Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D2003

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2003 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini, dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu

    ST/11260/2016/INIT

    ĠU L 322, 18.12.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/2003/oj

    Related international agreement

    18.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 322/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/2003

    tal-20 ta' Settembru 2016

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini, dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti permezz ta' ftehim fil-livell tal-Unjoni.

    (2)

    Il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, innegozjat Ftehim mal-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fl-10 ta' Frar 2016.

    (3)

    L-għan tal-Ftehim huwa li jġib il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn għaxar Stati Membri u r-Repubblika tal-Filippini f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

    (4)

    Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

    (5)

    Sabiex il-benefiċċji tal-Ftehim ikunu jistgħu jibdew jinħassu malajr kemm jista' jkun, dan għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tat-tali Ftehim.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Sa ma jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-partijiet ikunu għarrfu lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan (1).

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. KORČOK


    (1)  Id-data li minnha l-Ftehim ser jiġi applikat b'mod provviżorju ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top