This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2020
Commission Regulation (EU) 2019/2020 of 1 October 2019 laying down ecodesign requirements for light sources and separate control gears pursuant to Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council and repealing Commission Regulations (EC) No 244/2009, (EC) No 245/2009 and (EU) No 1194/2012 (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/2121
ĠU L 315, 5.12.2019, p. 209–240
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/09/2021
5.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 315/209 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2020
tal-1 ta’ Ottubru 2019
li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ fl-Unjoni u li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li għandhom potenzjal sinifikanti għat-titjib minħabba d-disinn tagħhom f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi. |
(2) |
Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Ekodisinn 2016–2019 (2) stabbilit mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/125/KE jistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma fil-qafas tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016–2019. Il-Pjan ta’ Ħidma jidentifika gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet għall-eżekuzzjoni ta’ studji preparatorji u l-adozzjoni eventwali ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, kif ukoll ir-rieżami tar-regolamenti attwali. |
(3) |
Huwa stmat li l-miżuri mill-Pjan ta’ Ħidma għandhom il-potenzjal li jipprovdu total li jaqbeż il-260 TWh ta’ ffrankar annwali tal-enerġija finali fl-2030, li huwa ekwivalenti għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. It-tidwil huwa wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-Pjan ta’ Ħidma, bi stima ta’ 41,9 TWh ta’ ffrankar annwali tal-enerġija finali fl-2030. |
(4) |
Il-Kummissjoni stabbiliet rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tidwil fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 (3), (KE) Nru 245/2009 (4) u (UE) Nru 1194/2012 (5). Skont dawk ir-Regolamenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq rieżami tagħhom fid-dawl tal-progress teknoloġiku. |
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk ir-Regolamenti u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta’ prodotti tat-tidwil kif ukoll l-imġiba tal-utent fil-ħajja reali. Ir-rieżami sar b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE. |
(6) |
Ir-rieżami juri l-benefiċċju ta’ aġġornament tar-rekwiżiti għal prodotti tat-tidwil u l-benefiċċju li jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti li jridu jiġu applikati għall-prodotti tat-tidwil, b’mod partikolari billi jkun hemm regolament wieħed biss għal dan il-grupp ta’ prodotti. Dan huwa konformi mal-politika ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni u mistenni jnaqqas il-piż amministrattiv għall-manifatturi u l-importaturi, kif ukoll jiffaċilita l-verifika mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inter alia billi jiddefinixxi aħjar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-eżenzjonijiet, inaqqas l-għadd ta’ parametri għall-ittestjar tal-konformità u jnaqqas il-ħin ta’ xi wħud mill-proċeduri tat-test. |
(7) |
Skont ir-rieżami, ġeneralment, il-prodotti kollha tat-tidwil li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tliet regolamenti eżistenti jenħtieġ li jkunu koperti minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita formula uniformi biex tiġi kkalkulata l-effiċjenza enerġetika ta’ prodotti tat-tidwil bħal dawn. |
(8) |
Il-konsum annwali tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament fl-Unjoni ġie stmat għal 336 TWh fl-2015. Dan ikopri 12,4 % tal-użu totali tal-elettriku mit-28 Stati Membri u jikkorrispondi għal 132 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Il-konsum tal-enerġija ta’ prodotti tat-tidwil f’xenarju fejn kollox jibqa’ kif inhu, huwa mistenni li jonqos sal-2030. Madankollu, dan it-tnaqqis mhux mistenni jibqa’ għaddej bl-istess rata sakemm ir-rekwiżiti eżistenti tal-ekodisinn ma jiġux aġġornati. |
(9) |
L-aspetti ambjentali tal-prodotti tat-tidwil koperti li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu flimkien mal-kontenut tal-merkurju. |
(10) |
L-użu ta’ sustanzi perikolużi, inkluż il-merkurju fis-sorsi tad-dawl, huwa rregolat mid-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (RoHS) (6). Jenħtieġ għalhekk li f’dan ir-Regolament ma jiġi stabbilit l-ebda rekwiżit speċifiku tal-ekodisinn dwar il-kontenut tal-merkurju. |
(11) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari (7) u l-Pjan ta’ Ħidma jenfasizzaw l-importanza li jintuża l-qafas tal-ekodisinn biex tiġi appoġġata l-bidla lejn ekonomija aktar effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari. Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tirreferi għad-Direttiva 2009/125/KE u tindika li r-rekwiżiti tal-ekodisinn mistennija jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) billi l-kwistjonijiet jiġu indirizzati eqreb lejn is-sors. Id-Direttiva dwar il-WEEE tistabbilixxi rekwiżiti għall-ġbir separat u r-riċiklaġġ ta’ prodotti tat-tidwil, b’dispożizzjonijiet ġodda minn Awwissu 2018. Jenħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament ma jistipulax rekwiżiti ulterjuri dwar dan. Fl-istess ħin, dan ir-Regolament jappoġġa l-potenzjal li l-prodotti li fihom sorsi tad-dawl jissewwew. |
(12) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari u l-ħidma li għaddejja għall-istandardizzazzjoni effiċjenti fl-użu tal-materjali fir-rigward ta’ prodotti relatati mal-enerġija, jenħtieġ li l-ħidma ta’ standardizzazzjoni fil-ġejjieni tindirizza wkoll il-modularizzazzjoni tal-prodotti tat-tidwil bl-LED, inklużi aspetti bħall-fluss luminuż, l-ispettru tar-radjazzjoni u d-distribuzzjoni tad-dawl. |
(13) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għad-domanda elettrika fil-modalitajiet ta’ standby u ta’ standby man-netwerk tal-prodotti tat-tidwil. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 (9) ma japplikawx għall-prodotti tat-tidwil koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(14) |
Ir-rekwiżiti obbligatorji tal-ekodisinn japplikaw għal prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni kull fejn dawn ikunu installati jew użati u għalhekk jenħtieġ li tali rekwiżiti ma jkunux jiddependu fuq l-applikazzjoni li fiha jintuża l-prodott. |
(15) |
Jenħtieġ li jiddaħħlu eżenzjonijiet mir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament għal sorsi tad-dawl b’karatteristiċi tekniċi speċjali għall-użu f’applikazzjonijiet speċifiċi, inklużi dawk relatati mas-saħħa jew li għalihom ma jeżistux alternattivi b’effiċjenza enerġetika għolja inkella jekk dawn jeżistu, mhumiex kosteffettivi. |
(16) |
Il-parametri rilevanti tal-prodotti jenħtieġ li jitkejlu permezz ta’ metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli. Dawk il-metodi jenħtieġ li jqisu l-metodi tal-kejl l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(17) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
(18) |
Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jenħtieġ li jipprovdu t-tagħrif imsemmi fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-parametri tad-dokumentazzjoni teknika skont dan ir-Regolament li huma identiċi għall-parametri tal-iskeda informattiva dwar il-prodott skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 (11) u li ddaħħlu fil-bażi ta’ data tal-prodotti stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) ma għandhomx jibqgħu jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika ta’ dan ir-Regolament. |
(19) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika l-valuri ta’ tolleranza għall-parametri tat-tidwil filwaqt li jqis l-approċċ għad-dikjarazzjoni ta’ informazzjoni stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2282 (13). |
(20) |
Bil-għan li tittejjeb l-effettività ta’ dan ir-Regolament u biex jiġu protetti l-konsumaturi, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-prodotti li awtomatikament ibiddlu l-prestazzjoni tagħhom f’kundizzjonijiet ta’ test biex jittejbu l-parametri ddikjarati. |
(21) |
Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu identifikati parametri referenzjarji indikattivi għall-aqwa teknoloġiji disponibbli biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom soġġetti għal dan ir-Regolament tkun disponibbli b’mod mifrux u faċilment aċċessibbli, skont id-Direttiva 2009/125/KE, l-Anness 1, parti 3, punt 2. |
(22) |
Rieżami ta’ dan ir-Regolament huwa mistenni li jivvaluta l-adegwatezza u l-effettività tad-dispożizzjonijiet tiegħu biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. Jenħtieġ li r-rieżami jsir meta d-dispożizzjonijiet kollha jkunu implimentati u jkunu qed juru effett fis-suq. |
(23) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012, jiġu mħassra. |
(24) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’
(a) |
sorsi tad-dawl; |
(b) |
tagħmir ta’ kontroll separat. |
Ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għal sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat mqiegħda fis-suq fi prodotti kontenenti oħra.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għas-sorsi tad-dawl u għat-tagħmir ta’ kontroll separat speċifikati fil-punti 1 u 2 tal-Anness III.
