This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0789
Commission Decision (EU) 2016/789 of 1 October 2014 on the State aid SA.21121 (C29/08) (ex NN 54/07) implemented by Germany concerning the financing of Frankfurt Hahn airport and the financial relations between the airport and Ryanair (notified under document C(2014) 6853) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/789 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21121 (C29/08) (l-eks NN 54/07) implimentata mill-Ġermanja dwar il-finanzjament tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn u r-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-ajruport u Ryanair (notifikata bid-dokument C(2014) 6853) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/789 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21121 (C29/08) (l-eks NN 54/07) implimentata mill-Ġermanja dwar il-finanzjament tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn u r-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-ajruport u Ryanair (notifikata bid-dokument C(2014) 6853) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 134, 24.5.2016, p. 46–134
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/789
tal-1 ta' Ottubru 2014
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21121 (C29/08) (l-eks NN 54/07) implimentata mill-Ġermanja dwar il-finanzjament tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn u r-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-ajruport u Ryanair
(notifikata bid-dokument C(2014) 6853)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) (1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Bejn l-2003 u l-2006, il-Kummissjoni rċeviet ilmenti minn diversi partijiet li allegaw li Ryanair plc (“Ryanair” (3)) kif ukoll l-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH (minn hawn 'il quddiem: “FFHG”) ingħataw għajnuna illegali mill-Istat mill-kumpanija Fraport AG u mil-Länder (l-Istati Federali) ta' Rhineland-Palatinate u Hesse. L-ilmentatur ipprovda aktar informazzjoni fit-22 ta' Settembru 2003 u fl-1 ta' Ġunju 2006. |
(2) |
Permezz tal-ittri datati l-25 ta' Settembru 2006 u d-9 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand il-Ġermanja. Il-Ġermanja wieġbet permezz ta' ittri datati l-20 ta' Diċembru 2006 u d-29 ta' Ġunju 2007 rispettivament. |
(3) |
Permezz ta' ittra datata s-17 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-finanzjament tal-FFHG u r-relazzjonijiet finanzjarji tagħha ma' Ryanair (id-“deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008”). Il-Ġermanja bagħtet il-kummenti tagħha fis-27 ta' Ottubru 2008. |
(4) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 ġiet reġistrata taħt il-każ numru SA.21121 (C29/08). Id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) fis-17 ta' Jannar 2009. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex fi żmien xahar minn wara din il-pubblikazzjoni jressqu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-miżuri. |
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Deutsche Lufthansa AG (“Lufthansa”), l-Assoċjazzjoni Federali tat-Trasportaturi tal-Ajru Ġermaniżi (Bundesverband der Deutschen Fluggesellschaften, “BDF”), Ryanair, Société Air France SA (“Air France”) u mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (“AEA”). Hija għaddiet il-kummenti lill-Ġermanja permezz ta' ittra datata s-16 ta' April 2009. Il-Ġermanja ngħatat l-opportunità li twieġeb għalihom fi żmien xahar u għaddiet il-kummenti tagħha u aktar informazzjoni fl-1 ta' Lulju 2009. |
(6) |
Permezz ta' ittra tal-4 ta' Marzu 2011, Lufthansa pprovdiet aktar informazzjoni fir-rigward tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 fejn indirizzat l-allegati miżuri ġodda ta' għajnuna mill-Istat. |
(7) |
Permezz ta' ittra datata t-18 ta' Marzu 2011 il-Kummissjoni għaddiet l-ilment lill-Ġermanja u talbet għal aktar informazzjoni dwar l-allegazzjonijiet il-ġodda fir-rigward tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat. Il-Ġermanja wieġbet permezz ta' ittri datati d-19 ta' Mejju 2011 u t-23 ta' Mejju 2011. |
(8) |
Madankollu, dawk it-tweġibiet ma kinux kompleti. Għalhekk, permezz ta' ittra datata s-6 ta' Ġunju 2011 il-Kummissjoni bagħtet nota ta' tfakkira skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (5). Il-Ġermanja wieġbet permezz ta' ittri datati l-14 ta' Ġunju 2011 u s-16 ta' Ġunju 2011. |
(9) |
Permezz ta' ittra datata t-13 ta' Ġunju 2011 il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-linja ta' kreditu li ngħatat lill-FFHG mill-faċilità ta' ppuljar ta' flus tal-Land Rhineland-Palatinate, is-self li ngħata lill-FFHG minn Investitions- und Strukturbank tal-Land Rhineland-Palatinate (“ISB”) u l-garanzija għas-self tal-ISB li ngħatat lill-FFHG mil-Land Rhineland-Palatinate (id-“deċiżjoni tal-ftuħ tal-2011”). Id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2011 ġiet reġistrata taħt il-każ numru SA.32833 (2011/C). Id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2011 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Lulju 2012. (6) |
(10) |
Permezz ta' ittra datata l-20 ta' Frar 2012 il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008. Il-Ġermanja wieġbet permezz ta' ittra datata s-16 ta' April 2012. Il-Kummissjoni reġgħet talbet aktar informazzjoni permezz ta' ittra tas-27 ta' Lulju 2012. Il-Ġermanja wieġbet permezz ta' ittra datata l-4 ta' Settembru 2012. |
(11) |
Permezz ta' ittra datata l-25 ta' Frar 2014 il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja bl-adozzjoni tal-Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (7) (il-“Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014”) fl-20 ta' Frar 2014. Il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja li dawk il-linji gwida kienu se jsiru applikabbli mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tat lill-Ġermanja l-opportunità li tikkummenta dwar dawk il-linji gwida u dwar l-applikazzjoni possibbli tagħhom għall-każ preżenti fi żmien 20 jum ta' xogħol. Permezz ta' ittra datata s-17 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni fakkret lill-Ġermanja li, fil-każ li ma tkunx irċeviet kummenti fil-limitu preskritt ta' 20 jum ta' xogħol, il-Kummissjoni tqis li l-Ġermanja ma kellha ebda kumment. |
(12) |
Permezz ta' ittri datati t-23 ta' Marzu 2014 u l-4 ta' April 2014 il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja għal aktar informazzjoni. Il-Ġermanja wieġbet permezz ta' ittri datati s-17 ta' April 2014, l-24 ta' April 2014 u d-9 ta' Mejju 2014. |
(13) |
Il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014 ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta' April 2014. Huma ħadu post il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-1994 (8) kif ukoll il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005 (9). |
(14) |
Fil-15 ta' April 2014 ġie ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li stieden lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, f'dan il-każ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom. (10) Lufthansa u Transport & Environment ippreżentaw osservazzjonijiet. Permezz ta' ittra datata s-26 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni bagħtet dawk l-osservazzjonijiet lill-Ġermanja. Permezz ta' ittra datata t-3 ta' Settembru 2014, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li ma kellha l-ebda osservazzjoni. |
(15) |
Permezz ta' ittra datata s-17 ta' Ġunju 2014, il-Ġermanja qablet b'mod eċċezzjonali li din id-deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż biss. |
2. KUNTEST TAL-MIŻURI
2.1. IL-KONVERŻJONI TAL-AJRUPORT U L-ISTRUTTURA TA' SJIEDA TIEGĦU
(16) |
L-ajruport ta' Frankfurt Hahn jinsab fil-Land Rhineland-Palatinate, madwar 120 km fil-punent tal-belt ta' Frankfurt/Main. Sal-1992 l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien bażi tal-ajru militari tal-Istati Uniti. Sussegwentement, ġie konvertit f'ajruport ċivili. Għandu liċenzja biex jopera 24 siegħa kuljum. |
(17) |
Fl-1 ta' April 1995, Holding Unternehmen Hahn GmbH & Co. KG (“Holding Hahn”), sħubija pubblika privata bejn Wayss & Freytag u l-Land Rhineland-Palatinate, kisbet is-sjieda tal-infrastruttura tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn mill-Ġermanja. Bejn l-1995 u l-1998, din is-sħubija pubblika privata żviluppat l-ajruport bl-għan li hemmhekk tiġi żviluppata żona industrijali u kummerċjali. Skont il-Ġermanja, meta s-sħubija bejn Wayss & Freytag u l-Land Rhineland-Palatinate ma rnexxietx, fl-1 ta' Jannar 1998, Flughafen Frankfurt/Main GmbH (“Fraport”) (11) bdiet tinvolvi ruħha fil-proġett u eventwalment ħadet f'idejha l-operat tal-ajruport. |
(18) |
Skont il-Ġermanja, Fraport, li kienet diġà qiegħda topera u tmexxi l-ajruport internazzjonali ta' Frankfurt Main, li jinsab madwar 115-il km mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn, involviet ruħha għal diversi raġunijiet strateġiċi. L-ewwel nett, il-Ġermanja qalet li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien l-uniku ajruport fil-viċinanza tal-ajruport ta' Frankfurt Main li kellu l-potenzjal li jiżviluppa f'ajruport internazzjonali sħiħ. Peress li dak iż-żmien l-ajruport ta' Frankfurt Main kien diġà laħaq il-kapaċità sħiħa tiegħu, kien hemm il-potenzjal għat-tieni ajruport profittabbli fir-reġjun. It-tieni nett, dak iż-żmien l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien l-uniku ajruport Ġermaniż li kellu liċenzja li jista' jopera 24 siegħa kuljum, speċjalment utli għal titjiriet tal-merkanzija. It-tielet nett, ir-runway kienet mgħammra b'kollox u setgħet tintuża fil-kundizzjonijiet kollha tat-temp. Barra minn hekk, il-Ġermanja rrilevat li s-sidien tal-ajruport ta' Schiphol kienu qed jaħsbu wkoll biex jakkwistaw l-ajruport ta' Frankfurt Hahn, u għalhekk billi ħadet ir-responsabiltà għall-operat tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien possibbli li Fraport iżżomm 'il bogħod kompetitur mhux mixtieq. |
(19) |
Fraport xtrat 64,90 % tal-ishma fl-operatur Flughafen Hahn GmbH & Co. KG Lautzenhausen (“FFHG & Co KG”) għall-prezz ta' […] (*). Il-ħlas ta' parti mill-prezz tax-xiri (EUR […]) kien dovut fil-31 ta' Diċembru 2007, skont ċerti kundizzjonijiet (12). F'Awwissu 1999, Fraport akkwistat 73,37 % tal-ishma ta' Holding Hahn u 74,90 % tal-ishma tas-soċju solidali tagħha Holding Unternehmen Hahn Verwaltungs GmbH għall-prezz ta' EUR […]. B'hekk Fraport effettivament saret l-imsieħba l-ġdida tal-Land Rhineland-Palatinate. |
(20) |
Il-fokus ta' Fraport fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien li tiżviluppa b'mod sistematiku n-negozju tal-ajruport marbut mal-ġarr ta' merkanzija u ta' passiġġieri. F'dak ir-rigward, Fraport kienet waħda mill-ewwel impriżi li bdiet tapplika mudell kummerċjali speċjalment immirat biex jiġu attirati linji tal-ajru bi prezzijiet irħas. Abbażi ta' dan, Fraport ikkonkludiet ftehim ġdid ta' trasferiment ta' profitt u telf ma' Holding Hahn wara l-konverżjoni ta' din tal-aħħar f'kumpanija Ġermaniża b'responsabbiltà limitata, (Gesellschaft mit beschränkter Haftung, “GmbH”). Il-konverżjoni u l-konklużjoni ta' dak il-ftehim saru fl-24 ta' Novembru 2000. |
(21) |
Sussegwentement, Holding Hahn u FFHG & Co KG ingħaqdu biex jiffurmaw Flughafen Hahn GmbH. Land Rhineland-Palatinate kienet tikkontrolla 26,93 % u Fraport kienet tikkontrolla 73,07 % tal-ishma fil-kumpanija l-ġdida. Aktar tard, l-isem kummerċjali tal-kumpanija reġa' inbidel għal Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH (“FFHG”). Fl-2001, iż-żewġ azzjonisti, Fraport u Land Rhineland-Palatinate, injettaw kapital ġdid fl-FFHG (ara d-deskrizzjoni dettaljata fis-sezzjoni 3). |
(22) |
Sal-11 ta' Ġunju 2001, 100 % tal-ishma fi Fraport kienu miżmuma minn azzjonisti pubbliċi. (13) Fil-11 ta' Ġunju, Fraport ġiet ikkwotata fil-Borża u 29,71 % tal-ishma tagħha nbiegħu lil azzjonisti privati, filwaqt li 70,29 % tal-ishma baqgħu fil-pussess tal-azzjonisti pubbliċi. |
(23) |
F'Novembru 2002, Land Rhineland-Palatinate, Land Hesse, Fraport u FFHG ikkonkludew ftehim dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Dak il-ftehim ippreveda t-tieni żieda fil-kapital awtorizzat. F'dik l-okkażjoni, Land Hesse ssieħbet ma' FFHG bħala t-tielet azzjonista. Imbagħad Fraport kienet tikkontrolla 65 % tal-ishma, u l-Land Hesse u l-Land Rhineland-Palatinate kienu jikkontrollaw 17,5 % kull wieħed. Dik l-istruttura tas-sjieda baqgħet l-istess sal-2009, meta Fraport biegħet l-ishma kollha tagħha lil-Land Rhineland-Palatinate, li ilha minn dakinhar iżżomm sehem maġġoritarju ta' 82,5 %. Is-17,5 % li fadal għadhom miżmuma minn Land Hesse. |
2.2. L-IŻVILUPP FIT-TRAFFIKU TAL-PASSIĠĠIERI U TAL-MERKANZIJA U L-AJRUPORTI FIL-VIĊINANZA
(24) |
It-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport żdied minn 29 289 fl-1998 għal 4 miljun fl-2007 u naqas għal kważi 2,7 miljun fl-2013. (ara t-Tabella 1). Attwalment l-ajruport huwa servut minn Ryanair, Wizz Air (14) u linji tal-ajru oħra. Fl-2013, is-sehem tal-passiġġieri tar-Ryanair kien ilaħħaq madwar [80-100 %]. Tabella 1 L-iżvilupp fir-rigward tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn bejn l-1998 u l-2013
|
(25) |
L-ajruport ta' Frankfurt Hahn esperjenza wkoll tkabbir fit-trasport tal-merkanzija bl-ajru. It-trasport tal-merkanzija bl-ajru fl-ajruport żdied minn madwar 16 000 tunnellata fl-1998 għal madwar 286 000 tunnellata fl-aqwa tiegħu fl-2011, bi tnaqqis sussegwenti għal madwar 151 000 tunnellata fl-2013 (ara t-Tabella 2). Fl-2013, il-merkanzija totali, inklużi l-ispedizjonieri, immaniġġjata fl-ajruport kienet tammonta għal madwar 447 000 tunnellata. Tabella 2 L-iżvilupp fir-rigward tal-merkanzija fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn bejn l-1998 u l-2013
|
(26) |
L-ajruporti li ġejjin jinsabu qrib l-ajruport ta' Frankfurt Hahn:
Figura 1 L-iżvilupp tat-traffiku fir-rigward tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Frankfurt Main u ta' Frankfurt Hahn bejn l-2000-2012 |
2.3. ĦARSA ĠENERALI LEJN L-INVESTIMENTI MWETTQA MILL-FFHG U R-RIŻULTATI FINANZJARJI TAGĦHA
(27) |
It-Tabella 3 tipprovdi ħarsa ġenerali tal-investimenti mwettqa mill-FFHG bejn l-2001 u l-2012, li jammontaw għal total ta' madwar EUR 216-il miljun. Tabella 3 Ħarsa ġenerali tal-investimenti mwettqa bejn l-2001 u l-2012
|
(28) |
It-Tabella 4 tipprovdi ħarsa ġenerali tar-riżultati finanzjarji annwali tal-FFHG bejn l-2001 u l-2012. Tabella 4 Riżultati finanzjarji annwali tal-FFHG bejn l-2001 u l-2012
|
3. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI
3.1. GĦAJNUNA MILL-ISTAT POSSIBBLI MOGĦTIJA LILL-FFHG
3.1.1. MIŻURA 1: FTEHIM TA' TRASFERIMENT TA' PROFITTI U TA' TELF TAL-2001
(29) |
L-FFHG u Fraport ikkonkludew ftehim skont liema Fraport kienet intitolata għall-profitti kollha ġġenerati mill-FFHG. Min-naħa tagħha, Fraport kienet obbligata tassumi t-telf kollu tal-FFHG. Fil-31 ta' Awwissu 1999Land Rhineland-Palatinate u Fraport ikkonkludew ftehim li fih Fraport intrabtet li tikkonkludi Ftehim ta' Trasferiment ta' Profitti u ta' Telf (“PLTA”). Il-ftehim notarili korrispondenti ġie konkluż fl-24 ta' Novembru 2000 u l-PLTA tal-2001 daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2001 (“PLTA tal-2001”) (15). |
