Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2107

    Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007

    ĠU L 315, 30.11.2017, p. 1–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/04/2024

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2107/oj

    30.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 315/1


    REGOLAMENT (UE) 2017/2107 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-15 ta' Novembru 2017

    li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    L-għan tal-politika komuni tas-sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), huwa li tiżgura li jsir sfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi marini li jipprovdi sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali għal żmien twil.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE (4), l-Unjoni approvat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li inter alia, fiha l-prinċipji u r-regoli għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin marini. Fil-qafas tal-obbligi internazzjonali aktar ġenerali tagħha, l-Unjoni tieħu sehem fl-isforzi li jsiru fl-ibħra internazzjonali għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut.

    (3)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE (5), l-Unjoni ilha Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (“il-Konvenzjoni tal-ICCAT”) mill-14 ta' Novembru 1997.

    (4)

    Il-Konvenzjoni tal-ICCAT tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni reġjonali dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn u ta' speċijiet li jixbhu lit-tonn fl-Oċean Atlantiku u fl-ibħra ta' madwaru permezz tat-twaqqif ta' Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT).

    (5)

    L-ICCAT hija awtorizzata li tadotta deċiżjonijiet obbligatorji (rakkomandazzjonijiet) għall-konservazzjoni u l-ġestjoni taż-żoni tas-sajd fil-kompetenza tagħha, li huma vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet huma essenzjalment indirizzati lill-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni tal-ICCAT, iżda jinkludu wkoll l-obbligi għall-operaturi privati (eż. il-kaptani tal-bastimenti). Ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT jidħlu fis-seħħ sitt xhur wara l-adozzjoni tagħhom u fil-każ tal-Unjoni, iridu jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni malajr kemm jista' jkun.

    (6)

    Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni (6) ser jipprevedi li dak ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fil-liġi tal-Unjoni li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) li għalihom l-Unjoni hija Parti Kontraenti.

    (7)

    L-aħħar implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet għall-konservazzjoni u għall-infurzar tal-ICCAT saret permezz tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 (7) u (KE) Nru 520/2007 (8).

    (8)

    Ir-rakkomandazzjoni tal-ICCAT għal pjan pluriennali għall-irkupru tat-Tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, ġiet implimentata permezz tar-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Dan ir-Regolament ma jkoprix tali pjan pluriennali għall-irkupru.

    (9)

    Jenħtieġ li meta jimplimentaw dawk ir-rakkomandazzjonijiet, l-Unjoni u l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jippromwovu attivitajiet ta' sajd kostali u l-użu ta' rkaptu u tekniki tas-sajd li jkunu selettivi u li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas, inklużi t-tagħmir u t-tekniki użati f'sajd tradizzjonali u artiġjanali, biex b'hekk jikkontribwixxu għal livell ġust ta' għajxien għall-ekonomiji lokali.

    (10)

    Jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sempliċiment timplementa r-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT sabiex tpoġġi s-sajjieda tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi fuq l-istess livell u tiżgura li r-regoli jistgħu jiġu aċċettati minn kulħadd.

    (11)

    Jenħtieġ li l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan ir-Regolament ikunu mingħajr preġudizzju għall-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet futuri tal-ICCAT fil-liġi tal-Unjoni permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    (12)

    Biex l-emendi futuri tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT jiġu implimentati mingħajr dewmien fil--liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar tal-Annessi ta' dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti,u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

    (13)

    Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

    (14)

    Biex tkun żgurata l-konformità mal-PKS, ġiet adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi sistema ta' kontroll, spezzjoni u infurzar li tinkludi l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU). B'mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (12) jistabbilixxi sistema ta' kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni b'approċċ globali u integrat biex jiżgura l-konformità mar-regoli kollha tal-PKS. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (13) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (14) jistabbilixxi sistema Komunitarja li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU. Dawk ir-Regolamenti diġà qegħdin jimplimentaw għadd ta' dispożizzjonijiet stipulati fir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiddaħħlu f'dan ir-Regolament.

    (15)

    Ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, kif jinqraw flimkien mar-regoli applikabbli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jippermettu li l-bastimenti kbar tas-sajd pelaġiku bil-konz jittrażbordaw fuq il-baħar f'ilmijiet mhux tal-Unjoni fiż-żona tal-ICCAT. Madankollu, jenħtieġ li l-Unjoni tindirizza b'mod komprensiv u sistematiku dik il-kwistjoni fil-qafas tal- RFMOs bil-għan li testendi l-projbizzjoni tal-Unjoni dwar it-trażbord fil-baħar fl-ilmijiet tal-Unjoni għall-ilmijiet kollha.

    (16)

    L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 introduċa obbligu tal-ħatt l-art li japplika mill-1 ta' Jannar 2015 għas-sajd pelaġiku, fuq skala żgħira u kbira, għas-sajd bi skopijiet industrijali u għas-sajd tas-salamun fil-baħar Baltiku. Madankollu, skont l-Artikolu 15(2) ta' dak ir-Regolament, l-obbligu tal-ħatt l-art huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, bħal dawk li ġejjin mir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. Skont din l-istess dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati biex timplimenta dawn l-obbligi internazzjonali fil-liġi tal-Unjoni, fosthom, b'mod partikulari, id-derogi mill-obbligu tal-ħatt l-art. Għaldaqstant, il-qbid skartat minn xi sajd pelaġiku fuq skala żgħira u kbira u mis-sajd għal skopijiet industrijali huwa permess f'ċerti sitwazzjonijiet li huma stabbiliti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 (15).

    (17)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 (16) jistabbilixxi programmi ta' dokumenti statistiċi dwar il-pixxispad u t-tonn obeż f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ICCAT. Billi l-ICCAT adotta dispożizzjonijiet ġodda dwar il-programmi statistiċi b'rabta mat-trażbordar fuq il-baħar, jixraq li r-Regolament (KE) Nru 1984/2003 jiġi emendat biex jimplimenta dawk id-dispożizzjonijiet fil-liġi tal-Unjoni.

    (18)

    F'dawn l-aħħar snin ħafna mir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT inbidlu jew tħassru. Għalhekk, għall-fini taċ-ċarezza, tas-simplifikazzjoni u taċ-ċertezza legali, jixraq li r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 520/2007 jiġu emendati,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    TITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni, il-konservazzjoni u l-kontroll marbuta mas-sajd ta' speċijiet ta' ħut li jpassu ħafna ġestiti mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT).

    Artikolu 2

    Kamp ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament japplika għal:

    (a)

    Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, u bastimenti tal-Unjoni involuti fis-sajd rikreattiv, li jaħdmu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT, u fil-każ tat-trażbord, barra ż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT ukoll, jekk dawn jittrażbordaw speċijiet li jinqabdu f'dik iż-żona;

    (b)

    bastimenti ta' pajjiżi terzi li jkunu spezzjonati fil-portijiet tal-Istati Membri, u li jkunu qed iġorru speċijiet jew prodotti tas-sajd li joriġinaw minn tali speċijiet li qatt qabel ma nħattu jew ġew ittrażbordati fil-portijiet;

    (c)

    bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi u bastimenti ta' pajjiżi terzi involuti fis-sajd rikreattiv li joperaw fl-ilmijiet tal-Unjoni.

    Artikolu 3

    Rabta ma' atti oħrajn tal-Unjoni

    Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati f'Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni (17) u fir-Regolament (UE) 2016/1627.

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament japplikaw flimkien ma' dawk previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1005/2008 u (KE) Nru 1224/2009.

    Artikolu 4

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “speċijiet tal-ICCAT” tfisser l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I;

    (2)

    “tonn tropikali” tfisser it-tonn obeż, it-tonna safra u l-palamit;

    (3)

    “bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew nassa tat-tonn;

    (4)

    “bastiment tal-qbid” tfisser bastiment tas-sajd użat bl-għan tal-qbid ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

    (5)

    “bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u rreġistrat fl-Unjoni;

    (6)

    “awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa fir-rigward ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni, li tagħtih id-dritt li jwettaq attivitajiet tas-sajd speċifiċi tul perijodu speċifikat, f'żona partikolari jew għal sajd partikolari f'kundizzjonijiet speċifiċi;

    (7)

    “awtorizzazzjoni tas-sajd speċjali” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa fir-rigward ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni, li tagħtih id-dritt li jwettaq attivitajiet tas-sajd speċifiċi bl-użu ta' tagħmir speċifiku, tul perijodu speċifikat, f'żona partikolari jew għal sajd partikolari f'kundizzjonijiet speċifiċi;

    (8)

    “trażbord” tfisser il-ħatt minn bastiment għal fuq bastiment ieħor ta' parti mill-prodotti tas-sajd jew tal-prodotti tas-sajd kollha;

    (9)

    “sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet ta' sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi akkwatiċi bijoloġiċi għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport;

    (10)

    data tal-Kompitu I” tfisser id-data ddefinita bħala l-Kompitu I mill-ICCAT fil-manwal tagħha tal-qasam għall-istatistika u t-teħid tal-kampjuni tat-tonn tal-Atlantiku u tal-ħut li jixbah lit-tonn, imsejjaħ “Field manual for statistics and sampling Atlantic tunas and tuna-like fish”;

    (11)

    data tal-Kompitu II” tfisser id-data ddefinita bħala l-Kompitu II mill-ICCAT fil-manwal tal-qasam għall-istatistika u t-teħid tal-kampjuni tat-tonn tal-Atlantiku u tal-ħut li jixbah lit-tonn, bit-titlu “Field manual for statistics and sampling Atlantic tunas and tuna-like fish”;

    (12)

    “PKK” tfisser il-partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni tal-ICCAT u l-partijiet, l-entitajiet jew l-entitajiet tas-sajd mhux kontraenti tagħha li jikkooperaw magħha;

    (13)

    “iż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT” tfisser l-ilmijiet kollha tal-Oċean Atlantiku u tal-ibħra ta' madwaru;

    (14)

    “ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli” tfisser ftehim internazzjonali kif iddefinit fil-punt 37 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

    (15)

    “it-tul ta' bastiment” tfisser it-tul li jitkejjel f'linja dritta mill-punt ta' quddiem nett tal-pruwa sal-punt ta' wara nett tal-poppa;

    (16)

    “bastiment kbir tas-sajd pelaġiku bil-konz” tfisser bastiment tas-sajd pelaġiku bil-konz li minn tarf għall-ieħor ikun fih tul ta' iżjed minn 24 metru;

    (17)

    “bastiment kbir tas-sajd” tfisser bastiment tas-sajd li minn tarf għall-ieħor ikun fih tul ta' iżjed minn 20 metru;

    (18)

    “bastiment kbir tal-qbid” tfisser bastiment tas-sajd li minn tarf għall-ieħor ikun fih tul ta' iżjed minn 20 metru;

    (19)

    “ir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti kbar tas-sajd” tfisser il-lista, li jżomm is-Segretarjat tal-ICCAT, tal-bastimenti l-kbar tas-sajd li huma awtorizzati jistadu l-ispeċijiet tal-ICCAT fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT;

    (20)

    “bastiment ta' appoġġ” tfisser bastiment li mhuwiex opra tal-baħar li tinġarr abbord li mhux mgħammar b'tagħmir tas-sajd li jista' jitħaddem u li jiffaċilita, jgħin jew iħejji l-attivitajiet tas-sajd, inkluż billi jipprovdi bastiment tal-qbid;

    (21)

    “bastiment tal-ġarr” tfisser bastiment ta' appoġġ li jintuża għat-trażbordar u t-tagħbija fuqu ta' speċijiet tal-ICCAT minn fuq bastiment tas-sajd bil-konz pelaġiku kbir;

    (22)

    “reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-ġarr” tfisser il-lista, li jżomm is-Segretarjat tal-ICCAT, tal-bastimenti li huma awtorizzati biex jirċievu t-trażbordar fuq il-baħar minn bastimenti kbar tas-sajd pelaġiku bil-konz fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT;

    (23)

    “reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati għas-sajd tat-tonn tropikali” tfisser il-lista li jżomm is-Segretarjat tal-ICCAT, tal-bastimenti kbar tas-sajd li huma awtorizzati jistadu t-tonn tropikali, iżommuh abbord, jittrażbordawh, jipproċessawh jew iħottuh l-art fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT;

    (24)

    “tagħmir biex jinġabar il-ħut' (FAD)” tfisser kwalunkwe tagħmir li joqgħod f'wiċċ il-baħar u jintuża bl-iskop li jattira l-ħut;

    (25)

    “sajd IUU” tfisser attivitajiet tas-sajd definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

    (26)

    “lista tal-IUU tal-ICCAT” tfisser il-lista ta' bastimenti meqjusa mill-ICCAT li wettqu attivitajiet tas-sajd IUU;

    (27)

    “konzijiet” tfisser tagħmir tas-sajd li jinkludi lett prinċipali b'ħafna snanar fuq lettijiet sekondarji iqsar imdendlin minnha (brazzoli) ta' tul u spazjar varjabbli skont l-ispeċijiet fil-mira;

    (28)

    “tartaruni tal-borża” tfisser kull xibka tat-tidwir li t-tarf ta' isfel tagħha huwa miġbur permezz ta' xlief tat-tartarun li tgħaddi minn sensiela ta' ħoloq ma' tul il-ħabel tal-qiegħ u li tippermetti li x-xibka tinġabar flimkien u tingħalaq;

    (29)

    “sunnara” tfisser virga tal-azzar mgħawġa u ttemprata.

    TITOLU II

    MIŻURI TA' ĠESTJONI, TA' KONSERVAZZJONI U TA' KONTROLL GĦAL ĊERTI SPEĊIJIET

    KAPITOLU I

    Tonn tropikali

    Artikou 5

    Restrizzjonijiet fuq l-għadd ta' bastimenti kbar tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għat-tonn obeż

    L-għadd u l-kapaċità totali f'tunnellaġġ gross (TG) ta' bastimenti tas-sajd kbar tal-Unjoni li jistadu għat-tonn obeż fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT għandhom jiġu ddeterminati:

    (a)

    bħala l-għadd medju u l-kapaċità f'TG tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li kienu jistadu għat-tonn obeż fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT bejn l-1991 u l-1992; u

    (b)

    abbażi tar-restrizzjoni fuq l-għadd ta' bastimenti tal-Unjoni li kienu jistadu għat-tonn obeż fl-2005 kif innotifikat lill-ICCAT fit-30 ta' Ġunju 2005.

    Artikolu 6

    Awtorizzazzjonijiet speċifiċi għall-bastimenti kbar li jistadu għat-tonn tropikali u għall-bastimenti ta' appoġġ

    1.   L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni (18), għall-bastimenti kbar tal-qbid li jtajru l-bandiera tagħhom li jistadu għat-tonn tropikali fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.

    2.   L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti ta' appoġġ li jtajru l-bandiera tagħhom li jintużaw għal kwalunkwe tip ta' appoġġ għall-bastimenti msemmijin fil-paragrafu 1.

    Artikolu 7

    Reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu għat-tonn tropikali

    1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 30 jum, wara kwalunkwe okkorrenza li tkun teħtieġ żieda jew modifika fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati li jistadu għat-tonn tropikali, jew xi tneħħija minnu. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 45 jum mid-data ta' tali okkorrenza, tgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    2.   Bastimenti kbar tas-sajd li ma jkunux imniżżlin fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati li jistadu għat-tonn tropikali ma għandhomx jitħallew jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT, jew iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jittrasferixxu, jipproċessaw jew iħottu tonn tropikali li jkun ġej minn din iż-żona. L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika f'dawn il-każijiet.

    Artikolu 8

    Lista ta' bastimenti li jistadu għat-tonn tropikali f'sena partikolari

    L-Istati Membri għandhom, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, jibagħtu lill-Kummissjoni l-lista tal-bastimenti awtorizzati li jtajru l-bandiera tagħhom u li jkunu stadu għat-tonn tropikali fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT fis-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Lulju ta' kull sena, tinnotifika lill-ICCAT bil-listi li tkun irċeviet mingħand l-Istati Membri.

