien mar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tat-Taqsima V tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-espressjonijiet segwenti għandhom jidhru fuq it-tikkettar:

    “perċentwal tal-kontenut ta' xaħam ≤ … %”,

    “proporzjon ta' kollaġen / proteini fil-laħam ≤ … %”.

    3.

    L-Istati Membri jistgħu jagħtu lok li jitqiegħed fis-suq nazzjonali tagħhom laħam ikkapuljat li ma jikkonformax mal-kriterji stipulati fil-punt 1 ta' din il-Parti taħt marka nazzjonali li ma tistax tiġi mħawda mal-marki previsti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.


    (1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

    (2)  Il-proporzjon ta' kollaġen / proteini fil-laħam hu espress bħala l-perċentwal ta' kollaġen fil-proteini tal-laħam. Il-kontenut ta’ kollaġen ifisser il-kontenut idroksiprolina multiplikat b’fattur ta’ 8.


    ANNESS VII

    INDIKAZZJONI U SPEĊIFIKAZZJONI TA' INGREDJENTI

    PARTI A –   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-INDIKAZZJONI TA' INGREDJENTI F'ORDNI LI TONQOS SKONT L-UŻIN

    Kategorija ta' ingredjenti

    Dispożizzjoni li tikkonċerna l-indikazzjoni bl-użin

    1.

    Ilma miżjud u prodotti volatili

    Għandhom jitniżżlu fl-ordni skont il-piż tagħhom tal-prodott lest. L-ammont ta' ilma miżjud bħala ingredjent f'xi ikel għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas mill-ammont totali tal-prodott lest l-ammont totali tal-ingredjenti l-oħra użati. Dan l-ammont mhux ser ikun meħtieġ li jitqies jekk ma jaqbiżx il-5 % bil-piż tal-prodott lest. Din id-deroga ma tapplikax għal ikel mhux ipproċessat.

    2.

    Ingredjenti użati f'forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni

    Jistgħu jitniżżlu fl-ordni skont il-piż tagħhom kif irreġistrat qabel il-konċentrazzjoni jew id-dijadrizzazzjoni tagħhom.

    3.

    L-ingredjenti użati f'ikel konċentrat jew deiderat, li huma intiżi biex jiġu magħmula mill-ġdid biż-żieda ta' ilma

    Jistgħu jitniżżlu f'ordni proporzjonali tal-prodott magħmul mill-ġdid dejjem jekk il-lista ta' ingredjenti jkollha magħha espressjoni, bħala “ingredjenti tal-prodott magħmul mill-ġdid” jew “ingredjenti tal-prodott lest biex jintuża”.

    4.

    Il-frott, il-ħaxix jew il-faqqiegħ, li ma tantx jippredominaw f'termini ta' użin u li huma użati fi proporzjonijiet li x'aktarx ivarjaw, użati f'taħlita bħala ingredjenti ta' xi ikel

    Jistgħu jitqiegħdu flimkien fi grupp fil-lista ta' ingredjenti taħt l-isem “frott”, “ħxejjex” jew “faqqiegħ” flimkien mal-frażi “fi proporzjonijiet li jvarjaw”, segwiti immedjatament b'lista tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkun fihom. f'dawk il-każijiet, it-taħlita għandha titniżżel fil-lista ta' ingredjenti skont l-Artikolu 19(1), abbażi tal-piż totali tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkun fiha.

    5.

    Ingredjenti f'taħlitiet ta' ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

    Jistgħu jitniżżlu f'ordni differenti dment li dik il-lista ta' ingredjenti tkun akkumpanjata bl-espressjoni bħal “fi proporzjon varjabbli”.

    6.

    Ingredjenti li jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

    Jistgħu jitniżżlu f'ordni differenti wara l-ingredjenti l-oħra.

    7.

    Ingredjenti, li huma simili jew li jistgħu jiġu sostitwiti b'xulxin, li x'aktarx jintużaw fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta' xi ikel mingħajr ma jbiddlu l-kompożizzjoni tiegħu, in-natura tiegħu jew il-valur tiegħu li jidher, u sakemm jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

    TisTA' ssir referenza għalihom fil-lista ta' ingredjenti permezz tal-frażi “fihom… u/jew… ”, fejn mill-anqas wieħed minn mhux aktar minn żewġ ingredjenti jkun jinsab fil-prodott lest. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal addittivi tal-ikel jew għall-ingredjenti elenkati fil-Parti Ċ ta' dan l-Anness, u għas-sustanzi jew il-prodotti elenkati fl-Anness II li jikkaġunaw allerġiji jew intolleranzi.

    PARTI B –   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA' ĊERTI INGREDJENTI BL-ISEM TA' KATEGORIJA PJUTTOST MILLI B'ISEM SPEĊIFIKU

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-ingredjenti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji ta' ikel elenkati hawn taħt u li huma kostitwenti ta' xi ikel ieħor jistgħu jiġu indikati permezz tal-isem ta' dik il-kategorija u mhux bl-isem speċifiku.

    Definizzjoni tal-kategorija ta' ikel

    Denominazzjoni

    1.

    Żjut raffinati minbarra żejt taż-żebbuġa

    “Żejt”, flimkien ma

    jew l-aġġettiv “veġitali” jew mill-“annimali”, kif ikun il-każ, jew

    b'indikazzjoni tal-oriġini veġitali jew mill-annimali speċifika tagħhom.

    L-aġġettiv kompletament jew parzjalment idroġenizzat, kif adatt, għandu jakkumpanja l-indikazzjoni ta' żejt idroġenizzat dment li l-ammont ta' saturati u xaħmijiet trans ma jkunux inklużi fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

    2.

    Xaħmijiet raffinati

    “Xaħam”, flimkien ma

    jew l-aġġettiv “veġitali” jew mill-“annimali”, kif ikun il-każ, jew

    b'indikazzjoni tal-oriġini veġitali jew mill-annimali speċifika tagħhom.

    L-aġġettiv kompletament jew parzjalment “idroġenizzat”, kif adatt, għandu jakkumpanja l-indikazzjoni ta' żejt idroġenizzat dment li l-ammont ta' saturati u xaħmijiet trans ma jkunux inklużi fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

    3.

    Taħlitiet ta' tqiq akwistati minn tnejn jew aktar speċje taċ-ċereali

    “Dqiq”, segwit minn lista taċ-ċereali li minnhom inkiseb, F'ordnili tonqos skont l-użin

    4.

    Lamtijiet, u lamtijiet immodifikati b'meżżi fiżiċi jew bl-enżimi

    “Lamtu”

    5.

    L-ispeċi kollha tal-ħut fejn il-ħut jifforma ingredjent ta' xi ikel ieħor u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta' dak l-ikel ma jirreferix għal speċi speċifika ta' ħut

    “Ħut”

    6.

    It-tipi kollha ta' ġobon fejn il-ġobon jew taħlita ta' ġobnijiet tifforma ingredjent ta' xi ikel u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta' dak l-ikel ma tirreferix għal tip speċifiku ta' ġobon

    “Ġobon”

    7.

    Il-ħwawar kollha li ma jeċċedux 2 % bil-piż tal-ikel

    “Ħwawar” jew “ħwawar imħallta”

    8.

    Il-ħxejjex aromatiċi kollja jew partijiet minn ħxejjex aromatiċi li ma jeċċedux 2 % bil-piż tal-ikel

    “Ħxejjex aromatiċi” jew “ħxejjex aromatiċi mħallta”

    9.

    It-tipi tal-preparazzjonijiet kollha tal-gomma (għelk) użati fil-manifattura tal-bażi tal-gomma għal chewing gum

    “Bażi tal-gomma”

    10.

    It-tipi kollha ta' prodotti ta' ċereeali moħmija u mfarrka

    “Frak” jew “qriemeċ” kif ikun il-każ

    11.

    It-tipi kollha tas-sokrosju

    “Zokkor”

    12.

    Anhydrous dextrose jew dextrose monohydrate

    “Dextrose”

    13.

    Xirop tal-glukosju u xirop tal-glikosju aniħidrat

    “Ġulepp tal-glukows”

    14.

    It-tipi kollha tal-proteina tal-ħalib (proteini tal-kaseini, tal-kasinati, u tax-xorrox) u t-taħlitiet tagħhom

    “Proteini tal-ħalib”

    15.

    Butit tal-kawkaw, ippressat, mislut jew raffinat

    “Butir tal-kawkaw”

    16.

    It-tipi kollha ta' inbid kif koperti bl-Anness XI b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

    “Inbid”

    17.

    Il-muskoli skeletriċi (1) tal-ispeċi mammiferi u tal-għasafar meqjusa tajbin biex jiġu kkonsmati min-nies b'tessut inkluż b'mod naturali jew imwaħħal, fejn ix-xaħam totali u l-kontenut tat-tessut konnettiv ma jeċċedux il-valuri indikati hawn taħt u fejn il-laħam jikkostitwixxi ingredjent ta' xi ikel ieħor. Xaħam massimu u kontenut massimu ta' tessut konnettiv għall-ingredjenti msemmija bit-terminu “… laħam”

    Speċi

    Kontenut ta' xaħam

    proporzjon/ kollaġen/proteini tal-laħam  (3)

    Mammiferi (minbarra fniek u qżieqeż) u taħlitiet ta' speċi mal-mammiferi predominanti

    25 %

    25 %

    Qżieqeż

    30 %

    25 %

    Għasafar u fniek

    15 %

    10 %

    “… laħam” u l-isem (ismijiet) (2) tal-ispeċi tal-annimali li ġej minnu

    Jekk jinqabżu dawn il-limiti massimi, iżda l-kriterji l-oħra kollha għad-definizzjoni ta' “laħam” jiġu sodisfatti, il-kontenut ta' “… laħam” irid ikun aġġustat 'l isfel skont il-bżonn u l-lista ta' ingredjenti trid issemmi, flimkien mat-terminu “… laħam”, il-preżenza ta' xaħam u/jew tessut konnettiv.

    Il-prodotti koperti bid-definizzjoni ta' “laħam separat mekkanikament” huma esklużi minn din id-definizzjoni.

     

    18.

    It-tipi kollha ta' prodotti koperti bid-definizzjoni ta' “laħam separat mekkanikament”.

    “laħam separat mekkanikament” u l-isem jew ismijiet (2) tal-ispeċi ta' annimali li ġej minnu

    PARTI Ċ –   L-ISPEĊIFIKAZZJONI ta' ĊERTI INGREDJENTI BL-ISEM TAL-KATEGORIJA TAGĦHOM SEGWITI BL-ISEM SPEĊIFIKU TAGĦHOM JEW BIN-NUMRU “E” TAGĦHOM

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-addittivi tal-ikel u l-enżimi tal-ikel ħlief dawk speċifikati fil-punt (b) tal-Artikolu 20 li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji elenkati f'din il-Parti jridu jiġu indikati bl-isem ta' dik il-kategorija, segwit mill-isem speċifiku jew, jekk adatt, in-numru E tagħhom. Jekk l-ingredjent jappartjeni għal aktar minn waħda mill-kategoriji, għandha tiġi indikata l-kategorija adatta għall-funzjoni prinċipali fil-każ tal-ikel imsemmi.