(30) |
Fraport kellha d-dritt li ttemm il-PLTA tal-2001 billi tagħti avviż ta' sitt xhur, iżda dan biss wara l-31 ta' Diċembru 2005. Kieku ma ġiex terminat, il-ftehim kien jiġi mtawwal b'mod taċitu fl-aħħar ta' kull sena kalendarja għal sena oħra, iżda għal mhux aktar mill-31 ta' Diċembru 2010. |
(31) |
Il-konklużjoni tal-PLTA tal-2001 ġiet approvata mill-bord superviżorju u mill-azzjonisti ta' Fraport. (16) Aktar tard, permezz ta' ftehim tal-5 ta' April 2004, it-tul tal-PLTA tal-2001 ġie estiż sal-2014 (“PLTA tal-2004”). Sakemm il-PLTA tal-2001 ġie sostitwit bil-PLTA tal-2004 (“PLTA tal-2004”, ara l-premessa (45)), Fraport kienet assumiet telf ta' EUR […] miljun. |
3.1.2. MIŻURA 2: ŻIEDA FIL-KAPITAL TAL-2001
(32) |
Rapport għall-kumitat azzjonarju ta' Fraport (17) fid-19 ta' Jannar 2001 innota li t-telf akkumulat mill-FFHG bejn l-1998 u l-2005 preżumibbilment kien se jammonta għal EUR […] miljun, u għalhekk kien se jkun ta' aktar mid-doppju minn dak imbassar fl-1997. Barra minn hekk, tnejn mill-klijenti ewlenin tal-merkanzija tal-FFHG ittrasferew jew naqqsu n-negozju tagħhom fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn fl-istess ħin, li wassal għal tnaqqis sostanzjali fil-volum tat-traffiku tal-merkanzija, jiġifieri b'45 % fl-ewwel semestru tal-2001. |
(33) |
Wara dak ir-rapport, fil-bidu tas-sena 2001 Fraport qabbdet konsulent, il-Boston Consulting Group (“BCG”), kif ukoll id-Dipartiment Strateġiku tal-Akkwiżizzjonijiet u tal-Azjendi (“SD”) tagħha stess biex jiżviluppaw strateġija għall-FFHG. Kemm il-BCG kif ukoll l-SD ikkonkludew li żvilupp pożittiv u fit-tul tal-FFHG kien se jkun possibbli biss permezz ta' titjib sostanzjali tal-infrastruttura, bħala prerekwiżit biex ikompli jiżdied il-volum tat-traffiku. L-SD enfasizza wkoll li din l-estensjoni sostanzjali tal-FFHG kienet se tkun finanzjarjament riskjuża, u li anki fil-każ tal-aktar xenarju pożittiv, preżumibbilment ma kienx se jinkiseb riżultat annwali pożittiv (profitt nett annwali wara t-taxxa) qabel l-2013. |
(34) |
Abbażi tal-istudju tal-BCG u l-analiżi tiegħu stess, l-SD abbozza programm ta' żvilupp għall-FFHG, li ppreveda investimenti ta' EUR 172 miljun sal-2007. Dawk l-investimenti kienu jikkonsistu fi programm ta' “emerġenza”, f'valur ta' EUR 27 miljun, li jkopri l-estensjoni tar-runway għal 3 400 metru u l-ispejjeż ta' ppjanar għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-pjan (“Planfeststellungsverfahren”) biex ir-runway tiġi estiża għal 3 800 metru, kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali tal-kostruzzjoni li kienet diġà bdiet tat-terminal il-ġdid tal-passiġġieri. |
(35) |
Madankollu, fl-2001 l-FFHG kellha proporzjon ta' dejn ma' ekwità ta' sempliċiment 4 % (18). Barra minn hekk, mill-31 ta' Diċembru 2005, Fraport kellha dritt li ttemm il-PLTA tal-2001. Taħt dawk il-kundizzjonijiet, l-FFHG ma setgħetx tiffinanzja l-programm ta' “emerġenza” permezz ta' aktar dejn, iżda kellha bżonn kapital ġdid. |
(36) |
Iż-żieda fil-kapital ġiet deċiża b'riżoluzzjoni tal-bord superviżorju ta' Fraport fl-14 ta' Diċembru 2001 u sussegwentement b'riżoluzzjoni tal-azzjonisti tal-FFHG fid-9 ta' Jannar 2002. Kwalunkwe żieda fil-kapital awtorizzat ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata, bħall-FFHG, teħtieġ l-approvazzjoni tal-azzjonisti parteċipanti kollha. |
(37) |
Wara dik l-approvazzjoni, Fraport u Land Rhineland-Palatinate żiedu l-kapital awtorizzat b'EUR 27 miljun minn EUR 3,5 miljuni għal EUR 30,5 miljun. Fid-9 ta' Jannar 2002 Fraport ikkontribwiet EUR 19,7 miljun u Land Rhineland-Palatinate EUR 7,3 miljun. Iż-żieda fil-kapital kienet maħsuba għall-finanzjament tal-estensjoni tar-runway u investimenti f'infrastruttura oħra biex tiżdied il-profittabbiltà tal-ajruport. |
3.1.3. MIŻURA 3: ŻIEDA FIL-KAPITAL TAL-2004
(38) |
Fis-27 ta' Novembru 2002, Fraport, Land Rhineland-Palatinate, Land Hesse u l-FFHG qablu li Land Hesse kienet se ssir it-tielet azzjonista tal-FFHG u bħala tali kienet se tikkontribwixxi EUR […] miljun meta jkun hemm il-ħtieġa ta' kapital addizzjonali biex jiġu ffinanzjati l-investimenti. Kien hemm qbil ukoll li tinħoloq kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ajruport ta' Frankfurt Main u l-ajruport ta' Frankfurt Hahn. |
(39) |
Kien hemm qbil li kien hemm il-ħtieġa ta' investimenti ulterjuri sabiex tiżdied il-profittabbiltà tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Dawk l-investimenti jittrattaw pereżempju l-estensjoni tar-runway għal 3 800 metru. Fit-22 ta' Marzu 2004, tħejja abbozz ta' ftehim bejn l-azzjonisti bejn Fraport, Land Rhineland-Palatinate, u Land Hesse. Il-ftehim finali bejn l-azzjonisti dwar id-deċiżjoni biex tiġi realizzata din iż-żieda fil-kapital tal-2004 ġie ffirmat minn Fraport, Land Rhineland-Palatinate, u Land Hesse fit-30 ta' Marzu 2005 u fid-19 ta' Mejju 2005 ġie rreġistrat fir-reġistru kummerċjali |
(40) |
It-tliet partijiet qablu dwar żieda fil-kapital ta' EUR 19,5 miljun għall-kapital awtorizzat tal-FFHG, biex b'hekk jitkompla l-programm ta' investiment li l-SD kien ippropona fl-2001 (ara l-premessi 33-34). Land Rhineland-Palatinate u Land Hesse qablu dwar din iż-żieda fil-kapital bil-kundizzjoni li jiġi konkluż PLTA ġdid bejn l-FFHG u Fraport, li jkopri l-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2014. L-azzjonisti qablu wkoll li kwalunkwe dejn ieħor li l-FFHG kienet se ġġarrab kellu jiġi ggarantit minn Fraport, minn Land Rhineland-Palatinate u minn Land Hesse fi proporzjon li jikkorrispondi għad-distribuzzjoni tal-kapital fl-FFHG. Fuq dik il-bażi Fraport, Land Rhineland-Palatinate u Land Hesse impenjaw ruħhom li jerġgħu jiffinanzjaw l-investimenti infrastrutturali tal-FFHG. |
(41) |
Bejn l-2004 u l-2009, ġie injettat kapital ġdid ta' EUR 19,5 miljun fl-FFHG f'diversi pagamenti. Is-sehem ta' Fraport fiż-żieda fil-kapital kien jammonta għal EUR 10,21 miljun, ta' Land Rhineland-Palatinate għal EUR 0,54 miljun, u Land Hesse kkontribwiet EUR 8,75 miljun. |
(42) |
Barra minn hekk, kemm Land Hesse kif ukoll Land Rhineland-Palatinate impenjaw ruħhom u skont l-iskeda ta' pagamenti (ara t-Tabella 5 hawn taħt) injettaw EUR 11,25 miljun oħra bħala riżerva ta' kapital, li kellu jitħallas bejn l-2007 u l-2009 minn tal-ewwel, u bejn l-2005 u l-2009 minn tal-aħħar. |
(43) |
Għalhekk, l-ammont totali taż-żieda fil-kapital deċiż fl-2005 kien ta' EUR 42 miljun. |
(44) |
Il-pagamenti kienu dovuti skont l-iskeda li ġejja fit-Tabella 5 (f'eluf ta' EUR): Tabella 5 Skeda ta' pagamenti ta' injezzjonijiet ta' kapital
|
3.1.4. MIŻURA 4: PLTA TAL-2004
(45) |
Peress li kienet kundizzjoni għall-approvazzjoni taż-żieda fil-kapital, permezz ta' ftehim tal-5 April 2004 l-FFHG u Fraport estendew it-tul tal-PLTA tal-2001 sal-2014. Madankollu l-ftehim il-ġdid tal-PLTA sar effettiv biss wara l-approvazzjoni tal-assemblea tal-azzjonisti ta' Fraport. Kif ġie miftiehem mill-azzjonisti tal-FFHG fir-rigward taż-żieda fil-kapital, f'dan il-PLTA tal-2004 ġie stabbilit li kwalunkwe dejn ieħor akkumulat mill-FFHG kellu jiġi kumpensat minn Fraport, Land Rhineland-Palatinate u Land Hesse fi proporzjon li jikkorrispondi għall-ekwità tagħhom. |
(46) |
Skont il-PLTA tal-2004, sal-2009 Fraport kienet assumiet valur ta' madwar EUR […] miljun f'telf. Għalhekk, skont iż-żewġ PLTAs suċċessivi flimkien, Fraport għamlet tajjeb għal total ta' EUR […] miljun ta' telf, li ġie akkumulat bejn l-2001 u l-2009. Minn din is-somma, EUR […] miljun jittratta d-deprezzament ta' assi u EUR […] miljun il-pagamenti ta' imgħax fuq self għall-finanzjament tal-infrastruttura. |
(47) |
Fl-2009, Fraport biegħet is-sehem kollu tagħha fl-FFHG lil Land Rhineland-Palatinate u b'hekk temmet ukoll il-PLTA. |
3.1.5. MIŻURA 5: KUMPENS LILL-FFHG GĦALL-KONTROLLI TAS-SIGURTÀ
(48) |
Il-Land Rhineland-Palatinate tiġbor taxxa għas-sigurtà ajruportwali mill-passiġġieri kollha li jitilqu mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Il-Land ma twettaqx il-kontrolli tas-sigurtà hija stess, iżda ssottokuntrattat dak il-kompitu lill-ajruport, li min-naħa tiegħu permezz ta' ftehim issottokuntratta dak il-kompitu lil kumpanija tas-sigurtà. Bħala korrispettiv għat-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà, il-Land tittrasferixxi d-dħul kollu mit-taxxa tas-sigurtà lill-ajruport. |
3.1.6. MIŻURA 6: GĦOTJIET DIRETTI MIL-LAND RHINELAND-PALATINATE
(49) |
Skont ir-rapporti finanzjarji għall-kumpaniji azzjonarji tal-Land Rhineland-Palatinate (19), il-Land issussidjat lill-FFHG skont l-ammonti li ġejjin kif miġbura fil-qosor fit-Tabella 6. Tabella 6 Għotjiet diretti minn Land Rhineland-Palatinate
|
(50) |
L-għotjiet diretti li saru qabel it-12 ta' Diċembru 2000 minn Land Rhineland-Palatinate lill-FFHG ilaħħqu l-[…] miljun, filwaqt li l-għotjiet diretti minn Land Rhineland-Palatinate lill-FFHG bejn l-2001 u l-2004 ilaħħqu l-EUR […] miljun. |
3.2. GĦAJNUNA MILL-ISTAT POSSIBBLI MOGĦTIJA MILL-FFHG LIL RYANAIR U LIL-LINJI L-OĦRA KOLLHA TAL-AJRU LI JITTRASPORTAW IL-PASSIĠĠIERI
(51) |
Fl-1999, l-FFHG attirat l-ewwel trasportatur bi prezzijiet irħas tagħha, Ryanair. L-FFHG ikkonkludiet tliet ftehimiet ma' Ryanair fl-1999, fl-2002 u fl-2005. Barra minn hekk, fl-2001 u fl-2006 l-FFHG introduċiet imposti ajruportwali ġodda. |
3.2.1. MIŻURA 7: FTEHIM MA' RYANAIR TAL-1999
(52) |
L-ewwel ftehim ma' Ryanair daħal fis-seħħ b'effett retroattiv mill-1 ta' April 1999, u kellu terminu ta' 5 snin (il-“ftehim ma' Ryanair tal-1999”). Ryanair bdiet topera mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn lejn London Stansted fit-22 ta' April 1999, meta kienu diġà ġew miftiehma l-kundizzjonijiet essenzjali kollha tal-ftehimiet. |
(53) |
Waqt il-laqgħa tiegħu tal-5 ta' Mejju 1999 il-bord maniġerjali tal-FFHG kien ippreżenta Deckungsbeitragsrechnung (analiżi tal-bilanċ finanzjarju) tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 lill-Bord Superviżorju. Skont il-Ġermanja, il-Bord Superviżorju tal-FFHG ma kienx ivvota dwar il-ftehim mar-Ryanair tal-1999 jew dwar l-analiżi tal-bilanċ finanzjarju, peress li l-konklużjoni tal-ftehim kienet meqjusa bħala negozju operattiv ta' kuljum li jaqa' fi ħdan il-kompetenza unika tal-Bord Maniġerjali tal-FFHG. |
(54) |
It-Tabella 7 tippreżenta fil-qosor l-imposti dovuti minn Ryanair skont l-Anness 1 tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999. Tabella 7 Imposti dovuti minn Ryanair skont l-Anness 1 tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999
|
(55) |
Skont l-Anness 3 tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999, l-FFHG irċeviet ukoll kummissjoni ta' […] % fuq kull biljett mibjugħ (flus kontanti jew karta ta' kreditu) jew maħruġ mill-kaxxiera tal-biljetti tal-FFHG, kummissjoni ta' […] % fuq l-imposti għal piż eċċessiv tal-bagalji miġbura mill-FFHG, EUR […] għal kull biljett imħallas minn qabel ipproċessat minn Ryanair u kummissjoni ta' […] % għal kull karozza mikrija bbukkjata permezz tal-FFHG. |
(56) |
Ryanair kienet intitolata għal appoġġ ta' kummerċjalizzazzjoni li jlaħħaq massimu ta' EUR […] fis-sena, li kellu jitħallas mill-FFHG f'pagamenti trimestrali u għall-ewwel 3 snin biss ta' operat. L-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni kellu jintuża esklussivament għal reklami li jikkonċernaw rotot li jitilqu mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Ryanair kellha tipprovdi fatturi bħala provi u prova dettaljata ta' kif kienu ntefqu l-flus. |
3.2.2. MIŻURA 8: L-ISKEDA TAL-IMPOSTI AJRUPORTWALI TAL-2001
(57) |
Fis-16 ta' Ottubru 2001, ġiet approvata l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn u ġiet ippubblikata mid-Dipartiment tat-Trasport tal-Land Rhineland-Palatinate. Daħlet fis-seħħ b'mod retroattiv fl-1 ta' Ottubru 2001. (21) |
(58) |
Peress li l-istrateġija kummerċjali tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienet iffokata fuq trasportaturi bi prezzijiet irħas, li tipikament joperaw inġenji tal-ajru Boeing 737 jew Airbus A 319/320 b'piż massimu waqt it-tluq (“MTOW”) ta' madwar 50 sa 80 tunnellata, introduċa imposta ta' żero għall-illandjar u għat-tlugħ għal inġenji tal-ajru b'MTOW ta' bejn 5,7 u 90 tunnellata. |
(59) |
It-Tabella 8 tiġbor fil-qosor l-imposti għal kull inġenju tal-ajru għal servizzi infrastrutturali ċentrali ta' groundhandling li kellhom jitħallsu mil-linji tal-ajru skont l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001. Tabella 8 Imposti għal servizzi infrastrutturali ċentrali ta' groundhandling li kellhom jitħallsu mil-linji tal-ajru skont l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001
|
(60) |
It-tariffa fuq il-passiġġieri ġiet iffissata għal EUR 4,35 għal kull passiġġier li jasal. It-tariffa ta' sigurtà għall-passiġġieri bbażata fuq l-għadd ta' passiġġieri abbord l-inġenju tal-ajru mat-tluq hija ta' EUR 4,35 għal kull passiġġier, li għandha titħallas lid-Dipartiment tal-Awtostradi u tat-Trasport ta' Land Rhineland-Palatinate — Sezzjoni tat-Trasport bl-Ajru. |
(61) |
Skont ir-Regoli tat-Titjir bl-Istrumenti, operatur ta' ajruport irid jitħallas tariffa ta' avviċinament tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru għal kull avviċinament ta' inġenju tal-ajru. Jekk it-titjira tkun qiegħda tiġi operata għal raġunijiet minbarra dawk ta' taħriġ jew ta' istruzzjoni, dik l-imposta għal titjiriet kummerċjali jew mhux kummerċjali hija inkluża fl-imposta fuq l-illandjar u t-tlugħ. Għalhekk hija ta' żero għal inġenji tal-ajru li għalihom tapplika l-imposta fuq it-tlugħ u l-illandjar. |
3.2.3. MIŻURA 9: FTEHIM MA' RYANAIR TAL-2002
(62) |
It-tieni ftehim ma' Ryanair huwa datat l-14 ta' Frar 2002 (il-“ftehim ma' Ryanair tal-2002”) u ġie ppreżentat lill-Bord Superviżorju tal-FFHG li tlaqqa' fis-16 ta' Novembru 2001. Il-minuti ta' dik il-laqgħa jirrapportaw li l-maġġoranza tal-membri tal-Bord Superviżorju kienu approvawh. |
(63) |
Il-kopja tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002 li ntbagħtet lill-Kummissjoni mhijiex iffirmata. Skont il-Ġermanja, għalkemm dak il-ftehim qatt ġie ffirmat, madankollu l-partijiet ilhom japplikawh mill-14 ta' Frar 2002. |
(64) |
Skont il-Ġermanja, il-ftehim ma' Ryanair tal-2002 issostitwixxa l-ftehim ma' Ryanair tal-1999, u kien ġie konkluż għal perjodu ta' […] sena (sal-[…]). Madankollu, it-tariffa tal-passiġġieri baqgħet l-istess bħal ma kienet fil-ftehim inizjali tal-1999. Ryanair għandha l-għażla li ttawwal il-ftehim b'termini u kundizzjonijiet simili sal-[…]. |
(65) |
Il-ftehim ma' Ryanair tal-2002 huwa bbażat fuq il-Ftehim Standard dwar il-Groundhandling tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru, li ġie adattat għall-ħtiġijiet tal-partijiet. Jikkonsisti f'dawn l-elementi:
|
(66) |
Il-Ftehim prinċipali, l-Anness A u l-Anness B — 1.0 huma sempliċiment kopji tal-formola standard. Il-partijiet ma mlew ebda parti, peress li din il-parti tal-formola standard ma kinitx meqjusa applikabbli. |
(67) |
Il-partijiet imlew it-tieni Anness B — 1.0, fir-rigward tal-ismijiet tal-partijiet, il-kontijiet bankarji u l-prezz għall-fluwidu għat-tneħħija tas-silġ (EUR […] għal kull litru) u għall-ilma sħun (EUR […] għal kull litru). |
(68) |