    Artikolu 9

    Pjanijiet ta' ġestjoni fir-rigward ta' tagħmir biex jinġabar il-ħut

    1.   Fir-rigward ta' bastimenti li jistadu għat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża u bid-dgħajjes tas-sajd bil-lixka flimkien mat-tagħmir biex jinġabar il-ħut (FAD), l-Istati Membri għandhom, sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, jippreżentaw lill-Kummissjoni l-pjanijiet ta' ġestjoni tagħhom għall-użu ta' dawn il-FADs mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

    2.   L-għan tal-pjanijiet ta' ġestjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun li:

    (a)

    jiżdied l-għarfien dwar il-karatteristiċi tal-FAD, dwar il-karatteristiċi tal-bagi, dwar is-sajd bil-FADs, inkluż l-isforz tas-sajd, u dwar l-impatti relatati fuq l-ispeċijiet fil-mira u fuq dawk mhux fil-mira;

    (b)

    issir ġestjoni effikaċi tat-tqegħid u tal-irkupru tal-FADs u tas-sinjali, u l-possibbiltà li dawn jintilfu;

    (c)

    jitnaqqsu u jiġu limitati l-impatti tal-FADs u tas-sajd permezz tas-sajd bil-FAD fuq l-ekosistema, anki billi, fejn ikun jixraq, tittieħed azzjoni fuq il-komponenti differenti li huma kaġun tal-mortalità mis-sajd (eż. fuq l-għadd ta' FADs li jintużaw, inkluż l-għadd ta' settijiet tal-FAD skont il-bastimenti li jużaw it-tartarun tal-borża, skont il-kapaċità tas-sajd, skont l-għadd ta' bastimenti ta' appoġġ).

    3.   Il-pjanijiet ta' ġestjoni msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II.

    4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkunux qed jintużaw aktar minn 500 baga strumentali fl-istess ħin għal kull bastiment li jistad bit-tartarun tal-borża li jtajjar il-bandiera tagħhom u li jistad għat-tonn tropikali flimkien mal-FADs.

    Artikolu 10

    Rekwiżiti għall-FADs

    1.   Il-FADs għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    il-parti tal-istruttura tal-FAD li tkun f'wiċċ il-baħar għandha jew ma tkunx mgħottija minn ebda materjal jew tkun mgħottija biss b'materjal li jkollu l-inqas riskju li jitħabblu fih speċijiet li ma jkunux fil-mira; u

    (b)

    il-komponenti ta' taħt il-wiċċ għandhom ikunu magħmulin biss minn materjal li ma jistgħux jitħabblu fih l-ispeċijiet mhux fil-mira.

    2.   Fl-iddisinjar tal-FADs, għandhom, jekk ikun possibbli, jingħataw prijorità l-materjali bijodegradabbli bil-ħsieb li l-FADs li mhumiex bijodegradabbli jitnaqqsu gradwalment u ma jintużawx iżjed sal-2018.

    3.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 71, dwar il-miżuri li jittieħdu biex tkun żgurata l-konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    Artikolu 11

    Informazzjoni dwar il-FADs ippreżentata mill-bastimenti

    1.   Għal kull FAD li jitqiegħed, il-bastimenti tal-Unjoni li jistadu bit-tartarun tal-borża u bil-lixka u l-bastimenti ta' appoġġ tal-Unjoni, għandhom jiġbru u jirrappurtaw l-informazzjoni u d-data elenkata hawn taħt:

    (a)

    il-pożizzjoni tal-FAD;

    (b)

    id-data tat-tqegħid tal-FAD;

    (c)

    it-tip ta' FAD (FAD ankrat, FAD artifiċjali għawwiem);

    (d)

    l-identifikatur tal-FAD (jiġifieri marka fuq il-FAD jew ID tas-sinjal, it-tip ta' baga – eż. baga sempliċi jew baga marbuta ma' ekosonda), u kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta' sid il-FAD;

    (e)

    il-karatteristiċi tad-disinn tal-FAD (id-daqs u l-materjal li minnu tkun magħmula l-parti li żżomm fil-wiċċ tal-istruttura li tiddendel taħt wiċċ il-baħar, u l-parti tal-istruttura li tħabbel).

    2.   Għal kull żjara fuq FAD, kemm jekk dan ikun segwita minn sett, kif ukoll jekk ma jkunx, il-bastimenti tal-Unjoni li jistadu bit-tartarun tal-borża u bil-lixka u l-bastimenti ta' appoġġ tal-Unjoni, għandhom jiġbru u jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-iskop taż-żjara (tqegħid fil-baħar, ġbir, intervent fuq it-tagħmir elettroniku);

    (b)

    il-pożizzjoni tal-FAD;

    (c)

    id-data ta' żjara;

    (d)

    it-tip ta' FAD (FAD ankrat, FAD naturali għawwiem, FAD artifiċjali għawwiem);

    (e)

    l-identifikatur tal-FAD (jiġifieri marka fuq il-FAD jew ID tas-sinjal) jew kwlunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta' sid il-FAD;

    (f)

    jekk wara ż-żjara jsir sett, ir-riżultati tas-sett f'termini tal-qbid u l-qbid aċċessorju, kemm jekk dan jinżamm jew jiġi skartat, ikunx ħaj jew mejjet, jew, jekk iż-żjara ma tkunx segwita minn sett, ir-raġuni għal din id-deċiżjoni (pereżempju m'hemmx biżżejjed ħut jew ħut żgħir wisq).

    3.   Għal kull FAD li jintilef, il-bastimenti tal-Unjoni li jistadu bit-tartarun tal-borża u bil-lixka u l-bastimenti ta' appoġġ tal-Unjoni għandhom jiġbru u jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-aħħar pożizzjoni rreġistrata;

    (b)

    id-data tal-aħħar pożizzjoni rreġistrata;

    (c)

    l-identifikatur tal-FAD (jiġifieri marka fuq il-FAD jew ID tas-sinjal) jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta' sid il-FAD.

    4.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom iżommu lista tal-FADs li tqiegħdu, li tiġi aġġornata kull tliet xhur, li jkun fiha għallinqas l-informazzjoni stipulata fl-Anness III.

    Artikolu 12

    Informazzjoni dwar il-FADs ippreżentata mill-Istati Membri

    L-Istati Membri għandhom jibagħtu, kull sena, lill-Kummissjoni, 15-il jum qabel id-data ta' skadenza stabbilita mill-ICCAT għal dik is-sena, din l-informazzjoni biex tkun disponibbli għas-Segretarjat tal-ICCAT:

    (a)

    l-għadd tal-FADs li realment tqiegħdu, kull tliet xhur, skont it-tip ta' FAD, b'indikazzjoni tal-preżenza jew in-nuqqas ta' sinjal/baga jew ta' ekosonda assoċjati mal-FAD;

    (b)

    l-għadd u t-tip ta' sinjali/bagi (eż. baga b'sinjalazzjoni bir-radju, baga b'ekosonda) li realment tqiegħdu, kull tliet xhur;

    (c)

    l-għadd medju ta' sinjali/bagi attivi, kull tliet xhur, li ġew segwiti minn kull bastiment;

    (d)

    l-għadd medju ta' FADs attivi li ntilfu, kull tliet xhur;

    (e)

    għal kull bastiment ta' appoġġ, l-għadd ta' ġranet li dak ikun għamel ibaħħar, għal kull grad tal-grilja, kull xahar u kull Stat Membru tal-bandiera.

    Artikolu 13

    Ġurnali ta' abbord

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

    (a)

    il-ġurnali tas-sajd kemm dawk tal-karta, kif ukoll dawk elettroniċi, u l-ġurnali tal-FAD, fejn japplika, jinġabru fil-pront u jingħataw lix-xjenzjati tal-Unjoni;

    (b)

    id-data tal-Kompitu II li tintbagħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50 ikun fiha l-informazzjoni li tkun inġabret mill-ġurnali tas-sajd jew tal-FAD, fejn japplika.

    Artikolu 14

    Għeluq marbut ma' perijodi ta' żmien u ma' żoni b'rabta mal-ħarsien ta' ħut li jkun għadu qed jikber

    1.   Is-sajd jew l-attivitajiet ta' appoġġ tas-sajd bil-mira li jinqabad it-tonn tropikali flimkien ma' oġġetti li jistgħu jaffettwaw l-aggregazzjoni tal-ħut, fosthom il-FADs, għandhom jiġu pprojbiti:

    (a)

    mill-1 ta' Jannar sat-28 ta' Frar ta' kull sena; u

    (b)

    fiż-żona indikata kif ġej:

    Il-limitu tat-Tramuntana — il-Parallel 5° fil-latitudni tat-Tramuntana,

    Il-limitu tan-Nofsinhar — il-Parallel 4° fil-latitudni tan-Nofsinhar,

    Il-limitu tal-Punent — il-Meridjan 20° fil-lonġitudni tal-Punent,

    Il-limitu tal-Lvant — il-kosta tal-Afrika.

    2.   Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

    (a)

    l-illanċjar ta' kull oġġett li joqgħod f'wiċċ il-baħar, kemm permezz ta' bagi, kif ukoll mingħajrhom;

    (b)

    is-sajd madwar, taħt, jew b'rabta ma' oġġetti artifiċjali, inklużi l-bastimenti;

    (c)

    is-sajd madwar, taħt, jew b'rabta ma' oġġetti naturali;

    (d)

    l-irmunkar ta' oġġetti li joqogħdu fil-wiċċ minn ġoż-żona għal barra miż-żona.

    3.   Kull Stat Membru li l-bastimenti tiegħu jistadu fiż-żona ġeografika fejn hemm għeluq marbut ma' perijodi ta' żmien u ma' żoni għandu:

    (a)

    jieħu l-azzjoni xierqa biex jiżgura li l-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tiegħu, inklużi l-bastimenti ta' appoġġ, jkollhom osservatur abbord meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet tas-sajd waqt l-għeluq marbut ma' perijodi ta' żmien u ma' żoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-programm ta' osservazzjoni għandu jikkonforma mal-Anness IV għal dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

    (b)

    jissottometti l-informazzjoni li tkun inġabret mill-osservaturi msemmija fil-punt (a), kull sena sat-30 ta' Ġunju, lill-Kummissjoni, li għandha tinnotifika lill-ICCAT sal-31 ta' Lulju;

    (c)

    jieħu azzjoni xierqa kontra l-bastimenti tas-sajd li jkunu qegħdin itajru l-bandiera tiegħu u li ma jikkonformawx mal-għeluq marbut ma' perijodi ta' żmien u ma' żoni msemmi fil-paragrafu 1;

    (d)

    jissottometti rapport dwar il-konformità mal-għeluq marbut ma' perijodi ta' żmien u ma' żoni lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 71.

    Artikolu 15

    Sajd tat-tonn tropikali f'ċertu ilmijiet tal-Portugall

    Għandu jkun ipprojbit li tinżamm kwalunkwe kwantità ta' tonn tropikali li jkun inqabad bit-tartarun tal-borża fl-ilmijiet li huma taħt is-sovranità jew taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Portugall fis-sottożona X tal-ICES li tinsab aktar 'il fuq minn 36°30′ N jew fiż-żoni tal-CECAF aktar 'il fuq minn 31° N u aktar lejn il-Lvant minn 17°30′ W, jew li din l-ispeċi tinżamm fil-mira għas-sajd bl-użu ta' dak it-tagħmir. L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika f'dawn il-każijiet.

    Artikolu 16

    Identifikazzjoni tas-sajd IUU

    Jekk is-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT jinnotifika lill-Kummissjoni dwar possibbiltà ta' ksur minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 14(1) u (2), il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf lill-Istat Membru li tkun qed tittajjar il-bandiera tiegħu kkonċernat. Dak l-Istat Membru għandu minnufih jinvestiga l-każ u, jekk il-bastiment ikun qed jistad b'rabta ma' oġġetti li jistgħu jaffettwaw l-aggregazzjoni tal-ħut, fosthom il-FADs, għandu jeżiġi li l-bastiment jieqaf mis-sajd u, jekk ikun hemm bżonn, jitlaq minn dik iż-żona mingħajr dewmien. L-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jirrapporta lill-Kummissjoni r-riżultati tal-investigazzjoni tiegħu u l-miżuri korrispondenti li jkunu ttieħdu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istat kostali u lis-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT.

    KAPITOLU II

    Alonga tat-Tramuntana tal-Atlantiku

    Artikolu 17

    Restrizzjonijiet fuq l-għadd ta' bastimenti

    L-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom fil-mira l-alonga tat-Tramuntana tal-Atlantiku fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT għandu jkun iddeterminat bħala l-għadd medju ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li kienu qegħdin jistadu bil-mira li jaqbdu l-alonga tat-Tramuntana tal-Atlantiku fil-perijodu ta' bejn l-1993 u l-1995.

    KAPITOLU III

    Pixxispad

    Taqsima 1

    Pixxispad fl-Atlantiku

    Artikolu 18

    Pjanijiet ta' ġestjoni tal-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku

    L-Istati Membri li jkunu ġew allokati kwota u li l-bastimenti tagħhom jkunu qed jistadu għall-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku għandhom jippreżentaw il-pjanijiet ta' ġestjoni tagħhom lill-Kummissjoni sal-15 ta' Awwissu ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Settembru ta' kull sena.

    Artikolu 19

    Daqs minimu għall-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku

    1.   Is-sajd immirat, iż-żamma abbord jew it-trażbord, il-ħatt l-art, it-trasportazzjoni, il-ħżin, il-wiri jew l-offerta għall-bejgħ, il-bejgħ jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' pixxispad li ħaj ikun jiżen inqas minn 25 kg, jew, b'mod alternattiv, li t-tul tax-xedaq ta' taħt tiegħu jkun inqas minn 125 cm, għandu jiġi pprojbit. L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika f'dawn il-każijiet.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1, jistgħu jinżammu abbord, jiġu ttrażbordati, ittrasferiti, jinħattu l-art, jiġu ittrasportati, maħżuna, mibjugħa, murija jew offruti għall-bejgħ, massimu ta' 15 % tal-qabdiet inċidentali ta' pixxispad li ħaj ikun jiżen inqas minn 25 kg, jew li jkollu tul tax-xedaq ta' taħt inqas minn 125 cm.

    3.   It-tolleranza ta' 15 % msemmi fil-paragrafu 2 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tan-numru ta' pixxispad tal-qabda totali ta' pixxispad li jagħmel il-bastiment kull ħatt l-art.

    Taqsima 2

    Pixxispad fil-Mediterran

    Artikolu 20

    Bastimenti awtorizzati li jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran

    1.   L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni (19) għas-sajd tal-pixxispad tal-Mediterran bħala speċi fil-mira.

    2.   Sat-8 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni fil-format stabbilit fil-Linji gwida għas-sottomissjoni tad-data u tal-informazzjoni meħtieġa mill-ICCAT:

    (a)

    lista tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li huma awtorizzati li jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran bħala speċi fil-mira;

    (b)

    lista tal-bastimenti li huma awtorizzati minnhom li jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran bħala speċi fil-mira waqt is-sajd rikreattiv.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Jannar ta' kull sena.

    4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien u mhux iktar tard minn 30 jum, b'kull żieda, tnaqqis, jew tibdil fil-listi tal-bastimenti msemmija fil-punt (a) u (b) tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 45 jum mid-data taż-żieda, tat-tnaqqis jew tat-tibdil ta' dawk il-listi, tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    Artikolu 21

    Qabdiet aċċessorji

    Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux fil-lista msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 20(2) ma għandhomx ikunu awtorizzati li jaqbdu, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jipproċessaw jew iħottu l-art aktar minn 5 % tal-qabda totali tal-pixxispad li jkun abbord, skont il-piż u/jew l-għadd ta' ħutiet.

    Artikolu 22

    Awtorizzazzjoni tas-sajd speċjali

    1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni elenkati fil-lista msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 20(2) u li jużaw il-ħarpun jew il-konz għandu jkollhom awtorizzazzjoni speċjali għas-sajd.

    2.   Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni b'mod elettroniku l-lista tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u li jkunu ngħataw fis-sena ta' qabel. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-31 ta' Lulju ta' kull sena.

    Artikolu 23

    Staġuni magħluqin għas-sajd

    1.   Il-pixxispad tal-Mediterran ma għandux jinqabad (la bħala speċi fil-mira, u lanqas bħala qabda aċċessorja), jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art matul il-perijodi mill-1 sal-31 ta' Marzu u mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru ta' kull sena.

    2.   L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-effikaċja tal-perijodu ta' għeluq u għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni sal-15 ta' Awwissu ta' kull sena l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet xierqa li jkunu twettqu biex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mill-inqas xahrejn qabel il-laqgħa annwali tal-ICCAT.

    Artikolu 24

    Id-daqs minimu għall-pixxispad tal-Mediterran

    1.   Jista' jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jinħatt l-art u jiġi ttrasportat biss ħut tal-pixxispad sħiħ, li ma tkun tneħħietlu ebda parti esterna, jew ħut li jkunu tneħħewlu l-garġi u l-vixxri.

    2.   Għandu jkun ipprojbit il-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbordar, il-ħatt l-art, it-trasportazzjoni, il-ħżin, il-wirja jew l-offerta għall-bejgħ ta' pixxispad tal-Mediterran li jkollu x-xedaq ta' taħt iqsar minn 90cm, jew, b'mod alternattiv, li jkollu piż ta' inqas minn 10kg sħiħ jew 9kg wara li jitnaddaf mill-garġi u mill-vixxri, jew 7,5kg ta' piż wara l-ipproċessar (wara li jkunu tneħħewlu l-garġi, il-vixxri, il-pinen, parti mir-ras).