     

    Aċidu

     

    Regolatur tal-Aċidità

     

    Aġent kontra t-tagħqid

     

    Aġent kontra r-ragħwa

     

    Antiossidant

     

    Aġent li jżid il-volum

     

    Kulur

     

    Emulsifikant

     

    Melħ emulsifikat (4)

     

    Aġent li jissoda

     

    Tejjieb il-ħwawar

     

    Aġent għat-trattament tad-dqiq

     

    Aġenti li jagħmlu r-ragħwa

     

    Aġent li jgħaqqad f'ġel

     

    Aġent li jagħmel l-ikel ileqq

     

    Humectant

     

    Lamtu mmodifikat (5)

     

    Preservattiv

     

    Gass propellent

     

    Aġent li jgħolli l-ikel

     

    Aġenti sekwestranti

     

    Stabbilizzatur

     

    Dolċifikant

     

    Aġent li jgħaqqad

    PARTI D –   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA' AROMATIZZANTI FIL-LISTA TA' INGREDJENTI

    1.

    L-aromatizzanti għandhom jiġu msemmija jew bil-kelma “aromatizzanti” jew b'isem jew deskrizzjoni aktar speċifika tal-aromatizzant.

    2.

    Il-kinina u/jew il-kafeina użati bħala aromatizzant fil-produzzjoni jew fil-preparazzjoni ta' xi ikel għandhom jissemmew bl-isem fil-lista ta' ingredjenti eżatt wara l-kelma “aromatizzant(i)”.

    3.

    Il-kelma “naturali” jew xi kelma oħra li jkollha kważi l-istess tifsira tista “tintuża” biss għall-aromatizzanti li fihom il-komponent tal- aromatizzanti fih esklużivament sustanzi tal- aromatizzanti kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u/jew il-preparazzjonijiet tal-aromatizzanti kif definiti fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2) ta' dak ir-Regolament.

    4.

    Jekk l-isem tal- aromatizzanti fih referenza għan-natura jew oriġini veġetali jew tal-annimali tas-sustanzi inkorporati, il-kelma “naturali” jew xi kelma oħra li jkollha kważi l-istess tifsira ma tistax tintuża' sakemm il-komponent tal- aromatizzanti ma jkunx ġie iżolat permezz ta' proċessi fiżiċi, enżimatiċi jew mikrobijoloġiċi adattati jew proċessi ta' preparazzjoni tal-ikel tradizzjonali biss jew kważi biss mill-ikel jew mis-sors ta' aromatizzanti konċernati.

    PARTI E –   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA' INGREDJENTI KOMPOSTI

    1.

    Ingredjent kompost jista' jiġi inkluż fil-lista ta' ingredjenti, taħt l-isem tiegħu stess sakemm dan ikun stipulat bil-liġi jew stabbilit bit-tradizzjoni, fir-rigward tal-piż globali tiegħu, u jkun segwit immedjatament b'lista ta' ingredjenti tiegħu.

    2.

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, il-lista ta' ingredjenti għall-ingredjenti komposti m'għandhiex tkun obbligatorja:

    (a)

    fejn il-komposizzjoni tal-ingredjent kompost huwa definit fid-dispożizzjonijiet attwali tal-Unjoni, u sal-limitu li l-ingredjent kompost jikkostitwixxi anqas minn 2 % tal-prodott finali; iżda, din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-addittivi tal-ikel, suġġett għall-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 20; jew

    (b)

    għall-ingredjenti komposti magħmula minn taħlitiet ta' speċi u/jew ħxejjex aromatiċi li jikkostitwixxu inqas minn 2 % tal-prodott lest, minbarra l-addittivi tal-ikel, suġġett għall-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 20; jew

    (c)

    fejn l-ingredjent kompost huwa ikel li għalih mhix meħtieġa lista ta' ingredjenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni.


    (1)  Id-dijaframma u l-masseters huma parti mill-muskoli skeletriċi, filwaqt li l-qalb, l-ilsien, il-muskoli tar-ras (minbarra l-masseters), il-muskoli tal-carpus, it-tarsus u d-denb huma esklużi.

    (2)  Għat-tikkettar bl-Ingliż, dan l-isem jista'jiġi sostitwit bl-isem ġeneriku tal-ingredjent għall-ispeċi tal-annimal ikkonċernat.

    (3)  Il-proporzjon ta' kollaġen / proteini fil-laħam hu espress bħala l-perċentwal ta' kollaġen fil-proteini tal-laħam. Il-kontenut ta' kollaġen ifisser il-kontenut idroksiprolina multiplikat b'fatturta' 8.

    (4)  Għall-ġobon ipproċessat u l-prodotti bbażati fuq ġobon ipproċessat biss.

    (5)  L-isem speċifiku jew in-numru E m'għandux ikun meħtieġ li jiġi indikat.


    ANNESS VIII

    INDIKAZZJONI KWANTITATTIVA TA' INGREDJENTI

    1.

    L-indikazzjoni kwantitattiva m'għandhiex tkun meħtieġa:

    (a)

    għal xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti:

    (i)

    li l-piż nett mingħajr ilma tagħhom hu indikat skont il-punt 5 tal-Anness IX;

    (ii)

    li l-kwantitajiet tagħhom għandhom ikunu diġà jidhru fuq it-tikkettar skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni; jew

    (iii)

    li huma użati fi kwantitajiet żgħar għall-finijiet ta’ aromatizzanti; jew

    (iv)

    li, filwaqt li jidhru fl-isem tal-ikel, mhumiex tali li jiddeterminaw l-għażla tal-konsumatur fil-pajjiż fejn jinbiegħu minħabba li l-varjazzjoni fil-kwantità mhix essenzjali biex tikkaratterizza l-ikel jew ma tiddistingwihx minn ikel simili; jew

    (b)

    fejn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni jistipulaw preċiżament il-kwantità ta’ ingredjent jew ta’ kategorija ta’ ingredjenti mingħajr ma jipprevedu indikazzjoni tagħhom fuq it-tikketta; jew

    (c)

    fil-każijiet imsemmija fil-punti 4 u 5 tal-Parti A tal-Anness VII.

    2.

    Il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 22(1) m'għandhomx japplikaw fil-każ ta':

    (a)

    xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti koperti bl-indikazzjoni “fih dolċifikant(i)” jew “għandu z-zokkor u dolċifikant(i)” jekk dik l-indikazzjoni tkun mal-ikel, skont l-Anness III; jew

    (b)

    xi vitamini u minerali miżjuda jekk dik is-sustanza tkun suġġetta għad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

    3.

    L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija tal-ingredjenti għandha:

    (a)

    tkun espressa bħala perċentwal, li għandu jikkorrispondi għall-kwantità tal-ingredjent jew ingredjenti meta dawn jintużaw; u

    (b)

    tidher jew fl-isem jew eżatt ħdejn l-isem tal-ikel jew fil-lista ta’ ingredjenti b'konnessjoni mal-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati.

    4.

    B'deroga mill-punt 3,

    (a)

    fejn l-ikel ikun tilef mill-irtubija tiegħu minħabba trattament bis-sħana jew trattament ieħor, il-kwantità għandha tkun espressa bħala perċentwal li għandu jikkorrispondi għall-kwantità tal-ingredjent jew ingredjenti użati, marbut mal-prodott lest, sakemm dik il-kwantità jew il-kwantità totali tal-ingredjenti kollha indikati fuq it-tikkettar taqbeż il-100 %, f'liema każ il-kwantità għandha tiġi indikata abbażi tal-piż tal-ingredjent jew ingredjenti użati biex jiġu preparati 100 g tal-prodott lest;

    (b)

    il-kwantità tal-ingredjenti volatili għandha tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott lest;

    (c)

    il-kwantità ta’ ingredjenti użati f'forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni tista' tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin kif meħud waqt il-konċentrazzjoni jew id-deidrazzjoni tagħhom;

    (d)

    fil-każ ta’ ikel konċentrat jew deidrat li hu intiż li jiġi magħmul mill-ġdid biż-żieda ta’ ilma, il-kwantità tal-ingredjenti tista' tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott magħmul mill-ġdid.


    ANNESS IX

    DIKJARAZZJONI DWAR IL-KWANTITÀ NETTA

    1.

    Id-dikjarazzjoni tal-kwantità netta m'għandhiex tkun obbligatorja fil-każ ta’ ikel:

    (a)

    li huwa suġġett għal telf konsiderevoli fil-volum jew massa tiegħu u li jinbiegħ bl-għadd jew li jkun intiżen fil-preżenza tax-xerrej;

    (b)

    il-kwantità netta li hi inqas minn 5 g jew 5ml; iżda, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal ħwawar u ħxejjex aromatiċi; jew

    (c)

    normalment mibjugħ bl-għadd, dment li n-numru ta’ oġġetti jista' jidher b'mod ċar u jingħadd faċilment min-naħa ta’ barra jew, jekk le, huwa indikat fuq il-tikkettar.

    2.

    Fejn l-indikazzjoni ta’ ċertu tip ta’ kwantità (bħall-kwantità nominali, il-kwantità minima, il-kwantità medja) hi meħtieġa mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew, fejn dawn ma jeżistux, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali, din il-kwantità għandha titqies bħala l-kwantità netta għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

    3.

    Fejn oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ oġġetti jew aktar ippakkjati bil-lest li fihom l-istess kwantità tal-istess prodott, il-kwantità netta għandha tiġi indikata billi tissemma l-kwantità netta li hemm f’kull pakkett individwali u n-numru totali ta’ dawk il-pakketti. Madankollu, l-indikazzjoni ta’ dawk id-dettalji m'għandhiex tkun obbligatorja fejn in-numru totali ta’ pakketti individwali jista' jidher sew u jingħadd faċilment minn barra u fejn talanqas tidher sew minn barra indikazzjoni waħda tal-kwantità netta li hemm f’kull pakkett individwali.

    4.

    Fejn oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ pakkett individwali jew aktar li mhumiex meqjusa bħala unitajiet għall-bejgħ, il-kwantità netta għandha tingħata billi tiġi indikata l-kwantità netta totali u n-numru totali ta’ pakketti individwali.

    5.

    Fejn ikel solidu jiġi ppreżentat f’forma likwida, il-piż nett tal-ikel imsoffi mil-likwidu għandu jiġi indikat ukoll. Fejn l-ikel ikun ġie miksi, il-piż nett iddikjarat tal-ikel għandu jkun mingħajr il-kisi.

    Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-forma likwida” għandha tfisser il-prodotti li ġejjin, possibbilment f’taħlitiet u anki meta ffriżati jew iffriżati malajr, dment li l-likwidu ikun biss żieda mal-elementi essenzjali ta’ dik il-preparazzjoni u għalhekk mhux fattur deċiżiv għax-xiri: ilma, taħlitiet ta’ melħ fl-ilma, salmura, taħlitiet ta’ ilma ta’ aċidi fl-ikel, ħall, taħlitiet fl-ilma taz-zokkor, taħlitiet fl-ilma ta’ sustanzi oħra ħelwin, ġulepp tal-froxx jew tal-ħaxix fil-każ ta’ frott jew ħxejjex.


    ANNESS X

    DATA TA' DURABBILTÀ MINIMA U DATA ‘UŻA SA’

    1.

    Id-data tad-durabbiltà minima għandha tiġi indikata kif ġej:

    (a)

    Id-data tkun ippreċeduta bil-kliem:

    ‘Uża qabel …’ fejn id-data tinkludi indikazzjoni tal-ġurnata;

    ‘Uża qabel l-aħħar ta' …’ fil-każijiet l-oħra.

    (b)

    Il-kelmiet imsemmija fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom:

    jew id-data nnifisha; jew

    referenza dwar fejn id-data hija mogħtija fit-tikketta.

    Jekk ikun hemm bżonn, dawn id-dettalji għandhom ikunu segwiti b'deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħażna li għandhom ikunu osservati jekk il-prodott għandu jżomm għall-perijodu speċifikat.

    (c)

    Id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista' jkun, is-sena, f'dik l-ordni u f'forma mhux kodifikata.

    Iżda, fil-każ tal-ikel:

    li ma jżommx għal aktar minn tliet xhur, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tal-ġurnata u x-xahar;

    li jżomm għal aktar minn tliet xhur iżda mhux għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tax-xahar u tas-sena;

    li jżomm għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tas-sena.

    (d)

    Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jimponu tipi oħra ta’ indikazzjoni tad-data m'għandhiex tkun meħtieġa indikazzjoni tad-data tad-durabbiltà minima għal:

    frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, ma tqattgħetx jew ġiet trattatta b'mod simili; din id-deroga m'għandhiex tapplika għal żerriegħa li qed tirmi u prodotti simili bħal ħaxix li qiegħed jinbet;

    inbid, inbejjed tal-likur, inbejjed bil-gass, inbejjed aromatizzati u prodotti simili miksuba mill-frott minbarra l-għeneb, u xorb li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 2206 00 miksuba mill-għeneb jew mill-most tal-għeneb;

    xarbiet li fihom 10 % jew aktar b'volum ta’ alkoħol;

    oġġetti magħmula mill-furnara jew mill-kokijiet tal-pasti li, minħabba n-natura tal-kontenut tagħhom, normalment jiġu kkunsmati fi żmien 24 siegħa mindu jinħadmu;

    ħall tal-inbid;

    melħ tat-tisjir;

    zokkor solidu;

    prodotti tal-pasti magħmula kważi esklużivament minn zokkor bl-aromatizzanti u/jew ikkulurit;

    chewing gums u prodotti simili li tomgħodhom.

    2.

    Id-data ‘uża sa ’ għandha tiġi indikata kif ġej:

    (a)

    Din għandu jkollha qabilha l-kelmiet ‘uża sa …’;

    (b)

    Il-kelmiet fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom:

    jew id-data nnifisha; jew

    referenza dwar fejn id-data hija mogħtija fit-tikketta.

    Dawk id-dettalji għandu jkollhom magħhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet dwar il-ħżin li jridu jiġu osservati.

    (c)

    Id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista' jkun, is-sena, f'dik l-ordni u f'forma mhux kodifikata.


    ANNESS XI

    TIPI TA' LAĦAM LI GĦALIHOM HI OBBLIGATORJA L-INDIKAZZJONI TAL-PAJJIŻ TA' ORIĠINI JEW TAL-POST TA' PROVENJENZA

    Kodiċi NM

    (Nomenklatura Magħquda 2010)

    Deskrizzjoni

    0203

    Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat

    0204

    Laħam tan-nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat

    Ex02 07

    Laħam tat-tjur tal-intestatura 0105, frisk, imkessaħ jew iffriżat


    ANNESS XII

    QAWWA ALKOĦOLIKA

    Il-qawwa alkoħolika proprja bil-volum ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol għandha tiġi indikata permezz ta’ numru sa mhux iktar minn post wieħed deċimali. Dan għandu jkun segwit bis-simbolu “% vol.” u jista’ jkun preċedut mill-kelma “alkoħol” jew l-abbrevjazzjoni alk.

    Il-qawwa alkoħolika għandha tiġi determinata f’temperatura ta’ 20 °C.

    It-tolleranzi pożittivi u negattivi permessi fir-rigward tal-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika bil-volum u espressi f’valuri assoluti għandhom jidhru kif elenkati fit-tabella li ġejja. Dawn għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi li joħorġu mill-metodu ta’ analiżi użat biex tiġi determinata l-qawwa alkoħolika.

    Deskrizzjoni tax-xorb

    Tolleranza pożittiva jew negattiva

    1.

    Birer tal-kodiċi NM 2203 00 li jkollhom qawwa alkoħolika li ma taqbiżx il-5,5 % tal-vol.; xarbiet mingħajr gass tal-kodiċi NM 2206 00 miksuba mill-għeneb;

    0,5 % vol.

    2.

    Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li taqbeż il-5,5 % vol.; xarbiet gassużi li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2206 00 magħmulin mill-għeneb, is-sajder, perries, inbejjed tal-frott u oħrajn ta’ din ix-xorta, magħmulin mill-frott minbarra mill-għeneb, sew jekk ikun semi-gassużi jew gassużi; mead;

    1 % vol.

    3.

    Xarbiet li fihom frott immaċerat jew partijiet ta’ pjanti;

    1,5 % vol.

    4.

    Kull xorb ieħor li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol;

    0,3 % vol.


    ANNESS XIII

    KONSUM REFERENZJALI

    PARTI A —   KONSUM REFERENZJALI TA’ VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

    1.   Vitamini u minerali li jistgħu jiġu ddikjarati u l-valuri ta' referenza għan-nutrijenti tagħhom (NRVs)

    Vitamina A (μg)

    800

    Vitamina D (μg)

    5

    Vitamina E (mg)

    12

    Vitamina K (μg)

    75

    Vitamina C (mg)

    80

    Tiamina (mg)

    1,1

    Riboflavina (mg)

    1,4

    Niaċina (mg)

    16

    Vitamin B6 (mg)

    1,4

    Aċidu Foliku (μg)

    200

    Vitamin B12 (μg)

    2,5

    Biotin (μg)

    50

    Aċidu Pantoteniku (mg)

    6

    Potassju (mg)

    2 000

    Kloridu (mg)

    800

    Kalċju (mg)

    800

    Fosfru (mg)

    700

    Manjesju (mg)

    375

    Kalċju (mg)

    14

    Żingu (mg)

    10

    Ram (mg)

    1

    Manganis (mg)

    2

    Floridu (mg)

    3,5

    Selenju (μg)

    55

    Kromju (μg)

    40

    Molibdenum (μg)

    50

    Jodju (μg)

    150

    2.   Ammont sinifikanti ta’ vitamini u minerali

    Bħala regola, il-valuri li ġejjin għandhom jitqiesu meta jkun qed jiġi deċiż x'jikkostitwixxi ammont sinifikanti:

    15 % tal-valuri ta' referenza tan-nutrijent speċifikati fil-punt 1 fornuti b'100 g jew 100ml fil-każ ta' prodotti li mhumiex xarbiet; jew

    7.5 % tal-valuri ta' referenza tan-nutrijent speċifikati fil-punt 1 fornuti b'100ml fil-każ ta' xarbiet; jew

    15 % tal-valuri ta' referenza tan-nutrijent speċifikati fil-punt 1 għal kull porzjon jekk il-pakkett ikun fih porzjon wieħed biss.

    PARTI B —   KONSUM REFERENZJALI TA’ ENERĠIJA U NUTRIJENTI MAGĦŻULA MINBARRA VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

    Enerġija jew nutrijent

    Konsum referenzjali

    Enerġija

    8 400 kJ (2 000 kcal)

    Xaħam totali

    70 g

    Saturati

    20 g

    Karboidrati

    260 g

    Zokkor

    90 g

    Melħ

    6 g


    ANNESS XIV

    FATTURI TA' KONVERŻJONI

    FATTURI TA' KONVERŻJONI GĦALL-KALKOLU TAL-ENERĠIJA

    Il-valur enerġetiku li għandu jiġi ddikjarat għandu jkun ikkalkolat bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni li ġejjin:

    karboidrati (ħlief polioli)

    4 kcal/g — 17 kJ/g

    polioli

    2.4 kcal/g — 10 kJ/g

    proteini

    4 kcal/g — 17 kJ/g

    xaħam

    9 kcal/g — 37 kJ/g

    salatrimi

    6 kcal/g — 25 kJ/g

    alkoħol (etanol)

    7 kcal/g — 29 kJ/g

    aċidu organiku

    3 kcal/g — 13 kJ/g

    fibra alimentari

    2 kcal/g — 8 kJ/g

    eritritol

    0 kcal/g — 0 kJ/g


    ANNESS XV

    ESPRESSJONI U PREŻENTAZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

    L-unitajiet ta' kejl li għandhom jintużaw fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-enerġija (kilojoules (kJ) u kilokaloriji (kcal)) u massa (grammi (g), milligrammi (mg), u mikrogrammi (μg)) u l-ordni ta' preżentazzjoni tal-informazzjoni, kif ikun il-każ, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    enerġija

    Kj u kcal

    xaħam

    g

    li minnhom

     

    saturati

    g

    xaħmijiet trans;

    g

    monoinsaturati

    g

    poli-insaturati

    g

    karboidrati

    g

    li minnhom

     

    zokkor

    g

    polioli

    g

    lamtu

    g

    fibra alimentari

    g

    proteini

    g

    melħ

    g

    vitamini u minerali

    l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII


    DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

    I.   INTRODUZZJONI

    1.

    Fl-1 ta' Frar 2008, abbażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – it-Trattat), il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (1). Il-proċedura leġislattiva ordinarja hija applikabbli.

    2.

    Filwaqt li aġixxa f'konformità mal-Artikolu 294(3) tat-Trattat, il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) fis-16 ta' Ġunju 2010, u approva 247 emenda għall-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

    Skont l-Artikolu 114(1) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-opinjoni tiegħu fit-18 ta' Settembru 2008 (3)

    3.

    Skont l-Artikolu 294(5) tat-Trattat, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari permezz ta' maġġoranza kwalifikata fil-21 ta' Frar 2011.

    II.   OBJETTIV

    1.