L-Anness 3 u l-Annessi 1-3 tiegħu jittrattaw “ftehimiet strateġiċi ulterjuri” bejn il-partijiet. Jittrattaw l-arranġamenti tekniċi għall-groundhandling, qtugħ ta' biljetti u l-ispazju għat-tpoġġija tal-marka kummerċjali fl-ajruport. |
(69) |
L-Anness D jistipula li fir-rigward ta' groundhandling japplikaw l-imposti miġbura fil-qosor fit-Tabella 9, bil-kundizzjoni li l-ħin tat-tagħbija u l-ħatt ma jaqbiżx it-30 minuta. Tabella 9 Imposti għall-groundhandling f'każ ta' massimu ta' 30 minuta għat-tagħbija u l-ħatt
|
(70) |
Il-partijiet vojta għal inġenji tal-ajru ta' “sa” u “aktar minn” […] tunnellata jidhru jindikaw li […] ġew imposti bħala ħlas għal inġenji tal-ajru bejn […] u […] tunnellata. (23) |
(71) |
L-Anness E (jiġifieri l-Ftehim Hahn-Smart) jikkonferma din l-analiżi. Fil-punt 1 jistabbilixxi: “[…]” |
(72) |
Il-livell tat-tariffi ajruportwali ġie ffriżat sat-30 ta' April 2004 u wara din id-data kellu jiġi aġġustat biex jikkorrispondi mal-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur tal-Ġermanja, jekk dan tal-aħħar jiżdied b'aktar minn […] % meta mqabbel mas-sena ta' qabel. |
(73) |
L-Anness E jipprevedi wkoll il-ħlas ta' appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni. Ryanair hija intitolata għall-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni li ġej:
|
(74) |
L-Anness E jipprevedi wkoll iż-żieda tal-VAT ma' kull pagament jew prezz fil-ftehim, sa fejn tapplika l-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ. |
(75) |
[…]. |
(76) |
Bħala konklużjoni, skont il-ftehim ma' Ryanair tal-2002 il-linja tal-ajru tħallas l-imposti ppreżentati fil-qosor fit-Tabella 11. Tabella 11 Ħarsa ġenerali lejn l-imposti ajruportwali li għandhom jitħallsu minn Ryanair
|
3.2.4. MIŻURA 10: IL-FTEHIM MA' RYANAIR TAL-2005
(77) |
Fl-4 ta' Novembru 2005, intlaħaq ftehim dwar emenda għall-fehim tal-2002, il-“Ftehim Ryanair/Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH Konsenja ta' inġenji tal-ajru minn 6 sa 18 — bejn l-2005 u l-2012” (il-“ftehim ma' Ryanair tal-2005”). Fit-18 ta' Novembru 2005, il-bord superviżorju tal-FFHG approva l-konklużjoni tal-ftehim ma' Ryanair tal-2005. |
(78) |
Il-partijiet rilevanti tal-ftehim ma' Ryanair tal-2005 huma:
|
(79) |
Il-ftehim ma' Ryanair tal-2005 huwa validu sal-[…]. L-elementi l-oħra tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002, b'mod partikolari l-Ftehim Prinċipali u l-Anness E (jiġifieri l-Ftehim Hahn-Smart), ġew estiżi wkoll sal-[…]. |
(80) |
It-Tabella 12 turi l-għadd ta' inġenji tal-ajru ta' Ryanair li kellhom jiġu bbażati fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn u l-volum ta' passiġġieri previst skont il-ftehim ma' Ryanair tal-2005: Tabella 12 Inġenji tal-ajru ta' Ryanair u t-tkabbir previst fl-għadd ta' passiġġieri skont il-ftehim ma' Ryanair tal-2005
|
(81) |
It-Tabella 13 tipprovdi ħarsa ġenerali tas-sistema ta' ribassi fuq l-imposti ajruportwali introdotti permezz tal-ftehim ma' Ryanair tal-2005. Tabella 13 Ribassi emendati tal-ajruport introdotti mill-ftehim ma' Ryanair tal-2005
|
(82) |
[…]. |
3.2.5. MIŻURA 11: L-ISKEDA TA' IMPOSTI AJRUPORTWALI TAL-2006
(83) |
Fis-26 ta' April 2006, id-Dipartiment tat-Trasport ta' Land Rhineland-Palatinate approva l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn. (25) u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2006. Issegwi l-istess prinċipji bażiċi bħall-iskeda ta' imposti ajruportwali tal-2001 (ara l-premessa 57 ta' hawn fuq u dawk segwenti). |
(84) |
Meta mqabbel mal-iskeda preċedenti, it-tibdil jittratta l-imposti fuq it-tlugħ u l-illandjar, it-tariffa fuq il-passiġġieri u l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni. L-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 iżżomm iż-żewġ prinċipji fundamentali tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001:
|
(85) |
Madankollu, l-iskeda tal-2006 tintroduċi żewġ limitazzjonijiet għal dawk il-prinċipji. L-ewwel nett, inġenji tal-ajru tal-passiġġieri biss jistgħu japprofittaw minn dawn il-vantaġġi. It-tieni nett, il-vantaġġi huma limitati għal inġenji tal-ajru li l-proċess ta' tagħbija u ħatt tagħhom ma jaqbiżx it-30 minuta. |
(86) |
Barra minn hekk, l-imposti fuq il-passiġġieri huma stabbiliti għal kull passiġġier li jitlaq, u bħala funzjoni tal-għadd totali ta' passiġġieri trasportati mil-linja tal-ajru (li jitilqu u li jaslu) li għaliha jappartjeni l-ajruplan. It-Tabella 14 tipprovdi ħarsa ġenerali tal-imposti fuq il-passiġġieri li għandhom jitħallsu skont l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 skont l-għadd totali ta' passiġġieri li jitilqu u li jaslu. Tabella 14 L-imposti fuq il-passiġġieri skont l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006
|
(87) |
It-Tabella 15 turi l-ammont ta' appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni li jista' jingħata lil linji tal-ajru li jkunu qegħdin jużaw l-ajruport. Tabella 15 Appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni
|
(88) |
Barra minn hekk, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni huwa regolat f'dokument separat disponibbli fuq is-sit web tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Appoġġ ta' darba għall-kummerċjalizzazzjoni jingħata taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
3.3. MIŻURI BARRA MILL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ TAL-2008 (IL-MIŻURA 12)
(89) |
Il-Ġermanja ntrabtet li tinjetta EUR […] miljun fl-ekwità tal-FFHG biex tiffinanzja mill-ġdid is-self tal-FFHG. |
(90) |
Dawk il-fondi jirrifinanzjaw il-miżuri infrastrutturali li ġew deċiżi b'mod irrevokabbli mill-awtoritajiet pubbliċi qabel il-31 ta' Diċembru 2012, iżda li ma kinux koperti permezz tal-PLTAs, taż-żidiet fil-kapital jew ta' għotjiet oħra. |
4. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA U L-VALUTAZZJONI INIZJALI
4.1. GĦAJNUNA MILL-ISTAT POSSIBBLI MOGĦTIJA LILL-FFHG
4.1.1. MIŻURA 1: PLTA TAL-2001
(91) |
Fir-rigward tal-PLTA tal-2001, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 il-Kummissjoni sabet li t-telf annwali kien iġġarrab minn Fraport, kumpanija predominantement pubblika. Għalhekk il-Kummissjoni stabbiliet li kellha bżonn teżamina jekk il-Ġermanja tistax titqies li kienet involuta fil-konklużjoni tal-PLTA tal-2001. |
(92) |
Fi Stardust Marine l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet (26) li r-riżorsi ta' impriża inkorporata taħt id-dritt privat, li l-maġġoranza tal-ishma tagħha huma proprjetà pubblika, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. Il-Kummissjoni qieset li l-konklużjoni tal-ftehim kellha titqies ukoll bħala imputabbli lill-Istat peress li ma kienx ikun impossibbli li dan issir mingħajr ma jitqiesu l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet pubbliċi. |
(93) |
Barra minn hekk, b'kuntrast mal-argumenti mqajma mill-Ġermanja, il-Kummissjoni esprimiet dubji li investitur f'ekonomija tas-suq kien jikkonkludi ftehim bħal dan peress li huwa ċar li l-ftehim kien jikkostitwixxi vantaġġ għall-FFHG billi taffielha piż finanzjarju li kieku kien ikollha ssostni. |
(94) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-miżura kienet selettiva peress li t-telf tal-FFHG biss kien kopert u li l-miżura kkonċernata fixklet jew heddet li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq tal-operaturi tal-ajruporti u affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(95) |
Għalhekk il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-miżura inkwistjoni tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fil-forma ta' għajnuna operatorja. |
(96) |
Peress li l-Ġermanja ma pprovdiet ebda evidenza u lanqas ma argumentat li din l-għajnuna operatorja setgħet tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, u fid-dawl tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar jekk dik l-għajnuna tistax titqies bħala kompatibbli. |
4.1.2. MIŻURA 2: ŻIEDA FIL-KAPITAL TAL-2001
(97) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008, il-Kummissjoni sabet li Fraport u Land Rhineland-Palatinate kienu żiedu l-kapital tal-FFHG b'EUR 27 miljun, permezz ta' kontribuzzjoni ta' EUR 19,7 miljun u EUR 7,3 miljun rispettivament. Dwar l-eżistenza ta' għajnuna, il-Kummissjoni rrilevat li skont il-kriterji stabbiliti fil-kawża Stardust Marine, ir-riżorsi kemm ta' Fraport kif ukoll tal-Land Rhineland-Palatinate jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat (27). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li probabbilment anke d-deċiżjonijiet ta' Fraport huma imputabbli lill-Istat. |
(98) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li ma kinitx konvinta li t-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq (MEOT) għaż-żieda fil-kapital kien issodisfat. Il-Kummissjoni aċċettat fil-prinċipju li valutazzjoni li ssir minn kumpanija waħda jew aktar indipendenti tal-awditjar tista' sservi bħala prova li tranżazzjoni tkun seħħet skont il-valur tas-suq. (28) Madankollu, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk ir-rapport ippreżentat minn PwC f'isem Fraport kienx biżżejjed biex tiġi eskluża l-preżenza ta' vantaġġ. |
(99) |
Id-dubji kienu minħabba l-kontenut tal-MEOT li sar minn PwC peress li kien purament kwalitattiv u ma vvalutax l-ispiża tad-diżimpenn min-naħa ta' Fraport. Barra minn hekk ir-rapport la kkwantifika u lanqas ma spjega fid-dettall ir-“riskji kbar” identifikati mill-BCG u mill-SD ta' Fraport, u ġeneralment illimita l-valutazzjoni għal Fraport, mingħajr ma qies jekk Land Rhineland-Palatinate kinitx aġixxiet bħala investitur f'ekonomija tas-suq. Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li ż-żieda fil-kapital kienet tat vantaġġ lill-FFHG. |
(100) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-miżura kienet selettiva peress li l-FFHG biss kienet ingħatat iż-żieda fil-kapital tal-2001 u li fixklet jew heddet li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq tal-operaturi tal-ajruporti u affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(101) |
Għalhekk il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-miżura inkwistjoni tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fil-forma ta' għajnuna għall-investiment u qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern, partikolarment fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u l-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005. |
4.1.3. MIŻURA 3: ŻIEDA FIL-KAPITAL TAL-2004
(102) |
Fir-rigward tat-tieni żieda fil-kapital, il-Kummissjoni nnotat li fl-2004, l-azzjonisti eżistenti tal-FFHG kienu żiedu l-kapital awtorizzat tagħha b'EUR 10,75 miljun, bi Fraport tikkontribwixxi sehem ta' EUR 10,21 miljun u Land Rhineland-Palatinate sehem ta' EUR 0,54 miljun. Barra minn hekk, Land Hesse daħlet bħala azzjonista ġdida, b'kontribuzzjoni ta' EUR 8,75 miljun addizzjonali. Apparti minn hekk, kemm Land Rhineland-Palatinate u Land Hesse impenjaw ruħhom li jikkontribwixxu EUR 11,25 miljun kull wieħed bħala riżerva ta' kapital. |
(103) |
Fir-rigward ta' din iż-żieda fil-kapital il-Kummissjoni adottat mutatis mutandis l-istess raġunament li kienet applikat għal dak tal-2001 (ara s-sezzjoni 4.1.2) għall-eżistenza ta' għajnuna u qajmet l-istess dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern. |
4.1.4. MIŻURA 4: PLTA TAL-2004
(104) |
Skont id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008, taħt il-PLTA tal-2004 Fraport kienet assumiet it-telf tal-FFHG li kien jammonta għal mill-inqas […] miljun. Il-Kummissjoni applikat mutatis mutandis l-istess raġunament li kienet applikat fir-rigward tal-PLTA tal-2001, ara l-premessa 91 u dawk segwenti. Fir-rigward tal-MEOT ippreżentat minn PwC, il-Kummissjoni kellha dubji dwar l-affidabilità tiegħu minħabba li l-valutazzjoni kienet fil-biċċa l-kbira kwalitattiva. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-PLTA tal-2004 jikkostitwixxi għajnuna operatorja u esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tiegħu mas-suq intern, b'mod partikolari fid-dawl tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005. |
4.1.5. MIŻURA 5: KUMPENS LILL-FFHG GĦALL-KONTROLLI TAS-SIGURTÀ
(105) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 il-Kummissjoni indikat li s-servizzi ta' sigurtà ta' ajruport mhumiex ta' natura ekonomika u ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. (29) |
(106) |
Il-Kummissjoni imbagħad osservat li l-analiżi ekonomika ta' PwC dehret tindika li Land Rhineland-Palatinate kkumpensat iżżejjed lill-FFHG għat-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà. F'dak ir-rigward il-Kummissjoni enfasizzat li dak il-vantaġġ kien ġie ffinanzjat permezz ta' riżorsi tal-Istat u kellu l-potenzjal li jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-kumpens żejjed kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(107) |
Fir-rigward tal-valutazzjoni ta' kompatibbiltà ta' dik l-għajnuna operatorja, il-Kummissjoni applikat mutatis mutandis l-istess raġunament li kienet applikat fir-rigward tal-PLTA tal-2001, ara l-premessa 95 u dawk segwenti. Bażi ġuridika oħra possibbli li ġiet ivvalutata għall-kompatibbiltà mas-suq intern kienet l-Artikolu 106(2) tat-Trattat. Madankollu, il-Ġermanja ma pprovdiet ebda indikazzjoni li kien ġie impost obbligu ta' servizz pubbliku fuq l-FFHG. Għalhekk, il-Kummissjoni ma sabitx bażi ġuridika biex tiddikjara li l-kumpens żejjed li rriżulta mill-imposta fuq is-sigurtà bħala kompatibbli mas-suq intern. |
4.1.6. MIŻURA 6: GĦOTJIET DIRETTI MINN LAND RHINELAND-PALATINATE
(108) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tal-2008, il-Kummissjoni nnotat li l-għotjiet diretti li ngħataw bejn l-2001 u l-2004 jidhru li kienu ngħataw mingħajr kunsiderazzjoni, minn riżorsi tal-Istat (jiġifieri l-baġit ġenerali ta' Land Rhineland-Palatinate) u b'mod selettiv (lill-FFHG biss). Il-Kummissjoni qieset li dawk l-għotjiet għandhom il-potenzjal li jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat fil-forma ta' għajnuna għall-investiment. |
(109) |
Barra minn hekk il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern, partikolarment fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u l-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005. |
4.2. GĦAJNUNA MILL-ISTAT POSSIBBLI MOGĦTIJA MILL-FFHG LIL RYANAIR U LIL-LINJI L-OĦRA KOLLHA TAL-AJRU LI JITTRASPORTAW IL-PASSIĠĠIERI
4.2.1. MIŻURA 7: FTEHIM MA' RYANAIR TAL-1999
(110) |
Fir-rigward tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 il-Kummissjoni ġeneralment osservat li tnaqqis jew sistema ta' tnaqqis li tagħti trattament preferenzjali lil negozju speċifiku x'aktarx taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat. |
(111) |
Il-Kummissjoni qieset li, peress li l-FFHG hija impriża predominantement pubblika, ir-riżorsi tagħha jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. Fir-rigward tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999, il-Kummissjoni indikat li għalkemm il-bord superviżorju ma kienx ivvota dwar dak il-ftehim, lanqas ma kien għadda xi mozzjoni jew ħa xi azzjoni li tissuġġerixxi li kien kuntrarju għalih. Għalhekk, il-Kummissjoni nnotat li ma kellha l-ebda indikazzjoni li tippermettilha li tikkonkludi li l-ftehim ma' Ryanair tal-1999 ma kienx imputabbli lill-Istat. |