    3.   B'deroga mill-paragrafu 2, il-qabdiet aċċessorji tal-pixxispad tal-Mediterran li jkun iżgħar mid-daqs minimu stipulat f'dak il-paragrafu jista' jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jinħatt l-art, ittrasportat, maħżun, jintwera jew jiġi offrut għall-bejgħ jekk ma jkunx aktar minn 5 % tal-piż jew tal-għadd ta' ħutiet għal kull ħatt l-art, tal-qabda totali abbord il-bastiment, tal-pixxispad tal-Mediterran li jkun inqabad.

    Artikolu 25

    Speċifikazzjonijiet tekniċi tat-tagħmir tas-sajd għall-bastimenti awtorizzati li jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran

    1.   B'deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (20), l-għadd massimu ta' snanar li jistgħu jiġu kalati jew jittieħdu abbord il-bastimenti li jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran għandu jkun iffissat għal 2 800 sunnara.

    2.   Minbarra l-għadd massimu msemmi fil-paragrafu 1, jista' jinżamm abbord sett ieħor ta' snanar armati fil-każ ta' vjaġġi li jkunu itwal minn jumejn, sakemm dan jintrabat kif suppost u jinżamm fil-gverta ta' taħt biex ma jintużax faċilment.

    3.   Id-daqs tas-snanar ma għandux ikun inqas minn 7 cm fit-tul.

    4.   It-tul tal-konzijiet pelaġiċi ma għandux ikun aktar minn 30 mil nawtiku (55,56 km).

    Artikolu 26

    Obbligi ta' rappurtar dwar il-pixxispad tal-Mediterran

    1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-informazzjoni li ġejja dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera tagħhom li kienu awtorizzati li jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran bil-konz pelaġiku jew bil-ħarpun fis-sena ta' qabel:

    (a)

    l-informazzjoni dwar il-bastiment tas-sajd:

    (i)

    isem il-bastiment (jekk il-bastiment ma jkollux isem, għandu jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni mingħajr l-inizjali tal-pajjiż);

    (ii)

    in-numru tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni kif inhu ddefinit fl-Anness I għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 (21);

    (iii)

    in-numru fir-reġistru tal-ICCAT;

    (b)

    informazzjoni marbuta mal-attivitajiet tas-sajd, ibbażata fuq il-kampjunar jew fuq il-flotta kollha:

    (i)

    il-perijodu/ii tas-sajd u l-għadd totali ta' jiem annwali ta' sajd tal-bastiment, skont l-ispeċi fil-mira u ż-żona;

    (ii)

    iż-żoni ġeografiċi, skont ir-rettangoli statistiċi tal-ICCAT, għall-attivitajiet tas-sajd li jwettaq il-bastiment, skont l-ispeċi fil-mira u ż-żona;

    (iii)

    it-tip ta' bastiment, skont l-ispeċi fil-mira u ż-żona;

    (iv)

    l-għadd ta' snanar li uża l-bastiment, skont l-ispeċi fil-mira u ż-żona;

    (v)

    l-għadd ta' unitajiet tal-konzijiet li uża l-bastiment, skont l-ispeċi fil-mira u ż-żona;

    (vi)

    it-tul kollu tal-unitajiet ta' konzijiet li għandu l-bastiment, skont l-ispeċi fil-mira u ż-żona;

    (c)

    data dwar il-qabdiet, fl-iżgħar unità possibbli temporali/spazjali:

    (i)

    id-distribuzzjonijiet tad-daqs u, jekk possibbli, tal-età tal-qabdiet;

    (ii)

    il-qabdiet u l-kompożizzjoni tal-qabdiet ta' kull bastiment;

    (iii)

    l-isforz tas-sajd (l-għadd medju ta' jiem ta' sajd għal kull bastiment, l-għadd medju tas-snanar għal kull bastiment, l-għadd medju ta' unitajiet ta' konzijiet għal kull bastiment, it-tul medju kollu tal-konzijiet għal kull bastiment).

    2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titressaq fil-format stabbilit mill-ICCAT.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-31 ta' Lulju ta' kull sena.

    KAPITOLU IV

    Marlin blu u marlin abjad fl-Atlantiku

    Artikolu 27

    Ir-rilaxx tal-marlin blu u tal-marlin abjad li jinqabad ħaj

    1.   B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta l-kwota tagħhom tkun qed tiġi eżawrita, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jeħilsu l-marlin blu (Makaira nigricans) u l-marlin abjad (Tetrapturus albidus) kollu li jkun għadu ħaj sa ma jittella' fil-bastiment.

    2.   L-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-marlin blu u l-marlin abjad jinħelsu b'mod li jimmassimizzaw iċ-ċansijiet tagħhom li jibqgħu ħajjin.

    Artikolu 28

    Il-ħatt l-art ta' qabdiet ta' marlin blu u marlin abjad iżjed mill-opportunitajiet ta' sajd

    Meta Stat Membru jkun eżawrixxa l-kwota tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li l-marlin blu u l-marlin abjad mejjet li jinħatt l-art mill-bastiment ma jitqiegħedx għall-bejgħ jew jiġi kkummerċjalizzat. Tali ħatt l-art m'għandux jgħodd kontra l-limiti tal-qbid ta' dak l-Istat Membru kif stipulat fil-paragrafu 1 tar-Rakkomandazzjoni 2015-05 tal-ICCAT, sakemm tali projbizzjoni tkun spjegata b'mod ċar fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 29

    Sajd rikreattiv tal-marlin blu u l-marlin abjad

    1.   L-Istati Membri li jkollhom bastimenti li jieħdu sehem fis-sajd rikreattiv għall-qbid tal-marlin blu u l-marlin abjad għandhom iżommu programm ta' osservazzjoni xjentifika ta' 5 % tal-ħatt l-art tal-kompetizzjonijiet tal-marlin blu u l-marlin abjad.

    2.   Fis-sajd rikreattiv tal-marlin blu għandu japplika daqs ta' referenza minimu tat-tul tax-xedaq ta' taħt ta' 251 cm.

    3.   Fis-sajd rikreattiv tal-marlin abjad għandu japplika daqs ta' referenza minimu tat-tul tax-xedaq ta' taħt ta' 168 cm.

    4.   Għandu jkun ipprojbit li l-karkassi sħaħ jew partijiet mill-karkassi tal-marlin blu jew tal-marlin abjad li jinqabad f'sajd rikreattiv jinbiegħ jew jiġi offrut għall-bejgħ.

    KAPITOLU V

    Klieb il-baħar

    Artikolu 30

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1.   Fl-attivitajiet tas-sajd li ma jkollhomx il-klieb il-baħar fil-mira, il-klieb il-baħar ħajjin li jkunu qabda inċidentali u li ma jintużawx għall-ikel jew bħala mezz ta' għajxien, għandhom jintelqu lura fil-baħar.

    2.   L-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, iwettqu riċerka dwar l-ispeċijiet ta' klieb il-baħar li jinqabdu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT biex tittejjeb l-għażla tat-tagħmir tas-sajd, biex jiġu identifikati żoni potenzjali tat-tkabbir u biex jiġi previst għeluq marbut ma' perijodi ta' żmien jew ma' żoni u miżuri oħrajn, kif ikun xieraq. Din ir-riċerka għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-parametri ewlenin bijoloġiċi u ekoloġiċi, dwar il-ġrajja tul il-ħajja u l-karatteristiki tal-imġiba, kif ukoll dwar l-identifikazzjoni ta' żoni potenzjali ta' tagħmir, twelid u tkabbir.

    Artikolu 31

    Pixxiplamtu (Lamna nasus)

    1.   Iż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta' kwalunkwe parti jew il-karkassa sħiħa ta' pixxiplamtu maqbud flimkien mas-sajd tal-ICCAT għandu jiġi projbit.

    2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom minnufih jeħilsu, mingħajr ma jweġġgħu, il-pixxiplamtu li jinqabad b'rabta mal-attivitajiet tas-sajd tal-ICCAT meta dawn jinġibdu qrib il-bastiment.

    Artikolu 32

    Pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus)

    1.   Għandu jkun ipprojbit li l-karkassi sħaħ jew partijiet mill-karkassi tal-pixxivolpi għajnu kbira li jinqabad b'rabta ma' attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tal-ICCAT jinżammu abbord, jiġu ttrażbordati jew jinħattu l-art.

    2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom minnufih jeħilsu, mingħajr ma jweġġgħu, il-pixxvolpi għajnu kbira li jinqabad b'rabta mal-attivitajiet tas-sajd tal-ICCAT meta dawn jinġibdu qrib il-bastiment.

    Artikolu 33

    Pixxitondu (Isurus oxyrinchus)

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex inaqqsu l-mortalità fl-attivitajiet tas-sajd li jkollhom fil-mira l-pixxitondu, u għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 71, dwar il-progress li jkun sar.

    Artikolu 34

    Kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus)

    1.   Għandu jkun ipprojbit li l-karkassi sħaħ jew kwalunkwe parti mill-karkassi tal-klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi li jinqabdu b'rabta ma' attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tal-ICCAT jinżammu abbord, jiġu ttrażbordati jew jinħattu l-art.

    2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom minnufih jeħilsu, mingħajr ma jweġġgħu, il-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku li jinqabad b'rabta mal-attivitajiet tas-sajd tal-ICCAT meta dawn jinġibdu qrib il-bastiment.

    Artikolu 35

    Kurazzi

    1.   Għandu jkun ipprojbit li l-karkassi sħaħ jew partijiet mill-karkassi tal-kurazzi tal-familja Sphyrnidae (minbarra s-Sphyrna tiburo) li jinqabdu b'rabta ma' attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tal-ICCAT jinżammu abbord, jiġu ttrażbordati jew jinħattu l-art.

    2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom minnufih jeħilsu, mingħajr ma jweġġgħu, il-kurazzi li jinqabdu b'rabta mal-attivitajiet tas-sajd tal-ICCAT meta dawn jinġibdu qrib il-bastiment.

    Artikolu 36

    Kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis)

    1.   Għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta' kwalunkwe parti jew tal-karkassa sħiħa tal-kelb il-baħar ħariri maqbuda fis-sajd tal-ICCAT.

    2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jeħilsu minnufih, mingħajr ma jweġġgħu, il-kelb il-baħar ħariri b'rabta mas-sajd tal-ICCAT, mhux aktar tard minn qabel ma l-qabda titqiegħed fl-istivi tal-ħut, filwaqt li titqies kif xieraq is-sikurezza tal-membri tal-ekwipaġġ.

    3.   Il-bastimenti li jużaw it-tartarun tal-borża tal-Unjoni li jieħdu sehem f'attivitajiet tas-sajd tal-ICCAT għandhom jwettqu miżuri addizzjonali biex iżidu r-rata ta' sopravvivenza tal-kelb il-baħar ħariri li jkun inqabad b'mod inċidentali. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 71, dwar il-progress li jkun sar.

    Artikolu 37

    Il-kampjunar ta' speċijiet ta' kelb il-baħar minn osservaturi xjentifiċi u minn individwi oħra awtorizzati

    1.   B'deroga mill-projbizzjoni li jinżammu abbord il-pixxiplamtu, il-pixxivolpi għajnu kbira, il-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku, il-kurazza (tal-familja Sphyrnidae, minbarra s-Sphyrna tiburo), u l-kelb il-baħar ħariri, kif stipulat fl-Artikoli 31, 32, 34, 35 u 36, il-ġbir ta' kampjuni bijoloġiċi waqt attivitajiet tas-sajd kummerċjali minn osservaturi xjentifiċi jew minn individwi awtorizzati mill-PKK biex jieħdu kampjuni bijoloġiċi, għandu jkun permess skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-kampjuni bijoloġiċi jittieħdu biss minn annimali li jkunu mejtin meta jittellgħu x-xbieki;

    (b)

    il-kampjuni bijoloġiċi jittieħdu fil-qafas ta' proġett ta' riċerka li jkun innotifikat lill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika tal-ICCAT u li jkun ġie żviluppat b'kont meħud tal-prijoritajiet rakkomandati għar-riċerka ta' dak il-Kumitat. Il-proġett ta' riċerka jenħtieġ li jinkludi dokument dettaljat li jiddeskrivi l-objettiv tal-proġett, il-metodoloġiji li għandhom jintużaw, in-numru u t-tip ta' kampjuni li għandhom jinġabru u l-ħin u ż-żona tal-kampjunar;

    (c)

    il-kampjuni bijoloġiċi jinżammu abbord sakemm il-bastiment jasal fil-port tal-ħatt l-art jew sat-trażbord; u

    (d)

    l-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru tal-bandiera jew, fil-każ ta' bastimenti noleġġati, tal-PKK noleġġatur u tal-Istat Membru tal-bandiera, trid takkumpanja l-kampjuni kollha li jinġabru f'konformità ma' dan l-Artikolu sal-port tal-aħħar ħatt l-art. Dawn il-kampjuni u partijiet oħra tal-eżemplari mill-klieb il-baħar li jkunu ttieħdu ma għandhomx jinbiegħu jew jiġu kkummerċjalizzati.

    2.   Il-kampjuni bijoloġiċi msemmija fil-paragrafu 1 jista' jinkludi, b'mod partikolari, il-vertebri, it-tessut, is-sistema riproduttiva, l-istonku, il-kampjuni tal-ġilda, il-valvijiet spirali, ix-xedaq, ħut sħiħ jew skeletri, għal studji tat-tassonomija u għall-inventarji tal-fawna.

    3.   Il-kampanja tal-kampjunar tista' tibda biss ladarba tinħareġ l-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

    KAPITOLU VI

    Għasafar tal-baħar

    Artikolu 38

    Miżuri ta' mitigazzjoni għall-għasafar tal-baħar fiż-żona bejn l-20° fin-Nofsinhar u l-25° fin-Nofsinhar

    1.   Il-bastimenti kollha li jistadu bejn l-20° u l-25° fin-Nofsinhar għandhom iġorru magħhom u jużaw il-lettijiet bin-naffara (lettijiet tori) u arbli għal-lettijiet bin-naffara (arbli tori) li jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-linji gwida Supplementari stabbiliti fl-Anness V.

    2.   Il-lettijiet tori dejjem għandhom jintefgħu qabel ma jiġu kalati l-konzijiet.

    3.   Fejn prattiku, għandu jintuża t-tieni arblu tori u lett tori meta jkun hemm abbundanza kbira ta' għasafar jew ħafna attività mill-għasafar.

    4.   Għandhom jinġarru lettijiet tori ta' riżerva mill-bastimenti kollha u dawn għandhom ikunu lesti għal użu immedjat.

    5.   Il-bastimenti li jistadu bil-konzijiet li jkollhom fil-mira l-pixxispad u jużaw tagħmir tal-konz monofilament għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2, u 3, sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-konzijiet jiġu ssettjati billejl, u l-lejl huwa ddefinit bħala dak il-ħin bejn l-inżul tax-xemx/iż-żerniq nawtiku kif inhu mniżżel fl-almanakk nawtiku tal-inżul tax-xemx/iż-żerniq għall-pożizzjoni ġeografika fejn isir is-sajd; u

    (b)

    jużaw piż minimu ta' tornikett ta' 60 g mqiegħed mhux aktar minn 3 m mis-sunnara biex jintlaħqu rati ottimi ta' għarqa.

    L-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti soġġetti għall-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bis-sejbiet xjentifiċi tagħhom li jirriżultaw mill-programmi ta' osservazzjoni tagħhom ta' dawk il-bastimenti.

    Artikolu 39

    Miżuri ta' mitigazzjoni għall-għasafar tal-baħar fiż-żona fin-Nofsinhar ta' 25° fin-Nofsinhar

    Il-bastimenti li jużaw il-konzijiet għandhom japplikaw għallinqas tnejn mill-miżuri ta' mitigazzjoni li jidhru hawn taħt, f'konformità mar-rekwiżiti u l-linji gwida supplementari stabbiliti fl-Anness V:

    (a)

    l-issettjar billejl bl-inqas dawl possibbli fuq il-gverta;

    (b)

    lettijiet bin-naffara (lettijiet tori);

    (c)

    żieda ta' ċombi mal-lett.

    Artikolu 40

    Obbligi ta' rappurtar dwar l-għasafar tal-baħar

    1.   Il-bastimenti li jużaw il-konzijiet għandhom jiġbru u jipprovdu lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom l-informazzjoni dwar l-interazzjonijiet mal-għasafar tal-baħar, fosthom meta dawn ikunu parti mill-qabda inċidentali. L-Istati Membri għandhom jgħaddu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien.

    2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 38 u 39 u dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-Unjoni biex jitnaqqas il-qbid inċidentali ta' għasafar tal-baħar fit-tagħmir tas-sajd.