3. Is-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separati speċifikati fil-punt 3 tal-Anness III għandhom jikkonformaw biss mar-rekwiżiti tal-punt 3(e) tal-Anness II.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“sors tad-dawl” tfisser prodott li jaħdem bl-elettriku maħsub biex jemetti, jew, fil-każ ta’ sors ta’ dawl li mhuwiex inkandexxenti, maħsub biex ikun possibbilment issettjat biex jemetti d-dawl, jew it-tnejn, bil-karatteristiċi ottiċi kollha li ġejjin:
li juża l-inkandexxenza, il-fluworexxenza, skariku ta’ intensità għolja, dijodi inorganiċi li jemettu d-dawl (LED) jew dijodi organiċi li jemettu d-dawl (OLED), jew kombinazzjonijiet tagħhom bħala teknoloġija ta’ tidwil, u li jista’ jiġi vverifikat bħala sors tad-dawl skont il-proċedura tal-Anness IV. Sorsi ta’ dawl tas-sodju taħt pressjoni għolja (HPS) li ma jissodisfawx il-kondizzjoni (a) jitqiesu bħala sorsi tad- dawl għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Sorsi tad-dawl ma jinkludux:
|
(2) |
“tagħmir ta’ kontroll” tfisser apparat wieħed jew aktar, li jista’ jiġi fiżikament integrat f’sors tad-dawl u anke le, maħsub biex iħejji l-mejns għall-format elettriku meħtieġ minn wieħed jew aktar mis-sorsi tad-dawl speċifiċi skont il-kundizzjonijiet ta’ limitu stabbiliti mis-sikurezza elettrika u l-kompatibbiltà elettromanjetika. Dan jista’ jinkludi t-trasformazzjoni tal-vultaġġ tal-provvista u tal-istartjar, il-limitazzjoni tal-kurrent operazzjonali u tat-tisħin minn qabel, il-prevenzjoni tal-istartjar minn kiesaħ, il-korrezzjoni tal-fattur ta’ potenza u/jew it-tnaqqis tal-interferenza fil-frekwenzi tar-radju. It-terminu “tagħmir ta’ kontroll” ma jinkludix provvisti tal-enerġija fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 (14). It-terminu lanqas ma jinkludi partijiet għall-kontroll tat-tidwil u partijiet li mhumiex tat-tidwil (kif definiti fl-Anness I), għalkemm partijiet bħal dawn jistgħu jkunu fiżikament integrati ma’ tagħmir ta’ kontroll jew kummerċjalizzati flimkien bħala prodott wieħed. Swiċċ tat-tip Power-over-Ethernet (PoE) mhuwiex tagħmir ta’ kontroll fis-sens ta’ dan ir-Regolament. “Swiċċ tal-Power-over-Ethernet” jew “swiċċ tal-PoE” tfisser tagħmir għall-forniment tal-elettriku u għall-immaniġġar tad-data li jiġi installat bejn il-mejns u t-tagħmir tal-uffiċċju u/jew sorsi tad-dawl għall-finijiet tat-trasferiment tad-data u l-forniment tal-elettriku; |
(3) |
“tagħmir ta’ kontroll separat”, tfisser tagħmir ta’ kontroll li mhuwiex fiżikament integrat ma’ sors tad-dawl u li jitqiegħed fis-suq bħala prodott separat jew bħala komponent ta’ prodott kontenenti; |
(4) |
“prodott kontenenti” tfisser prodott li fih sors wieħed jew aktar ta’ dawl, jew tagħmir ta’ kontroll separat, jew it-tnejn. Eżempji ta’ prodotti kontenenti huma luminarji li jistgħu jiżżarmaw biex jippermettu l-verifika separata tas-sors(i) tad-dawl li jinsabu fihom, apparati domestiċi li fihom sors(i) tad-dawl, għamara (xkafef, mirja, vetrini) li jkun fihom sors(i) tad-dawl. Jekk prodott kontenenti ma jistax jiżżarma għall-verifika tas-sors tad-dawl u tat-tagħmir ta’ kontroll separat, il-prodott kontenenti kollu kemm hu għandu jitqies bħala sors tad-dawl; |
(5) |
“dawl” tfisser radjazzjoni elettromanjetika b’tul tal-mewġa ta’ bejn 380 nm u 780 nm; |
(6) |
“mejns” jew “vultaġġ tal-mejns” (MV) tfisser provvista tal-elettriku ta’ 230 (± 10 %) Volt ta’ kurrent li jalterna f’50 Hz; |
(7) |
“LED die” jew “ċippa LED” tfisser blokka żgħira ta’ materjal semikonduttiv li temetti d-dawl, li fuqha jiġi ffabrikat ċirkwit funzjonali tal-LED; |
(8) |
“pakkett LED” tfisser komponent elettriku wieħed li jkun fih prinċipalment LED die waħda. Dan ma jinkludix tagħmir ta’ kontroll jew partijiet minnu, kappa jew partijiet elettroniċi attivi u mhuwiex konness direttament mal-vultaġġ tal-mejns. Jista’ jinkludi wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin: elementi ottiċi, konvertituri tad-dawl (fosfori), interfaċċji termali, mekkaniċi u elettriċi jew partijiet li jindirizzaw problemi ta’ skariku ta’ ċarġ elettrostatiku. Kwalunkwe apparat li jemetti d-dawl li huwa maħsub biex jintuża direttament f’luminarja tal-LED, jitqies bħala sors tad-dawl; |
(9) |
“kromatiċità” tfisser il-proprjetà ta’ stimolu ta’ kulur iddefinita mill-koordinati tal-kromatiċità tiegħu (x u y); |
(10) |
“fluss luminuż” jew “fluss” (Φ), espress f’lumen (lm) ifisser il-kwantità derivata mill-fluss radjanti (potenza radjanti) billi tiġi evalwata r-radjazzjoni elettromanjetika skont is-sensittività spettrali tal-għajn umana. It-terminu jirreferi għall-fluss totali emess minn sors tad-dawl f’angolu solidu ta’ 4π steradians f’ċerti kundizzjonijiet (eż. tal-kurrent, tal-voltaġġ, tat-temperatura) speċifikati fi standards applikabbli. Jirreferi għall-fluss inizjali għas-sors tad-dawl mhux baxxut wara perjodu qasir ta’ funzjonament, sakemm ma jkunx speċifikat b’mod ċar li jkun mixtieq il-fluss f’kundizzjoni ta’ dawl baxxut inkella l-fluss wara perjodu partikolari ta’ tħaddim. Għal sorsi ta’ dawl li jistgħu jkunu aġġustati biex jemettu spettri u/jew intensitajiet tad-dawl massimi differenti, jirreferi għall-fluss f’“settings ta’ kontroll ta’ referenza” kif definiti fl-Anness I; |
(11) |
“indiċi tal-apparenza tal-kulur” (CRI) tfisser kejl tal-effett ta’ mezz ta’ illuminazzjoni fuq id-dehra tal-kulur ta’ oġġetti b’paragun konxju jew subkonxju mal-apparenza tal-kulur tagħhom taħt il-mezz ta’ illuminazzjoni ta’ referenza u huwa l-medja Ra tal-apparenza tal-kulur għall-ewwel 8 kuluri tat-test (R1-R8) definiti fl-istandards; |
(12) |
“inkandexxenza” tfisser il-fenomenu meta d-dawl jiġi prodott mis-sħana, f’sorsi tad-dawl tipikament prodotti minn konduttur simili għal ħajta (“filament”) li jissaħħan bil-passaġġ ta’ kurrent elettriku; |
(13) |
“sors tad-dawl tal-aloġenu” tfisser sors tad-dawl inkandexxenti b’konduttur irqiq tat-tungstenu mdawwar b’gass li fih l-aloġeni jew komposti tal-aloġenu; |
(14) |
“fluworexxenza” jew “sors tad-dawl fluworexxenti” (FL) tfisser fenomenu jew sors tad-dawl li juża skariku elettriku f’gass tal-merkurju bi pressjoni baxxa fejn il-biċċa l-kbira tad-dawl joħroġ minn saff wieħed jew iktar ta’ fosfru mqanqal mir-radjazzjoni ultravjola ġġenerata mill-iskariku. Is-sorsi tad-dawl fluworexxenti jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“kappa waħda”) jew tnejn (“kappa doppja”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sorsi tad-dawl b’induzzjoni manjetika jitqiesu wkoll bħala sorsi tad-dawl fluworexxenti; |
(15) |
“skariku ta’ intensità għolja” (HID) tfisser skariku elettriku f’gass li fih l-ark li jipproduċi d-dawl jiġi stabbilizzat bit-temperatura tas-superfiċje tal-bozza u l-kompartiment tal-ark jgħabbi s-superfiċje tal-bozza b’aktar minn 3 watts għal kull ċentimetru kwadru. Is-sorsi tad-dawl HID huma limitati għat-tipi tal-alid tal-metall, tas-sodju taħt pressjoni għolja u tal-fwar tal-merkurju, kif definit fl-Anness I; |
(16) |
“skariku f’gass” tfisser fenomenu fejn id-dawl jiġi prodott, b’mod dirett jew indirett, permezz ta’ skariku elettriku minn ġo gass, plażma, fwar metalliku jew taħlita ta’ diversi gassijiet u fwar; |
(17) |
“dijodu inorganiku li jemetti d-dawl (LED)” tfisser teknoloġija fejn id-dawl jiġi prodott minn apparat b’semikondutturi fi stat solidu li jinkorpora ġunzjoni P-N ta’ materjal inorganiku. Il-ġunzjoni temetti radjazzjoni ottika meta tiġi mqanqla minn kurrent elettriku; |
(18) |
“dijodu organiku li jemetti d-dawl (LED)” tfisser teknoloġija fejn id-dawl jiġi prodott minn apparat b’semikondutturi fi stat solidu li jinkorpora ġunzjoni P-N ta’ materjal organiku. Il-ġunzjoni temetti radjazzjoni ottika meta tiġi mqanqla minn kurrent elettriku; |
(19) |
“sors tad-dawl tas-sodju taħt pressjoni għolja” (HPS) tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih id-dawl jiġi prodott primarjament mir-radjazzjoni minn fwar tas-sodju li jaħdem fi pressjoni parzjali ta’ madwar 10 kilopascals. Is-sorsi tad-dawl HPS jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“tarf wieħed”) jew tnejn (“żewġt itruf”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom. |
(20) |
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess manifattur jew importatur bħal mudell ieħor b’identifikatur differenti tal-mudell; |
(21) |
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell ta’ prodott speċifiku minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess manifattur jew importatur; |
(22) |
“utent aħħari” tfisser persuna fiżika li tixtri jew mistennija tixtri prodott għal finijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tiegħu. |
Għall-finijiet tal-Annessi, definizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.
Artikolu 4
Tneħħija tas-sorsi tad-dawl u tat-tagħmir ta’ kontroll separat
1. Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ prodotti li jkun fihom il-prodotti għandhom jiżguraw li s-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separati jistgħu jiġu sostitwiti bl-użu ta’ għodod komuni disponibbli u mingħajr ħsara permanenti għall-prodott kontenenti, sakemm fid-dokumentazzjoni teknika ma tingħatax ġustifikazzjoni teknika marbuta mal-funzjonalità tal-prodott kontenenti, li tispjega għalfejn is-sostituzzjoni tas-sorsi tad-dawl u tat-tagħmir ta’ kontroll separat ma tistax issir.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tipprovdi wkoll struzzjonijiet dwar kif is-sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat jistgħu jitneħħew mingħajr ma ssirilhom ħsara permanenti għal skopijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
2. Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ prodotti kontenenti għandhom jipprovdu informazzjoni dwar is-sostitwibbiltà jew in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà tas-sorsi tad-dawl u tat-tagħmir ta’ kontroll mill-utenti aħħarin jew persuni kwalifikati mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-prodott kontenenti. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq sit web b’aċċess bla ħlas. Għal prodotti li jinbiegħu direttament lill-utenti aħħari, din l-informazzjoni għandha tkun fuq l-imballaġġ, mill-inqas f’forma ta’ pittogramma, u fl-istruzzjonijiet għall-utent.
3. Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ prodotti kontenenti għandhom jiżguraw li s-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separati jkunu jistgħu jiżżarmaw mill-prodotti kontenenti fi tmiem il-ħajja tagħhom. L-istruzzjonijiet għaż-żarmar għandhom ikunu disponibbli fuq websajt b’aċċess bla ħlas.
Artikolu 5
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fil-punt 3(d) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli skont il-punti 1 u 2 tal-Anness II u l-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
3. Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:
(a) |
minn mudell li għandu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta iżda huwa prodott minn manifattur differenti, jew |
(b) |
permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn li huma, |
id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi dettalji tat-tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex jivverifika l-eżattezza tal-kalkoli u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.
4. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni fl-ordni u kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/2015. Għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-punt 2(g) tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE, jirreferu għad-dokumentazzjoni teknika mtella’ fil-bażi tad-data tal-prodotti li fiha l-istess informazzjoni stipulata fir-Regolament (UE) 2019/2015.
Artikolu 6
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 7
Ċirkomvenzjoni
Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed prodotti fis-suq li jkunu ġew iddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri ddikjarati mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi xi dokumentazzjoni pprovduta.
Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u kwalunkwe parametru ieħor iddikjarat m’għandux jiddeterjora wara aġġornament ta’ software jew firmware meta mkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament.
Artikolu 8
Parametri ta’ referenza indikattivi
Il-parametri ta’ referenza indikattivi għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien li jiġi adottat dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness VI.
Artikolu 9
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum ta’ Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Diċembru 2024.
Dan ir-rieżami għandu, b’mod partikolari, jivvaluta l-idonjetà ta’:
(a) |
l-istabbiliment ta’ rekwiżiti aktar stretti tal-effiċjenza enerġetika għat-tipi kollha ta’ sorsi tad-dawl, b’mod partikolari għal sorsi tad-dawl li mhumiex tat-tip LED, u għal tagħmir ta’ kontroll separat; |
(b) |
l-istabbiliment ta’ rekwiżiti dwar il-partijiet ta’ kontroll tad-dawl; |
(c) |
l-iffissar ta’ rekwiżiti aktar stretti dwar l-effett tat-teptip u l-effett stroboskopiku, filwaqt li jiġu estiżi għal tagħmir ta’ kontroll separat; |
(d) |
l-istabbiliment ta’ rekwiżiti dwar it-tbaxxija, inkluża l-interazzjoni mat-tnemnim; |
(e) |
l-istabbiliment ta’ rekwiżiti aktar stretti dwar il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (man-netwerk); |
(f) |
it-tnaqqis jew it-tneħħija tal-bonus għal sorsi tad-dawl li l-kulur tagħhom jista’ jiġi aġġustat u t-tneħħija tal-eżenzjoni għal purità għolja tal-kulur; |
(g) |
l-issettjar tar-rekwiżiti tat-tul tal-ħajja; |
(h) |
l-istabbiliment ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni mtejba dwar it-tul tal-ħajja, inkluż għal tagħmir ta’ kontroll; |
(i) |
sostituzzjoni tal-metrika tal-apparenza tal-kulur CRI permezz ta’ metrika aktar adegwata; |
(j) |
il-verifikazzjoni tal-adegwatezza tal-lumen bħala metrika awtonoma għall-kwantità ta’ dawl viżibbli; |
(k) |
l-eżenzjonijiet; |
(l) |
l-istabbiliment ta’ rekwiżiti addizzjonali tal-effiċjenza tar-riżorsi għal prodotti f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, speċjalment fir-rigward tat-tneħħija u tal-possibbiltà ta’ skambju tas-sorsi tad-dawl u tat-tagħmir ta’ kontroll. |
Artikolu 10
Tħassir
Ir-Regolamenti (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Settembru 2021.
Artikolu 11
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Settembru 2021. Madankollu, l-Artikolu 7 għandu japplika mill-25 ta’ Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) COM(2016) 773 final tat-30.11.2016.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda (ĠU L 76, 24.3.2009, p. 3).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 24.3.2009, p. 17).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b’dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat (ĠU L 342, 14.12.2012, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
(7) COM/2015/0614 final tat-2.12.2015.
(8) Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(11) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (Ara paġna 68 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(12) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2282 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1275/2008, (KE) Nru 107/2009, (KE) Nru 278/2009, (KE) Nru 640/2009, (KE) Nru 641/2009, (KE) Nru 642/2009, (KE) Nru 643/2009, (UE) Nru 1015/2010, (UE) Nru 1016/2010, (UE) Nru 327/2011, (UE) Nru 206/2012, (UE) Nru 547/2012, (UE) Nru 932/2012, (UE) Nru 617/2013, (UE) Nru 666/2013, (UE) Nru 813/2013, (UE) Nru 814/2013, (UE) Nru 66/2014, (UE) Nru 548/2014, (UE) Nru 1253/2014, (UE) 2015/1095, (UE) 2015/1185, (UE) 2015/1188, (UE) 2015/1189 u (UE) 2016/2281 fejn jidħol l-użu tat-tolleranzi fil-proċeduri ta’ verifika (ĠU L 346, 20.12.2016, p. 51).
(14) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta’ provvisti tal-elettriku esterni (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 3).
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“sors tad-dawl mill-mejns” (MLS) tfisser sors tad-dawl li jista’ jitħaddem direttament fuq il-provvista tal-elettriku mill-mejns. Sorsi tad-dawl li joperaw direttament fuq il-mejns, u li jistgħu joperaw ukoll indirettament fuq il-mejns bl-użu ta’ tagħmir ta’ kontroll separat, għandhom jitqiesu bħala sorsi tad-dawl mill-mejns; |
(2) |
“sors tad-dawl mhux tal-mejns (NMLS)” tfisser sors tad-dawl li jeħtieġ tagħmir ta’ kontroll separat biex jaħdem bl-elettriku mill-mejns; |
(3) |
“sors tad-dawl direzzjonali” (DLS) tfisser sors tad-dawl li għandu tal-anqas 80 % tal-fluss luminuż totali f’angolu solidu ta’ π sr (ekwivalenti għal kon b’angolu ta’ 120°); |
(4) |
“sors tad-dawl mhux direzzjonali” (NDLS), tfisser sors tad-dawl li mhuwiex sors tad-dawl direzzjonali; |
(5) |
“sors tad-dawl konness” (CLS) tfisser sors tad-dawl li jinkludi partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament jew funzjonalment separati mill-partijiet li jemettu d-dawl biex iżommu “s-settings ta’ kontroll ta’ referenza”. Is-sors tad-dawl jista’ jkollu partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament integrati fi struttura inseparabbli, inkella s-sors tad-dawl jista’ jkun ikkombinat ma’ partijiet fiżikament separati għall-konnessjoni tad-data mqiegħda fis-suq flimkien mas-sors tad-dawl bħala prodott uniku; |
(6) |
“tagħmir ta’ kontroll separat konness” (CSCG) tfisser tagħmir ta’ kontroll separat li jinkludi partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament jew funzjonalment inseparabbli mill-partijiet li jemettu d-dawl infushom biex iżommu “s-settings ta’ kontroll ta’ referenza”. It-tagħmir ta’ kontroll separat jista’ jkollu partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament integrati fi struttura inseparabbli, inkella t-tagħmir ta’ kontroll separat jista’ jkun ikkombinat ma’ partijiet fiżikament separati għall-konnessjoni tad-data mqiegħda fis-suq flimkien ma’ tagħmir ta’ kontroll bħala prodott wieħed; |
(7) |
“partijiet għall-konnessjoni tad-data” tfisser partijiet li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:
|
(8) |
“sors tad-dawl bil-kulur aġġustabbli” (CTLS) tfisser sors tad-dawl li jista’ jiġi ssettjat biex jemetti dawl b’varjetà kbira ta’ kuluri barra mill-firxa definita fl-Artikolu 2 iżda li jista’ jiġi ssettjat ukoll biex jemetti dawl abjad fil-firxa definita fl-Artikolu 2 li għaliha s-sors tad-dawl huwa fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Sorsi tad-dawl abjad aġġustabbli li jistgħu jiġu ssettjati biss biex jemettu d-dawl, b’temperaturi tal-kulur ikkorrelatati differenti, fil-firxa definita fl-Artikolu 2, u sorsi tad-dawl dim-to-warm li kapaċi jbiddlu l-output ta’ dawl abjad tagħhom biex ibaxxu temperatura tal-kulur ikkorrelatata meta jiġu ddimmjati, b’imitazzjoni tal-imġiba ta’ sorsi tad-dawl inkandexxenti, ma jitqisux bħala CTLs; |
(9) |
“purità tal-eċitazzjoni” tfisser il-perċentwal ikkalkulat għal CTLS issettjat biex jemetti dawl ta’ kulur partikolari, bl-użu ta’ proċedura definita aktar fil-fond fl-istandards, billi tinqata’ linja dritta (x u y) fuq graff tal-ispazju tal-kulur minn punt bil-koordinati tal-kulur x = 0,333 u y = 0,333 (punt ta’ stimulu akromatiku), li tgħaddi mill-punt li jirrappreżenta l-koordinati tal-kulur (x u y) tas-sors tad-dawl (punt 2), u tispiċċa fuq it-tarf ta’ barra tal-ispazju tal-kulur (locus; punt 3). Il-purità tal-eċitazzjoni tiġi kkalkulata bħala d-distanza bejn il-punti 1 u 2 diviża bid-distanza bejn il-punti 1 u 3. It-tul sħiħ tal-linja jirrappreżenta 100 % tal-purità tal-kulur (il-punt fuq il-locus). Il-punt ta’ stimulu akromatiku jirrappreżenta purità tal-kulur ta’ 0 % (dawl abjad); |
(10) |
“sors tad-dawl ta’ luminanza għolja” (HLLS) tfisser sors tad-dawl LED b’luminanza medja ogħla minn 30 cd/mm2 fid-direzzjoni tal-intensità massima; |
(11) |
“luminanza” (f’direzzjoni partikolari, f’ċertu punt ta’ superfiċje reali jew immaġinarji) tfisser il-fluss luminuż trażmess minn raġġ elementari li jgħaddi f’punt partikolari u bil-propagazzjoni fl-angolu solidu li jinkludi d-direzzjoni partikolari, diviż bl-erja tar-raġġ tas-sezzjoni ta’ dak ir-raġġ li jkun fih dak il-punt partikolari (cd/m2); |
(12) |
“luminanza medja” (Luminanza-HLLS) għal sors tad-dawl LED tfisser il-luminanza medja fuq erja li temetti d-dawl fejn il-luminanza hija ogħla minn 50 % tal-luminanza massima (cd/mm2); |
(13) |
“partijiet għall-kontroll tat-tidwil” tfisser partijiet li huma integrati f’sors tad-dawl jew f’tagħmir ta’ kontroll separat, jew separati fiżikament imma kummerċjalizzati flimkien ma’ sors ta’ dawl jew tagħmir ta’ kontroll separat bħala prodott uniku, li mhumiex strettament meħtieġa biex is-sors tad-dawl jemetti d-dawl b’tagħbija sħiħa, jew biex it-tagħmir ta’ kontroll separat jipprovdi l-enerġija elettrika li tippermetti li s-sors(i) tad-dawl jemettu d-dawl b’tagħbija sħiħa, iżda li jippermettu l-kontroll manwali jew awtomatiku, dirett jew indirett tal-intensità luminuża, tal-kromatiċità, tat-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, tal-ispettru tad-dawl u/jew tal-angolu tar-raġġ. Id-dimmers għandhom jitqiesu wkoll bħala partijiet għall-kontroll tat-tidwil. It-terminu jinkludi wkoll partijiet għall-konnessjoni tad-data, iżda t-terminu ma jinkludix prodotti li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008; |