    L-objettiv ewlieni tal-abbozz ta' Regolament dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi huwa li jaġġorna u jirrazzjonalizza d-dispożizzjonijiet leġislattivi tal-Unjoni Ewropea applikabbli għat-tikkettjar tal-ikel u, b'mod partikolati, it-tikettar dwar in-nutrizzjoni. L-abbozz ta' Regolament jgħaqqad f'Regolament uniku biċċiet differenti ta' leġislazzjoni, bħad-Direttivi 2000/13/KE (4) u 90/496/KEE (5) filwaqt li jintroduċi innovazzjoni kbira: id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha ssir obbligatorja.

    2.

    L-għan tal-abbozz ta' Regolament huwa li jsegwi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u l-interessi tal-konsumaturi billi jipprovdi mezzi li bihom il-konsumaturi finali jagħmlu għażliet infurmati u użu sigur tal-ikel, b'kont meħud tad-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi u l-ħtiġijiet tagħhom għall-informazzjoni.

    3.

    L-abbozz ta' Regolament għandu l-għan ukoll li jiġi żgurat it-tħaddim bla xkiel tas-suq intern, li jinkiseb il-moviment ħieles fl-Unjoni ta' ikel prodott u kkumerċjalizzat legalment, billi jittieħed kont, fejn adegwat, tal-bżonn li jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-produtturi u biex tiġi promossa l-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità.

    III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI

    A)    Il-proposta tal-Kummissjoni

    Fil-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, il-Kunsill introduċa għadd ta' bidliet għall-proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikolari dwar:

    a)

    il-kamp ta' applikazzjoni tal-abbozz ta' Regolament (l-Artikolu 1(3)): il-Kunsill speċifika espliċitament li l-abbozz ta' Regolament japplika għall-attivitajiet tal-operaturi tan-negozju tal-ikel. Dan ikopri emendi 6, 39 (il-ħames parti) u 305 (parzjalment);

    b)

    imitazzjoni tal-ikel (l-Artikolu 7(1)(d) u l-Anness VI): il-Kunsill introduċa dispożizzjonijiet bil-għan li jipprevjenu li l-informazzjoni dwar l-ikel tqarraq bil-konsumatur billi tissuġġerixxi l-preżenza ta' ikel partikolari jew ta' ingredjent għalkemm fir-realtà l-ikel ikun ikel li fih komponent preżenti b'mod naturali jew ingredjent normalment użat ikun ġie ssostitwit b'komponent differenti jew ingredjent differenti. Barra minn hekk, il-Kunsill jeħtieġ it-tikkettjar tal-komponent jew l-ingredjent użat għas-sostituzzjoni. Dan ikopri l-ispirtu ta' emendi 77, 78 u 230, b'eċċezzjoni waħda: il-Kunsill iqis li l-indikazzjoni ċara tal-komponent jew l-ingredjent użat għas-sostituzzjoni flimkien mal-isem tal-ikel jagħti l-informazzjoni rilevanti lill-konsumaturi;

    c)

    l-isem fuq it-tikketta (l-Artikolu 9(1)(h)): il-Kunsill ikkjarifika li huwa obbligatorju li jissemma fuq it-tikkettar l-isem u l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-ikel responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel; ismijiet u indirizzi addizzjonali jistgħu jiġu inklużi fuq bażi volontarja sabiex jidentifikaw operaturi tan-negozju tal-ikel oħrajn involuti fil-proċess ta' produzzjoni tal-ikel.

    d)

    bejgħ mill-bogħod (l-Artikolu 14): huwa meħtieġ li għall-ikel ippakkjat bil-lest, l-informazzjoni obbligatorja kollha dwar l-ikel, minbarra d-data ta' durabbiltà minima jew id-data tal-iskadenza, tingħata qabel ma jkun konkluż ix-xiri; fi kwalunkwe każ, id-detallji obbligatorji kollha għandhom jiġu pprovduti fil-mument tal-kunsinna; l-emendi 20, 118 u 119 huma għalhekk koperti.

    e)

    xorb alkoħoliku (l-Artikoli 16(4)): il-Kunsill stabbilixxa f'aktar dettall l-objettivi tar-rapport dwar l-eżenzjoni tax-xorb alkoħoliku li ser jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tal-abbozz ta' Regolament.

    f)

    pajjiż tal-oriġini jew post ta' provenjenza (l-Artikolu 25): it-tikkettar tal-pajjiż tal-oriġini jew post ta' provenjenza huwa obbligatorju:

    a)

    fejn in-nuqqas ta' kwalunkwe indikazzjoni tista' tqarraq bil-konsumatur;

    b)

    għal-laħam tal-majjal, ngħaġ, mogħoż u tjur, flimkien ma' prodotti li għalihom huwa diġà obbligatorju permezz tal-leġislazzjoni vertikali, għandu jiġi ppreżentat rapport mill-Kummissjoni fi żmien 5 snin mid-data tal-applikazzjoni tat-tikkettar obbligatorju.

    Għal prodotti oħra (tipi oħra ta' laħam, ħalib, ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib; laħam użat bħala ingredjent; ikel mhux ipproċessat; ingredjenti li jirrappreżentaw aktar minn 50% ta' prodott tal-ikel), il-Kummissjoni hija meħtieġa tippreżenta rapport fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament biex jiġu valutati l-fattibbiltà, l-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż inklużi l-aspetti legali fir-rigward tas-suq intern u l-konsegwenzi għall-kummerċ internazzjonali tal-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal dawn il-prodotti. Il-Kunsill jeħtieġ ukoll indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju jekk ma jkunx l-istess bħall-oriġini tal-prodott tal-ikel (jew għall-inqas indikazzjoni li l-oriġini mhijiex l-istess).

    g)

    dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni (l-Artikoli 29, 33): l-elementi tad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni huma enerġija, xaħam, saturati, karboidrati, zokkor, proteini u melħ; jistgħu jiġu supplimentati volontarjament mill-elelment definit fl-Artikolu 29(2); dawn l-elementi kollha għandhom jiġu ppreżentati fl-istess parti viżiva (fuq quddiem tal-pakkett jew x'imkien ieħor). Barra minn hekk, parti mill-informazzjoni tista' tiġi ripetuta fi kwalunkwe parti fejn tidher (fuq quddiem tal-pakkett jew x'imkien ieħor). Dan huwa konformi ma' emenda 298.

    h)

    L-espressjoni “għal kull 100g jew għal kull 100ml” (l-Artikoli 31, 32): fil-pożizzjoni tal-Kunsill, l-espressjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml, li permezz tagħha jista' jsir tqabbil bejn prodotti simili, hija obbligatorja fil-każijiet kollha. L-espressjoni “għal kull porzjon” hija permessa flimkien mal-espressjoni ta' hawn fuq. Dan ikopri emenda 32 (l-ewwel parti).

    i)

    ikel mhux ippakkjat bil-lest (l-Artikolu 42): bħala prinċipju, għal ikel mhux ippakkjat bil-lest, l-informazzjoni dwar allerġeni biss hija obbligatorja. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, fil-livell nazzjonali, jistabbilixxu li d-dettalji l-oħra elenkati fl-Artikolu 9 jew l-Anness III huma obbligatorji. Jistgħu jiddeterminaw ukoll il-mezzi u l-forom li fihom għandha tkun disponibbli l-informazzjoni. Dan huwa konformi ma' emendi 7, 34, 37, 39 (ir-raba' parti), 93, 127, 136, 184 (l-ewwel parti), 185, 220.

    j)

    forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni (l-Artikolu 34): f'konformità mal-emendi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill ħassar ukoll il-Kapitlu tal-proposta tal-Kummissjoni dwar “skemi nazzjonali”. Madankollu, il-ħsieb tal-Kunsill kien li jippermettu li l-operaturi tan-negozju tal-ikel jagħmlu użu minn forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni, soġġett għall-ħarsien tar-rekwiżiti legali. Il-Kunsill iffissa qafas minimu fil-livell tal-Unjoni Ewropea għal forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni. Dan huwa konformi ma' emendi 59, 155, 156, 170 (it-tielet parti) u 301.

    k)

    allinjament mat-Trattat: il-bażi legali ġiet allinjata mat-Trattat; barra minn hekk, it-terminoloġija ġiet adattata u regoli ġodda dwar is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni biex timplimenta r-Regolament iddaħħlu fit-test. Dan huwa konformi ma' emendi tal-Parlament Ewropew 82, 105, 138, 188, 329, 330, 331, 333, 336, 337, 340 (parzjalment), 346, 347, 348, 349.

    l)

    miżuri transizzjonali għall-miżuri ta' implimentazzjoni jew atti delegati (l-Artikolu 45): l-abbozz ta' Regolament jistabbilixxi li miżuri adottati mill-Kummissjoni għandhom jinkludu perijodu transizzjonali biex jitħallew jintużaw il-ħażniet tal-ikel ittikkettjat; dan ikopri, fil-prinċipju, l-emenda 69;

    m)

    il-kamp ta' applikazzjoni tal-abbozz ta' Regolament (l-Artikolu 55): l-abbozz ta' Regolament għandu japplika tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu minbarra f'dak li jikkonċerna l-Artikoli 29 sa 34, li għandhom japplikaw 5 snin wara d-dħul fis-seħħ; madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista' tiġi antiċipata: fuq bażi volontarja, l-operatur tan-negozju tal-ikel jista' japplika l-Artikoli 29 sa 34 tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (l-Artikolu 54(3)).

    B)    L-emendi tal-Parlament Ewropew

    a)   L-emendi inkorporati

    Il-Kunsill inkorpora 75 mill-emendi tal-Parlament Ewropew fil-Pożizzjoni tiegħu.

    Il-Kunsill adotta l-emendi li ġejjin fl-intier tagħhom:

    59, 301 (tħassir tal-kapitlu dwar l-iskemi nazzjonali), 57, 58 (simplifikazzjoni tad-definizzjoni ta' “ingredjent primarju”), 76 (grad materjali), 82 (allinjament mat-Trattament ta' Lisbona), 83 (prattiki li jqarrqu), 103 (kompetenza li titbiddel il-lista tad-dettalji), 149 (simplifikazzjoni), 184, (l-ewwel parti), 185 (ikel mhux ippakkjat bil-lest), 217 (ikel eżenti mid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni), 243 (lista ta' vitamini), 105, 138, 188, 329, 330, 331, 333, 336, 337, 346, 347, 348, 349 (setgħat ta' implimentazzjoni u atti delegati).

    L-emendi li ġejjin ġew aċċettati parzjalment:

    17, 332, 340 (setgħat ta' implimentazzjoni u atti delegati) 88, 89 (responsabbiltà), 118, 119 (bejgħ mill-bogħod), 155 (forom ta' espressjoni u preżentazzjoni), 300 (skemi nazzjonali), 322 (Anness I).