(112) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk investitur fis-suq privat kienx jikkonkludi l-ftehim ma' Ryanair tal-1999. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni nnotat li l-imposti li l-FFHG imponiet fuq Ryanair ma kinux ikopru l-ispejjeż kollha tal-FFHG u għalhekk jidhru li taw vantaġġ lil Ryanair. |
(113) |
Il-Kummissjoni indikat ukoll li l-ispejjeż ta' madwar EUR […] miljun tat-terminal il-ġdid ma kinux tqiesu fl-MEOT ippreżentat mill-Ġermanja. Bħala osservazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ċaħdet l-argument tal-Ġermanja li fl-1999 l-HHN kien xorta waħda jeħtieġ terminal ġdid tal-passiġġieri, u li l-kapaċità ta' 1,25 miljun passiġġier fis-sena kien ferm ogħla mill-volum ta' passiġġieri li kien mistenni jiġi ġġenerat minn Ryanair, peress li fl-1999 Ryanair kienet l-unika trasportatur tal-ajru maġġuri tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar l-MEOT ippreżentat mill-Ġermanja. |
(114) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-ftehim ma' Ryanair tal-1999 huwa miżura selettiva u speċifika peress li Ryanair biss kienet irċeviet dawn il-kundizzjonijiet fin-negozjati mal-FFHG, u li l-miżura kkonċernata tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq tal-linji tal-ajru u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(115) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li, peress li kien jidher li ma jissodisfax l-MEOT u kien imputabbli lill-Istat, il-ftehim ma' Ryanair tal-1999 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħet tara l-ebda raġuni legali biex tiddikjara għajnuna operatorja permanenti bħal din għal linja tal-ajru bħala kompatibbli mas-suq intern. |
4.2.2. MIŻURA 8: L-ISKEDA TA' IMPOSTI AJRUPORTWALI TAL-2001
(116) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 kinux possibbilment jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil Ryanair. F'dak ir-rigward qieset li, bħala kumpaniji li fihom l-awtoritajiet pubbliċi għandhom sehem predominanti, ir-riżorsi tal-FFHG u ta' Fraport jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat u li l-aġir tagħhom ikun imputabbli wkoll lill-Istat. |
(117) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-istruttura tat-tariffi tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 kinitx ġiet stabbilita b'mod li tippermetti li l-ajruport jopera bi profitt peress li l-Ġermanja ma kinitx ipprovdiet MEOT għal din l-iskeda. Peress li jidher li bejn l-2001 u l-2003 Ryanair kienet l-unika linja tal-ajru tal-passiġġieri li kienet qiegħda tuża l-ajruport, u sal-2006 kienet żammet aktar minn 95 % tal-volum tal-passiġġieri, ir-riżultati tal-MEOT għall-ftehim ma' Ryanair tal-2002, li kien ibbażat fuq l-iskeda ta' imposti ajruportwali tal-2001 u li kien introduċa appoġġ addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni, kienu jservu bħala punt ta' referenza. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni kellha dubju jekk l-MEOT għall-iskeda ta' imposti ajruportwali tal-2001 kienx issodisfat. |
(118) |
Il-Kummissjoni qieset li l-miżura kienet selettiva peress li l-linji tal-ajru biss li jużaw l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienu bbenefikaw mill-iskeda ta' imposti ajruportwali tal-2001 u li ħolqot tfixkil jew heddet li toħloq tfixkil tal-kompetizzjoni u affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(119) |
Għalhekk, fir-rigward tal-iskeda ta' imposti ajruportwali tal-2001, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabitx raġunijiet legali biex tiddikjara għajnuna operatorja permanenti bħal din għal linja tal-ajru bħala kompatibbli mas-suq intern. |
4.2.3. MIŻURA 9: FTEHIM MA' RYANAIR TAL-2002
(120) |
Fir-rigward tal-kwistjoni ta' riżorsi tal-Istat, il-Kummissjoni applikat l-istess raġunament mutatis mutandis bħal dak għall-ftehim ma' Ryanair tal-1999, li ġie diskuss fis-sezzjoni 4.2.1 (il-premessa 110 u dawk segwenti). Dwar l-imputabbiltà tal-miżura, il-ftehim ma' Ryanair tal-2002 kien ġie formalment approvat mill-Bord Superviżorju tal-FFHG, li huwa ddominat minn membri nominati mill-awtoritajiet pubbliċi. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-ftehim ma' Ryanair tal-2002 kien imputabbli lill-Ġermanja. |
(121) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk investitur fis-suq privat kienx jikkonkludi l-ftehim ma' Ryanair tal-2002. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ddubitat il-kalkolu ppreżentat mill-Ġermanja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kalkolu tal-ispejjeż peress li l-ispejjeż għall-infrastruttura ġenerali tal-ajruport u l-amministrazzjoni ġenerali tal-ajruport li ġew ippreżentati mill-Ġermanja kienu bbażati fuq spejjeż marġinali, aktar milli fuq spejjeż medji. Barra minn hekk, il-livell tal-imposti ajruportwali kien ġie ffriżat sat-30 ta' April 2004 u wara din id-data kellu jiġi aġġustat biex jikkorrispondi mal-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur tal-Ġermanja, iżda dan biss jekk dan l-indiċi jkun żdied b'aktar minn […] % meta mqabbel mas-sena ta' qabel. |
(122) |
Fir-rigward tas-selettività, it- tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ, il-Kummissjoni applikat l-istess raġunament mutatis mutandis bħal dak għall-ftehim ma' Ryanair tal-1999, ara s-sezzjoni 4.2.1 (il-premessa 110 u dawk segwenti). |
(123) |
Għalhekk il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-ftehim ma' Ryanair tal-2002 jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħet tara l-ebda raġuni legali biex tiddikjara għajnuna operatorja permanenti bħal din għal linja tal-ajru bħala kompatibbli mas-suq intern. |
4.2.4. MIŻURA 10: IL-FTEHIM MA' RYANAIR TAL-2005
(124) |
Fir-rigward tal-kwistjoni ta' riżorsi tal-Istat, il-Kummissjoni applikat l-istess raġunament mutatis mutandis bħal dak għall-ftehim ma' Ryanair tal-1999, li ġie diskuss fis-sezzjoni 4.2.1 (il-premessa 110 u dawk segwenti). Dwar il-kwistjoni ta' jekk kienx hemm vantaġġ ekonomiku, il-Kummissjoni esprimiet dubji fir-rigward tal-MEOT ippreżentat mill-Ġermanja peress li ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni biex jiġu verifikati l-kalkoli u minħabba li l-investimenti kkawżati minn għadd dejjem jikber ta' passiġġieri bl-ebda mod ma kienu tqiesu jew ġew allokati lil Ryanair. |
(125) |
Barra minn hekk il-Kummissjoni indikat li għalkemm il-ftehim ma' Ryanair tal-2005 kien differenti mill-ftehim ma' Ryanair tal-1999 u tal-2002, bl-introduzzjoni ta' tip ta' sistema ta' penali kuntrattwali fil-każ li Ryanair ma tiġġenerax il-volum ta' passiġġieri stabbilit skont il-kuntratt, kellha d-dubji jekk dawk is-sanzjonijiet kinux effettivi. |
(126) |
Fir-rigward tas-selettività, it-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ, il-Kummissjoni applikat l-istess raġunament mutatis mutandis bħal dak għall-ftehim ma' Ryanair tal-1999, ara s-sezzjoni 4.2.1 (il-premessa 110 u dawk segwenti). |
(127) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ftehim ma' Ryanair tal-2005 jikkostitwixxi wkoll għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni legali biex tiddikjara għajnuna operatorja permanenti bħal din għal linja tal-ajru bħala kompatibbli mas-suq intern. |
4.2.5. MIŻURA 11: L-ISKEDA TA' IMPOSTI AJRUPORTWALI TAL-2006
(128) |
Fir-rigward tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006, il-Ġermanja kienet ipprovdiet biss ġustifikazzjoni ekonomika parzjali fil-forma ta' MEOT lill-Kummissjoni. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 tagħha l-Kummissjoni indikat li minħabba l-informazzjoni mhux kompluta ma setgħetx tivverifika jekk, skont l-argument tal-Ġermanja, l-ekonomiji ta' skala jiġġustifikawx id-differenzjazzjoni fl-imposti fuq il-passiġġieri. Barra minn hekk, il-ġustifikazzjonijiet ekonomiċi mogħtija għall-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 ħallew diversi kwistjonijiet mhux iċċarati, pereżempju dwar liema spejjeż huma inklużi fil-kopertura tal-ispejjeż u għaliex l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni ma kienx ġie inkluż fil-ġustifikazzjoni ekonomika tal-iskeda. |
(129) |
Il-Kummissjoni qieset li l-miżura kienet selettiva peress li l-linji tal-ajru biss li jużaw l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienu bbenefikaw mill-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 u li l-miżura kkonċernata fixklet jew heddet li tfixkel il-kompetizzjoni u affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(130) |
Għalhekk, fir-rigward tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħet tara l-ebda raġuni legali biex tiddikjara għajnuna operatorja permanenti bħal din għal linja tal-ajru bħala kompatibbli mas-suq intern. |
5. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA
(131) |
Il-Ġermanja ppreżentat osservazzjonijiet u analiżi ekonomiċi estensivi matul din il-proċedura. |
5.1. RIMARKI ĠENERALI
(132) |
Fil-kummenti tagħha, il-Ġermanja qabel kollox ipprovdiet xi kunsiderazzjonijiet ġenerali ta' sfond dwar l-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Il-Ġermanja insistiet li l-proġett tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien maħsub li jsir kumpanija privata profittabbli mill-mument li jiġi konvertit. Għalhekk, l-involviment strateġiku ta' Fraport kien bl-għan li l-ajruport jikseb profittabbiltà fit-tul. Skont il-Ġermanja, bil-mudell kummerċjali tiegħu ta' trasportaturi bi prezzijiet irħas, infrastruttura kunsiderevolment simplifikata u spejjeż kapitali baxxi, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien pijunier fl-Ewropa. Madankollu, il-Ġermanja argumentat li dak it-tip ta' proġett infrastrutturali jkun jeħtieġ perjodu ta' madwar 20 sena biex jintlaħqu riżultati operattivi pożittivi. Il-Ġermanja enfasizzat li fl-2006 għall-ewwel darba l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu riżultat pożittiv fl-EBITDA, jiġifieri diġà 8 snin wara d-dħul tiegħu fis-suq, li juri l-vijabbiltà ekonomika tiegħu. Skont il-Ġermanja, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien l-aktar ajruport fil-Ġermanja li kien qiegħed jikber b'rata mgħaġġla. |
(133) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja hija tal-opinjoni li l-miżuri li jittrattaw l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienu ttieħdu esklussivament skont il-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq. Skont il-Ġermanja, kieku impriża privata tal-istess daqs u f'sitwazzjoni komparabbli kellha wkoll tidħol għall-finanzjament abbażi ta' loġika kummerċjali, dan kien jeskludi kwalunkwe vantaġġ. Il-Ġermanja argumentat li l-Kummissjoni għandha tivvaluta biss jekk il-miżura rispettiva hijiex kummerċjalment difendibbli u mhux jekk hemmx dubju raġonevoli għas-suċċess tagħha. Barra minn hekk, il-Ġermanja rreferiet għall-prinċipju ta' ugwaljanza ta' impriżi pubbliċi u privati li taħthom fondi li l-Istat joffri lil impriża skont il-kundizzjonijiet tas-suq ma jiġux meqjusa għajnuna mill-Istat. Kollox ma' kollox, skont il-Ġermanja, il-miżuri għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienu ngħataw kollha skont il-kundizzjonijiet tas-suq; dan jista' jiġi ppruvat mill-MEOTs ippreżentati mill-Ġermanja. Il-Ġermanja imbagħad elaborat dwar dawk ir-rimarki ġenerali fir-rigward tal-miżuri rispettivi vvalutati fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008. |
5.2. ALLEGATA GĦAJNUNA MILL-ISTAT MOGĦTIJA LILL-FFHG
5.2.1. MIŻURA 1: PLTA TAL-2001
(134) |
Il-Ġermanja argumentat li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat mhumiex applikabbli għall-PLTA tal-2001 peress li dan kien ġie konkluż f'Awwissu 1999, jiġifieri qabel is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Aéroports de Paris (30) fl-24 ta' Ottubru 2002. Skont il-Ġermanja, is-sentenza fl-ewwel istanza mill-Qorti Ġenerali saret definittiva biss wara li ngħatat is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u biss meta ġie ċċarat li l-ajruporti kienu meqjusa bħala impriżi u għalhekk jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Aktar tard dan l-approċċ kien se jiġi kkonfermat fis-sentenza Leipzig-Halle (31). |
(135) |
Il-Ġermanja qalet ukoll li ma kinux intużaw riżorsi tal-Istat. F'dak ir-rigward, il-Ġermanja elaborat li t-telf assorbit minn Fraport ma kienx ta' piż fuq il-baġit tal-Istat. Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li d-deċiżjonijiet meħuda minn Fraport ma kinux imputabbli lill-Ġermanja peress li l-azzjonisti pubbliċi ma kinux f'pożizzjoni li jeżerċitaw influwenza determinanti. F'dak ir-rigward, il-Ġermanja enfasizzat li f'kull każ individwali jrid jiġi verifikat jekk ir-riżorsi ta' kumpanija kinux effettivament ikkontrollati mill-Istat. Skont il-Ġermanja, il-fatt li l-maġġoranza tal-azzjonisti kienu pubbliċi mhuwiex biżżejjed sabiex wieħed jassumi li l-PLTA tal-2001 jinvolvi riżorsi tal-Istat. |
(136) |
Skont il-Ġermanja, l-azzjonisti ma jistgħux jiddeterminaw l-imġiba tal-bord maniġerjali fil-każ ta' kumpanija Ġermaniża b'ishma konġunti, Aktiengesellschaft, bħal Fraport. Fil-fehma tal-Ġermanja, Fraport hija kumpanija inkorporata indipendenti kkwotata fil-Borża u l-korpi reġjonali pubbliċi ma jeżerċitawx kontroll kontinwu fuq il-fondi tagħha. Il-Ġermanja spjegat li skont is-Sezzjoni 76 tal-Aktiengesetz (l-att Ġermaniż dwar korporazzjonijiet b'ishma konġunti, “AktG”), il-bord maniġerjali għandu poteri deċiżjonali estensivi indipendentement mill-azzjonisti. Il-Ġermanja argumentat li fil-kawżi Stadtwerke Brixen AG (32) u Carbotermo (33) il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà rrikonoxxiet in-natura tal-kumpanija Ġermaniża kkwotata u l-indipendenza konsiderevoli li l-bord maniġerjali tagħha jgawdi vis-a-vis l-azzjonisti tagħha. F'dak ir-rigward, l-awtoritajiet pubbliċi ma setgħux jikkontrollaw in-negozju ta' kuljum ta' Fraport. |
(137) |
F'dak ir-rigward, il-Ġermanja spjegat li Fraport ma kienet bl-ebda mod inkorporata fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, li Fraport ma kinitx responsabbli quddiem il-Ġermanja għall-azzjonijiet tagħha u bl-ebda mod ma kienet subordinata għall-amministrazzjoni pubblika. Minkejja li l-Ġermanja rrikonoxxiet li l-azzjonisti pubbliċi kienu involuti fit-teħid tad-deċiżjoni waqt il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti li matulha kien ġie deċiż il-PLTA tal-2001, il-Ġermanja argumentat li dan ma jfissirx li l-azzjonisti pubbliċi kienu għamlu xi ħaġa aktar milli jeżerċitaw id-drittijiet u l-obbligi leġittimi tagħhom bħala azzjonisti. |
(138) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ddikjarat li l-PLTA tal-2001 ma ta l-ebda vantaġġ lill-FFHG. Irreferiet għall-MEOT li sar minn PwC f'dak ir-rigward, li qies li kwalunkwe investitur f'ekonomija tas-suq kien jikkonkludi wkoll dak il-ftehim. Barra minn hekk, il-Ġermanja qalet li r-riskji u l-benefiċċji tal-PLTA tal-2001 kienu ġew distribwiti b'mod ugwali u li anke mil-lat tal-liġi tat-taxxa dan kien jagħmel sens. B'mod ġenerali, il-Ġermanja pinġiet il-PLTA tal-2001 bħala miżura perfettament normali fi grupp korporattiv għall-applikazzjoni ta' politika strutturali globali jew settorjali. |
5.2.2. MIŻURA 2: ŻIEDA FIL-KAPITAL TAL-2001
(139) |