    KAPITOLU VII

    Fkieren tal-baħar

    Artikolu 41

    Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-fkieren tal-baħar

    1.   Il-bastimenti li jużaw it-tartarun tal-borża għandhom jevitaw li jagħlqu lill-fkieren tal-baħar fil-borża u għandhom jeħilsu l-fkieren tal-baħar li jingħalqu jew jitħabblu fix-xbieki, anki fuq il-FADs. Għandhom jirrapportaw l-interazzjonijiet bejn it-tartaruni tal-borża jew il-FADs u l-fkieren tal-baħar lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom.

    2.   Il-bastimenti pelaġiċi tas-sajd bil-konz għandhom iġorru u jużaw tagħmir li jippermetti li l-fkieren tal-baħar jinqabdu mingħajr ma ssirilhom ħsara, jitneħħewlhom ix-xbieki li jkunu tħabblu fihom u jinħelsu b'mod li jimmassimizzaw iċ-ċansijiet tagħhom li jibqgħu ħajjin.

    3.   Is-sajjieda ta' fuq il-bastimenti pelaġiċi tas-sajd bil-konz għandhom jużaw it-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 2, f'konformità mal-Anness VI, sabiex jimmassimizzaw il-probabbiltà li l-fkieren jibqgħu ħajjin.

    4.   L-Istati Membri għandhom iħarrġu lis-sajjieda fuq bastimenti pelaġiċi tas-sajd bil-konz fit-tekniki tal-qbid bl-idejn u l-ħelsien tal-fkieren.

    Artikolu 42

    Obbligi ta' rappurtar dwar il-fkieren tal-baħar

    1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru u jgħaddu lill-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-interazzjonijiet tal-bastimenti tagħhom mal-fkieren tal-baħar fl-attivitajiet tas-sajd b'rabta mal-ICCAT, skont it-tipi ta' tagħmir. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-31 ta' Lulju ta' kull sena. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi:

    (a)

    ir-rati tal-qbid, il-karatteristiċi tat-tagħmir, il-ħinijiet u ż-żoni, l-ispeċijiet fil-mira u l-istat tal-fkieren meta jinħelsu (jiġifieri mejtin u skartati jew meħlusa ħajjin);

    (b)

    diżaggregazzjoni tal-interazzjonijiet tal-fkieren tal-baħar skont l-ispeċi; u

    (c)

    kif inqabdu b'sunnara jew b'xibka (inklużi l-FAD), it-tip ta' lixka, id-daqs u t-tip ta' sunnara, u d-daqs tal-annimal.

    2.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 71, dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 41 u dwar azzjonijiet rilevanti oħrajn li jkunu twettqu biex jimplimentaw, fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd tal-ICCAT, il-Linji Gwida għat-tnaqqis tal-mortalità tal-fkieren waqt attivitajiet tas-sajd ippubblikati fl-2010 mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO).

    KAPITOLU VIII

    Opportunitajiet tas-sajd għat-tonn u għall-pixxispad

    Artikolu 43

    Prinċipju ġenerali

    F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tat-tonn u tal-pixxispad disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inkluż dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom jagħmlu wkoll ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta b'kunsiderazzjoni speċjali għas-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.

    TITOLU III

    MIŻURI TA' KONTROLL KOMUNI

    KAPITOLU I

    Awtorizzazzjonijiet

    Artikolu 44

    Reġistru tal-ICCAT ta' bastimenti tas-sajd kbar

    1.   L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni (22), għall-bastimenti tas-sajd kbar li jtajru l-bandiera tagħhom u li iwettqu sajd immirat, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art l-ispeċijiet tal-ICCAT fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.

    2.   Fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-listi tal-bastimenti tas-sajd kbar awtorizzati skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tressaq dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT biex tiddaħħal fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tas-sajd il-kbar.

    3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 30 jum, bi kwalunkwe okkorrenza li tkun teħtieġ żieda, tnaqqis jew modifikazzjoni fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tas-sajd il-kbar. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn 45 jum mid-data ta' tali okkorrenza, tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    4.   Bastimenti kbar li ma jkunux imniżżlin fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-kbar tas-sajd ma għandhomx jitħallew iwettqu sajd immirat, iżommu abbord, jittrażbordaw, jew iħottu l-art l-ispeċijiet tal-ICCAT miż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT. L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika f'dawn il-każijiet.

    KAPITOLU II

    Noleġġ

    Artikolu 45

    Kamp ta' applikazzjoni

    Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-arranġamenti tan-noleġġ, minbarra n-noleġġ ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ, bejn il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u dawk tal-PKK, meta l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni kkonċernati ma jibdlux il-bandiera tagħhom.

    Artikolu 46

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jkollhom il-permess li jipparteċipaw f'arranġament ta' noleġġ mal-PKK biss bħala bastimenti noleġġati, soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-bastimenti noleġġati għandu jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-PKK noleġġatur u ma għandhomx ikunu fil-lista tal-IUU tal-ICCAT;

    (b)

    il-bastimenti noleġġati ma għandhomx ikunu awtorizzati li jistadu b'iktar minn arranġament tan-noleġġ wieħed fl-istess ħin;

    (c)

    il-qabdiet tal-bastimenti noleġġati għandhom jinħattu biss fil-portijiet tal-PKK noleġġaturi, sakemm ma jkunx hemm stipulat mod ieħor fl-arranġament tan-noleġġ; u

    (d)

    il-kumpanija tan-noleġġ għandha tkun stabbilita legalment fil-PKK noleġġatur.

    2.   Kwalunkwe trażbord li jsir fuq il-baħar għandu jkun debitament awtorizzat minn qabel mill-PKK noleġġatur u għandu jikkonforma mal-Kapitolu IV ta' dan it-Titolu.

    Artikolu 47

    Notifika

    1.   Meta jsir l-arranġament tan-noleġġ, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-kunsens tiegħu dwar l-arranġament tan-noleġġ.

    2.   Jekk, fi żmien 15-il jum kalendarju wara li tintbagħat lill-Kummissjoni n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, din ma tkunx talbet aktar informazzjoni, il-bastiment noleġġat jista' jibda bl-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati.

    3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bit-tmiem ta' kull noleġġ.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi mingħajr dewmien l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    KAPITOLU III

    Kontroll tal-qabdiet

    Artikolu 48

    Konformità mal-kwoti u mar-rekwiżiti dwar id-daqsijiet minimi

    1.   Sal-20 ta' Awwissu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-qabdiet tal-ispeċijiet tal-ICCAT matul is-sena ta' qabel li kienu suġġetti għall-kwoti u dwar il-konformità mad-daqsijiet minimi.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Settembru ta' kull sena.

    Artikolu 49

    Kampjunar tal-qabdiet

    1.   Il-kampjunar tal-qabdiet biex jittejjeb l-għarfien dwar il-bijoloġija tal-ispeċi tal-ICCAT rilevanti, u biex jiġu stmati l-parametri meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħhom, għandu jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 (24) u l-“Field manual for statistics and sampling Atlantic tunas and tuna-like fishes” ippubblikat fl-1990 mill-ICCAT.

    2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti dettaljati għall-kampjunar tal-qabdiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).

    Artikolu 50

    Notifika dwar il-qabdiet u l-isforz tas-sajd

    1.   Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mill-Kummissjoni biex jintlaħqu l-limiti taż-żmien annwali stipulati mill-ICCAT, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, id-data li ġejja (data tal-Kompitu I):

    (a)

    informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-flotta tagħhom għas-sena ta' qabel;

    (b)

    stimi tad-data tal-qabda nominali annwali (inkluża d-data dwar il-qabdiet aċċessorji u dwar il-qbid skartat) li tikkonċerna l-ispeċijiet tal-ICCAT għas-sena ta' qabel.

    2.   Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mill-Kummissjoni biex jintlaħqu l-limiti taż-żmien annwali stipulati mill-ICCAT, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, id-data li ġejja (id-data tal-Kompitu II) għall-ispeċijiet tal-ICCAT:

    (a)

    data tal-qabda u tal-isforz tas-sajd għas-sena ta' qabel, b'diżaggregazzjoni dettaljata skont l-ispazju u ż-żmien; dik id-data għandha tinkludi l-istimi tal-qabdiet skartati u tar-rilaxxi, flimkien ma' indikazzjoni tal-istat tal-ħut (kienx ħaj jew mejjet);

    (b)

    kwalunkwe data li jkollhom dwar il-qabdiet tas-sajd rikreattiv għas-sena ta' qabel.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien.

    4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti dettaljati għad-data tal-Kompiti I u II imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu rispettivament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).

    KAPITOLU IV

    Trażbord

    Artikolu 51

    Kamp ta' applikazzjoni

    1.   Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-operazzjonijiet ta' trażbord li ġejjin:

    (a)

    l-operazzjonijiet ta' trażbord imwettqa fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT fir-rigward ta' speċijiet tal-ICCAT u ta' speċijiet oħra li jinqabdu b'rabta ma' dawk l-ispeċijiet; u

    (b)

    l-operazzjonijiet tat-trażbord imwettqa barra miż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT fir-rigward ta' speċijiet tal-ICCAT u ta' speċijiet oħra li jinqabdu b'rabta ma' dawk l-ispeċijiet li nġabru fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.

    2.   B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, dan il-Kapitolu ma għandux japplika għat-trażbordi ta' ħut li jinqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT fuq il-baħar barra miż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT, meta dan it-trażbord ikun suġġett għal programm ta' trażbordar stabbilit minn RFMO oħra tat-tonn.

    3.   Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-bastimenti tas-sajd bil-ħarpun li jkunu qegħdin jittrażbordaw il-pixxispad frisk fuq il-baħar.

    Artikolu 52

    Trażbord f'port

    1.   L-operazzjonijiet ta' trażbordar kollha għandhom jitwettqu f'portijiet magħżulin, minbarra dawk li jitwettqu minn bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar, skont l-Artikoli 53 sa 60.

    2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-obbligi stipulati fl-Anness VII meta jkunu qegħdin iwettqu t-trażbordar f'port.

    3.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 17 sa 22 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikoli 4, 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

    Artikolu 53

    Trażbord fuq il-baħar

    It-trażbord fuq il-baħar minn bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar għandhom jitwettqu f'konformità mal-Artikoli 54 sa 60.

    Artikolu 54

    Reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-ġarr

    1.   L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni (25), għall-bastimenti tal-ġarr biex jirċievu t-trażbordi fuq il-baħar minn bastimenti tas-sajd bil-konz pelagiċi kbar fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.

    2.   Fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-listi tal-bastimenti tal-ġarr awtorizzati skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tressaq dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT biex tiddaħħal fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-ġarr.

    3.   L-Istati Membri tal-bandiera għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żieda, tnaqqis jew modifika fil-listi tagħhom tal-bastimenti tal-ġarr. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    4.   In-notifika msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tirrifletti l-format u t-tqassim stabbilit mis-Segretarjat tal-ICCAT u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    isem il-bastiment, numru fir-reġistru,

    in-numru tar-reġistrazzjoni tal-ICCAT (jekk hemm),

    in-numru tal-IMO (jekk hemm),

    l-isem ta' qabel (jekk hemm),

    il-bandiera ta' qabel (jekk hemm),

    id-dettalji tat-tħassir ta' qabel minn reġistri oħrajn (jekk hemm),

    is-sinjal tas-sejħa internazzjonali bir-radju,

    it-tip ta' bastiment, it-tul, it-tunnellaġġ gross irreġistrat u l-kapaċità tal-ġarr,

    l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju/i u l-operatur(i),

    iż-żmien awtorizzat għat-trażbordar.

    5.   It-trażbordi fuq il-baħar imsemmijin fl-Artikolu 53 jistgħu jittieħdu biss minn bastimenti tal-ġarr li jkunu elenkati fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-ġarr.

    Artikolu 55

    Awtorizzazzjoni għall-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar li jittrażbordaw fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT

    1.   L-Istati Membri għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni (26), għall-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar li jtajru l-bandiera tagħhom li jittrażbordaw fuq il-baħar.

    2.   Fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-listi tal-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar awtorizzati skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    3.   L-Istati Membri tal-bandiera għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żieda, tnaqqis jew modifika fil-listi tagħhom tal-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar li huma awtorizzati jittrażbordaw fuq il-baħar. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    4.   In-notifika msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tirrifletti l-format u t-tqassim stabbilit mis-Segretarjat tal-ICCAT u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    isem il-bastiment, numru fir-reġistru,

    in-numru tar-reġistrazzjoni tal-ICCAT,

    iż-żmien awtorizzat għat-trażbordar fuq il-baħar,

    il-bandiera/bnadar, l-isem/ismijiet u n-numru/numri tar-reġistrazzjoni tal-bastiment(i) tal-ġarr awtorizzati biex jintużaw mill-bastiment(i) tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar.

    Artikolu 56

    Awtorizzazzjonijiet minn qabel għat-trażbord fuq il-baħar

    1.   It-trażbordar minn bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar f'ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' PKK huma suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mingħand dik il-PKK. Għandu jinżamm l-oriġinal, jew tinżamm kopja ta' dik l-awtorizzazzjoni fuq il-bastiment u meta tintalab mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT tingħatalu.

    2.   Il-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar ma għandhomx jitħallew jittrażbordaw fuq il-baħar, sakemm ma jkunux kisbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru li tiegħu tittajjar il-bandiera. Għandu jinżamm l-oriġinal, jew tinżamm kopja tad-dokumenti ta' dik l-awtorizzazzjoni fuq il-bastiment u meta tintalab mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT tingħatalu.

    3.   Biex jirċievu l-awtorizzazzjonijiet minn qabel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-kaptan jew il-proprjetarju tal-bastiment tas-sajd bil-konz pelaġiku kbir għandu, mill-inqas 24 siegħa qabel it-trażbordar ippjanat, jinnotifika lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u lill-PKK tal-kosta dwar l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-isem tal-bastiment tas-sajd bil-konz pelaġiku kbir u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar li huma awtorizzati biex jittrażbordaw fuq il-baħar;

    (b)

    l-isem tal-bastiment tal-ġarr u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-ġarr;

    (c)

    il-prodott li ser jiġi ttrażbordat, skont l-ispeċi, fejn din tkun magħrufa, u, jekk inhu possibbli, skont l-istokk;

    (d)

    il-kwantitajiet ta' speċijiet tal-ICCAT li ser jiġu ttrażbordati, fejn hu possibbli, skont l-istokk;

    (e)

    il-kwantitajiet ta' speċijiet oħrajn li jkunu nqabdu mal-ispeċijiet tal-ICCAT li ser jiġu ttrażbordati, skont l-ispeċi, jekk din tkun magħrufa;

    (f)

    id-data u l-post tat-trażbord;

    (g)

    il-pożizzjoni ġeografika tal-qabdiet, skont l-ispeċi u, fejn rilevanti, skont l-istokk, li hija konsistenti maż-żoni statistiċi tal-ICCAT.

    Artikolu 57

    Dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT

    1.   Il-kaptan jew il-proprjetarju tal-bastiment tas-sajd bil-konz pelaġiku kbir għandu, mhux aktar tard minn 15-il jum wara t-trażbord, jimla d-dikjarazzjoni tat-trażbordar tal-ICCAT u jibgħatha lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u lill-PKK tal-kosta.

    2.   Il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr li jkun qed jirċievi l-konsenja għandu, fi żmien 24 siegħa mit-tlestija tat-trażbord, jimla d-dikjarazzjoni tat-trażbordar tal-ICCAT u jibgħatha lis-Segretarjat tal-ICCAT, lill-PKK tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd bil-konz pelaġiku kbir u lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu, flimkien man-numru tiegħu tar-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-ġarr.

    3.   Il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr li jkun qed jirċievi l-konsenja għandu, mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħatt l-art, jibgħat id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat fejn ser isir il-ħatt l-art, flimkien man-numru tal-bastiment tiegħu tar-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tal-ġarr.

    4.   L-ispeċijiet kollha tal-ICCAT u kwalunkwe speċi oħra li tkun inqabdet flimkien ma' dawk l-ispeċijiet li jinħattu l-art, jew li jiġu importati fiż-żona jew fit-territorju ta' PKK, kemm jekk ma jkunux ipproċessati, kif ukoll jekk ikunu ġew ipproċessati abbord, u li jkunu ġew ittrażbordati fuq il-baħar, għandu jkollhom magħhom id-dikjarazzjoni tat-trażbordar tal-ICCAT sakemm isir l-ewwel bejgħ tagħhom.

    Artikolu 58

    Programm ta' osservazzjoni reġjonali tal-ICCAT għat-trażbord fuq il-baħar

    1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-bastimenti tal-ġarr kollha li jittrażbordaw fuq il-baħar ikollhom osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord, skont il-programm ta' osservazzjoni reġjonali tal-ICCAT għat-trażbordar fuq il-baħar, kif stipulat fl-Anness VIII.

