Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1693

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1693 tal-21 ta’ Settembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2010 b’appoġġ għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ armi ħfief, ta’ kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon u l-impatt tagħhom fl-Amerka Latina u l-Karibew fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra Armi tan-Nar, Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir Illeċiti u l-Munizzjoni tagħhom “Aktar Sigurtà fuq l-Armi Biex Nipproteġu liċ-Ċittadini”

    ST/11471/2021/INIT

    ĠU L 334, 22.9.2021, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1693/oj

    22.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 334/12


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1693

    tal-21 ta’ Settembru 2021

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2010 b’appoġġ għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ armi ħfief, ta’ kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon u l-impatt tagħhom fl-Amerka Latina u l-Karibew fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra Armi tan-Nar, Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir Illeċiti u l-Munizzjoni tagħhom “Aktar Sigurtà fuq l-Armi Biex Nipproteġu liċ-Ċittadini”

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill adotta Deċiżjoni (PESK) 2018/2010 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/2010 tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni.

    (3)

    L-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) talbet biex il-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/2010 jiġi estiż b’ħames xhur, sal-31 ta’ Mejju 2022, sabiex jitqies id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġetti taħt id-Deċiżjoni (PESK) 2018/2010 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19.

    (4)

    Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/2010 sal-31 ta’ Mejju 2022 tista’ titwettaq mingħajr ebda konsegwenza fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

    (5)

    Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2010 tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 5, il-paragrafu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2018/2010 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2022.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. DOVŽAN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2010 tas-17 ta’ Diċembru 2018 b’appoġġ għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ armi ħfief, ta’ kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon u l-impatt tagħhom fl-Amerka Latina u l-Karibew fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra Armi tan-Nar, Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir Illeċiti u l-Munizzjoni tagħhom “Aktar Sigurtà fuq l-Armi Biex Nipproteġu liċ-Ċittadini” (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 27).


    Top