(14) |
“partijiet mhux tat-tidwil” tfisser partijiet li huma integrati f’sors tad-dawl jew f’tagħmir ta’ kontroll separat, jew separati fiżikament imma kummerċjalizzati flimkien ma’ sors ta’ dawl jew tagħmir ta’ kontroll separat bħala prodott uniku, li mhumiex meħtieġa biex is-sors tad-dawl jemetti d-dawl b’tagħbija sħiħa, jew biex it-tagħmir ta’ kontroll separat jipprovdi l-enerġija elettrika li tippermetti li s-sors(i) tad-dawl jemettu d-dawl b’tagħbija sħiħa, u li mhumiex “partijiet għall-kontroll tat-tidwil”. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: speakers (awdjo), kameras, repeaters għall-estensjoni tal-kopertura tas-sinjali tal-komunikazzjoni (eż. WiFi), partijiet ta’ sostenn tal-ekwilibriju tal-provvista (jaqilbu għall-batteriji interni fejn meħtieġ), ċarġers tal-batteriji, notifiki viżivi ta’ avvenimenti (meta tasal il-posta, iddoqq il-qanpiena tal-bieb, twissija), l-użu tal-Light Fidelity (Li-Fi, teknoloġija bidirezzjonali bla fili ta’ veloċità għolja u kompletament netwerkjata). It-terminu jinkludi wkoll partijiet għall-konnessjoni tad-data li jintużaw għal funzjonijiet oħrajn għajr il-kontroll tal-funzjoni tal-emissjoni tad-dawl; |
(15) |
“fluss luminuż utli” (Φuse) tfisser il-parti tal-fluss luminuż ta’ sors tad-dawl li titqies biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza enerġetika:
|
(16) |
“angolu tar-raġġ” ta’ sors tad-dawl direzzjonali tfisser l-angolu bejn żewġ linji immaġinarji fuq pjan li jaqsam l-assi tar-raġġ ottiku, b’tali mod li dawn il-linji jgħaddu miċ-ċentru tas-superfiċje ta’ quddiem tas-sors tad-dawl u minn punti li fihom l-intensità luminuża tkun ta’ 50 % tal-intensità taċ-ċentru tar-raġġ, fejn l-intensità taċ-ċentru tar-raġġ tkun il-valur tal-intensità luminuża mkejla fuq l-assi tar-raġġ ottiku. Għal sorsi tad-dawl li jkollhom angoli tar-raġġ differenti f’diversi pjani, l-akbar angolu tar-raġġ għandu jkun dak li jiġi kkunsidrat. Għal sorsi tad-dawl b’angolu tar-raġġ kontrollabbli mill-utent, l-angolu tar-raġġ li jikkorrispondi għas-“setting tal-kontroll ta’ referenza” għandu jkun dak li jiġi kkunsidrat; |
(17) |
“tagħbija sħiħa” tfisser:
|
(18) |
“modalità bla tagħbija” tfisser il-kundizzjoni ta’ tagħmir ta’ kontroll separat li l-input tiegħu jkun konness mas-sors tal-enerġija elettrika mill-mejns u li l-output tiegħu jkun skonness apposta mis-sorsi tad-dawl, u, jekk applikabbli, mill-partijiet għall-kontroll tat-tidwil u mill-partijiet mhux tat-tidwil. Jekk dawn il-partijiet ma jistgħux jiġu skonnessi, huma għandhom jintfew u għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Il-modalità bla tagħbija tapplika biss għal tagħmir ta’ kontroll separat li għalih il-manifattur jew l-importatur iddikjara fid-dokumentazzjoni teknika li dan ġie ddisinjat għal din il-modalità; |
(19) |
“modalità standby” tfisser il-kundizzjoni ta’ sors tad-dawl jew ta’ tagħmir ta’ kontroll separat, fejn dan ikun konness ma’ provvista tal-enerġija elettrika iżda s-sors tad-dawl intenzjonalment ma jemettix dawl, u s-sors tad-dawl jew it-tagħmir ta’ kontroll ikun qed jistenna sinjal ta’ kontroll biex jerġa’ lura għal stat ta’ emissjoni tad-dawl. Il-partijiet għall-kontroll tat-tidwil li jippermettu funzjoni ta’ standby għandhom ikunu fil-modalità ta’ kontroll tagħhom. Il-partijiet mhux tat-tidwil għandhom ikunu skonnessi jew mitfija jew għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; |
(20) |
“modalità standby man-netwerk” tfisser il-kundizzjoni ta’ sors tad-dawl konness (CLS) jew tagħmir ta’ kontroll separat konness (CSCG) fejn dawn ikunu konnessi mal-provvista tal-enerġija elettrika iżda s-sors tad-dawl intenzjonalment ma jkunx qiegħed jemetti dawl, inkella t-tagħmir ta’ kontroll ma jkunx qiegħed jipprovdi l-enerġija elettrika meħtieġa biex is-sors tad-dawl jemetti d-dawl u jkun qiegħed jistenna kmand attivat mill-bogħod biex jerġa’ lura għal stat ta’ emissjoni tad-dawl. Il-partijiet għall-kontroll tat-tidwil għandhom ikunu fil-modalità ta’ kontroll tagħhom. Il-partijiet mhux tat-tidwil għandhom ikunu skonnessi jew mitfija jew għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; |
(21) |
“modalità ta’ kontroll” tfisser il-kundizzjoni tal-partijiet għall-kontroll tat-tidwil meta dawn ikunu konnessi mas-sors tad-dawl u/jew it-tagħmir ta’ kontroll separat u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’tali mod li jista’ jiġi ġġenerat internament sinjal ta’ kontroll inkella b’tali mod li kmand mogħti mill-bogħod jista’ jiġi rċevut bil-fili jew bla fili, u pproċessat biex iseħħ tibdil fl-emissjoni tad-dawl tas-sors tad-dawl jew għal bidla mixtieqa korrispondenti fil-provvista tal-enerġija elettrika minn tagħmir ta’ kontroll separat; |
(22) |
“kmand mogħti mill-bogħod” tfisser sinjal li jiġi minn barra s-sors tad-dawl jew it-tagħmir tal-kontroll separat permezz ta’ netwerk; |
(23) |
“sinjal ta’ kontroll” tfisser sinjal analoġiku jew diġitali trażmess lis-sors tad-dawl jew lit-tagħmir ta’ kontroll mingħajr fili jew bil-fili kemm permezz ta’ modulazzjoni tal-vultaġġ f’kejbils separati ta’ kontroll jew permezz ta’ sinjal modulat fil-vultaġġ ta’ provvista. It-trażmissjoni tas-sinjal ma ssirx permezz ta’ netwerk imma pereżempju minn sors intern jew minn apparat ta’ kontroll mill-bogħod ipprovdut mal-prodott; |
(24) |
“netwerk” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli); |
(25) |
“potenza fil-modalità mixgħul” (Pon), espressa f’watt, tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika ta’ sors tad-dawl b’tagħbija sħiħa meta l-partijiet kollha għall-kontroll tat-tidwil u l-partijiet kollha mhux tat-tidwil ikunu skonnessi. Jekk dawn il-partijiet ma jistgħux jiġu skonnessi, huma għandhom jintfew inkella għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. F’każ ta’ sors tad-dawl mhux mill-mejns (NMLS) li jkun jeħtieġ tagħmir ta’ kontroll separat biex jopera, Pon tista’ titkejjel direttament fuq l-input tas-sors tad-dawl, inkella Pon tista’ tiġi determinata permezz ta’ tagħmir ta’ kontroll li l-effiċjenza tiegħu tkun magħrufa, li l-konsum tal-enerġija elettrika tiegħu sussegwentement jitnaqqas mill-valur imkejjel tal-input ta’ potenza elettrika mill-mejns; |
(26) |
“potenza bla tagħbija” (Pno), espressa f’watt, hija l-konsum tal-enerġija elettrika ta’ tagħmir ta’ kontroll separat fil-modalità bla tagħbija; |
(27) |
“potenza standby” (Pno), espressa f’watt, hija l-konsum tal-enerġija elettrika ta’ sors tad-dawl jew ta’ tagħmir ta’ kontroll separat fil-modalità standby; |
(28) |
“potenza standby man-netwerk” (Pnet), espressa f’Watt, hija l-konsum tal-enerġija elettrika ta’ CLS jew CSCG fil-modalità standby man-netwerk; |
(29) |
“settings ta’ kontroll ta’ referenza” (RCS) tfisser settings ta’ kontroll jew kombinazzjoni ta’ settings ta’ kontroll li jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità ta’ sors tad-dawl ma’ dan ir-Regolament. Dawn is-settings huma rilevanti għal sorsi tad-dawl li jippermettu lill-utent aħħari biex jikkontrolla, b’mod manwali jew awtomatiku, direttament jew b’mod remot, l-intensità luminuża, il-kulur, it-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, l-ispettru, u/jew l-angolu tar-raġġ tad-dawl emess. Fil-prinċipju, is-settings ta’ kontroll ta’ referenza għandhom ikunu dawk definiti minn qabel mill-manifattur bħala valuri prestabbiliti tal-fabbrika u li jsibhom l-utent mal-ewwel installazzjoni (parametri tal-prodott ġdid fil-kaxxa). Jekk il-proċedura tal-installazzjoni tipprevedi aġġornament awtomatiku tas-softwer matul l-ewwel installazzjoni, jew jekk l-utent għandu l-għażla li jwettaq tali aġġornament, it-tibdil li jirriżulta fis-settings (jekk ikun hemm) għandu jitqies. Jekk il-parametri tal-prodott ġdid fil-kaxxa jkunu ssettjati apposta differenti mis-setting ta’ kontroll ta’ referenza (eż. b’alimentazzjoni baxxa tal-elettriku għal skopijiet ta’ sikurezza), il-manifattur għandu jindika fid-dokumentazzjoni teknika kif jitreġġgħu lura s-settings ta’ kontroll ta’ referenza għall-finijiet tal-verifika tal-konformità u jagħti ġustifikazzjoni teknika għaliex il-valur tal-prodott ġdid fil-kaxxa huwa differenti mis-setting ta’ kontroll ta’ referenza. Il-manifattur tas-sors tad-dawl għandu jiddefinixxi s-settings ta’ kontroll ta’ referenza b’tali mod li:
Għal sorsi tad-dawl li jippermettu lill-manifattur ta’ prodott kontenenti li jagħmel għażliet ta’ implimentazzjoni li jinfluwenzaw il-karatteristiċi tas-sors tad-dawl (eż. definizzjoni tal-kurrent(i) operattiv(i); disinn termali), u li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-utent aħħari, is-settings ta’ kontroll ta’ referenza m’għandhomx għalfejn jiġu definiti. F’dak il-każ, japplikaw il-kundizzjonijiet nominali tat-test kif definiti mill-manifattur tas-sors tad-dawl; |
(30) |