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jkollu l-kompitu li jivverifika l-konformità ma' dan il-Kapitolu, u, b'mod partikolari, li l-kwantitajiet trażbordati jkunu konsistenti mal-qabda rrappurtata fid-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT u mal-qabdiet irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd.

    3.   Il-bastimenti għandhom ikunu pprojbiti milli jibdew jew ikomplu t-trażbord fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT jekk ma jkunx hemm osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord, minbarra f'każijiet ta' force majeure li jkunu ġew debitament innotifikati lis-Segretarjat tal-ICCAT.

    Artikolu 59

    Obbligi ta' rappurtar

    1.   L-Istat Membru tal-bandiera ta' bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar li jkunu ttrażbordaw u l-Istat Membru tal-bandiera ta' bastimenti tal-ġarr li jkunu rċevew it-trażbordi fis-sena ta' qabel għandu jibgħat lill-Kummissjoni sal-15 ta' Awwissu ta' kull sena:

    (a)

    il-kwantitajiet ta' qabdiet tal-ispeċijiet tal-ICCAT, skont l-ispeċi u, jekk ikun possibbli, skont l-istokk, li jkunu ġew ittrażbordati fis-sena ta' qabel;

    (b)

    il-kwantitajiet ta' speċijiet oħrajn li jkunu nqabdu mal-ispeċijiet tal-ICCAT skont l-ispeċi, fejn din tkun magħrufa, li jkunu ġew ittrażbordati fis-sena ta' qabel;

    (c)

    il-lista tal-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar li jkunu ttrażbordaw fis-sena ta' qabel;

    (d)

    rapport komprensiv li jivvaluta l-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT assenjati għall-bastimenti tal-ġarr li jkunu rċevew it-trażbordi mill-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni li tirċievi lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Settembru ta' kull sena skont il-paragrafu 1.

    Artikolu 60

    Konsistenza tad-data rrappurtata

    L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd bil-konz pelaġiku kbir li jkun qed iwettaq it-trażbordi fuq il-baħar għandu jeżamina l-informazzjoni li jkun irċieva skont dan ir-Regolament sabiex jiddetermina li hemm konsistenza bejn il-qabdiet irrappurtati, it-trażbordi u l-ħatt l-art ta' kull bastiment, anki b'kooperazzjoni mal-Istat fejn ser isir il-ħatt l-art kif ikun meħtieġ. Dik il-verifika għandha titwettaq b'mod li jiżgura li l-bastiment ikollu l-inqas interferenza u inkonvenjenza possibbli, u li jiġi evitat deterjorament tal-kwalità tal-ħut.

    KAPITOLU V

    Programmi ta' Osservazzjoni Xjentifika

    Artikolu 61

    Twaqqif ta' programmi nazzjonali ta'osservazzjoni xjentifika

    1.   L-Istati Membri għandhom iwaqqfu programmi nazzjonali ta' osservazzjoni xjentifika li jiżguraw dawn li ġejjin:

    (a)

    kopertura minima ta' osservazzjoni ta' 5 % tal-isforz tas-sajd f'kull wieħed minn dawn is-setturi tas-sajd: bil-konzijiet pelaġiċi, bit-tartarun tal-borża, u bil-lixka;

    (b)

    għall-bastimenti nolleġġati, b'deroga mill-punt (a), kopertura minima ta' osservazzjoni ta' 10 % tal-isforz tas-sajd f'kull wieħed minn dawn is-setturi tas-sajd: bil-konzijiet pelaġiċi, bit-tartarun tal-borża, u bil-lixka;

    (c)

    kopertura rappreżentattiva taż-żmien u tal-ispazju tat-tħaddim tal-flotta biex ikun żgurat il-ġbir ta' data adegwata u rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-flotot u tal-attivitajiet tas-sajd;

    (d)

    il-ġbir tad-data dwar kull aspett tal-operazzjoni tas-sajd, inkluż dak tal-qabda, kif speċifikat fl-Artikolu 63(1).

    2.   Il-kopertura ta' osservazzjoni msemmija fil-punt (a) u (b) tal-paragrafu 1(a) u (b) għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

    (a)

    l-għadd ta' settijiet jew vjaġġi għall-attivitajiet tas-sajd bit-tartarun tal-borża;

    (b)

    skont l-għadd ta' jiem ta' sajd, l-għadd ta' settijiet jew vjaġġi għall-attivitajiet tas-sajd bil-konz pelaġiku; jew

    (c)

    skont l-għadd ta' jiem ta' sajd għall-attivitajiet ta' sajd bil-lixka.

    3.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, għall-bastimenti b'tul totali ta' inqas minn 15-il metru, fejn ikun hemm tħassib straordinarju dwar is-sikurezza li jipprekludi li jkun hemm osservatur abbord il-bastiment, Stat Membru jista' juża metodu alternattiv għall-monitoraġġ xjentifiku. Dak il-metodu alternattiv għandu jiżgura kopertura ta' osservazzjoni li tkun taqbel ma' dik speċifikata fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u ma' ġbir ekwivalenti ta' data. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta d-dettalji tal-metodu alternattiv lill-Kummissjoni.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta d-dettalji tal-metodu alternattiv imsemmi fil-paragrafu 3 lill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika tal-ICCAT għall-evalwazzjoni. Il-metodi alternattivi għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-ICCAT fil-laqgħa annwali tal-ICCAT qabel ma jiġu applikati.

    Artikolu 62

    Kwalifiki tal-osservaturi xjentifiċi

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-osservaturi jkunu segwew it-taħriġ meħtieġ, ikunu kwalifikati kif xieraq u li jkunu approvati qabel ma jiġu assenjati. L-osservaturi għandu jkollhom il-kwalifiki li ġejjin:

    (a)

    għarfien u esperjenza biżżejjed biex ikunu jistgħu jidentifikaw l-ispeċijiet u jiġbru l-informazzjoni dwar konfigurazzjonijiet differenti ta' tagħmir tas-sajd;

    (b)

    biżżejjed għarfien tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT;

    (c)

    il-kapaċità li josservaw u jirreġistraw b'mod preċiż id-data li trid tinġabar skont il-programm;

    (d)

    il-kapaċità li jiġbru l-kampjuni bijoloġiċi;

    (e)

    ma għandhomx ikunu membri tal-ekwipaġġ tal-bastiment tas-sajd li jkun qed jiġi osservat; u

    (f)

    ma għandhomx ikunu impjegati tal-kumpanija tal-bastimenti tas-sajd involuta fl-attività tas-sajd li qed tiġi osservata.

    Artikolu 63

    Responsabbiltajiet tal-osservaturi xjentifiċi

    1.   B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu mill-osservaturi li:

    (a)

    jirreġistraw u jirrappurtaw informazzjoni dwar l-attività tas-sajd li għandha tinkludi, mill-inqas dawn li ġejjin:

    (i)

    id-data dwar it-total tal-qabda fil-mira, tal-qabda aċċessorja u tal-iskart (dan jinkludi l-klieb il-baħar, il-fkieren tal-baħar, il-mammiferi marini u l-għasafar tal-baħar), il-kompożizzjoni tad-daqsijiet, dak li jsir minnhom (jiġifieri, miżmumin, skartati mejta, meħlusa ħajjin), u kampjuni bijoloġiċi għall-istudji tal-ġrajja tal-ħajja (eż. gonadi, otoliti, xewk, skalji);

    (ii)

    informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tas-sajd, li tinkludi ż-żona tal-qbid skont il-latitudni u l-lonġitudni, informazzjoni dwar l-isforz tas-sajd (eż. l-għadd ta' settijiet, l-għadd ta' snanar, eċċ.) id-data ta' kull operazzjoni tas-sajd, li tinkludi, skont ir-rilevanza, il-ħinijiet tal-bidu u tat-tmiem tal-attività tas-sajd;

    (b)

    josservaw u jirreġistraw l-użu ta' miżuri ta' mitigazzjoni tal-qabdiet aċċessorji u informazzjoni rilevanti oħra;

    (c)

    jippreżentaw kwalunkwe proposta li jqisu li tkun xierqa biex isiru iżjed effiċjenti l-miżuri għall-konservazzjoni u tal-monitoraġġ xjentifiku.

    2.   L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jintużaw protokolli għall-ġbir tad-data li jkunu robusti, u fejn hemm bżonn, jintużaw ukoll il-kameras u r-ritratti.

    3.   Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jiggarantixxu l-aċċess xieraq għall-bastiment u għall-operazzjonijiet tiegħu biex l-osservaturi jkunu jistgħu jwettqu xogħlhom b'mod effettiv.

    Artikolu 64

    Preżentazzjoni tal-informazzjoni miġbura

    Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li tkun inġabret fil-programmi nazzjonali ta' osservazzjoni xjentifika. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-31 ta' Lulju ta' kull sena.

    KAPITOLU VI

    Kontroll ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi fil-portijiet tal-Istati Membri

    Artikolu 65

    Obbligi ta' rappurtar dwar portijiet u punti ta' kuntatt magħżulin

    1.   L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jagħtu aċċess għall-portijiet tagħhom lil bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin iġorru speċijiet tal-ICCAT jew prodotti tas-sajd li joriġinaw minn dawn l-ispeċijiet li ma jkunux għadhom inħattu l-art jew ġew ittrażbordati f'portijiet għandhom:

    (a)

    jagħżlu l-portijiet tagħhom li għalihom il-bastimenti ta' pajjiżi terzi jkunu jistgħu jitolbu l-aċċess skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

    (b)

    jagħżlu punt ta' kuntatt fejn ikunu jistgħu jirċievu avviż minn qabel skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

    (c)

    jagħżlu punt ta' kuntatt minn fejn ikunu jistgħu jibagħtu r-rapporti tal-ispezzjonijiet tal-portijiet, skont l-Artikolu 66 ta' dan ir-Regolament.

    2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla fil-lista tal-portijiet u tal-punti ta' kuntatt magħżulin mill-inqas 30 jum qabel ma jsiru effettivi t-tibdiliet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mill-inqas 14-il jum qabel ma jsiru effettivi t-tibdiliet.

    Artikolu 66

    Obbligi ta' rappurtar rigward l-ispezzjonijiet tal-portijiet

    1.   L-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni għandu jitrażmetti lill-Kummissjoni kopja tar-rapport dwar l-ispezzjoni tal-port imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 mhux aktar tard minn 10 ijiem wara li titlesta l-ispezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mhux aktar tard minn 14-il jum wara d-data tat-tlestija tal-ispezzjoni.

    2.   Jekk ir-rapport tal-ispezzjoni tal-port ma jkunx jista' jiġi trażmess fil-perijodu ta' 10 ijiem imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni f'dak il-perijodu dwar ir-raġunijiet għad-dewmien, u jinfurmaha meta ser jitressaq ir-rapport.

    3.   Jekk l-informazzjoni li tkun inġabret waqt l-ispezzjoni tagħti x'jifhem li bastiment ta' pajjiż terz għamel xi ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT, għandu japplika l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

    KAPITOLU VII

    Infurzar

    Artikolu 67

    Każijiet ta' ksur allegat li jiġu rrappurtati mill-Istati Membri

    1.   Barra mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 48(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, mill-inqas 140 jum qabel il-laqgħa annwali tal-ICCAT, kwalunkwe informazzjoni dokumentata li tindika l-possibbiltà ta' nuqqas ta' konformità min-naħa ta' PKK mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT. Il-Kummissjoni għandha teżamina dik l-informazzjoni u, jekk ikun jixraq, tibgħatha lis-Segretarjat tal-ICCAT mill-inqas 120 jum qabel il-laqgħa annwali tal-ICCAT.

    2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-lista tal-bastimenti tas-sajd b'tul totali ta' 12-il metru jew aktar, tal-bastimenti fejn jiġu pproċessati l-ħut, tal-laneġ tal-irmonk, tal-bastimenti li jagħmlu t-trażbordar, u tal-bastimenti tal-għajnuna li jkun allegat dwarhom li qegħdin iwettqu sajd IUU fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT fis-sena attwali u fis-sena ta' qabilha, flimkien mal-evidenza li ssostni l-preżunzjoni tas-sajd IUU. Dik il-lista għandha tintbagħat mill-inqas 140 jum qabel il-laqgħa annwali tal-ICCAT. Il-Kummissjoni għandha teżamina dik l-informazzjoni u, jekk din tkun iddokumentata biżżejjed, tibgħatha lis-Segretarjat tal-ICCAT mill-inqas 120 jum qabel il-laqgħa annwali tal-ICCAT, biex jiġi stabbilit l-abbozz tal-lista tal-IUU tal-ICCAT.

    Artikolu 68

    Abbozz tal-lista tal-IUU tal-ICCAT

    L-Istati Membri għandhom jissorveljaw mill-qrib il-bastimenti li jkunu mniżżlin fl-abbozz tal-lista tal-IUU tal-ICCAT li tiġi ċċirkolata mis-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT, biex jiddeterminaw l-attivitajiet u l-bidliet possibbli fl-ismijiet, il-bnadar, jew il-proprjetarji rreġistrati ta' dawk il-bastimenti.

    Artikolu 69

    Nuqqasijiet ta' konformità allegati li jiġu rrappurtati mis-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT

    1.   Jekk il-Kummissjoni tirċievi xi informazzjoni mingħand is-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT li tindika nuqqas ta' konformità ssuspettat ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha mingħajr dwemien, tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat.

    2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, mill-inqas 45 jum qabel il-laqgħa annwali tal-ICCAT, bis-sejbiet ta' kwalunkwe investigazzjoni li ssir b'rabta mal-allegazzjonijiet ta' nuqqas ta' konformità u kwalunkwe azzjoni li titwettaq biex tindirizza kwistjonijiet ta' nuqqas ta' konformità. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT mill-inqas 30 jum qabel il-laqgħa annwali tal-ICCAT.

    Artikolu 70

    Każijiet ta' ksur allegat li jiġu rrappurtati minn PKK

    1.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu punt ta' kuntatt fejn jistgħu jirċievu r-rapporti dwar l-ispezzjonijiet tal-portijiet mingħand PKK.

    2.   L-Istati Membri għandhom jitrażmettu lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla għall-punt ta' kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1 mill-inqas 30 jum qabel ma jsiru effettivi dawn il-bidliet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mill-inqas 14-il jum qabel ma jsiru effettivi t-tibdiliet.

    3.   Jekk il-punt ta' kuntatt magħżul minn Stat Membru jirċievi rapport dwar l-ispezzjoni ta' port mingħand PKK li jagħti l-evidenza li bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' dak l-Istat Membru jkun ikkommetta ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT, l-Istat Membru għandu minnufih jinvestiga l-ksur u, fi żmien 160 jum minn meta jkun irċieva tali rapport dwar l-ispezzjoni ta' port, jinforma lill-Kummissjoni dwar l-istatus tal-investigazzjoni u b'kwalunkwe azzjoni ta' infurzar li tkun twettqet.

    4.   Jekk l-Istat Membru tal-bandiera ma jkunx jista' jlaħħaq mal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, dan għandu jagħti r-raġunijiet għal dan id-dewmien lill-Kummissjoni u jinfurmaha meta ser iressaq ir-rapport dwar l-istatus tal-investigazzjoni.

    5.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT fi żmien 180 jum wara li tirċievi r-rapport dwar l-ispezzjoni ta' port u fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 71, għandha tinkludi l-informazzjoni dwar l-istatus tal-investigazzjoni u dwar kwalunkwe azzjoni ta' infurzar li jkun wettaq l-Istat Membru tal-bandiera.

    TITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 71

    Rapport annwali

    1.   Sal-20 ta' Awwissu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport annwali lill-Kummissjoni dwar is-sena kalendarja preċedenti, li jkun fih l-informazzjoni dwar is-sajd, ir-riċerka, l-istatistika, il-ġestjoni, l-attivitajiet ta' spezzjoni u ta' prevenzjoni tas-sajd IUU u kwalunkwe informazzjoni oħra, jekk rilevanti.

    2.   Ir-rapport annwali għandu jinkludi l-informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu għall-mitigazzjoni tal-qbid inċidentali u biex jitnaqqas l-iskart, u informazzjoni dwar kull riċerka rilevanti f'dak il-qasam.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni li tirċievi skont il-paragrafu 1 u 2 u għandha tibgħatha lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien.

    4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati għall-format tar-rapport annwali msemmi f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).