    L-emendi li ġejjin kienu aċċettati fil-prinċipju:

    6, 305 (parzjalment) (kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament), 7, 34, 37, 39 (ir-raba' u l-ħames partijiet), 93, 127, 136, 285 (ikel mhux ippakkjat bil-lest), 14, 84, 86, 326 (responsabbiltà), 20, 118, 119 (bejgħ mill-bogħod) 31 (l-istess parti viżiva), 32 (l-ewwel parti) (espressjoni tal-kwantitajiet), 40 (ikel minn pajjiżi terzi), 69 (miżuri transizzjonali), 77, 78, 230 (imitazzjoni tal-ikel), 130 (’nanos’), 134 (enżimi), 156, 160, 165 (forom ta' espressjoni jew preżentazzjoni), 170 (l-ewwel parti) (informazzjoni volontarja), 170 (it-tielet parti) (forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni), 178 (moviment ħieles tal-prodotti), 194 (dħul fis-seħħ tal-Artikoli 29 sa 34), 202, 203, 204, 245, 255 (Annessi), 298 (ripetizzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni).

    b)   Emendi koperti mill-Proposta tal-Kummissjoni

    Hemm għadd ta' emendi li l-Kunsill ma integrax espressivament fit-test tiegħu għax ikkunsidra li kienu diġà koperti mill-proposta tal-Kummissjoni f'partijiet mhux mibdula mill-Kunsill. Madankollu, il-Kunsill jaqbel mal-prinċipji wara l-emendi 71, 72, 142 (parzjalment), (kategoriji ta' informazzjoni), 98, 99 (kondizzjonijiet tal-ħżin), 114, 122 (rekwiżiti tal-lingwa), 115, 265, 276, 293 (żgwidar tal-konsumatur), 116, 224 (parzjalment) (leġibbiltà), 209 (frott u ħaxix), 211 (ilma minerali), 215, 216 (addittivi).

    B'kollox, 92 emenda tal-Parlament Ewropew huma f'konformità tal-inqas mal-ispirtu tal-Pożizzjoni tal-Kunsill.

    c)   Emendi mhux aċċettati

    il-Kunsill ma aċċettax l-emendi li ġejjin:

    1)   Objettiv tal-abbozz ta' Regolament

    L-objettivi essenzjali tal-abbozz ta' Regolament jinsabu fil-premessi 1, 2 u 3 tal-Pożizzjoni tal-Kunsill. Iż-żidiet għall-premessa 2 fl-emenda 1 ma tqisux meħtieġa.

    L-Artikolu 1(1) tal-proposta tal-Kummissjoni jiddefinixxi l-objettiv tar-Regolament; ikun inadegwat li jitħassar. Għalhekk l-emenda 38 għalhekk ġiet miċħuda.

    Il-Kunsill qies li l-objettiv tal-abbozz ta' Regolament kien espress korrettament fl-Artikolu 3(1) tal-Pożizzjoni tal-Kunsill. Ma deher li kien hemm l-ebda ħtieġa għal bidla fil-formulazzjoni, għalhekk l-emenda 66 ma ġietx aċċettata.

    L-abbozz ta' Regolament għandu l-għan, essenzjalment, li jipproteġi lill-konsumaturi, iżda m'hemmx l-ebda protezzjoni tal-konsumaturi mingħajr produzzjoni tal-ikel; għalhekk huwa fl-interess tal-konsumaturi li jitqiesu wkoll l-interessi tal-produttur kif ukoll il-kwalità tal-prodotti. Għalhekk, l-emenda 68 għalhekk ġiet miċħuda.

    2)   Kampanji ta' edukazzjoni u informazzjoni

    L-emendi 4 u 5 jintroduċu referenzi fil-premessi ta' dan l-abbozz ta' Regolament tal-Unjoni Ewropea għall-kampanji ta' edukazzjoni u informazzjoni, li madankollu huma strumenti fil-livell nazzjonali; barra minn hekk, ma hemm xejn li jikkorrespondi għal dawn il-premessi fid-dispożizzjonijiet tat-test legali. Dawn l-emendi ġew miċħuda.

    3)   Żgwidar tal-konsumatur

    Il-projbizzjoni tal-attribuzzjoni ta' karatteristiċi mediċinali għall-ikel fil-premessa 20 tal-Pożizzjoni tal-Kunsill kienet aktar importanti għall-Kunsill mill-kontenut tal-verżjoni tal-Parlament Ewropew. Għalhekk l-emenda 12 ġiet miċħuda.

    Rekwiżiti djetetiċi speċjali: il-projbizzjoni prevista mill-Parlament Ewropew f'emenda 81 tiegħu hija diġà kopeta mid-Direttiva 2009/39/KE (6) dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari.

    4)   Dikjarazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa

    Dikjarazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa huma rregolati bir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (7) dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel. Kwalunkwe duplikazzjoni bejn dan l-abbozz ta' Regolament u r-Regolament dwar id-dikjarazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa għandha tiġi evitata. B'hekk, ir-referenza introdotta fil-premessa mill-emenda 13 tqieset inadegwata.

    L-enfasi fuq in-nuqqas jew it-tnaqqis fil-kwantità ta' nutrijent tista' tkun f'żona griża fid-distinzjoni bejn informazzjoni u dikjarazzjoni; kwalunkwe duplikazzjoni bejn dan l-abbozz ta' Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għandha tiġi evitata. L-emendi 79, 80 ġew miċħuda.

    5)   Teknoloġiji ġodda

    L-emenda 16 tintroduċi premessa ġdida li tiddeskrivi modi alternattivi biex il-konsumaturi jiksbu informazzjoni minn sorsi oħra minbarra t-tikketti tal-ikel bħall-internet. Il-premessa hija purament deskrittiva u ma hemm l-ebda referenza korrispondenti fit-test.

    6)   Allerġeni

    Fir-rigward ta' sustanzi li jikkawżaw l-allerġiji, l-emenda 18 tintroduċi fi premessa rekwiżit (biex jiġu indikati t-traċċi tas-sustanza) li għalih ma hemm l-ebda referenza korrispondenti fil-kontenut tat-test.

    Skont l-emenda 135, il-potenzjal għal allerġija jew intolleranza għandu jkun immedjatament rikonoxxibbli mir-referenzi għall-allerġeni fil-lista tal-ingredjenti. Il-Kunsill iqis li indikazzjoni tal-isem ta' prodott li jista' jikkawża allerġija jew intolleranza hija informazzjoni ċara biżżejjed għall-konsumatur.

    7)   Politika dwar is-saħħa pubblika

    Premessa fir-Regolament tal-Unjoni Ewropea ma tidhirx li hija kuntest adegwat biex fih jiġi indikat lill-Istati Membri kif imexxu l-politika tagħhom dwar is-saħħa pubblika, li hija kompetenza nazzjonali; għalhekk l-emenda 26 ġiet miċħuda.

    8)   Leġislazzjoni nazzjonali

    L-Artikolu 37 tal-Pożizzjoni tal-Kunsill tistipula li miżuri nazzjonali ma jistgħux joħolqu xkiel għall-moviment ħieles tal-prodotti. Għalhekk l-emenda 35 hija superfluwa.

    9)   Definizzjonijiet

    Il-Kunsill iqis li d-definizzjoni tal-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel hija essenzjali fil-kuntest tal-abbozz ta' Regolament u ma għandhiex titħassar; l-emenda 44 ġiet miċħuda.

    Id-definizzjoni ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel tiċċara t-tifsira tat-test legali u ma għandhiex titħassar; l-emenda 45 ġiet miċħuda.

    Id-definizzjoni ta' ikel ippakkjat bil-lest proposta mill-Kummissjoni, li tirreferi għall-ippakkjar u li tispċeifika li l-ikel jitqiegħed fil-pakkett qabel ma jinbiegħ, hija aktar kompluta u preċiża mill-verżjoni proposta mill-emenda 47; din l-emenda ġiet miċħuda.

    Id-definizzjoni ta' “ikel mhux ippakkjat bil-lest” hija superfluwa u tkun kontroproduttiva peress li l-“ikel mhux ippakkjat bil-lest” huwa l-ikel kollu li mhux ippakkjat bil-lest u hemm definizzjoni ta' ikel ippakkjat bil-lest; barra minn hekk l-għoti ta' definizzjoni ta' ikel mhux ippakkjat bil-lest jiftaħ il-posibbiltà li jkun hemm ikel li la kien ippakkjat u lanqas mhux ippakkjat u dan iwassal inevitabbilment għal inċertezza legali; għalhekk l-emenda 48 ġiet miċħuda.

    Il-kunċett ta' prodott tal-ikel artiġjanali ma jintużax fil-Pożizzjoni tal-Kunsill; id-definizzjoni hija għalhekk superfluwa; l-emenda 292 ġiet miċħuda.

    Fid-definizzjoni ta' “ingredjent”, is-sentenza “r-residwi m’għandhomx jitqiesu bħala ingredjenti” żżid iċ-ċarezza u ċ-ċertezza; din ma għandhiex titħassar; l-emenda 49 ġiet miċħuda.

    Id-definizzjoni ta' “parti viżiva” fil-proposta tal-Kummissjoni tqieset aktar preċiża; l-emenda 52 ġiet miċħuda.

    Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, il-Kunsill ipprefera li jżomm il-proposta tal-Kummissjoni għal definizzjoni ta' “isem legali” fit-test legali u għalhekk ċaħad l-emendi 54 u 129.

    Il-Kunsill issimplifika d-definizzjoni ta' “ingredjent primarju”, u ħassar id-definizzjonijiet ta' ingredjenti sinifikanti u karatterizzanti, iżda żamm id-definizzjoni ta' ingredjent primarju fit-test legali kif tintuża f'waħda mid-dispożizzjonijiet; l-emenda 56 ġiet miċħuda.

    Il-Kunsill iqis il-kunċett ta' “prodott b'ingredjent uniku” ċar biżżejjed mingħajr l-ebda ħtieġa għal definizzjoni; l-emenda 350 ma ġietx aċċettata.

    Il-Kunsill għażel li ma jinkludix fit-test definizzjoni ta' “imitazzjoni tal-ikel”, sabiex jevita r-riskju li jeskludi mid-definizzjoni, il-każijiet li ma setgħux jitqiesu bħala “ikel imitat” u li għandhom jiġu koperti mill-istess reġim; l-emenda 63 ma ġietx aċċettata.

    10)   Ikel mhux ippakkjat bil-lest

    Il-Kunsill żamm l-ikel mhux ippakkjat bil-lest fil-kamp ta' applikazzjoni tal-abbozz ta' Regolament, kopert mill-Artikolu 41. Bħala konsegwenza, l-emendi 39 (it-tieni u t-tielet partijiet), 109 ġew miċħuda.