“sors tad-dawl tal-merkurju taħt pressjoni għolja” tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih il-parti l-kbira tad-dawl tiġi prodotta, direttament jew indirettament, primarjament mir-radjazzjoni mill-fwar tal-merkurju fi pressjoni parzjali ta’ aktar minn 100 kilopascals; |
(31) |
“sors tad-dawl tal-alid tal-metall” (MH) tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih id-dawl jiġi prodott mir-radjazzjoni minn taħlita ta’ fwar metalliku, alidi tal-metall u l-prodotti ta’ dissoċjazzjoni tal-alidi tal-metall. Is-sorsi tad-dawl MH jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“single-ended”) jew tnejn (“double ended”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom. Il-materjal għat-tubu tal-arka ta’ sors tad-dawl MH jista’ jkun kwarz (QMH) jew ċeramika (CMH); |
(32) |
“sors tad-dawl fluworexxenti kumpatt” (CFL) tfisser sors tad-dawl single-capped bi struttura ta’ tubu mgħawweġ iddisinjat biex joqgħod fi spazji żgħar. Is-CFLs jistgħu jkunu primarjament f’forma spirali (jiġifieri forma nnukklata) inkella fil-forma ta’ diversi tubi paralleli konnessi, ġewwa kompartiment ieħor simili għal bozza, inkella mingħajru. Is-CFLs huma disponibbli b’tagħmir ta’ kontroll integrat fiżikament (CFLi) jew mingħajru (CFLni); |
(33) |
“T2”, “T5”, “T8”, “T9” u “T12” ifissru sors tad-dawl tubulari b’dijametru ta’ madwar 7, 16, 26, 29 u 38 mm rispettivament, kif definit fl-istandards. It-tubu jista’ jkun dritt (lineari) inkella mgħawweġ (eż. fil-forma ta’ U jew ċirkolari); |
(34) |
“LFL T5-HE” tfisser sors tad-dawl fluworexxenti lineari T5 b’effiċjenza għolja, b’kurrent ta’ alimentazzjoni ta’ inqas minn 0,2 A; |
(35) |
“LFL T5-HO” tfisser sors tad-dawl fluworexxenti lineari T5 b’output għoli, b’kurrent ta’ alimentazzjoni ta’ 0,2 A jew ogħla; |
(36) |
“LFL T8 2-foot”, “LFL T8 4-foot” jew “LFL T8 5-foot” tfisser sors tad-dawl fluworexxenti lineari T8 b’tul ta’ madwar 600 mm (2 piedi), 1 200 mm (4 piedi) jew 1 500 mm (5 piedi) rispettivament, kif definit fl-istandards; |
(37) |
“sors tad-dawl b’induzzjoni manjetika” tfisser sors tad-dawl li juża t-teknoloġija tal-fluworexxenza, fejn l-enerġija tiġi skarikata fil-gass permezz ta’ kamp manjetiku ta’ frekwenza għolja indott, minflok permezz ta’ elettrodi mqiegħda fil-gass. L-induttur manjetiku jista’ jkun ġewwa inkella barra mit-tubu ta’ skariku; |
(38) |
“G4”, “GY6.35” u “G9” ifissru interfaċċa elettrika ta’ sors tad-dawl li tikkonsisti minn żewġ pinnijiet żgħar f’distanzi ta’ 4, 6.35 u 9 mm rispettivament, kif definit fl-istandards; |
(39) |
“HL R7s” tfisser, sors tad-dawl lineari tal-aloġenu b’żewġ kappi alimentat b’vultaġġ tal-mejns, b’dijametru tal-kappa ta’ 7 mm; |
(40) |
“K39d” tfisser interfaċċa elettrika għal sors tad-dawl li jikkonsisti minn 2 wajers b’konnetturi forma ta’ ħolqa li jistgħu jitwaħħlu permezz tal-viti; |
(41) |
“G9.5”, “GX9.5”, “GY9.5”, “GZ9.5”, “GZX9.5”, “GZY9.5”, “GZZ9.5”“G9.5HPL”, “G16”, “G16d”, “GX16d”, “GY16”, “G22”, “G38”, “GX38” u “GX38Q” ifissru interfaċċa elettrika ta’sors tad-dawl li tikkonsisti minn żewġ pinnijiet f’distanzi ta’ 9.5, 16, 22 u 38 mm rispettivament, kif definit fl-istandards. “G9.5HPL” jinkludi dissipatur tas-sħana ta’ dimensjonijiet speċifiċi bħalma jintużaw fil-lampi tal-aloġenu ta’ prestazzjoni għolja, u jista’ jinkludi pinnijiet addizzjonali għal finijiet ta’ ertjar; |
(42) |
“P28s”, “P40s”, “PGJX28”, “PGJX36” u “PGJX50” ifissru interfaċċa elettrika ta’ sors tad-dawl li tuża l-flanġ ta’ kuntatt biex is-sors tad-dawl ikun pożizzjonat b’mod korrett (pre-focus) f’riflettur, kif definit fl-istandards; |
(43) |
“QXL (Quick eXchange Lamp)” tfisser interfaċċa elettrika ta’ sors tad-dawl li tikkonsisti, fuq in-naħa tas-sors tad-dawl, minn żewġ tabs laterali li jinkludu l-uċuħ ta’ kuntatt elettriku u, fuq in-naħa opposta (wara), sporġenża ċentrali li tippermetti lis-sors tad-dawl biex jinħataf b’żewġt iswaba’. Dan huwa ddisinjat speċifikament għall-użu f’tip speċifiku ta’ luminarji għat-tidwil tal-palk, fejn is-sors tad-dawl jiddaħħal min-naħa ta’ wara tal-luminarja u jiddawwar kwart ta’ rotazzjoni biex jeħel jew biex jinħall; |
(44) |
“li jaħdem bil-batterija” tfisser prodott li jopera biss b’kurrent dirett (DC) fornut minn sors li jkun jinsab fl-istess prodott, mingħajr ma jkun konness direttament jew indirettament mal-provvista tal-elettriku tal-mejns; |
(45) |
“bozza esterna” tfisser it-tieni bozza ta’ barra ta’ sors tad-dawl HID li ma tkunx meħtieġa għall-produzzjoni tad-dawl, bħal pereżempju tubu estern li jipprevjeni r-rilaxx tal-merkurju u tal-ħġieġ fl-ambjent f’każ li tinkiser il-lampa. Għad-determinazzjoni tal-preżenza ta’ bozza esterna, it-tubi tal-arka HID m’għandhomx jgħoddu bħala bozza; |
(46) |
“bozza mhux trasparenti” għal sors tad-dawl HID tfisser bozza ta’ barra li mhix trasparenti jew tubu estern li fih it-tubu tal-arka li tipproduċi d-dawl ma jkunx jidher; |
(47) |
“skrin antirifless” tfisser regolatur reżistenti, mekkaniku jew ottiku, li jirrefletti jew le, iddisinjat biex jimblokka r-radjazzjoni viżibbli diretta emessa mill-emittur tad-dawl ta’ sors tad-dawl direzzjonali, sabiex jiġi evitat it-tgħammix parzjali (tgħammix ta’ diżabbiltà) jekk osservatur iħares dritt lejha. Ma jinkludix kisi tas-superfiċje tal-emittur tad-dawl fis-sors tad-dawl direzzjonali; |
(48) |
“l-effiċjenza tat-tagħmir ta’ kontroll” tfisser il-potenza tal-output li talimenta sors tad-dawl diviża bl-enerġija tal-input ta’ tagħmir ta’ kontroll separat bil-kondizzjonijiet u l-metodi definiti fl-istandards. Kwalunkwe partijiet għall-kontroll tat-tidwil u partijiet mhux tat-tidwil huma skonnessi, mitfija jew issettjati għall-inqas konsum tal-enerġija elettrika possibbli skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u dan il-konsum tal-enerġija jitnaqqas mill-input tal-enerġija totali; |
(49) |
“funzjonalità wara l-ittestjar tad-durabilità” tfisser il-funzjonalità ta’ sors tad-dawl LED jew OLED wara l-ittestjar tad-durabilità kif definit fl-Anness V; |
(50) |
“tnemnim” tfisser il-perċezzjoni ta’ irregolarità viżiva kkaġunata mill-istimulu tad-dawl, il-luminanza jew id-distribuzzjoni spettrali li tvarja biż-żmien, għal osservatur statiku f’ambjent statiku. Il-varjazzjonijiet jistgħu jkunu perjodiċi u mhux perijodiċi u jistgħu jiġu indotti mis-sors tad-dawl innifsu, mis-sors tal-enerġija elettrika jew minn fatturi oħra ta’ influwenza. Il-metrika għat-tnemnim li tintuża f’dan ir-Regolament hija l-parametru “Pst LM”, fejn “st” tirreferi għal perjodu qasir (short term) u “LM” għal metodu tal-flickermeter tad-dawl, kif definit fl-istandards. Valur Pst LM = 1 ifisser li l-osservatur medju jkollu probabbiltà ta’ 50 % li jidentifika t-tnemnim; |
(51) |
“effett stroboskopiku” tfisser bidla fil-perċezzjoni ta’ ċaqliq li tirriżulta minn stimulu tad-dawl, il-luminanza jew id-distribuzzjoni spettrali li tvarja biż-żmien, għal osservatur statiku f’ambjent mhux statiku. Il-varjazzjonijiet jistgħu jkunu perjodiċi u mhux perijodiċi u jistgħu jiġu indotti mis-sors tad-dawl innifsu, mis-sors tal-enerġija elettrika jew minn fatturi oħra ta’ influwenza. Il-metrika għall-effett stroboskopiku li tintuża f’dan ir-Regolament hija “SVM” (kejl tal-viżibilità stroboskopika) kif definit fl-istandards. SVM = 1 tirrappreżenta l-limitu tal-viżibilità għal osservatur medju; |
(52) |
“valur iddikjarat” għal parametru tfisser il-valur mogħti mill-manifattur jew l-importatur fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE; |
(53) |
“potenza ultravjola radjanti effettiva speċifika” (mW/klm) hija l-enerġija effettiva tar-radjazzjoni ultravjola ta’ sors tad-dawl ponderata skont il-fatturi spettrali ta’ korrezzjoni u kif relatata mal-fluss luminuż tagħha; |
(54) |
“intensità luminuża” (candela jew cd) tfisser il-kwozjent tal-fluss luminuż li jħalli s-sors u jixxerred fl-element ta’ angolu solidu li jinkludi direzzjoni mogħtija, mill-element ta’ angolu solidu; |
(55) |
“temperatura tal-kulur ikkorrelatata” (CCT [K]) tfisser it-temperatura ta’ radjatur Planckjan (korp iswed) li l-kulur ipperċepit tiegħu jixbaħ l-iktar lil dak ta’ stimolu partikolari bl-istess qawwa u taħt kundizzjonijiet speċifiċi ta’ osservazzjoni; |
(56) |
“konsistenza tal-kulur” tfisser id-devjazzjoni massima tal-medja spazjata tal-koordinati tal-kromatiċità (x u y) inizjali (wara perjodu ta’ żmien qasir) ta’ sors tad-dawl wieħed minn punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy) iddikjarata mill-manifattur jew l-importatur, espressa bħala d-daqs (f’livelli) tal-ellissi MacAdam iffurmat madwar il-punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy); |
(57) |
“fattur ta’ spostament (cos φ1)” tfisser il-cosine tal-angolu tal-fażi φ1 bejn l-armoniku fundamentali tal-vultaġġ tal-provvista tal-mejns u l-armoniku fundamentali tal-kurrent tal-mejns. Dan jintuża għal sorsi tad-dawl tal-mejns li jużaw teknoloġija LED jew OLED. Il-fattur ta’ spostament jitkejjel b’tagħbija sħiħa, għas-settings ta’ kontroll ta’ referenza fejn applikabbli, bil-partijiet għall-kontroll tat-tidwil fil-modalità ta’ kontroll u bil-partijiet mhux tat-tidwil skonnessi, mitfija jew issettjati għall-inqas konsum tal-enerġija elettrika possibbli skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; |