Il-Ġermanja spjegat li ż-żieda fil-kapital tal-2001 kienet meħtieġa peress li finanzjament estern tal-investimenti fl-infrastruttura tagħha kien ikun wisq ta' pressjoni fuq ir-riżultati annwali tal-FFHG fuq terminu qasir. |
(140) |
Il-Ġermanja qalet li fl-14 ta' Diċembru 2001 il-bord superviżorju tal-FFHG kien iddeċieda dwar iż-żieda fil-kapital tal-2001 u fid-9 ta' Jannar 2002 dan wassal għal tibdil fl-istatut ta' assoċjazzjoni tal-FFHG. Għalhekk, il-Ġermanja kkontestat li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat huma applikabbli għal dik il-miżura u hawnhekk semmiet ukoll ir-raġunament tagħha dwar il-PLTA tal-2001 (ara l-premessa (134)). |
(141) |
Il-Ġermanja argumentat ukoll li l-fondi investiti minn Fraport (EUR 19,7 miljun minn EUR 27 miljun) ma kinux riżorsi tal-Istat peress li l-Istat ma kellu l-ebda kontroll fuq Fraport. F'dak ir-rigward il-Ġermanja rreferiet għall-argumentazzjoni tagħha dwar ir-riżorsi tal-Istat fir-rigward tal-PLTA tal-2001 (ara l-premessa 136). Barra minn hekk, il-Ġermanja qalet li anke ż-żieda fil-kapital tista' ma tkunx imputabbli lill-Ġermanja u rreferiet għall-ispjegazzjonijiet tagħha dwar l-imputabbiltà fir-rigward tal-PLTA tal-2001 (ara l-premessa 134). Il-Ġermanja żiedet li l-approvazzjoni taż-żieda fil-kapital tal-2001 min-naħa tal-azzjonisti tal-FFHG ma tistax tkun fattur determinanti għall-imputabbiltà tagħha lill-Istat. Skont il-Ġermanja, għandhom ikunu imputabbli l-azzjonijiet tal-impriża li tkun tat l-għajnuna possibbli, mhux dawk tal-impriża li tkun ibbenefikat mill-għajnuna. Peress li l-FFHG kienet l-impriża li bbenefikat mill-għajnuna, l-approvazzjoni tagħha taż-żieda fil-kapital ma tagħmilx l-għoti ta' għajnuna imputabbli lill-Ġermanja. Skont il-Ġermanja, lanqas l-approvazzjoni tal-bord superviżorju ta' Fraport ma tista' tittieħed bħala indikazzjoni ta' imputabbiltà peress li f'dak iż-żmien il-bord superviżorju kien diġà kostitwit minn parità bejn ir-rappreżentanti tal-impjegati u tal-azzjonisti bi dritt ta' kodeterminazzjoni, jiġifieri kien hemm 10 rappreżentanti tal-impjegati u 10 rappreżentanti tal-azzjonisti. |
(142) |
Il-Ġermanja argumentat ukoll li ż-żieda fil-kapital tal-2001 ma kienet tat l-ebda vantaġġ lill-FFHG. Fraport kif ukoll Land Rhineland-Palatinate kienu aġixxew bl-istess mod li kien jaġixxi kwalunkwe investitur f'ekonomija tas-suq f'din il-kwistjoni. |
(143) |
Il-Ġermanja ma qablitx mad-dubji mqajma mill-Kummissjoni dwar l-MEOT fir-rigward tad-deċiżjoni ta' Fraport dwar iż-żieda fil-kapital tal-2001. Il-Ġermanja ppreżentat id-dokumenti interni kollha addizzjonalment mitluba lill-Kummissjoni. Skont il-Ġermanja, id-deċiżjoni li ttieħdet minn Fraport fl-2001 għal żieda fil-kapital kienet barra minn hekk ibbażata fuq valutazzjoni tal-miżura mill-BCG u fuq żewġ studji ġenerali ordnati minn Fraport dwar l-iżvilupp tat-traffiku tal-ajru. Il-Ġermanja enfasizzat li mill-valutazzjoni tal-BCG, Fraport kienet żiedet il-kapital u qalet li fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kinitx possibbli tintlaħaq profittabbiltà mingħajr miżuri infrastrutturali u ta' kostruzzjoni addizzjonali. L-MEOT kien qies dawk id-dokumenti kollha. |
(144) |
Wara d-dubji mqajma mill-Kummissjoni fir-rigward tal-MEOT li sar minn PwC, il-Ġermanja ppreżentat it-tieni valutazzjoni supplimentari minn PwC biex tikkumplimenta u tirfina l-ewwel MEOT. Dik il-valutazzjoni raffinata tasal għall-istess konklużjoni tal-ewwel waħda, jiġifieri li l-MEOT huwa ssodisfat. Il-Ġermanja ċaħdet id-dubji tal-Kummissjoni li PwC ma kinitx ivvalutat id-diżimpenn ta' Fraport u li għalhekk, mingħajr għarfien dwar il-kost tad-diżimpenn, ma kienx ikun possibbli li jiġi verifikat jekk Fraport kinitx aġixxiet bħala investitur f'ekonomija tas-suq. Il-Ġermanja argumentat li l-kost tad-diżimpenn ma għamilx differenza fil-valutazzjoni. Barra minn hekk, il-Ġermanja indikat li Fraport kienet ikkunsidrat id-diżimpenn, iżda dan ma kienx ikun possibbli matul il-5 snin ta' wara minħabba l-PLTA tal-2001. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-PwC uriet li fl-aħħar mill-aħħar l-investiment kien se jkollu riżultati pożittivi għal Fraport. |
(145) |
Wara d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 il-Ġermanja ppreżentat ukoll MEOT anke dan fir-rigward tal-imġiba ta' Land Rhineland-Palatinate u d-deċiżjoni tagħha li tikkontribwixxi għaż-żieda fil-kapital tal-FFHG b'EUR 7,3 miljun. Skont il-valutazzjoni, li saret ukoll minn PwC, Land Rhineland-Palatinate kienet aġixxiet bħala operatur f'ekonomija tas-suq peress li l-miżuri ta' investiment deċiżi fl-2001 kienu meħtieġa u għalhekk iż-żieda fil-kapital kienet kummerċjalment difendibbli. |
5.2.3. MIŻURA 3: ŻIEDA FIL-KAPITAL TAL-2004
(146) |
Il-Ġermanja argumentat li anke wara s-sentenza Aéroports de Paris ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma jkunux applikabbli għaż-żieda fil-kapital tal-2004. Skont il-Ġermanja, dak iż-żmien kienu fis-seħħ il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-1994 u li taħt dawk il-Linji Gwida miżuri infrastrutturali fl-ajruporti ma kinux rilevanti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(147) |
Il-Ġermanja argumentat li, b'kuntrast mad-deskrizzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008, iż-żieda fil-kapital tal-2004 kienet ġiet maqbula fit-30 ta' Marzu 2005 u kienet ġiet irreġistrata fir-reġistru kummerċjali fid-19 ta' Mejju 2005. Barra minn hekk, il-ftehim bażiku dwar din iż-żieda fil-kapital imur lura għal ftehim li sar fl-2002. Il-Ġermanja spjegat li dan il-ftehim ippreveda t-twaqqif ta' sistema ajruportwali bejn l-ajruport ta' Frankfurt-Main u l-ajruport ta' Frankfurt Hahn skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 (34). Skont il-Ġermanja, il-valutazzjoni taż-żieda fil-kapital tal-2004 trid tiġi vvalutata f'dan il-kuntest. |
(148) |
Il-Ġermanja rrilevat li skont l-MEOT ippreżentat minn PwC, appoġġat b'valutazzjonijiet supplimentari li saru wara d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008, fir-rigward taż-żieda fil-kapital tal-2004 Fraport, Land Rhineland-Palatinate u Land Hesse kienu kollha aġixxew bħala investituri f'ekonomija tas-suq. Dwar l-argumentazzjoni favur Fraport, il-Ġermanja rreferiet għall-argumenti tagħha magħmula fir-rigward taż-żieda fil-kapital tal-2001 (ara l-premessa 140 u dawk segwenti). Skont il-Ġermanja, fl-ewwel MEOT kif ukoll f'dak supplimentari, PwC ikkonkludiet li dak iż-żmien iż-żieda fil-kapital tal-2004, kif ukoll il-konklużjoni ta' PLTA ġdid kellhom jitqiesu bħala vantaġġużi għall-Fraport, kemm b'mod kwalitattiv kif ukoll b'mod kwantitattiv. Skont il-Ġermanja dan kien ġustifikat mis-sejba ta' PwC li r-Redditu ta' Fraport fuq il-kapital investit (minn hawn 'il quddiem: “ROIC”) meta investiet fl-FFHG kien ogħla minn redditu alternattiv ta' investiment kapitali ekwivalenti. |
(149) |
Fir-rigward ta' Land Rhineland-Palatinate, il-Ġermanja rreferiet għall-konklużjoni ta' PwC li anke l-Land kienet aġixxiet bħala investitur f'ekonomija tas-suq minħabba li r-ROIC għal-Land kien, b'mod simili għal Fraport, ogħla minn investiment komparabbli alternattiv. |
(150) |
Fir-rigward tal-imġiba ta' Land Hesse, il-Ġermanja argumentat li f'għajnejn il-Land Hesse l-possibiltajiet ristretti ta' tkabbir għall-ajruport ta' Frankfurt Main li inter alia kienu riżultat tar-restrizzjoni fuq titjiriet billejl wasslu sabiex l-iżvilupp ulterjuri tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn ikun neċessarju. Inkella l-ajruport ta' Frankfurt Main kien jiffaċċja konsegwenzi ekonomiċi gravi. Il-Ġermanja enfasizzat li dan l-iżvilupp kien meħtieġ sabiex jiġu sfruttati b'mod komprensiv l-opportunitajiet eżistenti ta' tkabbir fil-qafas tal-permess ta' titjir għal 24 siegħa għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn flimkien mal-introduzzjoni prevista tas-sistema ajruportwali tal-ajruport ta' Frankfurt Main — l-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Għalhekk, skont il-Ġermanja, l-involviment ta' Land Hesse fiż-żieda fil-kapital kien inevitabbli. |
5.2.4. MIŻURA 4: PLTA TAL-2004
(151) |
Il-Ġermanja qalet li l-PLTA tal-2004 jista' jitqies biss fid-dawl taż-żieda fil-kapital u l-bidliet fl-istruttura tal-azzjonisti fl-2004, speċjalment peress li l-Land Rhineland-Palatinate u l-Land Hesse kienu ssoġġettaw ir-ridistribuzzjoni tal-ishma tal-FFHG għall-konklużjoni tal-PLTA tal-2004 bejn Fraport u FFHG sal-2014. |
(152) |
Il-Ġermanja rreferiet għall-argumenti tagħha magħmula fir-rigward taż-żieda fil-kapital tal-2004 u argumentat li anke r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma kinux applikabbli għall-PLTA tal-2004 (ara l-premessa 146 u dawk segwenti). |
(153) |
Dwar l-involviment ta' riżorsi tal-Istat, il-Ġermanja rreferiet għall-ispjegazzjonijiet tagħha għall-PLTA tal-2001 (ara l-premessa 134 u dawk segwenti). Għalhekk, skont il-Ġermanja r-riżorsi ta' Fraport ma kinux riżorsi tal-Istat peress li Fraport ma kinitx soġġetta għal kontroll mill-Istat. |
(154) |
Il-Ġermanja argumentat ukoll li l-approvazzjoni tad-deċiżjoni tal-PLTA tal-2004 kienet teħtieġ maġġoranza ta' 75 %, filwaqt li l-azzjonisti pubbliċi kellhom biss madwar 70 % tal-ishma u għalhekk fil-fatt ma setgħux jikkontrollaw id-deċiżjonijiet ta' Fraport. Barra minn hekk, it-30 % tal-ishma ta' Fraport li fadal kienu ishma mxerrda. Il-vot ittieħed b'99,992 % vot pożittiv, u b'hekk anke l-investituri f'ekonomija tas-suq kienu vvotaw għall-PLTA tal-2004. |
(155) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku, għal darb'oħra l-Ġermanja rreferiet għall-ispjegazzjonijiet għall-PLTA tal-2001 (ara l-premessa 137), skont liema d-distribuzzjoni ta' profitti u ta' telf hija miżura assolutament normali fi ħdan grupp tal-kumpaniji. Barra minn hekk, skont PwC, kwalunkwe investitur f'ekonomija tas-suq kien jieħu l-istess deċiżjoni li jikkonkludi l-PLTA tal-2004 peress li f'dak il-mument kien mistenni li mis-sena 2008/2009 'il quddiem jibda jsir profitt. Il-Ġermanja rrilevat ukoll li abbażi tad-dubji espressi mill-Kummissjoni, fil-valutazzjoni supplimentari PwC reġgħet ittestjat dawk il-miżuri skont kalkoli kwalitattivi u waslet għall-istess konklużjoni. |
(156) |
Il-Ġermanja sostniet ukoll li ż-żieda fil-kapital tal-2004 kienet tiddependi fuq il-PLTA tal-2004 u, minħabba l-aspettattiva ta' żvilupp pożittiv mis-2008/2009 'il quddiem, kien fl-interess ta' Fraport li tikkonkludi l-PLTA tal-2004 għal mill-inqas 5 snin. Barra minn hekk, il-Ġermanja spjegat li Fraport kienet se titħalla tieħu l-profitti kollha tal-FFHG għall-anqas sal-31 ta' Diċembru 2024 filwaqt li, fix-xenarju oppost, setgħet tikkanċella l-ftehim sal-31 ta' Diċembru 2010. Għalhekk, il-Ġermanja rrilevat li Fraport kienet se tkun tista' tibbenefika 100 % mill-ftehim u tmexxi n-negozju ta' kuljum tal-FFHG, filwaqt li żżomm 65 % biss tal-ishma tagħha. Il-Ġermanja kienet anke tal-fehma li l-MEOT huwa sostnut mill-fatt li anke l-investituri privati, li dak iż-żmien kienu jikkostitwixxu 30 % tal-azzjonisti ta' Fraport, kienu approvaw id-deċiżjoni. |
5.2.5. MIŻURA 5: KUMPENS LILL-FFHG GĦALL-KONTROLLI TAS-SIGURTÀ
(157) |
F'dan ir-rigward, il-Ġermanja ddikjarat li ma kien hemm l-ebda riżorsi tal-Istat involuti fil-miżura. Il-Ġermanja rreferiet għas-sentenza Preussen-Elektra (35) tal-Qorti tal-Ġustizzja u qalet li jista' jkun hemm għajnuna mill-Istat biss fejn il-pagamenti jkunu qegħdin isiru minn korp pubbliku jew privat innominat jew imwaqqaf mill-Istat. Il-Ġermanja spjegat ukoll li fil-każ tat-tariffi għall-kontrolli tas-sigurtà, dawk kienu tħallsu mil-linji tal-ajru lil Land Rhineland-Palatinate u l-Land kienet tibgħathom lill-FFHG biss bħala kumpens għall-kontrolli tas-sigurtà li l-FFHG kienet twettaq f'isem il-Land. Għalhekk, skont il-Ġermanja, f'dan is-sens, it-tariffi qatt ma saru parti mill-fondi tal-Land. |
(158) |
Il-Ġermanja spjegat li skont is-sezzjoni 5 tal-Luftsicherheitsgesetz (il-Liġi dwar is-Sigurtà fl-Ajru), l-Istat jikkontrolla l-passiġġieri u l-bagalji tagħhom sabiex tiġi protetta s-sigurtà tat-traffiku tal-ajru kontra attakki terroristiċi. Il-Ġermanja ddikjarat ukoll li għal din l-attività l-awtoritajiet iżommu tariffi għal kull passiġġier lil-linji tal-ajru. Il-Ġermanja qalet li l-livell tat-tariffa tas-sigurtà jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi individwali tal-ajruport u jvarja minn EUR 2 sa EUR 10 għal kull passiġġier. Fi Frankfurt Hahn, it-tariffa hija ta' EUR 4,35 u għalhekk hija adatta meta mqabbla ma' ajruporti oħra. |
(159) |
L-awtoritajiet jistgħu jittrasferixxu wkoll dan il-kompitu tas-sigurtà lil operatur ta' ajruport, li huwa dak li ġara f'dan il-każ fejn il-kontrolli tas-sigurtà qegħdin jitwettqu mill-FFHG li min-naħa tagħha qabbdet kumpanija esterna tas-sigurtà. |
(160) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ddikjarat li l-kontrolli tas-sigurtà jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-mandat tal-ordni pubbliku u ma jikkostitwux attività ekonomika. |
(161) |
F'dan ir-rigward il-Ġermanja tikkondividi l-opinjoni tal-Kummissjoni, li ma għandux ikun hemm kumpens żejjed għas-servizzi mwettqa mill-FFHG. Madankollu, il-Ġermanja enfasizzat li l-FFHG ma kinitx ingħatat kumpens żejjed peress li trid iġġarrab l-ispejjeż kollha għall-kontrolli tas-sigurtà. |
5.2.6. MIŻURA 6: GĦOTJIET DIRETTI MIL-LAND RHINELAND-PALATINATE
(162) |
Il-Ġermanja ċċarat li bejn l-2001 u l-2004 Land Rhineland-Palatinate għamlet il-pagamenti segwenti lill-FFHG. L-ewwel nett, Land Rhineland-Palatinate appoġġjat lill-FFHG f'xi investimenti infrastrutturali tagħha u fl-2001 tat EUR […] lill-FFHG għal dan l-għan. Skont il-Ġermanja, dawk l-għotjiet kienu bbażati fuq deċiżjonijiet li kienu diġà ttieħdu fl-1999 u fl-2000. Il-Ġermanja argumentat li meta kienu ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma kinux japplikaw għall-ajruporti bħala impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(163) |
It-tieni nett, il-Ġermanja qalet li Land Rhineland-Palatinate kienet parzjalment assumiet il-finanzjament tal-ispejjeż tal-persunal għall-kontrolli tas-sigurtà għas-snin 2001 (60 % tal-ispejjeż totali), 2002 (50 %), 2003 (40 %) u 2004 (30 %). |
(164) |
It-tielet nett, il-Ġermanja ammettiet li Land Rhineland-Palatinate kienet kofinanzjat żewġ studji xjentifiċi li kienu ġew ordnati mill-FFHG, iżda li skont il-Ġermanja, kienu prinċipalment fl-interess pubbliku ġenerali. Il-Ġermanja qalet li Land Rhineland-Palatinate kienet issussidjat 90 % tal-ispejjeż totali tal-ewwel studju dwar l-effetti ekonomiċi reġjonali tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, u 70 % tal-ispejjeż totali tat-tieni studju dwar il-potenzjal tal-iżvilupp tan-negozju tat-trasportaturi tal-merkanzija. Il-Ġermanja argumentat li Land Rhineland-Palatinate kienet tat dawk is-sussidji sempliċiment minħabba l-interess tagħha fl-istudji u setgħet tordna l-istudji hija stess. Il-Ġermanja ma tarax kif l-FFHG kienet ġiet ivvantaġġjata permezz dan il-finanzjament parzjali peress li l-istudji huma fl-interess ġenerali pubbliku, u lanqas kif dan il-finanzjament jista' jfixkel il-kompetizzjoni. Sa fejn dawk l-istudji kienu ta' interess għall-FFHG, l-FFHG kienet anke kkontribwiet għalihom finanzjarjament. |