    Artikolu 72

    Kunfidenzjalità

    Id-data li tinġabar u tinqasam fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata skont ir-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità skont l-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    Artikolu 73

    Proċedura għall-emendi

    1.   Meta jkun meħtieġ, sabiex timplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-emendi għar-rakkomandazzjonijiet eżistenti tal-ICCAT, li jsiru vinkolanti għall-Unjoni, u sakemm l-emendi għal-liġi tal-Unjoni ma jmorrux lil hinn mir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 74 għall-fini li temenda:

    (a)

    l-Annessi II sa VIII;

    (b)

    il-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 8, fl-Artikoli 9(1) u 10(2), fl-Artikolu 14(1) u (3), fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 20(2), (3) u (4), fl-Artikolu 22(2), fl-Artikolu 23(1) u (2), fl-Artikolu 26(1) u (3), fl-Artikoli 40(1), 42(1), 44(3) u 47(2), fl-Artikolu 48(1) u (2), fl-Artikolu 50(1) u (2), fl-Artikolu 56(3), fl-Artikolu 57(1), (2) u (3), fl-Artikolu 59(1) u (2), fl-Artikolu 64, fl-Artikolu 65(2), fl-Artikolu 66(1) u (2), fl-Artikolu 67(1) u (2), fl-Artikolu 69(2), fl-Artikolu 70(2), (3) u (5), u fl-Artikolu 71(1);

    (c)

    iż-żona stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 14(1);

    (d)

    id-daqsijiet minimi stipulati fl-Artikolu 19(1) u (2), fl-Artikolu 24(2) u fl-Artikolu 29(2) u (3);

    (e)

    it-tolleranzi stipulati fl-Artikolu 19(2) u (3), fl-Artikolu 21, u fl-Artikolu 24(3);

    (f)

    l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-snanar u tal-konzijiet stipulati fl-Artikoli 25 u l-punt (b) tal-Artikolu 38(5);

    (g)

    il-kopertura tal-osservazzjoni xjentifika stipulata fl-Artikoli 29(1), u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 61(1);

    (h)

    it-tip ta' informazzjoni u data stipulati fl-Artikolu 11(1), (2) u (3), fl-Artikolu 12, fl-Artikoli 20(2), 26(1) u 42(1), fl-Artikolu 50(1) u (2), u l-Artikoli 54(4), 55(4), 56(3) u 59(1);

    (i)

    l-għadd massimu ta' bagi strumentali stipulat fl-Artikolu 9(4).

    2.   Kwalunkwe emenda adottata f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tkun strettament limitata għall-implimentazzjoni tal-emendi għar-rakkomandazzjoni tal-ICCAT ikkonċernata fil-liġi tal-Unjoni.

    Artikolu 74

    Eżerċizzju tad-delega

    1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 73 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-3 ta' Diċembru 2017. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

    3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 73 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

    4.   Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

    5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 73 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 75

    Proċedura fil-kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 76

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1936/2001

    Fir-Regolament (KE) Nru 1936/2001, l-Artikoli 4, 5, 6, 6(a), 7, 8a, 8b, 8c, 9, 9a u 10 sa 19 huma mħassra.

    Artikolu 77

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1984/2003

    Ir-Regolament (KE) Nru 1984/2003 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(g)   bastiment tas-sajd kbir: bastiment tas-sajd b'tul totali ta' 20 metru jew iżjed;

    (h)   bastiment tas-sajd bil-konz pelaġiku kbir: tfisser bastiment tas-sajd bil-konz pelaġiku b'tul totali ta' 24 metru jew iżjed.”;

    (b)

    fl-Artikolu 4(2), jiżdied il-punt li ġej:

    “(c)

    jekk is-sajd ikun sar minn bastiment tas-sajd kbir, jista' jiġi aċċettat biss jekk dak il-bastiment ikun elenkat fir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT.”;

    (c)

    fl-Artikolu 5(2), jiżdied il-punt li ġej:

    “(c)

    jekk is-sajd ikun sar minn bastiment tas-sajd kbir, jista' jiġi vvalidat biss jekk dak il-bastiment ikun elenkat fir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT.”;

    (d)

    fil-Kapitolu 2, tiżdied it-Taqsima li ġejja:

    “Taqsima 4

    Rekwiżiti fuq l-Istati Membri rigward il-prodotti trażbordati fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT

    Artikolu 7a

    Dokumenti ta' statistika u rappurtaġġ

    1.   Meta jkun qed jivvalida d-dokumenti tal-istatistika, l-Istat Membru tal-bandiera ta' bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar għandhom jiżguraw li t-trażbordi jkunu konsistenti mal-ammont tal-qabda rrappurtat minn kull bastiment.

    2.   L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar għandu jivvalida d-dokumenti tal-istatistika dwar il-ħut ittrażbordat, wara li jkun ikkonferma li t-trażbord ikun sar b'konformità mal-Artikoli 51 sa 58 tar-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). Dik il-konferma għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li tkun inġabret permezz tal-programm ta' osservazzjoni reġjonali tal-ICCAT għat-trażbordar fuq il-baħar.

    3.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-ispeċijiet koperti mill-programmi ta' dokumentazzjoni statistika li jinqabdu minn bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT, meta jiġu impurtati fiż-żoni jew fit-territorji tagħhom, ikollhom magħhom id-dokumenti tal-istatistika vvalidati għall-bastimenti li huma elenkati fil-lista tal-bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar awtorizzati li jittrażbordaw fuq il-baħar tal-ICCAT, u kopja tad-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT.

    (*1)  Ir-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 1).”."

    Artikolu 78

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 520/2007

    Fir-Regolament (KE) Nru 520/2007, jitħassru l-Artikolu 4(1), it-Titolu II u l-Annessi II, III u IV.

    Artikolu 79

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta' Novembru 2017.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    A. TAJANI

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  ĠU C 34, 2.2.2017, p. 142.

    (2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2017 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2017.

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE tad-9 ta' Ġunju 1986 dwar l-Adeżjoni tal-Komunità fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, kif emendata bil-Protokoll mehmuż mal-Att Finali tal-Konferenza tal-Plenipotenzjari tal-Istati li jifformaw Parti mill-Konvenzjoni ffirmata f'Pariġi fl-10 ta' Lulju 1984 (ĠU L 162, 18.6.1986, p. 33).

    (6)  Numru ta' proċedura 2015/0289 (COD), għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 tas-27 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 tas-7 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' ċerti ħażniet ta' speċi li jpassu ħafna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 973/2001 (ĠU L 123, 12.5.2007, p. 3).

    (9)  Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).

    (10)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    (11)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    (12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

    (13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).

    (14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

    (15)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 23).

    (16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 tat-8 ta' April 2003 li jintroduċi sistema għall-monitoraġġ ta' statistika tal-kummerċ fit-pixxispad u tonn alalunga fi ħdan il-Komunità (ĠU L 295, 13.11.2003, p. 1).

    (17)  Numru ta' proċedura 2015/0289 (COD), għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (18)  Numru ta' proċedura 2015/0289 (COD), għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (19)  Numru ta' proċedura 2015/0289 (COD), għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

    (21)  Ir-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni (ĠU L 34, 9.2.2017, p. 9).

    (22)  Numru ta' proċedura 2015/0289 (COD), għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (23)  Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1).

    (24)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 tat-12 ta' Lulju 2016 li tadotta programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu ta' dejta fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakoltura għall-perjodu 2017-2019 (ĠU L 207, 1.8.2016, p. 113).

    (25)  Numru ta' proċedura 2015/0289 (COD), għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (26)  Numru ta' proċedura 2015/0289 (COD), għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.


    ANNESS I

    SPEĊI TAL-ICCAT

    Familja

    Isem bil-Latin

    Isem Malti

    Scombridae

    Acanthocybium solandri

    Pizzintun tal-istrixxi

    Allothunnus fallai

    Tonn Irqiq

    Auxis rochei

    Żgamirru

    Auxis thazard

    Tumbrell

    Euthynnus alletteratus

    Kubrita/Palamit iswed tal-Atlantiku

    Gasterochisma melampus

    Tonn farfett

    Katsuwonus pelamis

    Palamit

    Orcynopsis unicolor

    Plamtu bla rigi

    Sarda sarda

    Plamtu

    Scomberomorus brasiliensis

    Kavall tal-Brażil

    Scomberomorus cavalla

    Kavall irjali

    Scomberomorus maculatus

    Kavall tat-tikek Scomberomorus regalis

    Scomberomorus regalis

    Pizzintun irjali tal-Atlantiku

    Scomberomorus tritor

    Kavall tal-Afrika tal-Punent

    Thunnus alalunga

    Alonga

    Thunnus albacares

    Tonna safra

    Thunnus atlanticus

    Tonna sewda

    Thunnus maccoyii

    Tonna tan-Nofsinhar

    Thunnus obesus

    Tonn obeż

    Thunnus thynnus

    Tonn

    Istiophoridae

    Istiophorus albicans

    Pixxivela tal-Atlantiku

    Makaira indica

    Marlin iswed

    Makaira nigricans

    Marlin blu tal-Atlantiku

    Tetrapturus albidus

    Marlin abjad tal-Atlantiku

    Tetrapturus belone

    Pastardella

    Tetrapturus georgii

    Pastardella imperjali

    Tetrapturus pfluegeri

    Pastardella munqarha twil

    Xiphiidae

    Xiphias gladius

    Pixxispad

    Alopiidae

    Alopias superciliosus

    Pixxivolpi għajnu kbira

    Carcharhinidae

    Carcharhinus falciformis

    Kelb il-baħar ħariri

    Carcharhinus longimanus

    Kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku

    Prionace glauca

    Ħuta Kaħla

    Lamnidae

    Isurus oxyrinchus

    Pixxitondu

    Lamna nasus

    Pixxiplamtu

    Sphyrnidae

    Sphyrna spp.

    Kurazza

    Coryphaenidae

    Coryphaena hippurus

    Lampuka


    ANNESS II

    LINJI GWIDA GĦAT-TĦEJJIJA TAL-PJANIJIET TA' ĠESTJONI TAT-TAGĦMIR BIEX JINĠABAR IL-ĦUT (FAD)

    Il-pjan ta' ġestjoni tal-FAD għall-flotot tas-sajd tat-tartarun tal-borża u tas-sajd bil-lixka tal-PKK irid ikun fih dawn li ġejjin:

    (1)

    Deskrizzjoni

    (a)

    Tipi ta' FAD: AFAD = ankrati; DFAD = għawwiema

    (b)

    Tip ta' sinjal/baga

    (c)

    Għadd massimu ta' FAD li ser jitqiegħu għal kull tartarun tal-borża u għal kull tip ta' FAD

    (d)

    Distanza minima bejn l-AFAD

    (e)

    Politika għat-tnaqqis u għall-użu tal-qbid inċidentali

    (f)

    Kunsiderazzjoni tal-interazzjoni ma' tipi oħra ta' tagħmir

    (g)

    Dikjarazzjoni jew politika dwar “is-sjieda tal-FAD”;

    (2)

    Arranġamenti istituzzjonali

    (a)

    Responsabbiltajiet istituzzjonali għall-pjan ta' ġestjoni tal-FAD

    (b)

    Proċessi tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tqegħid tal-FAD

    (c)

    Obbligi tal-proprjetarji u tal-kaptani tal-bastimenti fir-rigward tat-tqegħid u l-użu tal-FAD

    (d)

    Politika ta' sostituzzjoni tal-FAD

    (e)

    Obbligi addizzjonali tar-rappurtar minbarra dan ir-Regolament

    (f)

    Politika ta' riżoluzzjoni ta' kunflitti fir-rigward tal-FADs

    (g)

    Id-dettalji ta' kwalunkwe żona jew perijodu magħluqa, pereżempju: ilmijiet territorjali, korsiji tal-bastimenti, qrubija ma' żoni tas-sajd artiġjanali, eċċ.

    (3)

    Speċifikazzjonijiet u rekwiżiti għall-bini tal-FAD

    (a)

    Karatteristiċi tad-disinn tal-FAD (deskrizzjoni)

    (b)

    Rekwiżiti tad-dawl

    (c)

    Rifletturi tar-radar

    (d)

    Distanza viżibbli

    (e)

    Marki u identifikatur tal-FAD

    (f)

    Marki u identifikaturi tal-bagi ta' sinjalazzjoni bir-radju (rekwiżit ta' numri tas-sensiela)

    (g)

    Marki u identifikaturi tal-bagi b'ekosonda (rekwiżit ta' numri tas-sensiela)

    (h)

    Riċetrażmettituri bis-satellita

    (i)

    Riċerka li saret fuq FADs bijodegradabbli

    (j)

    Prevenzjoni tat-telfa jew tal-abbandun tal-FADs

    (k)

    Ġestjoni tal-irkupru tal-FADs;

    (4)

    Perijodu applikabbli għall-pjan ta' ġestjoni tal-FAD

    (5)

    Mezzi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' ġestjoni tal-FAD.


    ANNESS III

    LISTA TAL-FADS LI TQIEGĦDU FUQ BAŻI TA' KULL TLIET XHUR

    Identifikatur tal-FAD

    Tipi ta' FAD u ta' tagħmir elettroniku

    Karatteristiki tal-Arkitettura tal-FAD

    Osservazzjoni

    Marka tal-FAD

    Identità tas-sinjal assoċjat

    Tip ta' FAD

    Tip ta' sinjal assoċjat u/jew ta' tagħmir elettroniku

    Parti għawwiema tal-FAD

    Struttura tal-FAD imdendla taħt l-ilma

    Dimensjonijiet

    Materjali

    Dimensjonijiet

    Materjali

     (1)

     (1)

     (2)

     (3)

     (4)

     (5)

     (4)

     (6)

     (7)


    (1)  Jekk il-marka tal-FAD u l-Identità tas-sinjal assoċjat ma jkunux hemm jew ma jkunux jistgħu jinqraw, semmi dan il-fatt u agħti l-informazzjoni kollha li għandek li tista' tgħin biex jiġi identifikat sid l-FAD.

    (2)  FAD ankrat, FAD naturali għawwiem, FAD artifiċjali għawwiem.

    (3)  Eż. GPS, sonda, eċċ. Jekk ma hemmx tagħmir elettroniku assoċjat mal-FAD, indika dan in-nuqqas ta' tagħmir.

    (4)  Eż. l-wisa', it-tul, l-għoli, il-fond, id-daqsijiet tat-toqob tax-xbieki, eċċ.

    (5)  Semmi b'liema materjali huma magħmula l-istruttura u l-qoxra ta' barraa, u għid humiex bijodegradabbli.

    (6)  Eż. xbieki, ħbula, weraq tal-palm, eċċ... u semmi l-karatteristiċi tal-materjal li jħabblu u/jew huma bijodegradabbli.

    (7)  F'din it-taqsima għandhom jiġu rrappurtati l-ispeċifikazzjonijiet tad-dawl, ir-rifletturi tar-radar u d-distanzi viżibbli.


    ANNESS IV

    IR-REKWIŻITI GĦALL-PROGRAMM TA' OSSERVAZZJONI GĦALL-BASTIMENTI LI JISTADU GĦAT-TONN TROPIKALI FIŻ-ŻONI ĠEOGRAFIĊI FEJN HEMM GĦELUQ MARBUT MA' PERIJODU TA' ŻMIEN U MA' ŻONI

    1.

    L-osservaturi għandu jkollhom il-kwalifiki li ġejjin biex iwettqu l-kompiti tagħhom:

    esperjenza biżżejjed li jkunu jafu jidentifikaw l-ispeċijiet u t-tagħmir tas-sajd,

    biżżejjed għarfien tal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT attestat minn ċertifikat mogħti lilhom mill-Istat Membru u bbażat fuq il-linji gwida għat-taħriġ tal-ICCAT,

    il-kapaċità li josservaw u jirreġistraw b'mod preċiż,

    biżżejjed għarfien tal-lingwa tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li qed ikun osservat.

    2.

    L-osservaturi ma għandhomx ikunu membri tal-ekwipaġġ tal-bastiment tas-sajd li qed ikun osservat u għandhom:

    (a)

    ikunu nattivi ta' waħda mill-PKK;

    (b)

    ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti stabbiliti fil-punt 3:

    (c)

    ma jkollhomx interessi finanzjarji jew ta' xi benefiċċju attwali fis-sajd tat-tonn tropikali.

    Kompiti tal-osservaturi

    3.

    Il-kompiti tal-osservaturi għandhom ikunu, b'mod partikolari:

    (a)

    li jissorveljaw il-konformità tal-bastiment tas-sajd mal-miżuri rilevanti ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mill-Kummissjoni tal-ICCAT.

    B'mod partikolari, l-osservaturi għandhom:

    (i)

    jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd li jitwettqu u jagħmlu r-rapporti dwarhom;

    (ii)

    josservaw u jistmaw il-qabdiet u jivverifikaw l-entrati li jiddaħħlu fil-ġurnal ta' abbord;

    (iii)

    josservaw u jniżżlu fir-reġistru bastimenti li jistgħu jkunu qegħdin jistadu b'mod li jkun kontraenti għall-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT;

    (iv)

    jivverifikaw il-pożizzjoni tal-bastiment waqt li dan ikun qed iwettaq l-attività tas-sajd;

    (v)

    iwettqu ħidma xjentifika bħall-ġbir ta' data tal-Kompitu II meta jintalbu jagħmlu dan mill-ICCAT, abbażi ta' direttivi mill-Kumitat Permanenti tal-ICCAT dwar ir-Riċerka u l-Istatistika.