(58) |
“fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen” (XLMF), tfisser il-proporzjon bejn il-fluss luminuż inizjali emess minn sors tad-dawl f’ħin partikolari fil-ħajja tiegħu u l-fluss luminuż inizjali; |
(59) |
“fattur ta’ sopravivenza” (SF) tfisser il-frazzjoni ddefinita tal-għadd totali ta’ sorsi tad-dawl li jibqgħu jaħdmu fi żmien partikolari taħt kundizzjonijiet u frekwenza ta’ kommutazzjoni ddefiniti; |
(60) |
“il-ħajja” għal sorsi tad-dawl LED u OLED tfisser il-ħin f’sigħat bejn il-bidu tal-użu tagħhom u l-mument meta, għal 50 % tal-popolazzjoni tas-sorsi tad-dawl, l-output tad-dawl ikun iddegrada gradwalment għal valur taħt is-70 % tal-fluss luminuż inizjali. Din tissejjaħ ukoll il-ħajja L70B50; |
(61) |
“pazjenti fotosensittivi” tfisser persuni b’kundizzjoni speċifika li tikkawża sintomi fotosensittivi u li jesperjenzaw reazzjonijiet negattivi għad-dawl naturali u/jew ċerti forom ta’ teknoloġija ta’ tidwil artifiċjali; |
(62) |
“erja tas-superfiċje li temetti d-dawl projettat (A)” hija l-erja tas-superfiċje f’mm2 (millimetri kwadri) tad-dehra ta’ projezzjoni ortografika tas-superfiċje li temetti d-dawl mid-direzzjoni bl-ogħla intensità tad-dawl, fejn l-erja tas-superfiċje li temetti d-dawl hija l-erja tas-superfiċje tas-sors tad-dawl li jemetti d-dawl bil-karatteristiċi ottiċi ddikjarati, bħas-superfiċje approssimattivament sferika ta’ ark (a), superfiċje ċilindriku ta’ filament ta’ kojl (b) jew lampa bi skariku f’gass (c, d), bozza ċatta jew semisferika ta’ dijodu li jemetti d-dawl (e). Għal sorsi tad-dawl b’bozza mhux trasparenti jew bi skrin antirifless, l-erja tas-superfiċje li temetti d-dawl hija l-erja kollha li minnha d-dawl joħroġ mis-sors tad-dawl. Għal sorsi tad-dawl li jkun fihom aktar minn emittent wieħed tad-dawl, il-projezzjoni tal-iżgħar volum gross li jenkapsula l-emittenti kollha għandha tittieħed bħala s-superfiċje li temetti d-dawl. Għal sorsi tad-dawl HID tapplika d-definizzjoni (a), sakemm ma japplikawx id-dimensjonijiet definiti f’(d) b’L > D, fejn L hija d-distanza bejn il-ponot tal-elettrodu u D huwa d-dijametru intern tat-tubu tal-lampa. |
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli jsiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintuża metodu ieħor li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, filwaqt li jqis il-metodi l-aktar avvanzati rrikonoxxuti b’mod ġenerali.
1. Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika:
(a) |
Mill-1 ta’ Settembru 2021, il-konsum tal-enerġija elettrika ddikkjarat għal sors tad-dawl P on m’għandux jaqbeż il-potenza massima permessa Ponmax (f’W), iddefinita bħala funzjoni tal-fluss luminuż utli ddikjarat Φuse (f’lm) u l-indiċi tal-apparenza tal-kulur iddikjarat CRI (-) kif ġej: Ponmax = C × (L + Φuse/(F × η)) × R; fejn:
Tabella 1 L-effikaċja ta’ limitu (η) u l-fattur ta’ telf finali (L)
Tabella 2 Fattur ta’ korrezzjoni C skont il-karatteristiċi tas-sors tad-dawl
Fejn applikabbli, il-bonusijiet fuq il-fattur ta’ korrezzjoni C huma kumulattivi. Il-bonus għall-HLLS ma għandux ikun kombinat mal-valur C bażiku għad-DLS (il-valur C bażiku għan-NDLS għandu jintuża għal HLLS). Is-sorsi tad-dawl li jippermettu lill-utent finali biex jadatta l-ispettru u/jew l-angolu tar-raġġ tad-dawl emess, u b’hekk jinbidlu l-valuri tal-fluss luminuż utli, tal-indiċi tal-apparenza tal-kulur (CRI) u/jew tat-temperatura tal-kulur ikkorrelatata (CCT), u/jew jinbidel l-istatus direzzjonali/mhux direzzjonali tas-sors tad-dawl, għandhom jiġu evalwati billi jintużaw is-settings ta’ kontroll ta’ referenza. Il-potenza standby Psb ta’ sors tad-dawl ma għandhiex taqbeż 0,5 W. Il-potenza standby man-netwerk Pnet ta’ sors tad-dawl konness ma għandhiex taqbeż 0,5 W. Il-valuri permessi għal Psb u Pnet m’għandhomx jiġu magħduda flimkien. |
(b) |
Mill-1 ta’ Settembru 2021, għandhom japplikaw il-valuri determinati fit-Tabella 3 għar-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika minima ta’ tagħmir ta’ kontroll separat li jopera b’tagħbija sħiħa: Tabella 3 Valuri tal-effiċjenza enerġetika minima għal tagħmir ta’ kontroll separat b’tagħbija sħiħa
It-tagħmir ta’ kontroll separat tat-tip “multi-wattage” għandu jikkonforma mar-rekwiżiti fit-Tabella 3, skont il-potenza massima ddikjarata li biha jista’ jopera. Il-potenza bla tagħbija Pno ta’ tagħmir ta’ kontroll separat ma għandhiex taqbeż 0,5 W. Dan japplika biss għal tagħmir ta’ kontroll separat li għalih il-manifattur jew l-importatur iddikjara fid-dokumentazzjoni teknika li dan ġie ddisinjati għall-modalità bla tagħbija. Il-potenza standby Psb ta’ tagħmir ta’ kontroll separat ma għandhiex taqbeż 0,5 W. Il-potenza standby man-netwerk Pnet ta’ tagħmir ta’ kontroll separat konness m’għandhiex taqbeż 0,5 W. Il-valuri permessi għal Psb u Pnet m’għandhomx jiġu magħduda flimkien. |
2. Rekwiżiti funzjonali
Mill-1 ta’ Settembru 2021, ir-rekwiżiti funzjonali speċifikati fit-Tabella 4 għandhom japplikaw għas-sorsi tad-dawl:
Tabella 4
Rekwiżiti funzjonali għas-sorsi tad-dawl
L-apparenza tal-kulur |
CRI ≥ 80 (ħlief għal HID b’Φuse > 4 klm u għal sorsi tad-dawl maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet fuq barra, applikazzjonijiet industrijali jew applikazzjonijiet oħra fejn l-istandards tat-tidwil jippermettu CRI < 80, meta tingħata indikazzjoni ċara dwar dan fuq l-imballaġġ tas-sors tad-dawl u fid-dokumentazzjoni rilevanti kollha stampata u elettronika) |
Fattur ta’ spostament (DF, cos φ1) mal-input tal-enerġija elettrika Pon għal MLS tat-tip LED u OLED |
Bla limitu f’Pon ≤ 5 W, DF ≥ 0,5 f’5 W < Pon ≤ 10 W, DF ≥ 0,7 f’10 W < Pon ≤ 25 W DF ≥ 0,9 f’25 W < Pon |
Fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen (għal LED u OLED) |
Il-fattur ta’ manutenzjoni tal-lumenLMF% wara l-ittestjar tad-durabilità skont l-Anness V għandu jkun tal-anqas XLMF,MIN % ikkalkulat kif ġej:
fejn L70 hija l-ħajja ddikkjarata L70B50 (f’sigħat) Jekk il-valur ikkalkulat għal XLMF,MIN ikun ogħla minn 96,0 %, għandu jintuża valur ta’ XLMF,MIN ta’ 96,0 % |
Fattur ta’ sopravivenza (għal LED u OLED) |
Is-sorsi tad-dawl għandhom ikunu operazzjonali kif speċifikat fir-ringiela “fattur ta’ Sopravivenza (għal LED u OLED)” tal-Anness IV, Tabella 6, wara l-ittestjar tad-durabilità indikat fl-Anness V. |
Konsistenza tal-kulur għal sorsi tad-dawl LED jew OLED |
Varjazzjoni tal-koordinati tal-kromatiċità fi ħdan l-ellissi MacAdam ta’ sitt stadji jew anqas. |
Tnemnim għal MLS LED u OLED |
PST LM ≤ 1,0 f’tagħbija sħiħa |
Effett stroboskopiku għall-MLS LED u OLED |
SVM ≤ 0,4 f’tagħbija sħiħa (ħlief għal HID b’Φuse > 4 klm u għal sorsi tad-dawl maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet fuq barra, applikazzjonijiet industrijali jew applikazzjonijiet oħra fejn l-istandards tat-tidwil jippermettu CRI < 80) |
3. Rekwiżiti ta’ informazzjoni
Mill-1 ta’ Settembru 2021 għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni li ġejjin:
(a) |
Informazzjoni li għandha tidher fuq is-sors tad-dawl innifsu Għas-sorsi tad-dawl kollha, ħlief is-CTLS, LFL, CFLni, FL oħrajn, u HID il-valur u l-unità fiżika tal-fluss luminuż utli (lm) u t-temperatura tal-kulur ikkorrelatata (K) għandhom jintwerew b’tipa li tinqara fuq il-wiċċ jekk, wara l-inklużjoni tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza, ikun hemm biżżejjed spazju disponibbli għaliha mingħajr ma tiġi mfixkla żżejjed l-emissjoni tad-dawl. Għal sorsi tad-dawl direzzjonali, għandu jiġi indikat ukoll l-angolu tar-raġġ (°). Jekk ikun hemm post għal żewġ valuri biss, għandhom jintwerew il-fluss luminuż utli u t-temperatura tal-kulur ikkorrelatata. Jekk ikun hemm biss post għal valur wieħed, għandu jintwera l-fluss luminuż utli. |
(b) |
L-informazzjoni li għandha tintwera b’mod viżibbli fuq l-imballaġġ
|
(c) |
Informazzjoni li għandha tintwera b’mod viżibbli fuq is-sit web tal-Internet tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat
|
(d) |
Dokumentazzjoni teknika
|
(e) |
Informazzjoni dwar il-prodotti speċifikati fil-punt 3 tal-Anness III Għal sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat speċifikati fil-punt 3 tal-Anness III, l-użu maħsub għandu jitniżżel fid-dokumentazzjoni teknika għall-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament u fuq il-forom kollha tal-ippakkjar, tal-informazzjoni dwar il-prodott u r-reklamar tiegħu, flimkien ma’ indikazzjoni espliċita li s-sors tad-dawl jew tagħmir ta’ kontroll separat mhumiex maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet oħra. Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament għandu jelenka l-parametri tekniċi li minħabba fihom, id-disinn speċifiku tal-prodott jikkwalifika għall-eżenzjoni. B’mod partikolari għal sorsi tad-dawl indikati fil-punt 3(p) tal-Anness III, għandu jiġi ddikjarat: “Dan is-sors tad-dawl huwa biss għall-użu minn pazjenti fotosensittivi. L-użu ta’ dan is-sors tad-dawl iwassal għal żieda fil-kost tal-enerġija meta mqabbel ma’ prodott ekwivalenti bi grad ogħla ta’ effiċjenza enerġetika.” |
(*1) Għal sorsi tad-dawl konnessi (CLS) għandu jiġi applikat fattur L = 2,0.