5.3. GĦAJNUNA MILL-ISTAT POSSIBBLI MOGĦTIJA MILL-FFHG LIL RYANAIR U LIL-LINJI L-OĦRA KOLLHA TAL-AJRU LI JITTRASPORTAW IL-PASSIĠĠIERI
5.3.1. MIŻURA 7: FTEHIM MA' RYANAIR TAL-1999
(165) |
Fir-rigward tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999, il-Ġermanja ġeneralment irrimarkat li mill-bidu nett l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien bena biss infrastruttura bażika ħafna sabiex dan l-ajruport seta' jkun sieħeb kosteffiċjenti u innovattiv għal-linji tal-ajru bi prezzijiet irħas. Skont il-Ġermanja, anke f'ajruporti Ewropej oħra l-hekk imsejħa “klijenti ankra” huma fatturi naturali li jwasslu għall-iżvilupp inizjali tal-ajruport. Għal Frankfurt Hahn, il-klijent ankra, jiġifieri l-klijent li permezz tiegħu seta' jistabbilixxi lilu nnifsu fis-suq, kien Ryanair. |
(166) |
Il-Ġermanja argumentat li meta kien ġie konkluż l-ewwel ftehim ma' Ryanair, il-kunċett ta' ajruport bi trasportaturi bi prezzijiet irħas kien għadu fil-bidu tiegħu. Għalhekk, permezz ta' dan il-ftehim Ryanair ingħatat inċentiv biex tibda ttir lejn l-ajruport rarament iffrekwentat ta' Frankfurt Hahn. Il-Ġermanja qalet li l-fatt li din il-linja tal-ajru kbira kkommettiet ruħha għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn wassal għall-akkwist ta' aktar ftehimiet ma' linji tal-ajru għall-ajruport (“prinċipju ta' segwitu”). Fl-aħħar mill-aħħar, permezz tal-hekk imsejjaħ “effett domino”, dan wassal ukoll għal żieda fil-profitti għas-settur mhux tal-avjazzjoni. |
(167) |
Il-Ġermanja argumentat li, minħabba dawn id-dinamiċi, linji tal-ajru bħal Ryanair kellhom setgħa kbira ta' negozjar, peress li dak iż-żmien kien hemm ħafna ajruporti reġjonali żgħar oħra li ppruvaw jikkonkludu ftehim ma' Ryanair. |
(168) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja qalet li ma kienu ngħataw l-ebda riżorsi tal-Istat permezz tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999. Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li r-relazzjoni kuntrattwali bejn l-operatur tal-ajruport u l-linja tal-ajru ma kinitx qiegħda tagħti vantaġġ lil-linja tal-ajru. Skont il-Ġermanja, ir-responsabbiltà għall-konklużjoni ta' dan il-ftehim għandha tiġi attribwita esklussivament lill-bord maniġerjali peress li l-konklużjoni tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 kien jirrappreżenta negozju ta' kuljum u l-bord superviżorju ma kien ħa l-ebda deċiżjoni f'dan ir-rigward. Fil-fehma tal-Ġermanja, il-Kummissjoni ma tistax tqis il-konklużjoni tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 bħala imputabbli lill-Ġermanja minħabba li l-bord superviżorju ma kien għamel xejn biex iwaqqfu. Skont il-Ġermanja, azzjonijiet bħal dawn ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-bord superviżorju. Barra minn hekk, il-kriterji msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fi Stardust Marine jiġu invalidati ad absurdum jekk il-fatt li korp superviżorju ta' kumpanija pubblika ma jkunx aġixxa jkun biżżejjed għall-konklużjoni dwar l-imputabbiltà tal-miżura lill-Istat. Għalhekk, skont il-Ġermanja l-ftehim ma kien bl-ebda mod imputabbli lill-Istat. |
(169) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li l-ftehim ma' Ryanair tal-1999 ma kien ta l-ebda vantaġġ lil Ryanair peress li kwalunkwe investitur f'ekonomija tas-suq kien jikkonkludi wkoll dan il-ftehim. Il-Ġermanja speċjalment enfasizzat li kuntrarju għall-argument tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tal-2008, dan il-ftehim ma kkaġuna ebda telf, iżda pproduċa ammont enormi ta' dħul li qabeż bil-bosta l-ispejjeż imġarrba. |
(170) |
F'dan ir-rigward, il-Ġermanja enfasizzat li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn uża l-approċċ ta' ħlas wieħed “single-till”, skont liema d-dħul mill-avjazzjoni u mill-attivitajiet mhux relatati mal-avjazzjoni jinġabar flimkien (“single-till”). Għalhekk, skont il-Ġermanja jrid jitqies id-dħul minn servizzi ajrunawtiċi u mhux ajrunawtiċi ġġenerat mil-linji tal-ajru u mill-passiġġieri tagħha fl-ajruport. Kif qalet qabel il-Ġermanja, PwC ikkonkludiet li investitur f'ekonomija tas-suq bi strateġija fit-tul kien jiffirma l-ftehim ma' Ryanair tal-1999, b'mod partikolari jekk wieħed iqis is-sitwazzjoni tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn fl-1999. Skont il-Ġermanja, dak iż-żmien l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien qiegħed jiffaċċja spejjeż fissi għoljin għall-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ajru u tal-art, filwaqt li l-użu tal-kapaċità tal-ajruport kien baxx. Għalhekk, skont il-Ġermanja, il-possibbiltà li jiġi ġġenerat volum addizzjonali ta' passiġġieri kienet opportunità biex jiġi limitat it-telf u jiġu akkwistati klijenti b'potenzjal għal tkabbir. |
(171) |
Il-Ġermanja hija tal-fehma li l-ispejjeż li kienu ġew deċiżi qabel il-konklużjoni tal-ftehim, bħall-ispejjeż għall-infrastruttura ġenerali tal-ajruport u l-amministrazzjoni ġenerali tal-ajruport (fi kliem ieħor spejjeż li nqalgħu irrispettivament mill-ftehim ma' Ryanair tal-1999), ma għandhomx jiġu inklużi fl-analiżi tal-profittabbiltà tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999, u PwC tappoġġa l-opinjoni tal-Ġermanja. Il-Ġermanja argumentat speċjalment li kien ikun possibbli biss għal ajruport b'netwerk eżistenti ta' klijenti li jġiegħel lill-klijenti tiegħu jħallsu parzjalment l-ispejjeż tal-miżuri infrastrutturali u li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kienx f'din il-pożizzjoni. |
(172) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li jekk wieħed kellu jqis l-ispejjeż attwali għall-bini tat-terminal il-ġdid, tal-anqas seta' jitqies il-volum ta' passiġġieri previst li kien se jiġi ġġenerat minn Ryanair. Il-Ġermanja kienet tal-fehma li imbagħad perjodu ta' deprezzament ta' 25 sena jkun xieraq, li jfisser deprezzament ta' EUR […] fis-sena. Anke fil-każ ta' perjodu ta' deprezzament ta' 15-il sena, kif ġie ssuġġerit mill-Kummissjoni, il-Ġermanja argumentat li dan ikun ifisser deprezzament ta' EUR […] fis-sena, sabiex l-analiżi globali tal-punt ta' ekwilibriju xorta tibqa' pożittiva. Għalhekk, jekk wieħed iqis iż-żmien għall-bidu tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, il-Ġermanja kienet tal-fehma li dan kien ikun biżżejjed biex investitur f'ekonomija tas-suq jikkonkludi l-ftehim. |
5.3.2. MIŻURA 8: L-ISKEDA TAL-IMPOSTI AJRUPORTWALI TAL-2001
(173) |
Skont il-Ġermanja l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 ma tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat. Il-Ġermanja argumentat li ma kien hemm l-ebda għoti ta' riżorsi tal-Istat u f'dan ir-rigward tirreferi għall-ispjegazzjonijiet tagħha dwar il-ftehim ma' Ryanair tal-1999 (ara s-sezzjoni 5.3.1 u speċjalment il-premessa 167). Il-Ġermanja qalet li l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 kienet iġġenerat dħul għall-FFHG u ma kienx neċessarju jew possibbli li l-iskeda tal-imposti ajruportwali twassal għall-kopertura tal-ispejjeż kollha mġarrba mill-FFHG. Skont il-Ġermanja, biex jinkiseb tali riżultat, id-dħul mis-settur mhux tal-avjazzjoni jrid jitqies ukoll taħt l-approċċ ta' ħlas wieħed (ara l-premessa 169). |
(174) |
Il-Ġermanja argumentat ukoll li l-miżura kienet imputabbli lill-Istat minħabba li d-dipartiment tat-Trasport ta' Rhineland-Palatinate kien approva l-imposti ajruportwali. Din l-approvazzjoni ma kinitx tfisser xi dipendenza ekonomika jew politika, iżda kienet sempliċiment formalità regolatorja mitluba skont il-liġi Ġermaniża li kull ajruport, kemm jekk proprjetà pubblika jew le, għandu jissodisfa skont il-liġi. Ir-raġuni għal din il-liġi hija sabiex il-linji tal-ajru jkunu protetti minn kwalunkwe abbuż possibbli tas-setgħa monopolistika tal-ajruport li jistabbilixxi prezzijiet għall-użu tiegħu. |
(175) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kien ingħata l-ebda vantaġġ permezz tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001. Qablet mal-Kummissjoni li r-riżultati tat-test tal-investitur f'suq privat għall-ftehim ma' Ryanair tal-2002, li kien ibbażat fuq l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 u li jintroduċi appoġġ addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni, jistgħu jservu bħala punt ta' referenza. Fuq din il-bażi, peress li l-MEOT huwa pożittiv għall-ftehim ma' Ryanair tal-2002, il-Ġermanja argumentat li l-ebda riżultat ieħor ma jista' japplika għall-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001. Dwar id-dubji mqajma mill-Kummissjoni fir-rigward tal-MEOT, il-Ġermanja rreferiet għall-argumentazzjoni tagħha magħmula fir-rigward tal-MEOT għall-ftehim ma' Ryanair tal-2002 (ara l-premessa 178 u dawk segwenti). |
(176) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja espressament ma qablitx mal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni li saret fir-rigward tas-selettività tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001. Il-Ġermanja argumentat li l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 kienet ta' natura ġenerali u kienet tapplika għal-linji tal-ajru kollha li jużaw l-ajruport, u li għalhekk ma setgħetx tkun selettiva jew speċifika. Skont il-Ġermanja, l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 ma kienet tinkludi l-ebda differenzjazzjoni li kienet tagħti vantaġġ lil linja tal-ajru waħda fuq l-oħra u lanqas ma kien fiha xi tip ta' sistema ta' ribass. Għalhekk, il-Ġermanja kienet tal-fehma li l-ebda linja tal-ajru ma kienet ingħatat vantaġġ selettiv. |
(177) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001, il-Ġermanja argumentat li din l-iskeda kienet f'konformità mal-imġiba konformi mas-suq u bħala tali ma tistax tfixkel il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti jew il-kompetizzjoni fis-suq intern. |
5.3.3. MIŻURA 9: FTEHIM MA' RYANAIR TAL-2002
(178) |
F'kuntrast mad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008, il-Ġermanja qieset li l-ftehim ma' Ryanair tal-2002 ma kienx iġġenera telf, iżda minflok ipprovda sors ta' dħul għall-FFHG. Dwar il-kwistjoni tal-imputabbiltà tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002 u l-użu ta' riżorsi tal-Istat, il-Ġermanja rreferiet għall-ispjegazzjonijiet tagħha dwar il-ftehim ma' Ryanair tal-1999 (ara l-premessa 167 u dawk segwenti). Barra minn hekk, il-Ġermanja żiedet li fl-2002, fiż-żmien li ġie konkluż il-ftehim, l-ishma tal-FFHG kienu diġà primarjament miżmuma minn Fraport, li r-riżorsi tagħha mhumiex riżorsi tal-Istat u li l-azzjonijiet tagħha mhumiex imputabbli lill-Istat, kif il-Ġermanja diġà indikat fir-rigward tal-PLTA tal-2001 (ara l-premessa 134 u dawk segwenti). |
(179) |
Skont il-Ġermanja, il-bord superviżorju tal-FFHG, li kien approva l-konklużjoni tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002, ma kienx dominat mill-Istat. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja sostniet li l-preżentazzjoni tal-membri tal-bord superviżorju tal-FFHG fil-premessa 18 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 kienet żbaljata. Il-Ġermanja qalet li skont l-istatut ta' assoċjazzjoni tal-FFHG, Fraport kellha sitt rappreżentanti u Land Rhineland-Palatinate kellha tmienja, li tlieta minnhom kienu rappreżentanti ta' awtoritajiet lokali. Skont il-Ġermanja, madankollu l-membri kellhom numru differenti ta' voti u l-maġġoranza tal-voti kienet dejjem favur il-kumpanija privata Fraport. Dan kien dovut għall-fatt li r-rappreżentanti ta' Fraport kellhom 12-il vot kull wieħed, filwaqt li r-rappreżentanti tal-Land kellhom sempliċiment 5 voti kull wieħed u anke dawk tal-awtoritajiet lokali kellhom vot wieħed biss. Għalhekk, skont il-Ġermanja, Fraport kellha 72 vot filwaqt li r-rappreżentanti tal-Land u tal-awtoritajiet lokali kellhom 28 vot biss. Peress li l-bord superviżorju jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi, il-Ġermanja kienet tal-fehma li ma kienx ikun possibbli li l-ftehim ma' Ryanair tal-2002 jiġi konkluż mingħajr il-voti ta' Fraport u għalhekk il-konklużjoni tal-ftehim mhijiex imputabbli lill-Istat. |
(180) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ċaħdet id-dubji tal-Kummissjoni dwar l-għoti ta' vantaġġ u l-MEOT ippreżentat minn PwC dwar din il-kwistjoni. Il-Ġermanja argumentat li ċ-ċifra ta' […] passiġġier għal kull titjira ma kinitx sopravvalutata peress li anke fl-2002 […] % tat-titjiriet tar-Ryanair kienu qed isiru minn Boeing 737-800 u r-rata medja ta' utilizzazzjoni għal dawk it-titjiriet kienet ta' […] %, li jfisser li l-għadd ta' passiġġieri għal kull ajruplan kien fil-fatt fil-medja ta' […] għal kull titjira tar-Ryanair. Għalhekk, il-Ġermanja kienet tal-fehma li l-istima tal-għadd ta' passiġġieri ta' […] kienet raġonevoli u mhux għolja żżejjed, speċjalment peress li l-FFHG kienet ħadet inkonsiderazzjoni li l-bidla minn Boeing 737-200 għal Boeing 737-800 min-naħa ta' Ryanair kienet se ssir fil-futur qrib. |
(181) |
Dwar id-dubji mqajma mill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispejjeż għall-infrastruttura ġenerali tal-ajruport u għall-amministrazzjoni ġenerali tal-ajruport, il-Ġermanja rreferiet għall-argumentazzjoni tagħha magħmula fir-rigward tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 (ara l-premessa 171 u dawk segwenti). Irreferiet ukoll għad-dikjarazzjonijiet tagħha dwar l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 (ara l-premessa 176) fir-rigward tas-selettività tal-miżura. |
5.3.4. MIŻURA 10: IL-FTEHIM MA' RYANAIR TAL-2005
(182) |
Fir-rigward tal-kwistjoni ta' riżorsi tal-Istati u l-imputabbiltà lill-Istat, il-Ġermanja rreferiet għad-dikjarazzjonijiet tagħha dwar il-ftehimiet ma' Ryanair tal-1999 u tal-2002 (ara l-premessi 167 u dawk segwenti, u l-premessi 178 u dawk segwenti). Barra minn hekk, il-Ġermanja qalet li, fil-mument li ġie konkluż il-ftehim ma' Ryanair tal-2005, il-bord superviżorju tal-FFHG kien kostitwit b'tali mod li l-awtoritajiet pubbliċi ma kinux f'pożizzjoni li jeżerċitaw influwenza determinanti dwar id-deċiżjoni. Dak iż-żmien Fraport kellha 156 vot filwaqt li Land Rhineland-Palatinate u Land Hesse kellhom 42 vot kull wieħed. Għalhekk, il-Ġermanja argumentat li l-Istat ma setax ikollu influwenza determinanti peress li huwa kellu 84 vot biss minn 240. |
(183) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja kienet tal-fehma li dan il-ftehim ma kienx ta vantaġġ lil Ryanair. Il-Ġermanja qalet li f'kuntrast mas-suġġeriment tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008, PwC kienet ingħatat iċ-ċifri rilevanti kollha peress li kieku ma kinitx tkun tista' twettaq dan l-MEOT komprensiv, newtrali u indipendenti. Barra minn hekk il-Ġermanja ċaħdet id-dubji tal-Kummissjoni li l-investimenti kkawżati minn Ryanair ma kinux ġew allokati b'mod xieraq. Il-Ġermanja qalet li fil-valutazzjoni supplimentari tagħha PwC kienet għamlet it-tieni valutazzjoni fejn spjegat li biċċa l-kbira tal-ispejjeż kienu relatati ma' investimenti ta' natura ġenerali li l-ajruport kien għamel b'mod indipendenti mis-servizzi pprovduti lil Ryanair. Skont il-Ġermanja, sa fejn l-ispejjeż kienu kkawżati mill-immaniġġjar ta' passiġġieri ta' Ryanair dawn ġew allokati lil Ryanair. |
(184) |