    Fil-prinċipju, ma hemm bżonn tal-ebda informazzjoni dwar ikel mhux ippakkjat bil-lest ħlief għall-allerġeni. Ikel mhux ippakkjat bil-lest ġeneralment ma jaqsamx il-fruntieri. Għalhekk huwa loġiku li l-Istati Membri jingħataw il-kompetenza li jirrikjedu, fil-livell nazzjonali, l-għoti ta' aktar informazzjoni skont il-konsiderazzjonijiet djetetiċi nazzjonali u l-prijoritajiet tagħhom dwar is-saħħa pubblika. Għalhekk l-emendi 6, 184 (it-tieni parti) ġew miċħuda.

    11)   Data tal-manifattura

    Il-Kunsill iddiskuta d-“data tal-manifattura” inġenerali. Din tkun informazzjoni supplimentari li għandha tingħata mill-operatur tan-negozju tal-ikel, u b'hekk tirrappreżenta piż żejjed fuq l-operaturi tan-negozju. Għalhekk, qabel ma tintalab, il-ħtieġa u l-użu tagħha iridu jiġu kkunsidrati bir-reqqa. Għal dik ir-raġuni, l-emendi 62, 97, 140 ġew miċħuda.

    12)   Oriġini tal-ikel

    Wieħed mill-prinċipji abbażi tar-regoli dwar l-oriġini fil-Pożizzjoni tal-Kunsill huwa li l-konsumatur ma jiġix żgwidat. Id-dispożizzjoni mħassra mill-emenda 172 tal-Parlament Ewropew għandha l-għan li ma tħallix li l-konsumatur jiġi żgwidat. Konsegwentement, l-emenda 172 u 173 wkoll ġew miċħuda.

    Il-Parlament Ewropew ippropona emendi li jeħtieġu dikjarazzjoni immedjata tal-oriġini għal ikel bħal-laħam, prodotti tal-ħalib, frott u ħaxix frisk, prodotti oħrajn b'ingredjent wieħed u laħam u ħut meta jintużaw bħala ingredjenti f'ikel ipproċessat. Fil-Pożizzjoni tal-Kunsill, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza hija wkoll meħtieġa għal-laħam tal-majjal, in-ngħaġ, il-mogħoż u t-tjur. Madankollu, għal prodotti oħra (tipi oħra ta' laħam, ħalib, ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib; laħam użat bħala ingredjent; ikel mhux ipproċessat; ingredjenti li jirrppreżentaw aktar minn 50% ta' prodott tal-ikel), il-Kunsill ippreveda rapport minn qabel mill-Kummissjoni biex jafferma l-fattibbiltà tal-indikazzjoni tal-oriġini. Għal dik ir-raġuni, il-Kunsill ma setax jaċċetta l-emendi 101, 309, 328.

    L-emenda 24 ġiet miċħuda peress li l-Unjoni Ewropea bħala referenza għall-provenjenza tal-ikel ma dehritx li kienet kwistjoni li kellha tiġi ttrattata fil-livell tar-Regolament. Din x'aktarx tkun wieħed mill-elementi li għandhom jiġu valutati mir-rapporti tal-Kummissjoni u, jekk meħtieġ, jiġu stabbiliti sussegwentement permezz ta' miżuri implimentattivi.

    Fir-rigward tal-emenda 50, il-Kunsill ipprefera li jżomm il-kamp ta' applikazzjoni usa' tad-definizzjoni ta' “post ta' provenjenza” prevista fil-proposta tal-Kummissjoni. Din l-emenda ġiet miċħuda.

    Fir-rigward tal-emenda 177, il-Kunsill ma kellu l-ebda intenzjoni li jirrestrinġi l-kunċett ta' “provenjenza”.

    Il-Kunsill żamm il-possibbiltà li l-Istati Membri jadottaw miżuri nazzjonali li jikkonċernaw l-indikazzjoni obbligatorja dwar il-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel fejn ikun hemm rabta ppruvata bejn ċerti kwalitajiet tal-ikel u l-oriġini jew il-provenjenza tiegħu, biex titħares il-kwalità tal-ikel lokali. L-emenda 179 kellha tiġi miċħuda.

    13)   Xorb alkoħoliku

    Il-Kunsill eżenta x-xorb alkoħoliku speċifikament definit mill-għoti ta' kemm il-lista tal-ingredjenti kif ukoll id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fit-totalità tagħhom. Madanakollu, sakemm joħroġ ir-rapport tal-Kummissjoni fi żmien 5 snin biex jeżamina s-sitwazzjoni, l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta volontarjament, u b'mod partikolari fir-rigward tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, il-valuri tal-enerġija jistgħu jingħataw waħidhom għal dan ix-xorb eżentat. Madanakollu, l-enerġija mhix meħtieġa b'mod obbligatorju fil-pożizzjoni tal-Kunsill. Għalhekk, l-Emenda 28 ġiet miċħuda.

    Il-Kunsill intenzjonalment ma eżentax ix-xorb li fih l-alkoħol huwa mħallat mas-soft drinks (komunement imsejħa “alcopops”), li jiġi kkunsmat l-aktar minn żgħażagħ fi kwantitajiet kbar. B'konsegwenza għal dan, il-Kunsill ma setax jaċċetta l-emendi 145, 294, 339. Il-Parlament Ewropew eżenta l-alcopops, iżda min-naħa l-oħra talab premessa għal rekwiżiti aktar stretti għat-tikkettjar tagħhom. Il-Kunsill jikkunsidra li l-applikazzjoni tar-rekwiżiti komuni tipprovdi biżżejjed informazzjoni dwar dan ix-xorb. L-Emenda 21 ġiet miċħuda

    Bħala regola, ix-xorb alkoħoliku hu eżentat mill-għoti tal-lista tal-ingredjenti. Madanakollu, jekk ikunu japplikaw dispożizzjonijiet differenti fil-livell nazzjonali, ma hemm l-ebda raġuni biex ma jinżammux. Il-Kunsill ma setax jaċċetta l-emenda 181.

    14)   Leġibbiltà

    Għall-Kunsill, wieħed mill-elementi essenzjali tal-leġibbiltà huwa d-daqs obbligatorju tat-tipa, ikkompletata permezz tal-kuntrast u kriterji addizzjonali li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati. Għaldaqstant, il-Kunsill stabbilixxa d-daqs tal-ittri għal 1.2mm (l-għoli x) biex test jiġi kkunsidrat leġibbli filwaqt li l-Parlament Ewropew jirreferi għal kriterju suġġettiv (għajnuniet ottiċi). Fl-emendi 19, 113 u 334, il-Parlament Ewropew ma kkunsidra b'mod espliċitu l-ebda kriterju li jista' jitkejjel biex tiġi ddeterminata l-leġibbiltà, u dan ma kienx aċċettabbli għall-Kunsill.

    Il-Parlament Ewropew stabbilixxa lista magħluqa ta' kriterji addizzjonali filwaqt li l-Kunsill ħalla l-lista miftuħa għall-konsiderazzjoni mill-Kummissjoni. Il-Kunsill ma jistax jaċċetta l-emenda 53.

    L-emenda 67 tintroduċi dispożizzjoni ġenerika b'kunċetti vagi, fejn huwa impossibbli li tiġi vverifikata l-konformità magħha.

    Minħabba r-rekwiżit ġenerali dwar id-daqs tat-tipa fil-pożizzjoni tal-Kunsill, l-emenda 111 li tirrikjedi daqs tat-tipa għal ikel speċifiku ssir inutli.

    Il-Kunsill iqis li hu neċessarju li l-Kummissjoni tingħata setgħat biex tadotta r-regoli dettaljati dwar il-kuntrast bejn l-istampar u l-isfond minħabba n-natura teknika ħafna ta' din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, il-Kunsill ma setax jaċċetta l-emenda 112.

    Fir-rigward tal-emenda 117, jekk il-piż fuq l-ambjent ikun kriterju li l-leġislatur għandu jżomm f'moħħu sabiex jillimita l-informazzjoni obbligatorja meħtieġa, dan ma għandux japplika direttament għall-operaturi tan-negozji tal-ikel. Dawn tal-aħħar għandhom jipprovdu informazzjoni obbligatorja, li tkun leġibbli, filwaqt li ma jqisux iż-żieda fid-daqs tal-materjal tal-ippakkjar jew iż-żieda fil-piż fuq l-ambjent. L-emenda 10 ġiet ukoll miċħuda, għax tissuġġerixxi fi premessa li l-piż fuq l-ambjent ikun kriterju għall-istabbiliment ta' informazzjoni obbligatorja ġdida, iżda dan ma jikkorrispondix għad-dispożizzjoni fit-test.

    15)   Kategoriji ta' informazzjoni

    Il-Kunsill iqis li hu importanti li l-konsumaturi jiġu infurmati permezz tat-tikkettjar dwar ir-riskji għas-saħħa li jirriżultaw mill-ikel jew ix-xorb eċċessiv, wara d-data tal-iskadenza, eċċ.; l-emenda 73, li tħassar dik il-possibbiltà, ġiet miċħuda.

    16)   Dettalji obbligatorji

    Kriterji li jistabbilixxu informazzjoni obbligatorja: f'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-ħtieġa tal-konsumaturi għall-informazzjoni hija l-kriterju determinanti biex l-informazzjoni ssir obbligatorja. L-Emenda 75 ġiet miċħuda.

    Ingredjenti: ir-referenza għall-Anness introdotta mill-emenda 94 mhix meħtieġa u tista' toħloq problemi jekk dan ir-Regolament jiġi mmodifikat jew jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti jiġu adottati minn punt differenti ta' leġislazzjoni.

    Kwantità: huwa ċar li “kwantità netta” tfisser il-kwantità tal-ikel meta jitpoġġa fil-pakkett; ma hemmx ħtieġa għal aktar spjegazzjoni; L-emenda 95 ġiet miċħuda.

    Kwantità ta' likwidi: l-emenda 139 tintroduċi referenza għal att legali li ma deherx essenzjali għaċ-ċarezza tat-test.

    Piżijiet u miżuri (l-Artikolu 11): fl-emenda 106, il-Parlament Ewropew jintroduċi r-referenza għal leġislazzjoni speċifika li għandu jkun hemm konformità magħha; din ir-referenza unika tista' tagħti l-impressjoni li l-leġislazzjoni l-oħra kollha taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 11, li jkun messaġġ inkorrett.

    Fejn jitqiegħdu: il-Parlament Ewropew elimina l-għażla li l-informazzjoni titqiegħed fuq tikketta mehmuża mal-pakkett; il-Kunsill kien favur il-flessibbiltà u żamm dik l-għażla; l-emenda 107 ġiet miċħuda.

    17)   Lista tal-ingredjenti - dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

    Eżenzjonijiet mid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni: bl-emenda 30, il-Parlament Ewropew introduċa fi premessa eżempju ieħor ta' ċirkostanzi li fihom l-ikel huwa eżenti mid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni. Il-Kunsill ma ħassx il-ħtieġa li jirrepeti fil-premessa l-każijiet ta' eżenzjoni msemmija fl-Anness V.