ANNESS III
Eżenzjonijiet
1.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat ittestjati u approvati speċifikament biex joperaw:
(a) |
f’atmosferi potenzjalment splussivi, kif definiti fid-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); |
(b) |
għal użu f’każ ta’ emerġenza, kif stabbilit fid-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); |
(c) |
installazzjonijiet radjoloġiċi u mediċi nukleari kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/71/Euratom (3); |
(d) |
fi jew fuq stabbilimenti, tagħmir, vetturi tal-art, tagħmir tal-baħar jew inġenji tal-ajru, militari jew ta’ difiża ċivili, kif stabbilit fir-regolamenti tal-Istati Membri jew f’dokumenti maħruġa mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża; |
(e) |
fi jew fuq vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, tagħmir interkambjabbli irmunkat, komponenti u unitajiet tekniċi separati kif stabbilit fir-Regolamenti (KE) Nru 661/2009 (4), (UE) Nru 167/2013 (5) u (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
(f) |
għall-użu fi jew fuq makkinarju mobbli mhux tat-triq, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u fit-trejlers tagħhom jew fuqhom; |
(g) |
fi jew fuq tagħmir interkambjabbli kif stabbilit fid-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u maħsuba biex jiġu rmunkati jew biex jiġu mmuntati u merfugħa kompletament mill-art jew li ma jistgħux jartikolaw madwar assi vertikali meta l-vettura li jkunu marbuta magħha tkun qed tintuża fit-triq permezz ta’ vetturi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 167/2013; |
(h) |
fi jew fuq inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ċivili, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (9); |
(i) |
għal użu fit-tidwil tal-vetturi ferrovjarji, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); |
(j) |
fit-tagħmir tal-baħar, kif stabbilit fid-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); |
(k) |
f’apparati mediċi, kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (12) jew fir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u f’apparat mediku in vitro kif stabbilit fid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). |
Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “ittestjat u approvat speċifikament” tfisser li s-sors tad-dawl jew tagħmir ta’ kontroll separat:
— |
ġie ttestjat speċifikament għall-kundizzjoni ta’ tħaddim jew l-applikazzjoni msemmija, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea msemmija jew miżuri implimentattivi relatati, jew mal-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti, jew, fin-nuqqas ta’ dawn, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri rilevanti; kif ukoll |
— |
huwa akkumpanjat minn evidenza, li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika, fil-forma ta’ ċertifikat, marka ta’ approvazzjoni tat-tip, rapport tat-test, li l-prodott ġie approvat speċifikament għall-kundizzjoni ta’ tħaddim jew l-applikazzjoni msemmija; u |
— |
jitqiegħed fis-suq speċifikament għall-kundizzjoni operattiva jew l-applikazzjoni msemmija, kif muri tal-anqas b’dokumentazzjoni teknika, u minbarra l-punt (d), l-informazzjoni fuq l-imballaġġ u kwalunkwe reklamar jew materjal tal-kummerċjalizzazzjoni. |
2.
Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(a) |
sorsi tad-dawl fluworexxenti T5 b’żewġ kappi b’potenza P ≤ 13 W; |
(b) |
l-unitajiet tal-wiri elettroniċi (eż. televixins, moniters tal-kompjuter, laptops, tablets, telefowns ċellulari, e-readers, consoles tal-logħob) inklużi l-unitajiet tal-wiri fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 (15), u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (16); |
(c) |
sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat f’prodotti li jaħdmu bil-batterija, inkluż iżda mhux limitat għal eż. torċijiet, telefowns ċellulari b’torċ integrat, ġugarelli li jinkludu sorsi tad-dawl, lampi tal-iskrivaniji li joperaw biss bil-batteriji, lampi tal-idejn għaċ-ċiklisti, lampi solari għall-ġonna; |
(d) |
sorsi tad-dawl għal applikazzjonijiet tal-spettroskopija u fotometriċi, bħal pereżempju l-ispettroskopija UV-VIS, l-ispettroskopija molekulari, l-ispettroskopija tal-assorbiment atomiku, l-analizi tal-infraaħmar mhux dispersiv (NDIR), l-infraaħmar tal-Fourier-transform (FTIR), l-analiżi medika, l-elissometrija, il-kejl tal-ħxuna tas-saffi, il-monitoraġġ tal-proċessi jew il-monitoraġġ ambjentali; |
(e) |
sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat għar-roti u vetturi oħra mhux motorizzati. |
3.
Kwalunkwe sors tad-dawl jew tagħmir ta’ kontroll separat fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fil-punt 3(e) tal-Anness II, jekk ikunu speċifikament iddisinjati u kkumerċjalizzati għall-użu maħsub għalihom f’mill-inqas waħda minn dawn l-applikazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
is-sinjalar (inkluż, iżda mhux limitat għal lampi għas-sinjalar tat-triq, tal-ferroviji, tal-baħar jew tal-ajru, għall-kontroll tat-traffiku jew bozoz tal-mitjar); |
(b) |
il-qbid tal-immaġni u l-projezzjoni ta’ immaġini (inkluż, iżda mhux biss, fotokopjar, stampar (direttament jew fi proċessar minn qabel), il-litografija, il-wiri ta’ films u vidjos, olografija); |
(c) |
is-sorsi tad-dawl b’enerġija ultravjola radjanti effettiva speċifika > 2 mW/klm u maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet li jirrikjedu kontenut għoli ta’ UV; |
(d) |
is-sorsi tad-dawl b’quċċata tar-radjazzjoni ta’ madwar 253,7 nm u maħsuba għal użu ġermiċidali (qerda tad-DNA); |
(e) |
is-sorsi tad-dawl li jemettu 5 % jew aktar ta’ radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 250–315 nm u/jew 20 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 315–400 nm, u maħsuba għad-diżinfezzjoni jew il-qbid tad-dubbien; |
(f) |
is-sorsi tad-dawl li l-għan primarju tagħhom huwa li jemettu radjazzjoni ta’ madwar 185,1 nm u maħsuba biex jintużaw għall-ġenerazzjoni tal-ożonu; |
(g) |
is-sorsi tad-dawl li jemettu 40 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 400–480 nm, u maħsuba għas-simbjożi tal-qroll zooxanthellae; |
(h) |
is-sorsi tad-dawl FL li jemettu 80 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 250-400 nm, u maħsuba għall-iskurar tal-ġilda tal-bniedem; |
(i) |
is-sorsi tad-dawl HID li jemettu 40 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 250-400 nm, u maħsuba għall-iskurar tal-ġilda tal-bniedem; |
(j) |
is-sorsi tad-dawl b’effikaċja fotosintetika ta’ > 1,2 μmol/J, u/jew li jemettu 25 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 700–800 nm, u maħsuba għal użu fl-ortikultura; |
(k) |
Sorsi tad-dawl HID b’temperatura tal-kulur ikkorrelatata CCT > 7 000 K u maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet li jeħtieġu CCT għolja bħal din; |
(l) |
sorsi tad-dawl b’angolu tar-raġġ ta’ inqas minn 10° u maħsuba għal applikazzjonijiet ta’ spot-lighting li jeħtieġu raġġ tad-dawl dejjaq ħafna; |
(m) |
sorsi tad-dawl tal-aloġenu b’kappa tat-tip G9.5, GX9.5, GY9.5, GZ9.5, GZX9.5, GZY9.5, GZZ9.5, K39d, G9.5HPL, G16d, GES/E40 (vultaġġ baxx (24 V) kuruna tal-fidda biss), GX16, GX16d, GY16, G22, G38, GX38, GX38Q, P28s, P40s, PGJX28, PGJX 36, PGJX50, R7s bi fluss luminuż ta’ > 12 000 lm, QXL, iddiżinjati u kkummerċjalizzati speċifikament għall-użu fit-tidwil tax-xeni fl-istudjows tal-films, tat-TV u tal-fotografija inkella għat-tidwil tal-palkijiet fit-teatri, id-diskoteki u matul il-kunċerti jew avvenimenti oħrajn ta’ divertiment; |
(n) |
sorsi tad-dawl bil-kulur aġġustabbli li jistgħu jiġu ssettjati talanqas fil-kuluri elenkati f’dan il-punt u li għal kull wieħed minn dawn il-kuluri, imkejla fit-tul tal-mewġa dominanti, għandhom purità minima ta’ eċċitazzjoni ta’:
u huma maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet li jeħtieġu dawl ikkulurit ta’ kwalità għolja; |
(o) |
is-sorsi tad-dawl akkumpanjati b’ċertifikat tal-ikkalibrar individwali bid-dettalji dwar il-fluss u/jew l-ispettru radjumetriku eżatt f’kundizzjonijiet speċifikati, u maħsuba għall-użu fil-kalibrazzjoni fotometrika (eż tat-tul tal-mewġa, tal-fluss, tat-temperatura tal-kulur, tal-indiċi tal-apparenza tal-kulur), jew għall-użu fil-laboratorju jew f’applikazzjonijiet tal-kontroll tal-kwalità għall-evalwazzjoni ta’ materjali u superfiċji kkuluriti taħt kundizzjonijiet standard ta’ osservazzjoni (eż. illuminanti standard); |
(p) |
is-sorsi tad-dawl ipprovduti speċifikament għall-użu minn pazjenti fotosensittivi, li jinbiegħu fi spiżeriji u postijiet ta’ bejgħ oħra awtorizzati (eż. fornituri ta’ prodotti għal persuni b’diżabilità), meta tiġi ppreżentata riċetta medika; |
(q) |
is-sorsi tad-dawl inkandexxenti (mhux inkluż is-sorsi tad-dawl tal-aloġenu) li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ikollhom potenza ta’ ≤ 40 W, tul ta’ ≤ 60 mm, dijametru ta’ ≤ 30 mm, iddikjarati xierqa għat-tħaddim f’temperatura ambjentali ta’ ≥ 300 °C, u maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet ta’ temperatura għolja bħall-fran; |
(r) |
is-sorsi tad-dawl tal-aloġenu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: bil-kappa u tat-tip G4, GY6.35 jew G9, potenza ta’ ≤ 60 W, iddikjarati xierqa għat-tħaddim f’temperatura ambjentali ta’ ≥ 300 °C, u maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet ta’ temperatura għolja bħall-fran; |
(s) |
is-sorsi tad-dawl tal-aloġenu b’interfaċċa elettrika speċifika bħal lama ta’ kuntatt, lugs tal-metall, kejbil jew litz wire inkella ta’ tip ieħor mhux standard, iddisinjati u kkumerċjalizzati speċifikament għat-tagħmir industrijali jew professjonali tat-tisħin bl-elettriku (eż. il-proċess tal-istretch blow-moulding fl-industrija tal-PET, fl-istampar 3D, fl-inkullar inkella fit-twebbis tal-linka, taż-żebgħa jew ta’ kisjiet); |
(t) |
is-sorsi tad-dawl tal-aloġenu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: bil-kappa R7s, CCT ≤ 2 500 K, tul mhux fil-meded 75-80 mm u 110-120 mm, iddisinjati u kkumerċjalizzati speċifikament għat-tagħmir industrijali jew professjonali tat-tisħin bl-elettriku (eż. il-proċess tal-istretch blow-moulding fl-industrija tal-PET, fl-istampar 3D, fl-inkullar inkella fit-twebbis tal-linka, taż-żebgħa jew ta’ kisjiet); |
(u) |
lampi fluworexxenti b’kappa waħda (CFLni) b’dijametru ta’ 16 mm (T5), bażi 2G11 b’4 pinnijiet, b’CCT = 3 200 K u koordinati tal-kromatiċità x = 0,415 y = 0,377, jew b’CCT = 5 500 K u koordinati tal-kromatiċità x = 0,330 y = 0,335, speċifikament iddisinjati u kkumerċjalizzati għal applikazzjonijiet għall-istudios u tal-video għall-ġbid tal-films tradizzjonali; |
(v) |
sorsi tad-dawl LED u OLED, li jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ “xogħlijiet oriġinali tal-arti” kif definit fid-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), magħmulin mill-artist innifsu/innifisha f’numru limitat ta’ inqas minn 10 biċċiet; |
(w) |
sorsi ta’ dawl abjad li
u li:
|
4.