    (b)

    li jirrappurtaw minnufih, filwaqt li joqogħdu attenti għas-sikurezza tal-osservatur, kwalunkwe attività ta' sajd b'rabta mal-FADs li jkun għamel il-bastiment f'dik iż-żona u waqt il-perijodu msemmi fl-Artikolu 11;

    (c)

    li jistabbilixxu rapporti ġenerali fejn jikkompilaw l-informazzjoni li tkun inġabret skont dan il-punt 3 u joffru l-opportunità lill-kaptan biex idaħħlu fihom kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

    4.

    L-osservaturi għandhom jittrattaw l-informazzjoni kollha dwar l-operazzjonijiet ta' sajd u ta' trażbord tal-bastimenti bħala kunfidenzjali u jaċċettaw dan ir-rekwiżit bil-miktub bħala kundizzjoni tal-ħatra tagħhom bħala osservaturi.

    5.

    L-osservaturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-liġijiet u fir-regolamenti tal-Istat Membru tal-bandiera li għandu l-ġuriżdizzjoni fuq il-bastiment li jkun assenjat għalih l-osservatur.

    6.

    L-osservaturi għandhom jirrispettaw il-ġerarkija u r-regoli ġenerali tal-imġiba li japplikaw għall-membri tal-ekwipaġġ kollu, dejjem jekk dawn ir-regoli ma jostakolawx il-kompiti tal-osservatur f'dan il-programm, u bl-obbligi tiegħu stabbiliti fil-punt 7.

    Obbligi tal-Istat Membru tal-bandiera

    7.

    Ir-responsabbiltajiet rigward l-osservaturi tal-Istati Membri tal-bastimenti tas-sajd u tal-kaptani tagħhom għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dan li ġej:

    (a)

    l-osservaturi għandhom jingħataw aċċess għall-ekwipaġġ, għall-irkaptu u għat-tagħmir;

    (b)

    jekk jitolbu dan, l-osservaturi għandhom jingħataw aċċess ukoll għat-tagħmir elenkat hawn taħt, jekk dan ikun fuq il-bastimenti li jkunu assenjati għalih, biex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti tagħhom stabbiliti fil-punt 3:

    (i)

    tagħmir ta' navigazzjoni bis-satellita;

    (ii)

    l-iskrins li juru r-radars meta dawn ikunu qed jintużaw;

    (iii)

    il-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi.

    (c)

    l-osservaturi għandu jkollhom l-istess kumditajiet bħall-uffiċjali, li jinkludu l-akkomodazzjoni, l-ikel, u faċilitajiet sanitarji;

    (d)

    l-osservaturi għandhom jingħataw post komdu fuq il-briġġ jew fil-kamra tat-tmunier biex jagħmlu x-xogħol klerikali, u spazju fuq il-gverta fejn ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom ta' osservaturi; u

    (e)

    l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li l-kaptani, l-ekwipaġġ u s-sidien tal-bastimenti ma jostakolawx, ma jintimidawx, ma jindaħlux, ma jinfluwenzawx u ma jxaħħmux jew lanqas jippruvaw ixaħħmu lill-osservaturi waqt it-twettiq ta' xogħlhom.


    ANNESS V

    STANDARDS TEKNIĊI MINIMI GĦALL-MIŻURI TA' MITIGAZZJONI

    Miżuri ta' mitigazzjoni

    Deskrizzjoni

    Speċifikazzjoni

    L-issettjar billejl bl-inqas dawl possibbli fuq il-gverta

    Ma jsirx issettjar bejn is-sebħ nawtiku u l-inżul ix-xemx nawtiku. Id-dawl fuq il-gverta għandu jinżamm baxx kemm jista' jkun

    L-inżul ix-xemx u s-sebħ nawtiċi huma ddefiniti skont kif stabbilit fit-tabelli fl-Almanakk Nawtiku għal-latitudni, għall-ħin lokali u għad-data rilevanti. Id-dawl minimu fuq il-gverta jeħtieġ li ma jmurx kontra l-istandards minimi tas-sikurezza u tan-navigazzjoni.

    Lettijiet bin-naffara tal-għasafar (lettijiet tori)

    Il-lettijiet bin-naffara tal-għasafar għandhom jiġu skjerati waqt il-kalar tal-konzijiet biex jiskoraġġixxu lill-għasafar milli javviċinaw il-brazzol

    Għall-bastimenti li jkun fihom tul ta' 35 m jew iżjed:

    ikalaw mill-inqas lett bin-naffara wieħed. Fejn prattiku, il-bastimenti huma mħeġġa li jużaw arblu tori ieħor u lett bin-naffara ieħor fi żminijiet meta jkun hemm ħafna għasafar jew ħafna attività mill-għasafar; iż-żewġ lettijiet tori jeħtieġ li jintużaw fl-istess ħin, wieħed ma' kull naħa tal-konz li jkun qed jiġi kalat;

    l-għoli barra mill-ilma tal-lettijiet bin-naffara jrid ikun daqs 100 m jew iżjed;

    għandhom jintużaw ukoll naffara twal biżżejjed li jaslu sa wiċċ il-baħar meta dan ikun kalm;

    in-naffara t-twal iridu jitqiegħdu b'intervalli ta' mhux aktar minn 5 m.

    Għall-bastimenti li jkun fihom inqas tul minn 35 m:

    ikalaw mill-inqas lett bin-naffara wieħed;

    l-għoli barra mill-ilma tal-lettijiet bin-naffara jrid ikun daqs 75 m jew iżjed;

    għandhom jintużaw naffara twal u/jew qosra (iżda itwal minn metru 1 m) u dawn iridu jitqiegħdu b'intervalli skont dan ta' hawn taħt:

    Qosra: intervalli ta' mhux aktar minn 2 m.

    Twal: intervalli ta' mhux aktar minn 5 m għall-ewwel 55 m tal-lett bin-naffara.

    Linji gwida supplimentari għat-tfassil u l-iskjerar tal-lettijiet bin-naffara jinsabu hawn taħt fil-Linji Gwida Supplimentari dwar it-Tfassil u l-Iskjerar tal-lettijiet tori.

    Żieda ta' piżijiet mal-lett

    Piżijiet li jridu jitqiegħdu mal-brazzola qabel ma jiġi kalat il-lett

    Li jkunu itqal minn total ta' 45 g marbutin mhux iżjed minn metru wieħed 'il bogħod mis-sunnara; jew

    Li jkunu itqal minn total ta' 60 g marbutin mhux iżjed minn 3,5 m 'il bogħod mis-sunnara; jew

    Li jkunu itqal minn total ta' 98 g marbutin mhux iżjed minn 4 m 'l bogħod mis-sunnara.


    LINJI GWIDA SUPPLIMENTARI GĦAT-TFASSIL U T-TQEGĦID TAL-LETTIJIET TORI

    Preambolu

    L-istandards tekniċi minimi għall-iskjerar tal-lettijiet tori jinsabu fit-Tabella aktar 'il fuq. Dawn il-linji gwida supplimentari huma maħsubin biex jgħinu għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar il-lettijiet tori għall-bastimenti tas-sajd bil-konz. Filwaqt li dawn il-linji gwida huma relattivament espliċiti, hija mħeġġa l-esperimentazzjoni li żżomm mar-rekwiżiti tat-Tabella ta' fuq, bil-għan li tittejjeb l-effikaċja tal-lettijiet tori. Il-linji gwida jqisu l-varjabbli ambjentali u operazzjonali bħalma huma l-kundizzjonijiet tat-temp, il-veloċità tal-kalar, u d-daqs tal-bastiment, li kollha kemm huma jinfluwenzaw il-prestazzjoni tal-lettijiet tori u t-tfassil tagħhom biex jipproteġu l-lixki mill-għasafar. It-tfassil u l-użu tal-lettijiet tori jista' jinbidel biex iqis dawn il-varjabbli, dejjem jekk dan it-tibdil ma jikkompromettix il-prestazzjoni tal-lettijiet. Huwa ppjanat titjib kontinwu tat-tfassil tal-lettijiet tori u għaldaqstant jeħtieġ li jsir rieżami ta' dawn il-linji gwida fil-ġejjieni.

    Tfassil tal-lettijiet tori

    1.

    Armar xieraq li jiġi rmunkat mal-parti tal-lett tori li tkun fl-ilma jista' jgħin biex jgħolli l-parti 'l fuq mill-ilma.

    2.

    Il-parti ta' taħt l-ilma msemmija hawn fuq jeħtieġ li tkun ħafifa biżżejjed biex il-movimenti tagħha ma jistgħux ikunu previsti, biex l-għasafar ma jidrawx il-movimenti, u tqila biżżejjed biex il-pożizzjoni tal-lett ma tiġix affettwata mir-riħ.

    3.

    L-aħjar metodu huwa li l-lett jintrabat mal-bastiment permezz ta' tornikett ċilindriku b'saħħtu biex inaqqas it-tħabbil tal-lett.

    4.

    In-naffara jeħtieġ li jkunu ta' materjal li jidher sew u li jiċċaqlaq ħafna u b'mod imprevedibbli (eż. ħabel irqiq imma b'saħħtu miksi b'tubu aħmar tal-poliuretan) marbutin ma' tornikett bi tliet fergħat b'saħħtu (li wkoll inaqqas it-tħabbil) li jkun marbut mal-lett tori.

    5.

    Kull naffar jeħtieġ li jkun magħmul minn żewġ strixex jew iżjed.

    6.

    Kull par naffara jeħtieġ li jkun jista' jinqala' permezz ta' klippa għall-effiċjenza tal-ħżin tal-lett.

    Tqegħid tal-lettijiet tori

    1.

    Il-lett jeħtieġ li jkun jiddendel minn arblu li jkun imwaħħal fuq il-bastiment. L-arblu tori jeħtieġ li jkun fl-ogħla pożizzjoni possibbli biex il-lett jipproteġi l-lixki fuq distanza kbira wara l-bastiment u ma jitħabbilx mat-tagħmir tas-sajd. Aktar ma jkun twil l-arblu, aktar jipproteġi l-lixki. Pereżempju, tul ta' madwar 7 m 'il fuq minn wiċċ l-ilma jista' jagħti madwar 100 m ta' protezzjoni lil-lixka.

    2.

    Jekk il-bastimenti jużaw lett tori wieħed biss, dan jeħtieġ li jiġi kalat fin-naħa minn fejn ikun ġej ir-riħ lejn il-lixki mgħaddsa. Jekk is-snanar bil-lixka jkunu kalati 'l barra mit-tranja, il-punt fejn jintrabat il-lett tori mal-bastiment jeħtieġ li jkun għadd sew ta' metri 'l barra mill-ġenb tal-bastiment fejn ikunu tqiegħdu l-lixki. Jekk il-bastimenti jużaw żewġ lettijiet tori, is-snanar bil-lixki jeħtieġ li jitqiegħdu fiż-żona maż-żewġ lettijiet tori.

    3.

    It-tqegħid ta' diversi lettijiet tori huwa mħeġġeġ biex tingħata saħansitra aktar protezzjoni tal-lixki mill-għasafar.

    4.

    Billi hemm ċans li l-lettijiet jinqasmu jew jitħabblu, jeħtieġ li jkun hemm lettijiet tori żejda abbord biex jitpoġġew minflok il-lettijiet imħassra biex l-operazzjonijiet tas-sajd jibqgħu għaddejjin mingħajr interruzzjoni. Fil-lett tori jistgħu jiġu inkorporati partijiet li jinkisru faċilment biex jitnaqqsu l-problemi ta' sikurezza u problemi fl-operazzjoni jekk wieħed mis-sufruni tal-konz jitgħaqqad fil-parti ta' taħt l-ilma tal-lett tori jew jitħabbel fiha.

    5.

    Meta s-sajjieda jużaw magna li tkala l-lixka (BCM), iridu jiżguraw li l-lett bil-brazzjoni u l-magna jkunu kkoordinati billi jiżguraw li BCM tixħet direttament taħt il-protezzjoni tal-linji tori. Meta jużaw BCM (jew għadd ta' BCMs) li jippermetti/u li jintefgħu lixkiet kemm fil-bord ix-xellug kemm fil-bord il-lemin, jeħtieġ li jintużaw żewġ lettijiet tori.

    6.

    Meta jkunu qegħdin ikalaw il-lettijiet sekondarji bl-idejn, jeħtieġ li s-sajjieda jiżguraw li s-snanar bil-lixka u l-partijiet tal-lettijiet sekondarji li jitfgħu mkebbin jintefgħu taħt iż-żona ta' protezzjoni tal-lett tori filwaqt li jevitaw it-turbolenza tal-iskrun li tista' tnaqqas ir-rata ta' veloċità tagħhom biex jinżlu taħt il-baħar.

    7.

    Is-sajjieda huma mħeġġa li jinstallaw xi vinċijiet manwali, tal-elettriku jew idrawliċi biex iħeffu l-iskjerar u l-ġbid lura fuq il-bastiment tal-lettijiet tori.


    ANNESS VI

    REKWIŻITI DETTALJATI GĦAR-RILAXX TAL-FKIEREN TAL-BAĦAR

    Dwar prattiki ta' trattament li ma jikkawżawx ħsara:

    (i)

    Meta fekruna tal-baħar jkollha tittella' mill-ilma, għandhom jintużaw jew lift bil-qoffa xierqa jew xibka fuq manku twil biex jittellgħu fkieren tal-baħar li jkun nqabdu b'sunnara jew li jkunu tħabblu fix-xbieki. Fekruna tal-baħar qatt ma għandha tittella' minn ġol-ilma billi jinġibed il-lett li tkun imqabbda miegħu jew imħabbla fih. Jekk il-fekruna tal-baħar ma tkunx tista' tittella' mill-ilma mingħajr ma tiġi mweġġa', il-membri tal-ekwipaġġ jeħtieġ li jaqtgħu l-lett kemm jista' jkun qrib is-sunnara, mingħajr ma jweġġgħuha iżjed bla bżonn.

    (ii)

    Fil-każijiet meta l-fkieren tal-baħar jittellgħu abbord, l-operaturi tal-bastiment jew il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jivvalutaw il-kundizzjoni tal-fkieren tal-baħar li jkunu nqabdu jew tħabblu qabel ma jirrilaxxawhom. Il-fkieren tal-baħar li jsibu diffikultà biex jiċċaqilqu jew li ma jurux sinjali risponsivi għandhom jinżammu abbord kemm jista' jkun, u għandhom jingħataw il-kura biex ikollhom l-aktar ċans possibbli li jibqgħu ħajjin, qabel ma jiġu rrilaxxati. Dawk il-prattiki huma deskritti aktar fid-dettall fil-Linji Gwida tal-FAO għat-tnaqqis tal-mortalità tal-fkieren tal-baħar waqt l-operazzjonijiet tas-sajd.

    (iii)

    Sakemm dan jista' jsir, il-fkieren tal-baħar li jintmissu waqt operazzjonijiet tas-sajd jew waqt programmi tal-osservaturi nazzjonali (eż. attivitajiet ta' mmarkar) għandhom jiġu ttrattati b'mod li jkun konsistenti mal-linji gwida tal-FAO għat-tnaqqis tal-mortalità tal-fkieren tal-baħar waqt attivitajiet tas-sajd.

    Dwar l-użu ta' għodod għall-qtugħ tal-lettijiet:

    (i)

    Il-bastimenti tas-sajd bil-konz għandu jkollhom abbord għodod għall-qtugħ tal-lettijiet li għandhom jintużaw meta ma jkunx possibbli li titneħħa s-sunnara mingħajr ma jitweġġgħu l-fkieren tal-baħar biex jiġu rrilaxxati.

    (ii)

    Tipi oħra ta' bastimenti li jużaw tagħmir li jistgħu jitħabblu fih il-fkieren tal-baħar għandu jkollhom abbord għodod għall-qtugħ tal-lettijiet li jitħabblu l-fkieren tal-baħar fihom, u jużaw dawn l-għodod biex jaqilgħu l-lettijiet minn mal-fkieren tal-baħar u jeħilsuhom fil-baħar mingħajr danni.

    Dwar l-użu ta' għodod biex jinqalgħu s-snanar:

    (i)

    Il-bastimenti tas-sajd bil-konz għandu jkollhom abbord għodod li jaqilgħu s-snanar mill-fkieren tal-baħar.

    (ii)

    Meta fekruna tal-baħar tkun belgħet sunnara, ħadd ma għandu jipprova jneħħi din is-sunnara. Minflok, il-lett għandu jinqata' kemm jista' jkun qrib is-sunnara mingħajr ma jsir iżjed dannu bla bżonn lill-fekruna tal-baħar.