    Għall-Kunsill, l-elementi obbligatorji tad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandhom ikunu l-enerġija, ix-xaħam, is-saturati, il-karboidrati, iz-zokkor, il-proteini u l-melħ. Għaldaqstant, il-Kunsill ma setax jaċċetta l-emendi 144, 152, 319.

    Il-Kunsill lanqas ma jista' jaqbel mal-emenda 146 (l-1 parti); il-Kunsill iqis li l-informazzjoni dwar il-kolesterol hija inutli għall-konsumatur u tiżgwidah peress li l-kolesterol ikkunsmat m'għandu l-ebda rabta diretta mal-livelli ta' kolesterol fil-ġisem tal-bniedem.

    Il-Kunsill iqis li jekk il-lista ta' vitamini mhix kompleta, huwa l-Anness XIII li għandu jiġi kkompletat. L-emenda 146 (it-2 parti) ma kinitx aċċettabbli.

    Il-Kunsill jirrikjedi li l-kontenut tad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandu jidher fl-istess parti viżiva tal-pakkett - fuq quddiem jew x'imkien ieħor. Dan jiżgura li l-konsumatur ikollu aċċess immedjat għal informazzjoni kompleta, mhux biss għall-kwalitajiet negattivi u pożittivi tal-ikel. Barra minn hekk, il-Kunsill jippermetti li partijiet speċifiċi tal-informazzjoni jiġu ripetuti volontarjament fi kwalunkwe post fuq il-pakkett. Għaldaqstant, il-Kunsill ma setax jaċċetta l-emendi 161, 313.

    Preżentazzjoni tal-kontenut tal-enerġija: fl-opinjoni tal-Kunsill, il-konsumatur għandu kemm jista' jkun jirċievi l-akbar ammont ta' informazzjoni dwar l-ikel mal-ewwel daqqa t'għajn. Il-konsumatur m'għandux jirċievi informazzjoni parzjali u distorta dwar l-ikel. Għaldaqstant, il-Kunsill ma qabilx mal-idea li l-informazzjoni dwar element wieħed tiġi enfasizzata għad-detriment ta' elementi oħrajn u ċaħad l-emendi 158, 159, 162.

    Il-formulazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-emenda 151 mhix rigoruża u fi kwalunkwe każ teħtieġ li titpoġġa f'kuntest kampanja edukattiva. Min-naħa l-oħra, jekk il-kampanja edukattiva tiġi implimentata korrettament m'għandhiex tkun meħtieġa formulazzjoni daqstant twila fuq kull tikketta.

    Informazzjoni pprovduta fuq bażi volontarja: il-Kunsill iqis li anke meta tiġi pprovduta fuq bażi volontarja, l-informazzjoni għandha tirrispetta r-rekwiżiti legali tat-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV tar-Regolament. Għalhekk, il-Kunsill ma setax jaċċetta t-tħassir tal-Artikolu 35(1) u ċaħad l-emenda 169. L-emenda 170 (it-2 parti) hija diffiċli biex tiġi implimentata u kellha tiġi miċħuda mill-Kunsill: min ikun responsabbli biex l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku?

    Fliexken tal-ħġieġ immarkati b'mod li ma jitħassarx li huma maħsuba għall-użu mill-ġdid: il-Kunsill qies li r-rekwiżiti dwar in-nutrizzjoni huma essenzjali. L-emendi 124 u 223 ġew miċħuda.

    Fir-rigward tad-definizzjoni ta' pakketi żgħar b'rabta mad-dettalji obbligatorji meħtieġa, il-Kunsill ma laqax l-emenda 125 u baqa' konformi mal-Kummissjoni: il-Kunsill jiddefinixxi pakkett żgħir bħala pakkett li l-ikbar wiċċ tiegħu għandu superfiċje ta' inqas minn 10 cm2 u jirrikjedi inqas informazzjoni mill-Parlament Ewropew.

    Fir-rigward tad-definizzjoni ta' pakketti żgħar eżenti mir-rekwiżit tad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, il-Kunsill żamm mal-proposta tal-Kummissjoni: pakkett żgħir huwa pakkett li l-ikbar wiċċ tiegħu għandu superfiċje ta' inqas minn 25 cm2 u lanqas il-valuri tal-enerġija ma huma meħtieġa għal dawn il-pakketti. L-Emenda 219 ġiet miċħuda.

    Kalkolu tal-valuri tal-enerġija u n-nutrijenti: skont l-emenda 340 (l-1 parti), il-valuri ddikjarati għandhom jiġu determinati fi tmiem il-perijodu minimu ta' durabbiltà. Il-Kunsill ma ra l-ebda raġuni biex tali perijodu ta' żmien jiġi speċifikat.

    18)   Rekwiżiti dwar it-tikkettjar f'leġislazzjoni speċifika

    Il-Parlament Ewropew introduċa emendi li jirrikjedu li l-Kummissjoni tippubblika lista bir-rekwiżiti tat-tikkettjar previsti f'leġislazzjoni speċifika tal-Unjoni Ewropea applikabbli għal ikel partikolari. B'kont meħud tal-fatt li hemm bażijiet tad-data disponibbli għall-pubbliku (p.e. fuq l-Internet) li jagħtu l-leġislazzjoni fis-seħħ, il-Kunsill iqis li t-tfassil ta' tali lista, li tkun teħtieġ aġġornament kostanti biex tkun utli, tkun piż addizzjonali li mhux meħtieġ. Il-Kunsill ma setax jaċċetta l-emendi 15, 41.

    Fl-emenda 42, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tikkonferma li r-rekwiżiti speċifiċi huma konformi ma' dan l-abbozz ta' Regolament. Il-Kunsill jista' jagħraf il-valur ta' tali konferma, imma peress li mhux previst impenn baġitarju f'dan l-abbozz ta' Regolament b'dan il-għan, din il-leġislazzjoni mhijiex l-aħjar lok fejn jiġi impost piż addizzjonali fuq il-Kummissjoni. Il-Kunsill ma setax jaċċetta l-emenda 42.

    19)   Isem fuq it-tikketta

    Għall-Kunsill, il-persuna identifikata fuq it-tikketta għandha tkun il-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel. Il-Kunsill qies il-kwistjoni ta' spazju fuq it-tikketti u għaldaqstant ma setax jaċċetta l-emenda 100 u l-lista tagħha ta' persuni li jridu jiġu identifikati.

    20)   L-espressjoni “għal kull porzjon”

    Il-Parlament Ewropew jirrikjedi l-espressjoni “għal kull porzjon” tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni flimkien mal-espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml (l-emenda 313) u għalhekk ħassar l-Artikolu 32(1) tal-proposta tal-Kummissjoni fejn l-espressjoni għal kull porzjon iddaħħlet bħala possibbiltà biss (l-emenda 153). Il-Kunsill jippermetti li l-espressjoni “għal kull porzjon”, biex tikkumplementa l-espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml, l-unika forma ta' espressjoni li tippermetti li jsir tqabbil bejn il-prodotti. Iż-żewġ emendi ġew miċħuda.

    21)   Forom addizzjonali ta' espressjoni u preżentazzjoni

    Il-Kunsill jawtorizza l-użu minn operaturi tan-negozji tal-ikel ta' forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni u jikkunsidra l-emendi 11, 102 wisq restrittivi.

    Il-Kunsill ma setax jilqa' t-tħassir tal-paragrafi (1) sa (3) tal-Artikolu 34 tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-forom ta' preżentazzjoni u għalhekk ċaħad l-emenda 316.

    22)   Derogi għall-mikrointrapriżi

    Il-maġġoranza tal-operaturi tan-negozji tal-ikel li jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq Ewropew huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Jekk il-mikrointrapriżi jkunu eżentati mill-obbligi previsti fl-abbozz ta' Regolament, dan ikun ifisser li proporzjon sinifikanti tal-prodotti fuq is-suq tal-UE jkunu eżentati milli jipprovdu informazzjoni essenzjali. Il-Kunsill ma setax jilqa' l-emendi 104 u 221.

    23)   Setgħat implimentattivi u atti ddelegati

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom opinjonijiet diverġenti dwar id-delegazzjoni tas-setgħat leġislattivi lill-Kummissjoni b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 13(3) (l-emenda 108); l-Artikoli 26(2) u 30(4) (l-emendi 338 u 341 (it-2 parti)); l-Artikolu 29(4) (l-emendi 146, (it-3 parti)); l-Artikolu 35(6) (l-emenda 174).

    24)   Veġetarjaniżmu

    Fir-rigward tal-emenda 175, deher li kien prematur li jiddaħħlu f'test legali żewġ kunċetti li mhumiex definiti fil-livell tal-UE jew fil-livell internazzjonali u li kien hemm wisq inċertezza fir-rigward tagħhom. Il-Kunsill ċaħad din l-emenda.

    25)   Data ta durabbiltà minima u data ta' skadenza

    Il-Parlament Ewropew ippropona definizzjoni ta' data “ta' skadenza” (l-Artikolu 2). Minflok ma introduċa definizzjoni, l-Kunsill ipprefera jżomm l-ispjegazzjoni fl-Artikolu 24 (1). L-Emenda 61 ġiet miċħuda.

    Fil-lista ta' dettalji obbligatorji (l-Artikolu 9), l-ispjegazzjoni introdotta fl-emenda 96 fir-rigward tad-data “ta' skadenza” hi koperta b'mod suffiċjenti mill-Artikolu 25. L-emenda ġiet miċħuda.

    Il-Parlament Ewropew għażel li jittrasferixxi, b'bidliet minuri, it-test tal-kontenut tal-Anness IX għat-test tal-abbozz ta' Regolament. Il-Kunsill qies li ma kien hemm l-ebda vantaġġ f'termini taċ-ċarezza tat-test jekk tiġi segwita dik il-linja. L-emendi 141, 241 tqiesu superfluwi u għaldaqstant ma ġewx aċċettati.

    26)   Partijiet interessati kkonsultati fil-kuntest tal-proċedura ta' notifika dwar il-miżuri nazzjonali

    Il-Parlament Ewropew ippreveda proċedura ta' notifika formali għall-partijiet interessati kollha f'konformità mad-Direttiva 98/34/KE. Il-Kunsill, f'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni, iqis li kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ħtieġa li jiġu kkonsultati l-partijiet interessati għandha tittieħed fuq bażi ta' każ b' każ u b'mod informali. L-emendi 186 u 187 ġew miċħuda.

    27)   Annessi

    L-Iżomaltulożju u d-D-tagatożju: l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għadha ma tatx l-opinjoni tagħha dwar dawn iż-żewġ prodotti; il-Kunsill deherlu li kien prematur li r-riżultati xjentifiċi jiġu antiċipati billi l-prodotti jiġu inklużi diġà fit-test - l-emenda 197 ġiet miċħuda;

    Proteini tal-ħalib: il-formula prevista fil-proposta tal-Kummissjoni tagħti l-valur medju tal-kontenut ta' proteina għall-prodotti kollha; jekk tiġi pprovduta formula differenti għal kull każ speċifiku, il-kalkolu jsir wisq kumpless u diffiċli. Il-Kunsill żamm mal-proposta tal-Kummissjoni u ċaħad l-emenda 198.