Is-CLS u s-CSCG iddisinjati u kkummerċjalizzati speċifikament għall-użu għal użu fi studios tal-ġbid tal-films, studios u siti televiżivi kif ukoll studios u siti fotografiċi, inkella għat-tidwil tal-palkijiet fit-teatri, matul il-kunċerti jew avvenimenti oħrajn ta’ divertiment, għall-konnessjoni ma’ netwerks ta’ kontroll b’veloċità għolja (bl-użu ta’ rati ta’ sinjalizzazzjoni ta’ 250 000 bits kull sekonda u ogħla) f’modalità always-listening, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti dwar il-modalitajiet standby (Psb) ufil-modalità standby man-netwerk (Pnet) tal-punti 1(a) u 1(b) tal-Anness II.
(1) Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi (riformulazzjoni) (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).
(2) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(3) id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE, (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).
(8) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (Tfassil mill-ġdid), (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
(11) Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
(13) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(14) Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).
(15) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (Ara paġna 241 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(16) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi, (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 13).
(17) Id-Direttiva Nru 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (ĠU L 272, 13.10.2001, p. 32).
ANNESS IV
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Dawn it-tolleranzi ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew fl-interpretazzjoni ta’ dawk il-valuri bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex b’xi mod tingħata l-impressjoni ta’ prestazzjoni aħjar.
Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.
Għall-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:
1. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell skont il-punti 2(a) u 2(b) ta’ dan l-Anness. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw 10 unitajiet ta’ mudell ta’ sors tad-dawl jew 3 unitajiet tal-mudell tat-tagħmir ta’ kontroll separat. It-tolleranzi tal-verifika huma stabbiliti fit-Tabella 6 ta’ dan l-Anness. |
2. |
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:
|
3. |
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b) jew (c), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. |
4. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara li tiddieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell, f’konformità mal-punt 3 ta’ dan l-Anness. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 6 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 6, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, bħalma huma dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.
Tabella 6
It-tolleranzi tal-verifika
Parametru |
Id-daqs tal-kampjun |
Tolleranzi tal-verifika |
Potenza fil-modalità mixgħul b’tagħbija sħiħa Pon [W]: |
|
|
Pon ≤ 2 W |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’iktar minn 0,20 W. |
2 W < Pon ≤ 5 W |
10 |
Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 10 %. |
5 W < Pon ≤ 25 W |
10 |
Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 5 %. |
25 W < Pon ≤ 100 W |
10 |
Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 5 %. |
100 W < Pon |
10 |
Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 2,5 %. |
Fattur ta’ spostament [0-1] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 0,1 ta’ unità inqas mill-valur dikjarat. |
Fluss luminuż utli Φuse [lm] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 10 % inqas mill-valur dikjarat. |
Potenza bla tagħbija Pno, Potenza standby Psb u Potenza standby man-netwerk Pnet [W] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’iktar minn 0,10 W. |
CRI [0-100] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b’aktar minn 2,0 unitajiet. |
Tnemnim [Pst LM] u effett stroboskopiku [SVM] |
10 |
Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 10 %. |
Konsistenza tal-kulur [livelli tal-Ellissi MacAdam] |
10 |
In-numru ta’ passi determinat m’għandux jaqbeż in-numru ta’ livelli dikjarat. Iċ-ċentru tal-ellissi MacAdam għandu jkun iċ-ċentru ddikjarat mill-fornitur b’tolleranza ta’ 0,005 unità. |
Angolu tar-raġġ (gradi) |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jiddevja mill-valur dikjarat b’aktar minn 25 %. |
Effiċjenza tat-tagħmir ta’ kontroll [0–1] |
3 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 0,05 ta’ unità inqas mill-valur dikjarat. |
Fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen (għal LED u OLED) |
10 |
Il-valur determinat ta’ XLMF% tal-kampjun wara t-test fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament ma għandux ikun anqas minn XLMF, MIN% (1). |
Fattur ta’ sopravivenza (għal-LED u l-OLED) |
10 |
Mill-inqas 9 sorsi tad-dawl tal-kampjun tat-test għandhom ikunu operazzjonali wara l-ikkompletar tat-test fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. |
Purità tal-eċitazzjoni [%] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 5 % inqas mill-valur dikjarat. |
Temperatura tal-Kulur ikkorrelatata [K] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jiddevja mill-valur dikjarat b’aktar minn 10 %. |
Għas-sorsi tad-dawl modulari b’ġeometrija lineari, iżda li huma twal ħafna, bħal strixxi jew ħbula tal-LED, it-testjar għall-finijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jqis tul ta’ 50 cm, jew jekk is-sors tad-dawl ma jkunx disponibbli f’dik l-iskala, l-eqreb valur għal 50 cm. Il-manifattur jew l-importatur tas-sors tad-dawl għandu jindika liema tagħmir ta’ kontroll separat ikun xieraq għal dan it-tul.
Meta jivverifikaw li l-prodott huwa sors tad-dawl, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipparagunaw il-valuri mkejlin tal-koordinati tal-kromatiċità (x u y), il-fluss luminuż, id-densità tal-fluss luminuż, u l-indiċi tal-apparenza tal-kulur direttament mal-valuri ta’ limitu stipulati fid-definizzjoni ta’ sors tad-dawl tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ma japplikaw l-ebda tolleranzi. Jekk kwalunkwe waħda mill-10 unitajiet fil-kampjun tissodisfa l-kundizzjonijiet biex titqies bħala sors tad-dawl, il-mudell tal-prodott għandu jitqies bħala sors tad-dawl.
Is-sorsi tad-dawl li jippermettu lill-utent aħħari biex jikkontrolla, b’mod manwali jew awtomatiku, direttament jew b’mod remot, l-intensità luminuża, il-kulur, it-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, l-ispettru, u/jew l-angolu tar-raġġ tad-dawl emess għandhom jiġu evalwati skont is-settings ta’ kontroll ta’ referenza.
(1) Ma hemm l-ebda tolleranza assoċjata ma’ din il-metrika, peress li hija rekwiżit fiss u huwa f’idejn il-manifattur biex jiddikjara valur L70B50 li jippermetti li din tintlaħaq.
ANNESS V
Funzjonalità wara t-testjar tad-durabilità
Mudelli ta' sorsi tad-dawl LED u OLED għandhom jiġu sottomessi għat-testjar tad-durabilità biex tiġi verifikata l-manutenzjoni tal-lumen tagħhom u l-fattur ta' sopravivenza. Dan l-ittestjar tad-durabilità jinvolvi l-metodu ta' ttestjar deskritt hawn taħt. L-awtoritajiet ta' Stat Membru għandhom jittestjaw 10 unitajiet ta' mudell għal dan it-test.
It-test tad-durabilità għal sorsi tad-dawl LED u OLED għandu jsir kif ġej:
(a) |
Kundizzjonijiet ambjentali u l-konfigurazzjoni tat-test:
|
(b) |
Metodu għat-test tad-durabilità:
|
ANNESS VI
Parametri ta’ referenza
Għall-aspetti ambjentali li tqiesu bħala sinifikanti u li jkunu kwantifikabbli, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, hija indikata hawn taħt.
L-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għas-sorsi tad-dawl f’termini tal-effikaċja tagħhom abbażi tal-fluss luminuż utli tagħhom ġiet identifikata hekk:
— |
Sorsi tad-dawl mhux direzzjonali alimentati mill-mejns: 120-140 lm/W |
— |
Sorsi tad-dawl direzzjonali alimentati mill-mejns: 90-100 lm/W |
— |
Sorsi ta’ dawl direzzjonali mhux alimentati mill-mejns: 85-95 lm/W |
— |
Sorsi tad-dawl lineari (tubi): 140-160 lm/W |
L-aqwa teknoloġija disponibbli għat-tagħmir ta’ kontroll separat għandha effiċjenza enerġetika ta’ 95 %.
Karatteristiċi meħtieġa f’ċerti applikazzjonijiet eż. apparenza għolja tal-kulur, jistgħu jżommu l-prodotti li joffru dawk il-karatteristiċi milli jilħqu dawn il-parametri.
L-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għas-sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat ma għandha l-ebda kontenut ta’ merkurju.