Il-Ġermanja ċaħdet ukoll id-dubji tal-Kummissjoni dwar l-effettività tas-sistema ta' penali li ġiet introdotta fil-ftehim ma' Ryanair tal-2005. Il-Ġermanja qalet li din is-sistema ta' penali tirrifletti imġiba konformi mas-suq. Il-Ġermanja argumentat li sanzjonijiet addizzjonali fuq dawk maqbula kienu jkunu żejda u inadegwati peress li Ryanair ma kellha l-ebda dritt esklussiv li tuża l-ajruport u kienet qiegħda wkoll tassumi riskju. |
(185) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja qalet li l-ftehim ma kienx miżura selettiva peress li l-imposti ajruportwali miftehma kienu bbażati fuq l-iskeda ġenerali ta' imposti ajruportwali tal-2006. Il-Ġermanja argumentat ukoll li kwalunkwe telf imġarrab mill-FFHG kienx ġie ġġenerat mill-ftehim ma' Ryanair tal-2005 iżda mill-investimenti meħtieġa għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn, filwaqt li l-investimenti kkawżati minn Ryanair kienu ġew koperti mid-dħul iġġenerat mill-ftehim ma' Ryanair tal-2005. |
5.3.5. MIŻURA 11: L-ISKEDA TAL-IMPOSTI AJRUPORTWALI TAL-2006
(186) |
Fir-rigward tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006, il-Ġermanja argumentat b'mod ġenerali li dawn l-imposti ajruportwali kienu ġew esklussivament żviluppati abbażi ta' kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u b'kunsiderazzjoni tal-mudell kummerċjali tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn bħala ajruport ta' trasportaturi bi prezz baxx, jiġifieri bl-aspettattiva li l-ispejjeż tal-operat jiġu koperti fuq perjodu ta' żmien qasir u fuq perjodu twil jiġi ġġenerat profitt sostenibbli. |
(187) |
Fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' riżorsi tal-Istati u imputabbiltà lill-Istat, il-Ġermanja rreferiet għall-argumentazzjoni tagħha li għamlet fir-rigward tal-ftehimiet ma' Ryanair tal-1999, tal-2002 u tal-2005 (ara l-premessi 167 u dawk segwenti, 178 u dawk segwenti u 182 u dawk segwenti) u fir-rigward tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 (ara l-premessa 173 u dawk segwenti). |
(188) |
Il-Ġermanja argumentat li Ryanair ma kienet ingħatat l-ebda vantaġġ permezz tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006. L-ewwel nett, il-Ġermanja ġġustifikat l-imposti differenti fuq il-passiġġieri li nħolqu sabiex jipprovdu inċentiv lit-trasportaturi bi prezzijiet irħas filwaqt li jiġu koperti l-ispejjeż operattivi tal-ajruport. Il-Ġermanja argumentat li tnaqqis fl-imposti skont il-volum ta' passiġġieri huwa approċċ komuni f'ajruporti nazzjonali u internazzjonali, kif kien diġà ġie aċċettat mill-Qorti tal-Ġustizzja. Meta jingħata dan it-tnaqqis abbażi tal-volum, għandu jkun ġustifikat abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji u skont il-Ġermanja, dan kien il-każ fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Peress li l-limitu għall-akkwist ta' ribassi kien baxx ħafna, jiġifieri ta' 100 000 passiġġier fis-sena, dawn ir-ribassi kienu qiegħdin isostnu wkoll linji tal-ajru iżgħar. |
(189) |
It-tieni nett, il-Ġermanja argumentat li l-ġustifikazzjoni ekonomika għall-imposti ajruportwali kienet tiddependi fuq l-approċċ ta' ħlas wieħed, u rreferiet għad-dikjarazzjonijiet tagħha dwar il-ftehim ma' Ryanair tal-1999 (ara l-premessa 169). Il-Ġermanja ġġustifikat ukoll id-differenzjazzjoni skont it-tul ta' ħin tal-proċess ta' tagħbija u ħatt (minn hawn 'il quddiem: TRT) ta' anqas minn 30 minuta billi spjegat li TRT ta' aktar minn 30 minuta fil-fatt jiswa ħafna aktar flus. Il-Ġermanja ddikjarat ukoll li minkejja li l-imposti ajruportwali ma kinux qed ikopru 100 % tal-ispejjeż, MEO xorta kien jagħżel din l-iskeda ta' imposti peress li l-kopertura tal-ispejjeż ta' infrastruttura bħal ajruport ma tistax tinkiseb fi żmien qasir bħal dan. Madankollu, permezz tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 l-FFHG kienet qiegħda tistenna l-ġenerazzjoni ta' aktar passiġġieri u li sal-2008 tkun intlaħqet kopertura tal-ispiża kollha. Skont il-valutazzjoni magħmula minn PwC għal din l-iskeda ta' imposti ajruportwali, fiż-żmien li ġew introdotti l-imposti ajruportwali, din kienet ekonomikament realistika, kif ġie kkonfermat ukoll mill-valutazzjoni supplimentari ta' PwC. |
(190) |
Fir-rigward tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni mogħti taħt l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006, il-Ġermanja argumentat li fil-fatt dan mhuwiex parti integrali mill-iskeda. Il-Ġermanja argumentat ukoll li kwalunkwe investitur f'ekonomija tas-suq kien jagħmel l-istess appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni disponibbli għal-linji tal-ajru peress li hemm riskji ekonomiċi għoljin marbuta mal-ftuħ ta' rotta ġdida. Dan l-appoġġ jingħata esklussivament għal rotot li jkunu għadhom kif ġew offruti, li jfisser rotot li qatt ma kienu moqdija jew li ma kinux moqdija matul l-24 xahar preċedenti. L-ammont tal-appoġġ huwa bbażat fuq l-għadd ta' passiġġieri li jitilqu servuti f'sena. Abbażi ta' kriterji bħar-rotot temporanji offruti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, il-konnessjonijiet ta' kull ġimgħa u t-tul ta' operazzjoni ta' titjir kontinwu, jiġi żgurat li fil-fatt l-appoġġ qiegħed iwassal għal espansjoni tan-netwerk ta' titjiriet offruti mil-linji tal-ajru. |
(191) |
Il-Ġermanja argumentat li l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni ma jistax jitqies bħala prestazzjoni unilaterali min-naħa tal-ajruport. Skont il-Ġermanja, il-promozzjoni ta' rotot ġodda wasslet għal profitt ogħla għall-ajruport peress li għadd akbar ta' passiġġieri joħloq dħul ogħla minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi. Barra minn hekk, il-Ġermanja spjegat li l-iffissar tal-ammonti tal-appoġġ kien ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet raġonevoli. |
(192) |
Ġermanja ċaħdet ukoll id-dubji tal-Kummissjoni li r-riskju ta' kummerċjalizzazzjoni kien ogħla għal linji tal-ajru li għadhom mhumiex attivi fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Il-Ġermanja argumentat li linji tal-ajru b'għadd kbir ta' passiġġieri li jagħtu servizz lil netwerk attraenti, jeħtieġu spejjeż ogħla ta' kummerċjalizzazzjoni li min-naħa l-oħra jiġġustifika appoġġ ogħla għall-kummerċjalizzazzjoni mill-ajruport, anke minħabba li għadd ogħla ta' passiġġieri jżid il-profitti għall-ajruport. Fi kwalunkwe każ, l-ammont ta' appoġġ ma jkunx ta' aktar minn terz tal-ispejjeż reali ta' kummerċjalizzazzjoni, u dan jelimina kwalunkwe diskriminazzjoni bejn linji tal-ajru li diġà jservu lill-ajruport ta' Frankfurt Hahn u linji tal-ajru oħra. Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li ġeneralment linji tal-ajru akbar ikollhom baġit akbar ta' kummerċjalizzazzjoni, u b'hekk l-appoġġ mogħti fil-fatt se jkun aktar baxx meta mqabbel mal-baġit kollu milli fil-każ ta' linja tal-ajru iżgħar. |
(193) |
Fl-aħħar nett, il-Ġermanja sostniet li l-MEOT li sar minn PwC stabbilixxa li dan l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni kien ingħata b'mod li kien konformi mas-suq. |
(194) |
Fir-rigward tas-selettività tal-miżura u t-tfixkil tal-kompetizzjoni fis-suq intern, il-Ġermanja rreferiet għad-dikjarazzjonijiet tagħha dwar l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 (ara l-premessa 176) u dawk segwenti. |
(195) |
Għalhekk il-Ġermanja argumentat li l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. Il-Ġermanja argumentat li anke kieku l-Kummissjoni kellha tistabbilixxi li l-imposti ajruportwali jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, din l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern. |
5.4. KOMPATIBBILTÀ TAL-MIŻURI MAS-SUQ INTERN
5.4.1. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA GĦALL-INVESTIMENT GĦALL-FINANZJAMENT TAL-INFRASTRUTTURA TA' AJRUPORT
(196) |
Skont il-Ġermanja, kieku kellu jitqies li l-miżuri minn 1 sa 6 kienu jinvolvu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, sakemm l-għan tagħhom kien il-finanzjament ta' infrastrutturi ajruportwali fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, din l-għajnuna tista' titqies kompatibbli abbażi tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u l-Linji Gwida tal-Avjazzjoni 2005. |
5.4.1.1. Kontribut lejn objettiv ta' interess komuni li huwa definit sew
(197) |
Fir-rigward tal-objettiv ta' interess komuni definit sew, il-Ġermanja rrilevat li l-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien dejjem immirat lejn l-objettiv li titjieb l-istruttura ekonomika reġjonali tar-reġjun ekonomikament sottożviluppat u b'popolazzjoni baxxa ta' Hunsrück. |
(198) |
F'dan ir-rigward, il-Ġermanja qalet li, l-ewwel nett, l-għan tal-appoġġ lill-FFHG kien biex tgħin biex tingħeleb l-ekonomija strutturali dgħajfa tar-reġjun ta' Hunsrück. Il-Ġermanja saħqet li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn huwa mdawwar minn għadd ta' żoni li fil-qafas tal-Gemeinschaftsaufgabe “Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur” huma meqjusa bħala reġjuni li jeħtieġu appoġġ (36), kompitu kondiviż bejn il-gvernijiet federali u lokali. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja rrilevat li l-erba' reġjuni madwar l-ajruport, jiġifieri Landkreis Bernkastel-Wittlich, Birkenfeld, Cochem-Zell u Rhein-Hunsrück-Kreis, bħala medja għandhom sempliċiment nofs il-popolazzjoni tal-bqija ta' Land Rhineland-Palatinate. Il-Ġermanja enfasizzat li għal dawk id-distretti li l-ekonomija tagħhom hija ffurmata minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-impjieg huwa l-ankra ewlenija kontra tnaqqis ulterjuri tal-ekonomija reġjonali u l-ajruport ta' Frankfurt Hahn għandu rwol importanti bħala impjegatur u klijent. |
(199) |
It-tieni nett, il-Ġermanja argumentat li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn għandu rwol importanti fl-iżvilupp strateġiku tat-turiżmu lejn (madwar 33 % tal-passiġġieri li jikkorrispondi għal madwar miljun passiġġier fl-2005) u barra mill-pajjiż (madwar 67 % tal-passiġġieri) għal Land Rhineland-Palatinate. Il-Ġermanja ddikjarat li 88 % tal-passiġġieri li jidħlu qegħdin iqattgħu diversi ljieli fir-reġjun. Il-Ġermanja rrilevat li fl-2005 it-turisti li waslu fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn iġġeneraw madwar 5,7 miljun lejl waqt soġġorn. (37) Skont il-Ġermanja l-għadd ta' ljieli kompla jiżdied, b'Land Rhineland-Palatinate tilqa' 8,2 miljun klijent fl-2011 li ġġeneraw 21,5 miljun lejl waqt soġġorn. Il-Ġermanja nnotat li b'mod partikolari, l-għadd ta' klijenti minn pajjiżi Ewropej tal-Lvant u tan-Nofsinhar żdied u li qegħdin jiġu operati għadd kbir ta' titjiriet minn dawk il-pajjiżi lejn Frankfurt-Hahn. Skont il-Ġermanja, dan wassal għall-ħolqien ta' madwar 198 000 impjieg li ġie ġġenerat mit-turiżmu f'Rhineland-Palatinate. Kif spjegat il-Ġermanja, l-effetti katalizzanti tal-introjtu u tal- impjiegi huma speċjalment riżultat tat-turiżmu fir-reġjun, u hawnhekk l-ajruport ta' Frankfurt Hahn għandu rwol importanti bħala l-mezz li permezz tiegħu t-turisti jilħqu r-reġjun ta' Hunsrück, iżda wkoll b'mod aktar ġenerali lil Rhineland-Palatinate. Il-Ġermanja qalet li bejn l-1990 u l-2001 l-għadd ta' turisti żdied b'70 % għar-reġjun ta' Hunsrück u b'35 % għal Rhineland-Palatinate. Skont il-Ġermanja, matul l-istess perjodu, l-għadd ta' turisti ġejjin minn barra l-pajjiż żdied b'163 % fir-reġjun ta' Hunsrück. Peress li 88 % tat-turisti li jiġu minn Frankfurt Hahn jibqgħu tal-anqas lejl wieħed u aktar minn 80 % minnhom jibqgħu saħansitra bejn jumejn u għaxart ijiem, jiġġeneraw benefiċċju totali ta' madwar EUR 133,7 miljun fis-sena. Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li anke t-turiżmu 'l barra mill-pajjiż (67 %) jiġġenera dħul għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn permezz ta' dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi. |
(200) |
It-tielet nett, il-Ġermanja qalet li, meta wieħed iqis l-aspetti kollha tal-attivitajiet tal-ajruport, fl-2012 l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ħoloq 3 063 impjieg fir-reġjun ta' Hunsrück li 74 % minnhom kienu postijiet full-time. Skont il-Ġermanja, 90 % minn dawk l-impjegati jgħixu wkoll f'dan ir-reġjun. Il-Ġermanja argumentat ukoll li permezz tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, qiegħed jiġi evitat ukoll li impjegati żgħażagħ kwalifikati jiċċaqilqu lejn reġjuni oħra u qiegħed jiġi evitat ukoll tnaqqis ekonomiku u soċjali tal-komunitajiet reġjonali u tal-infrastruttura tagħhom. Barra minn hekk, il-Ġermanja enfasizzat li l-preżenza tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma tipproduċix biss l-effetti diretti msemmija għas-suq tax-xogħol, iżda wkoll effetti indiretti sostanzjali permezz ta' għadd dejjem jikber ta' attivitajiet ekonomiċi u turistiċi. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja rreferiet għall-effetti sekondarji pożittivi għar-reġjun, jiġifieri inqas qgħad u aktar kontribwenti, li jgħin biex jiġi żgurat li l-muniċipalitajiet fir-reġjun ikollhom il-mezzi finanzjarji biex isostnu l-ekonomija lokali. B'kollox, dan iġġenera madwar 11 000 impjieg permezz tat-turiżmu lejn il-pajjiż għar-Rhineland-Palatinate kollu. |
(201) |
Il-Ġermanja argumentat li l-finanzjament tal-infrastruttura fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn għen ukoll sabiex jintlaħaq l-għan ta' interess komuni definit sew li tiġi miġġielda l-konġestjoni tat-traffiku fiċ-ċentri ewlenin tal-UE. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li fil-passat il-limiti ta' kapaċità tal-ajruport ta' Frankfurt Main kienu kontinwament jinqabżu. Il-Ġermanja rrilevat li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn, speċjalment fid-dawl tal-liċenzja tiegħu li jista' jopera 24 siegħa kuljum, kien għalhekk qiegħed jissodisfa l-għan li jiġu pprovduti kapaċitajiet addizzjonali sabiex tittaffa l-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main. |
(202) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja rrilevat li l-appoġġ lill-ajruport ta' Frankfurt Hahn jissodisfa wkoll l-objettiv ta' interess komuni biex tiżdied il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja indikat li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn huwa l-uniku ajruport Ġermaniż li joffri titjiriet diretti lejn Kaunas (il-Latvja), Kerry (l-Irlanda), Kos (il-Greċja), Montpellier (Franza), Nador (il-Marokk), Plovdiv (il-Bulgarija), Pula (il-Kroazja), Rodi (il-Greċja), Santiago de Compostela (Spanja) u Volos (il-Greċja). Barra minn hekk, skont il-Ġermanja, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jikkontribwixxi għall-mobbiltà okkupazzjonali taż-żgħażagħ, li jistgħu jilħqu r-reġjun ta' Hunsrück u ta' Rhineland-Palatinate bi prezzijiet baxxi. Bl-istess mod, il-Ġermanja enfasizzat li l-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta' kwalità għolja li joffru edukazzjoni ogħla f'Koblenz, Mainz, Kaiserslautern, Trier, Wiesbaden, Mannheim, Bonn, eċċ, fejn fil-biċċa l-kbira t-tagħlim jingħata mingħajr ħlas, issa huma faċilment aċċessibbli għal studenti minn madwar l-Ewropa kollha. |