    Weraq tad-deheb tal-ikel: definizzjoni mhux neċessarja peress li l-kunċett mhux użat fil-Pożizzjoni tal-Kunsill. L-emenda 199 ma ġietx aċċettata.

    Fuq quddiem tal-pakkett: definizzjoni mhux neċessarja peress li l-kunċett mhux użat fil-Pożizzjoni tal-Kunsill. L-Emenda 200 ma ġietx aċċettata.

    Prodotti tal-laħam minn qatliet speċjali: il-Kunsill ma kellux l-intenzjoni li jadotta tikkettjar speċifiku għal dan il-laħam. L-Emenda 205 ma ġietx aċċettata.

    Ħlewwiet: il-Kunsill ma talabx li l-isem tal-ikel jidher fil-parti viżiva prinċipali; barra minn hekk, il-Kunsill ma qiesx li hu essenzjali li l-ħlewwiet jiġu ttikkettati fil-parti viżiva prinċipali. L-Emenda 317 ġiet miċħuda.

    Fenilalanina huwa t-terminu xjentifikament korrett għas-sustanza li tista' tikkawża problemi ta' saħħa negattivi fil-bnedmin. Il-Kunsill qies li ma kien hemm l-ebda raġuni biex it-terminu użat u mniżżel fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi sostitwit. L-Emenda 206 ġiet miċħuda.

    Tikkettjar tal-addittivi: l-addittivi huma diġà inklużi fil-lista tal-ingredjenti; ir-rekwiżit fl-emenda 275 jirriżulta f'tikkettjar doppju.

    Proteini taċ-ċanga u tal-majjal użati fil-produzzjoni ta' prodotti tat-tiġieġ: għalkemm l-informazzjoni tista' tkun ta' importanza kbira, speċjalment għal persuni li għandhom dieta ddeterminata minn konsiderazzjonijiet reliġjużi, il-Kunsill qies li, peress li ċ-ċanga u l-majjal għandhom jiġu identifikati fil-lista tal-ingredjenti, m'hemm l-ebda ħtieġa għal tikkettjar doppju; l-emenda 207 ġiet miċħuda.

    Ħwawar: il-kunċett tal-ħwawar tant hu wiesa' u vag li jista', pereżempju, jinkludi zlazi għall-insalata, li l-Kunsill ma jixtieqx jeżenta milli jipprovdu d-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni; l-emenda 212 ġiet miċħuda.

    Zokkor, tipi ġodda ta' zokkor u varjetajiet ta' dqiq: il-Kunsill qies li dawn il-prodotti għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti dwar l-ikel; L-emendi 213 u 214 ġew miċħuda.

    L-ippakkjar forma ta' rigal, il pakketti multipli mħallta, l-assortimenti wisq probabbli jkun fihom ikel bin-nutrijenti tas-soltu li, b'rabta magħhom, il-konsumatur irid jiġi infurmat; il-ħlewwiet u figuri taz-zokkor u ċ-ċikkulata m'għandhomx jiġu eżentati għall-istess raġuni li z-zokkor u ċ-ċikkulata mhumiex eżentati; l-emenda 218 ġiet miċħuda.

    Ikel ta' inqas minn 5 g/ml: skont il-Pożizzjoni tal-Kunsill, għall-ikel ippakkjat bil-lest, dan huwa ġeneralment kopert mill-inċiż 18; għall-ikel mhux ippakkjat bil-lest, dan għandu jkun irregolat mill-Istati Membri; l-emenda 222 ġiet miċħuda.

    Iffriżat mill-ġdid, iddefrostjat: iż-żewġ termini jiġu miżjuda ma' dik li hi biss lista ta' eżempji; ma jeħtieġx li jiġu ddikjarati biex jitqiesu inklużi fil-lista; iż-żieda mhix rilevanti; l-emenda 225 ma ġietx aċċettata.

    Oriġini ta' xi annimal differenti jew ilma indikat bl-isem tal-ikel: l-indikazzjoni ta' tali ingredjenti fil-lista tal-ingredjenti hija obbligatorja; jekk jerġgħu jiġu indikati bl-isem tal-ikel dan jirriżulta f'tikkettjar doppju li ma jissimplifikax u ma jiċċarax il-leġibbiltà tat-tikketti u jkun piż żejjed fuq l-operaturi tan-negozji tal-ikel bl-ebda vantaġġ rilevanti għall-konsumatur; l-emendi 226, 227, 228 ġew miċħuda.

    Kisi taz-zalzett: il-kisi artifiċjali għandu jkun ittikkettjat f'konformità mal-Artikolu 9 (1) (j) tal-Pożizzjoni tal-Kunsill; il-kisi naturali huwa tipikament fil-qasam ta' informazzjoni volontarja: iż-żewġ tipi ta' kisi huma siguri u ma jkunx ġust li waħda mill-forom ta' kisi tiġi penalizzata fuq oħra għax il-kisi tal-kollaġen ukoll ġej minn sorsi naturali; il-produtturi li jridu jippromwovu l-kisi mill-passaġġ intestinali jew saħansitra ta' annimali ungulati jistgħu jagħmlu hekk volontarjament; l-emenda 229 ġiet miċħuda.

    Preparazzjonijiet ta' ħwawar u ħxejjex aromatiċi: jekk dan il-kunċett huwa sinonimu mat-taħlitiet, dan huwa superfluwu; jekk ifisser preparazzjoni ta' ħwawar u ħxejjex aromatiċi b'ingredjenti oħra miżjuda magħhom, postu mhux f'din ir-ringiela f'din it-tabella. L-emenda 231 ġiet miċħuda.

    Oriġini ta' żejt/xaħam: il-Kunsill kien innota li informazzjoni aktar dettaljata mill-oriġini tal-annimal/oriġini veġetali taż-żejt/xaħam tirrappreżenta iktar spejjeż għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u ma tkux iġġustifikata meta jitqies it-tisħiħ tal-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni. L-emendi 263, 279 ġew miċħuda.

    Idroġenizzat: jekk l-informazzjoni teżisti diġà permezz ta' sorsi oħra, m'hemm l-ebda ħtieġa li tiġi ripetuta. Il-Kunsill żamm il-verżjoni tal-Kummissjoni u ċaħad l-emenda 232.

    Lamtijiet: it-tipi kollha ta' lamtijiet huma koperti mill-Pożizzjoni tal-Kunsill; il-Kunsill qies li m'hemm ebda vantaġġ f' iktar speċifikazzjoni tas-sub-tipi ta' lamtijiet; din l-emenda 234 hija inutli u ġiet miċħuda.

    Koloranti tal-ikel: din hija kategorija ġenerali li tista' tinkludi tipi differenti ta' ingredjenti; huwa preferibbli li l-ingredjenti jkunu speċifikati u ma jiġux inklużi f'kategorija globali li tnaqqas l-informazzjoni għall-konsumaturi; l-emenda 235 ġiet miċħuda.

    Laħam separat b'mod mekkaniku: Il-Kunsill żamm kunċett li jinkorpora ż-żewġ proċessi tas-separazzjoni mekkanika tal-laħam b'kont meħud li ladarba l-proċessi jkunu saru jkun impossibbli li ssir distinzjoni bejniethom. Meta l-Kunsill ħa d-deċiżjoni tiegħu, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħtieġa u l-użu fil-futur ta' laħam separat b'mod mekkaniku fl-Unjoni Ewropea, inkluża l-politika ta' informazzjoni għall-konsumaturi  (8) kienet għadha mhix disponibbli. Il-Kunsill ma setax jaċċetta l-emenda 236.

    Enżimi u l-estratt taċ-ċelluloża: it-tnejn mhumiex kategoriji funzjonali li mhux posthom fil-lista tal-Anness V tal-Pożizzjoni tal-Kunsill; it-tikkettjar tal-enżimi huwa regolat bir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 (9); l-estratt taċ-ċelluloża meta użat fl-ikel bħala addittiv, regolat bir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 (10); għaldaqstant l-emendi 237 u 307 ġew miċħuda.

    Jinbiegħ bil-wieħed jew jintiżen: normalment l-ikel li jinbiegħ fil-preżenza tax-xerrej ikun ikel mhux ippakkjat bil-lest, imma mhux neċessarjament; m'hemm l-ebda vantaġġ f'restrizzjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni; l-emenda 238 ġiet miċħuda.

    Eżenzjonijiet oħra: id-dispożizzjoni hija superfluwa; l-emenda 239 ġiet miċħuda.

    Konsum Referenzjali: huwa ċar mill-kuntest li l-valuri tal-konsum referenzjali huma “għal kull jum”; din l-emenda mhix meħtieġa. L-emenda 242 ġiet miċħuda.

    Informazzjoni f'kJ: l-unitajiet ta' kejl legali li għandhom jintużaw biex jiġu espressi l-kwantitajiet tal-enerġija huma stabbiliti bid-Direttiva 80/181/ KEE; il-punt 1.2.3 tal-Anness jistabbilixxi li l-kwantità tal-enerġija għandha tiġi espressa f'Joules; għaldaqstant, l-espressjoni tal-enerġija f'kJ fit-tikkettjar tal-ikel hija obbligu legali; l-emendi 246, 248 ġew miċħuda.

    Għadd ta' emendi mhumiex riflessi fil-Pożizzjoni tal-Kunsill peress li jitqiesu mhux meħtieġa u/jew f'kunflitt magħha. B’mod partikolari:

    L-emendi 2, 3, 8, 9, 27, 29, 43, 46, 55, 60, 70, 92, 123, 126, 132, 133, 137, 143, 168, 201, 208, 299 ġew miċħuda minħabba n-natura essenzjalment lingwistika tagħhom jew minħabba n-nuqqas ta' bidla sostanzjali fit-tifsira tat-test.

    IV.   KONKLUŻJONI

    Il-Kunsill jemmen li l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tirrappreżenta bilanċ ġust bejn il-kisba ta' livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa u l-interessi tal-konsumatur u l-ħtieġa li jitħarsu l-interessi leġittimi tal-produtturi, li tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità, filwaqt li jiġi garantit il-moviment ħieles tal-prodotti.

    Il-Kunsill jistenna b'interess li jsiru diskussjonijiet kostruttivi mal-Parlament Ewropew fit-tieni qari bil-ħsieb tal-adozzjoni bikrija tar-Regolament.


    (1)  6172/08.

    (2)  10972/10 [P7_TA(2010)0222].

    (3)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.

    (4)  Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29).

    (5)  Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE tal-24 ta' Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40).

    (6)  Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21).

    (7)  Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).

    (8)  17547/10.

    (9)  Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).

    (10)  ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).


    Top