    ANNESS VII

    TRAŻBORD FIL-PORTIJIET

    1.   It-trażbord fil-portijiet minn bastimenti tal-Unjoni jew f'portijiet tal-Unjoni ta' speċijiet ta' tonn jew ta' ħut li jixbah it-tonn, u ta' kwalunkwe speċi oħra li tinqabad flimkien ma' dawk l-ispeċijiet fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT għandu jsegwi l-proċeduri li ġejjin:

    Obbligi tan-notifikar

    2.   Bastiment tas-sajd

    2.1   Mill-inqas 48 siegħa qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet tat-trażbordar, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jagħti l-isem tal-bastiment tal-ġarr u d-data/l-ħin tat-trażbord lill-awtoritajiet Statali tal-port.

    2.2   Fil-ħin tat-trażbord, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd għandu jinforma lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment dwar dawn li ġejjin;

    il-kwantitajiet ta' tonn u ta' speċijiet li jixbħu lit-tonn, fejn hu possibbli skont l-istokk, li ser jiġu ttrażbordati,

    il-kwantitajiet ta' speċijiet oħrajn li jkunu nqabdu mal-ispeċijiet tat-tonn u dawk li jixbhu lit-tonn skont l-ispeċi, fejn din tkun magħrufa, li ser jiġu ttrażbordati,

    id-data u l-post tat-trażbord,

    l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-bandiera tal-bastiment tal-ġarr li ser jirċievi l-ħut, u

    il-pożizzjoni ġeografika tal-qabdiet, skont l-ispeċi u, fejn rilevanti, skont l-istokk, li hija konsistenti maż-żoni statistiċi tal-ICCAT.

    2.3   Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat għandu jimla u jibgħat id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu, flimkien mal-għadd ta' bastimenti tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti tas-sajd, fejn hu applikabbli, sa mhux aktar minn 15-il jum wara t-trażbord.

    3.   Bastiment li jirċievi l-ħut

    3.1   Mhux aktar tard minn 24 siegħa qabel ma jibda t-trażbord u fi tmiemu, il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr li jkun qed jirċievi l-ħut għandu jinforma lill-awtoritajiet Statali tal-port bil-kwantitajiet tal-qabdiet tat-tonn u tal-ispeċijiet li jixbħu lit-tonn li jkunu ser jiġu jew li jkunu ġew ittrażbordati għal fuq il-bastiment tiegħu, u jimla u jibgħat id-dikjarazzjoni tat-trażbord lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien 24 siegħa.

    3.2   Mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħatt l-art, il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr li jkun qed jirċievi l-ħut għandu jimla u jibgħat id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ser isir il-ħatt l-art.

    Il-kooperazzjoni bejn l-Istat tal-Port u l-Istat fejn ser isir il-ħatt l-art

    4.   L-Istat tal-port u l-Istat fejn ser isir il-ħatt l-art imsemmijin fil-punti ta' hawn fuq għandhom jeżaminaw l-informazzjoni li jirċievu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, inkluż b'kooperazzjoni mal-PKK tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, biex jiżguraw li jkun hemm konsistenza bejn il-qabdiet irrappurtati, it-trażbordi u l-ħatt l-art ta' kull bastiment. Dik il-verifika għandha titwettaq b'mod li jiżgura li l-bastiment ikollu l-inqas interferenza u inkonvenjenza possibbli u li ma jikkawżax deterjorament tal-kwalità tal-ħut.

    Rappurtar

    5.   Fir-rapport annwali tiegħu lill-ICCAT, kull Stat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd għandu jinkludi d-dettalji tat-trażbordi tal-bastimenti tiegħu.


    ANNESS VIII

    PROGRAMM TA' OSSERVAZZJONI REĠJONALI TAL-ICCAT GĦALL-OPERAZZJONIJIET TA' TRAŻBORDAR FUQ IL-BAĦAR

    1.

    L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-bastimenti tal-ġarr li jkunu fir-reġistru tal-ICCAT ta' bastimenti awtorizzati biex jirċievu t-trażbordi fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT u li jittrażbordaw fuq il-baħar, ikollhom abbord osservatur tal-ICCAT matul kull operazzjoni ta' trażbordar li ssir fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.

    2.

    L-osservaturi għandhom jinħatru mill-ICCAT u għandhom ikunu abbord il-bastimenti tal-ġarr awtorizzati li jirċievu t-trażbordi fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT mingħand bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar (LSPLVs) li jkunu jtajru l-bandiera tal-PKK li jimplimentaw il-programm ta' osservazzjoni reġjonali tal-ICCAT.

    Ħatra tal-osservaturi

    3.

    L-osservaturi maħtura għandu jkollhom il-kwalifiki li ġejjin biex iwettqu l-kompiti tagħhom:

    il-kapaċità ppruvata li jidentifikaw l-ispeċijiet tal-ICCAT u t-tagħmir tas-sajd u għandha tingħata preferenza qawwija lil dawk li jkollhom l-esperjenza bħala osservaturi fuq bastimenti tas-sajd bil-konz pelaġiċi kbar,

    għarfien sodisfaċenti tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT,

    il-kapaċità li josservaw u jirreġistraw b'mod preċiż,

    għarfien sodisfaċenti tal-lingwa tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li qed ikun osservat.

    Obbligi tal-osservaturi

    4.

    L-osservaturi għandhom:

    (a)

    ikunu temmew it-taħriġ tekniku meħtieġ skont il-linji gwida stabbiliti mill-ICCAT;

    (b)

    ma jkollhomx in-nazzjonalità jew iċiċttadinanza tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-ġarr li qed jirċievi;

    (c)

    ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti stabbiliti fil-punt 5;

    (d)

    ikunu fil-lista tal-osservaturi li jżomm l-ICCAT;

    (e)

    ma jkunux membri tal-ekwipaġġ tal-LSPLV jew tal-bastiment tal-ġarr jew impjegati tal-kumpanija tal-LSPLV jew tal-kumpanija tal-bastiment tal-ġarr.

    5.

    L-osservatur għandu jissorvelja l-konformità tal-LSPLV u tal-bastiment tal-ġarr mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni rilevanti adottati mill-ICCAT. Il-kompiti tal-osservaturi, b'mod partikolari, għandhom ikunu:

    5.1

    Iżuru l-LSPLV li jkun biħsiebu jittrażborda l-ħut fuq bastiment tal-ġarr, filwaqt li jqisu l-kwistjonijiet imsemmijin fil-punt 9, u li, qabel ma jsir it-trażbord:

    (a)

    jivverifikaw il-validità tal-awtorizzazzjoni jew tal-liċenzja tas-sajd biex jaqbdu t-tonn u l-ispeċijiet li jixbħu lit-tonn li jinqabdu ma' dawk l-ispeċijiet fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT;

    (b)

    jeżaminaw l-awtorizzazzjonijiet minn qabel mingħand il-PKK tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, u fejn hu rilevanti, mingħand l-Istat tal-kosta, biex jittrażborda fuq il-baħar;

    (c)

    jivverifikaw u jirreġistraw il-kwantità totali tal-qabda abbord skont l-ispeċi u, jekk ikun possibbli, skont l-istokk, u l-kwantitajiet li ser jiġu ttrażbordati għal fuq il-bastiment tal-ġarr;

    (d)

    jivverifikaw li s-sistema ta' monitoraġġ tal-bastiment (VMS) tkun qed tiffunzjona u jeżaminaw il-ġurnal ta' abbord, u jekk ikun possibbli, jivverifikaw l-entrati li jkun fih;

    (e)

    jivverifikaw jekk xi parti mill-qabda li jkun hemm abbord tkun ġiet permezz ta' trasferiment minn bastimenti oħrajn, u jivverifikaw id-dokumenti dwar dawn it-trasferimenti;

    (f)

    jekk ikun hemm indikazzjoni li l-bastiment tas-sajd ikun għamel xi ksur, jirrappurtaw minnufih il-ksur lill-kaptan tal-bastiment tal-ġarr (filwaqt li joqogħdu attenti għas-sikurezza) u lill-kumpanija li tkun qed timplimenta l-programm ta' osservazzjoni, li minnufih għandhom jibagħtu din l-informazzjoni lill-awtoritajiet tal-PKK tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd; u

    (g)

    jirreġistraw ir-riżultati ta' dawn il-kompiti fuq il-bastiment tas-sajd fir-rapport tal-osservatur.

    5.2

    Josservaw l-attivitajiet tal-bastiment tal-ġarr u:

    (a)

    jirreġistraw l-attivitajiet ta' trażbordar li jitwettqu, u jagħmlu r-rapporti dwarhom;

    (b)

    jivverifikaw il-pożizzjoni tal-bastiment waqt li dan ikun qed iwettaq l-attività tat-trażbordar;

    (c)

    josservaw u jistmaw il-kwantitajiet ta' tonn u ta' speċijiet li jixbħu lit-tonn li jiġu ttrażbordati, skont l-ispeċi, jekk din tkun magħrufa, u, jekk ikun possibbli, skont l-istokk;

    (d)

    josservaw u jistmaw il-kwantitajiet ta' speċijiet oħrajn li jkunu nqabdu mal-ispeċijiet tat-tonn u dawk li jixbhu lit-tonn, skont l-ispeċi, jekk din tkun magħrufa;

    (e)

    jivverifikaw u jirreġistraw l-isem tal-LSPLV ikkonċernat u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT;

    (f)

    jivverifikaw id-data fid-dikjarazzjoni tat-trażbord, inkluż permezz ta' qbil mal-ġurnal ta' abbord tal-LSPVL, jekk ikun possibbli;

    (g)

    jiċċertifikaw id-data li tkun imniżżla fid-dikjarazzjoni tat-trażbord;

    (h)

    jikkontrofirmaw id-dikjarazzjoni tat-trażbord; u

    (i)

    josservaw u jistmaw il-kwantitajiet tal-prodotti skont l-ispeċi meta dawn jiġu żbarkati fil-port fejn ikun żbarka l-osservatur biex jivverifika l-konsistenza mal-kwantitajiet li jkun irċieva l-bastiment tal-ġarr waqt it-trażbordar fuq il-baħar.

    5.3

    Barra minn hekk, l-osservatur għandu:

    (a)

    kuljum joħroġ rapport tal-attivitajiet ta' trażbordar tal-bastiment tal-ġarr;

    (b)

    jikteb rapporti ġenerali fejn jikkompila l-informazzjoni li tkun inġabret skont il-kompiti tal-osservatur u joffri l-opportunità lill-kaptan biex idaħħal fihom kwalunkwe informazzjoni rilevanti;

    (c)

    jippreżenta dawn ir-rapport ġenerali msemmija fil-punt (b) lis-Segretarjat tal-ICCAT fi żmien 20 jum mit-tmiem tal-perijodu tal-osservazzjoni;

    (d)

    jeżerċita kwalunkwe funzjoni oħra ddefinita mill-ICCAT.

    6.

    L-osservaturi għandhom jittrattaw l-informazzjoni kollha dwar l-operazzjonijiet tas-sajd tal-LSPLV u tal-proprjetarji tal-LSPLV bħala kunfidenzjali u jaċċettaw dan ir-rekwiżit bil-miktub bħala kundizzjoni tal-ħatra tagħhom bħala osservaturi.

    7.

    L-osservaturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-liġijiet u fir-regolamenti tal-Istat Membru tal-bandiera, u fejn ikun rilevanti, tal-Istat tal-kosta, li jkollu l-ġuriżdizzjoni fuq il-bastiment li jkun assenjat għalih l-osservatur.

    8.

    L-osservaturi għandhom jirrispettaw il-ġerarkija u r-regoli ġenerali tal-imġiba li japplikaw għall-membri tal-ekwipaġġ kollu, buil-kundizzjoni li dawn ir-regoli ma jostakolawx il-kompiti tal-osservatur f'dan il-programm u l-obbligi tal-persunal tal-bastiment stabbiliti fil-punt 9.

    Responsabbiltajiet tal-Istati tal-bandiera tal-bastimenti tal-ġarr

    9.

    Il-kundizzjonijiet assoċjati mal-implimentazzjoni tal-programm ta' osservazzjoni reġjonali fir-rigward tal-Istati Membri tal-bastimenti tal-ġarr u l-kaptani tagħhom jinkludu, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:

    (a)

    L-osservaturi għandhom jingħataw aċċess għall-ekwipaġġ, għad-dokumentazzjoni pertinenti, u għall-irkaptu u t-tagħmir.

    (b)

    Jekk jitolbu dan, l-osservaturi għandhom jingħataw aċċess ukoll għat-tagħmir elenkat hawn taħt, jekk dan ikun fuq il-bastimenti li jkunu assenjati għalihom, biex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti tagħhom stabbiliti fil-punt 5:

    (i)

    tagħmir ta' navigazzjoni bis-satellita;

    (ii)

    l-iskrins li juru r-radars meta dawn ikunu qed jintużaw;

    (iii)

    il-mezzi ta' komunikazzjoni elettronika; u

    (iv)

    il-miżien li jintuża biex jintiżen il-prodott trażbordat.

    (c)

    L-osservaturi għandhom jiġu pprovduti bl-akkomodazzjoni, inkluż fejn joqgħodu, ikel u faċilitajiet sanitarji xierqa, daqs dawk tal-uffiċjali.

    (d)

    L-osservaturi għandhom jingħataw post komdu fuq il-briġġ jew fil-kamra tat-tmunier biex jagħmlu x-xogħol klerikali, u spazju adegwat fuq il-gverta fejn ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom ta' osservaturi.

    (e)

    L-osservaturi għandhom jingħataw l-opportunità li jiddeċiedu huma liema huma l-aħjar post u l-aħjar metodu biex isegwu l-operazzjonijiet tat-trażbordar u biex jistmaw l-ispeċijiet/l-istokkijiet u l-kwantitajiet ittrażbordati. F'dan ir-rigward, il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr, filwaqt li joqgħod attent għal kwistjonijiet ta' sikurezza u għal kwistjonijiet prattiċi, għandu jissodisfa l-ħtiġijiet tal-osservaturi, u dan jinkludi li jekk l-osservatur jitlob hekk, ipoġġi l-prodott temporanjament fuq il-gverta tal-bastiment tal-ġarr biex l-osservaturi jkunu jistgħu jeżaminawh, u jagħti biżżejjed ħin lill-osservaturi biex iwettqu l-kompiti tagħhom. L-osservazzjonijiet għandhom jitwettqu b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun l-interferenza u jevita kompromess fuq il-kwalità tal-prodotti ttrażbordati.

    (f)

    Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-punt 10, il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr għandu jiżgura li l-osservatur jingħata l-għajnuna kollha li jkollu bżonn biex ikollu trasport sikur bejn il-bastimenti tal-ġarr u tas-sajd sakemm jippermettu l-kundizzjonijiet tat-temp u kundizzjonijiet oħra. u

    (g)

    L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jiżguraw li l-kaptani, l-ekwipaġġ u l-proprjetarji tal-bastimenti ma jostakolawx, ma jintimidawx, ma jindaħlux, ma jinfluwenzawx u ma jxaħħmux jew lanqas jippruvaw ixaħħmu lill-osservaturi waqt it-twettiq ta' xogħlhom.

    Responsabbiltajiet tal-LSPLV waqt it-trażbordi

    10.

    L-osservaturi għandhom jitħallew iżuru l-bastiment tas-sajd, jekk jippermettu l-kundizzjonijiet tat-temp u kundizzjonijiet oħrajn, u għandhom jingħataw aċċess għall-persunal, għad-dokumentazzjoni pertinenti kollha, u għaż-żoni kollha fuq il-bastiment, li jkunu meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom stabbiliti fil-punt 5. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jiżgura li l-osservatur jingħata l-għajnuna kollha li jkollu bżonn biex ikollu trasport sikur bejn il-bastimenti tal-ġarr u tas-sajd. Jekk ikun hemm kundizzjonijiet li jikkawżaw riskju inaċċettabbli għas-sikurezza tal-osservatur li jipprevjenu li żjara fuq l-LSPLV tkun tista' ssir qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet tat-trażbordar, dawn l-operazzjonijiet xorta waħda jistgħu jsiru.

    Miżati tal-osservaturi

    11.

    L-ispejjeż għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għandhom jitħallsu mill-PKK tal-bandiera tal-LSPLV li jkunu jridu jwettqu operazzjonijiet ta' trażbordar. Il-miżata għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-ispejjeż totali tal-programm. Dik il-miżata għandha titħallas f'kont speċjali tas-Segretarjat tal-ICCAT u dan tal-aħħar għandu jamministra l-kont għall-implimentazzjoni tal-programm.

    12.

    Kif meħtieġ skont il-punt 11, sakemm ma jkunux tħallsu l-miżati fir-rigward tiegħu, l-ebda LSPLV ma jista' jieħu sehem fil-programm tat-trażbord fuq il-baħar.


    Top