(203) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li huwa wkoll ta' interess komuni li Hunsrück u r-reġjuni tal-madwar ta' Rhineland-Palatinate jkunu konnessi ma' reġjuni oħra fil-periferija, pereżempju Limerick, li diġà deher permezz ta' sħubijiet bejn il-bliet. Il-Ġermanja qalet li, bħala r-raba' l-akbar ekonomija nazzjonali fid-dinja, mhux biss qiegħda tiffoka biex tikkollega maċ-ċentri Ewropej ewlenin, iżda wkoll biex tgħaqqad ir-reġjuni ma' xulxin. Skont il-Ġermanja, li ssir aktar indipendenti miċ-ċentri ewlenin bħal Heathrow, Charles de Gaulle, Schiphol jew Frankfurt/Main hija importanti għall-Ewropa peress li dan ifisser mhux biss aktar konnessjonijiet diretti, iżda wkoll sigurtà akbar speċjalment għan-negozju tal-merkanzija peress li ajruporti reġjonali huma inqas suxxettibbli għal kanċellazzjonijiet minħabba t-temp, l-istrajkijiet, it-terroriżmu jew riskji oħra ta' kanċellazzjoni. |
(204) |
Fl-aħħar nett, b'mod ġenerali l-Ġermanja enfasizzat li l-prossimità tal-ajruport ta' Zweibrücken ma jwassalx għal duplikazzjoni ta' ajruporti għall-istess żona ta' lħuq, minħabba d-distanza ta' 127 km bejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u l-ajruport ta' Zweibrücken. Skont il-Ġermanja, din id-distanza ssarraf f'ħin ta' siegħa u 27 minuta bil-karozza jew madwar 4 sigħat bil-ferrovija. Għalhekk, il-Ġermanja argumentat li l-ebda ħaddiem, trasportatur tal-merkanzija jew turist raġonevoli li l-punt ta' tluq tiegħu jkun jinsab fir-reġjun ta' Hunsrück mhu se jmur fl-ajruport ta' Zweibrücken minflok fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn sabiex jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu. Barra minn hekk, il-Ġermanja rrilevat li, meta wieħed iħares lejn it-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija bl-ajru bejn l-2005 u l-2012, ma tista' tiġi dedotta l-ebda relazzjoni ta' sostituzzjoni bejn l-ajruporti. Skont il-Ġermanja, l-akbar sehem ta' passiġġieri tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn ġej mir-reġjun ta' Hunsrück-Mosel-Nahe (ara l-Figura 5). Figura 2 Sehem mis-suq fit-trasport tal-passiġġieri bl-ajru tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn fl-2013 (38) |
5.4.1.2. L-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonata għall-objettiv
(205) |
Il-Ġermanja enfasizzat li l-investimenti ffinanzjati kienu neċessarji u proporzjonati għall-objettiv ta' interess komuni (ara l-premessa 197 u dawk segwenti). Skont il-Ġermanja, l-investimenti kienu saru skont il-ħtiġijiet u l-infrastruttura li nbniet kienet neċessarja għall-ajruport sabiex tiġi ggarantita l-konnettività u tgħin fl-iżvilupp tar-reġjun u biex titnaqqas il-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main. Il-Ġermanja enfasizzat li l-infrastruttura ma kienx sproporzjonata jew kbira wisq għall-ħtiġijiet tal-utenti tal-ajruport. Għalhekk, il-Ġermanja qieset li din il-kundizzjoni ta' kompatibbiltà kienet issodisfata. |
5.4.1.3. L-infrastruttura għandha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju
(206) |
Il-Ġermanja rrilevat li qabel ittieħdet id-deċiżjoni biex tiġi estiża l-infrastruttura tal-ajruport, Fraport kienet ikkummissjonat studju ta' tbassir tat-traffiku sabiex jiġi identifikat il-potenzjal tat-traffiku għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Il-Ġermanja pprovdiet dawn l-istudji li saru minn esperti tal-avjazzjoni f'isem Fraport. Il-Figura 3, il-Figura 4 u l-Figura 5 jippreżentaw fil-qosor ir-riżultati ta' wieħed minn dawn l-istudji dwar l-iżvilupp mistenni fit-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn bejn l-2000 u l-2011. Figura 3 Total ta' passiġġieri potenzjali fl-ajruport ta' Frankfurt Main bejn l-2000-2010 Figura 4 Traffiku potenzjali ta' passiġġieri low-cost (bis-suppożizzjoni li Ryanair tistabbilixxi bażi) fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn bejn l-2001-2011 Figura 5 Total ta' traffiku potenzjali ta' merkanzija fl-ajruport ta' Frankfurt Main bejn l-2001-2010 |
5.4.1.4. Aċċess għall-infrastruttura b'mod ugwali u mhux diskriminatorju
(207) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, l-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għall-ajruport fuq termini ugwali u mhux diskriminatorji. Il-Ġermanja rrilevat li l-imposti ajruportwali mħallsa għall-użu tal-infrastruttura kienu bbażati fuq differenzjazzjoni kummerċjalment ġustifikata u li l-iskeda tal-imposti ajruportwali hija disponibbli għall-utenti potenzjali kollha b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju. |
5.4.1.5. Il-kummerċ ma jiġix affettwat kontra l-interess komuni
(208) |
L-ewwel nett, il-Ġermanja qalet li ma hemm l-ebda effetti ta' sostituzzjoni bejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u ajruporti oħra fiż-żona ta' lħuq, bħall-ajruport ta' Zweibrücken u l-ajruport ta' Frankfurt Main. Skont il-Ġermanja, ma jistgħux jintwerew effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni ma' dawn l-ajruporti minħabba l-għajnuna mogħtija lill-FFHG, sew jekk fit-traffiku tal-passiġġieri jew tal-merkanzija. Tabilħaqq, il-Ġermanja argumentat li f'dawn l-aħħar snin, it-trasportaturi bi prezzijiet irħas kellhom joffru aktar u aktar titjiriet lejn iċ-ċentri ewlenin peress li l-linji tal-ajru tradizzjonali baxxew il-prezzijiet tagħhom u bdew jidħlu fis-suq ta' titjiriet bi prezzijiet irħas. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja qalet li issal-ajruporti reġjonali, bħal Frankfurt Hahn, jinsabu taħt pressjoni akbar biex jikkompetu mal-ajruporti ewlenin għall-passiġġieri li jivvjaġġaw għal skop ta' divertiment. Għalhekk, il-Ġermanja kkonkludiet li l-appoġġ finanzjarju pprovdut ma wassal għall-ebda effett negattiv bla bżonn fuq il-kompetizzjoni, iżda għall-kuntrarju wera li kien xieraq biex jgħin fil-proċess ta' adattament lejn mudell kummerċjali stabbli fil-futur. |
(209) |
It-tieni nett, il-Ġermanja argumentat li l-fatt li qabel ma involviet ruħha fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, Fraport kienet diġà l-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt Main, juri li ma kinux mistennija movimenti ta' sostituzzjoni minn Frankfurt Main lejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Minflok, Fraport kienet qiegħda tinvesti fil-possibbiltà li titnaqqas il-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main u li tintuża l-funzjoni kumplimentari addizzjonali tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, peress li kienet prevista kapaċità eċċessiva futura fl-ajruport ċentrali ta' Frankfurt Main. Skont il-Ġermanja, il-projbizzjoni fuq titjiriet billejl fl-ajruport ta' Frankfurt Main kienet waħda mill-fatturi ewlenin f'dan ir-raġunament peress li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu liċenzja li jopera 24 siegħa kuljum. |
(210) |
Bħala konklużjoni, il-Ġermanja argumentat li l-effetti ta' kwalunkwe għajnuna favur l-FFHG kienu limitati għal effetti reġjonali pożittivi għar-reġjun ta' Hunsrück, mingħajr ma nħolqu effetti negattivi bla bżonn fir-relazzjoni ma' ajruporti oħra minħabba li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jintuża sempliċiment biex titnaqqas il-konġestjoni fi Frankfurt Main. Barra minn hekk, il-Ġermanja qalet li, minbarra l-ajruport tal-Lussemburgu, li huwa diġà siegħa u 30 minuta 'il bogħod (111-il km) mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn, ma hemmx ajruporti barranin oħra li jikkompetu fl-istess żona ta' lħuq. Skont il-Ġermanja anki fir-rigward tal-Lussemburgu, ma jista' jiġi osservat l-ebda effett ta' xkiel negattiv fuq il-kompetizzjoni minħabba l-għajnuna mogħtija. |
5.4.1.6. Effett ta' inċentiv, neċessità u proporzjonalità
(211) |
Il-Ġermanja qalet li fin-nuqqas ta' għajnuna għall-investiment, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport kien se jonqos b'mod sinifikanti. Il-Ġermanja rrilevat li l-għajnuna kienet neċessarja peress li kkumpensat biss l-ispejjeż ta' finanzjament u ammont aktar baxx kien iwassal għal livelli aktar baxxi ta' investiment. |
5.4.2. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA OPERATORJA GĦALL-FINANZJAMENT TAL-OPERAT TAL-AJRUPORT
(212) |
Il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014 jipprovdu kundizzjonijiet li taħthom għajnuniet operattivi u ta' investiment lill-ajruporti jistgħu jiġu ddikjarati kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Fis-17 ta' April 2014, il-Ġermanja ppreżentat l-opinjonijiet tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014. Il-Ġermanja argumentat li, anke kieku l-miżuri taħt investigazzjoni kellhom jikkostitwixxu għajnuna operatorja lill-FFHG, dawn ikunu kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u s-sezzjoni 5.1.2 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014. |
5.4.2.1. Il-kontribut lejn objettiv ta' interess komuni li huwa definit sew
(213) |
Fir-rigward tal-objettiv ta' interess komuni li huwa definit sew, il-Ġermanja rrilevat li l-għan tal-kopertura tal-ispejjeż operattivi tal-FFHG kien dejjem bit-tir li titjieb l-istruttura ekonomika reġjonali tar-reġjun ekonomikament sottożviluppat u b'popolazzjoni baxxa ta' Hunsrück. F'dan ir-rigward il-Ġermanja ppreżentat l-istess raġunament li kienet applikat għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport (ara s-sezzjoni 5.4.1.1). |
5.4.2.2. Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat
(214) |
Fir-rigward tal-ħtieġa għal intervent mill-Istat, il-Ġermanja spjegat għaliex Frankfurt Hahn qiegħed jagħmel telf operatorju li jeħtieġ li jiġi kopert. Fil-fehma tagħha, huwa objettiv pjuttost ambizzjuż li ajruport bħall-ajruport ta' Frankfurt Hahn b'1-3 miljun passiġġier isir profittabbli u jkun jista' jkopri l-ispejjeż operattivi tiegħu. Skont il-Ġermanja, dan l-objettiv ambizzjuż ma setax jiġi realizzat fis-snin tal-bidu peress li l-ajruport kien mgħobbi b'investimenti infrastrutturali għoljin ħafna li ffinanzja huwa stess fis-suq kapitali u li għalihom kellu jħallas imgħax għoli. Barra minn hekk, il-Ġermanja qalet li mill-bidu tal-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija, seta' jiġi rreġistrat staġnar tat-traffiku tal-passiġġieri u speċjalment tal-merkanzija. |
(215) |
Il-Ġermanja rrilevat li fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi, kien hemm il-ħtieġa għal intervent mill-Istat biex jiġi kopert it-telf operatorju għaliex kieku l-FFHG kienet tispiċċa insolventi. Skont il-Ġermanja, dan kien iwassal għall-irtirar tal-liċenzja li jopera 24 siegħa kuljum, li dan ifisser li matul l-insolvenza l-FFHG kien ikollha tieqaf topera t-titjiriet kollha, li imbagħad dan kien iwassal għat-telf ta' klijenti bħal linji tal-ajru u trasportaturi tal-merkanzija. Il-Ġermanja enfasizzat li barra minn hekk imbagħad kien ikun diffiċli ħafna li jinstab operatur ġdid għall-ajruport. |
5.4.2.3. L-adegwatezza tal-miżuri tal-għajnuna bħala strumenti ta' politika
(216) |
Il-Ġermanja rrilevat li l-kopertura tal-ispejjeż operattivi kienet miżura adatta biex jintlaħaq l-objettiv intiż. F'dan ir-rigward il-Ġermanja argumentat li, kieku l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien ikollu jieqaf jopera u kien jgħib mis-swieq rilevanti, ma kienx ikun aktar possibbli li jintlaħqu l-objettivi ta' interess komuni segwiti mill-konverżjoni ta' eks bażi tal-ajru tal-Istati Uniti f'ajruport tal-avjazzjoni ċivili li jaħdem b'mod sħiħ kif ukoll l-iżvilupp tar-reġjun ta' Hunsrück. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja enfasizzat li b'kuntrast għal investitur f'ekonomija tas-suq, investitur pubbliku kien ikollu jqis dawn l-objettivi meta jkun qiegħed iqis l-alternattiva tal-għeluq tal-ajruport. |
5.4.2.4. L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv
(217) |
Il-Ġermanja argumentat li sabiex l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jinżamm jopera, kienet conditio sine qua non li jiġu koperti l-ispejjeż operattivi tiegħu peress li altrimenti l-FFHG kienet tispiċċa insolventi. Min-naħa l-oħra operazzjoni b'suċċess tal-ajruport kienet il-bażi biex jiġu realizzati l-objettivi ta' interess komuni kif ġie ddikjarat fil-premessi 213 u dawk segwenti. Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li mingħajr għajnuna operatorja, il-konsolidazzjoni finanzjarja tal-ajruport kienet tkun inkonċepibbli, minħabba li l-ajruport kien jakkumula aktar u aktar dejn minflok ma jeħles mid-dejn tiegħu kif previst fil-programm attwali ta' awsterità. |
5.4.2.5. Il-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu)
(218) |
Il-Ġermanja argumentat li kwalunkwe element ta' għajnuna li kien jinsab fis-self kien limitat għat-telf operatorju ta' Frankfurt Hahn u kien jirrappreżenta l-minimu assolut meħtieġ sabiex jinżamm jopera u tiġi evitata l-insolvenza tiegħu. |
5.4.2.6. L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri
(219) |
L-ewwel nett, il-Ġermanja qalet li ma hemm l-ebda effett ta' sostituzzjoni bejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u ajruporti oħra fiż-żona ta' lħuq, bħall-ajruport ta' Zweibrücken u l-ajruport ta' Frankfurt Main. Skont il-Ġermanja, ma jistgħux jintwerew effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni fuq dawn l-ajruporti minħabba l-għajnuna operatorja mogħtija lill-FFHG, sew jekk fit-traffiku tal-passiġġieri jew tal-merkanzija. Il-Ġermanja sostniet li, għall-kuntrarju, Frankfurt Hahn esperjenza effetti sinifikanti ta' sostituzzjoni ta' passiġġieri li jagħżlu ċ-ċentri, bħal Köln/Bonn jew Frankfurt Main, biex itiru bi trasportaturi bi prezzijiet irħas milli mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Tabilħaqq, il-Ġermanja argumentat li fl-aħħar snin it-trasportaturi bi prezzijiet irħas kellhom joffru aktar u aktar titjiriet lejn iċ-ċentri ewlenin peress li linji tal-ajru tradizzjonali baxxew il-prezzijiet tagħhom u bdew jidħlu fis-suq ta' titjiriet bi prezzijiet baxxi. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja qalet li issal-ajruporti reġjonali, bħal Frankfurt Hahn, jinsabu taħt pressjoni akbar biex jikkompetu mal-ajruporti ewlenin għall-passiġġieri li jivvjaġġaw għal skop ta' divertiment. Għalhekk, il-Ġermanja kkonkludiet li l-kopertura tal-ispejjeż operattivi ma wasslet għall-ebda effett negattiv bla bżonn fuq il-kompetizzjoni, iżda għall-kuntrarju wriet li kienet xierqa biex tgħin fil-proċess ta' adattament lejn mudell kummerċjali stabbli fil-futur. |
(220) |
It-tieni nett, il-Ġermanja argumentat li l-fatt li qabel ma involviet ruħha fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, Fraport kienet diġà l-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt Main, juri li ma kinux mistennija movimenti ta' sostituzzjoni minn Frankfurt Main lejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Minflok, Fraport kienet qiegħda tinvesti fil-possibbiltà li titnaqqas il-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main u li tuża l-funzjoni kumplimentari addizzjonali tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, minħabba li kienet prevista kapaċità eċċessiva futura fl-ajruport ċentrali ta' Frankfurt Main. Skont il-Ġermanja, il-projbizzjoni fuq titjiriet billejl fl-ajruport ta' Frankfurt Main kienet waħda mill-fatturi ewlenin f'dan ir-raġunament peress li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu liċenzja li jopera 24 siegħa kuljum. |
(221) |
Bħala konklużjoni, il-Ġermanja argumentat li l-effetti ta' kwalunkwe għajnuna favur l-FFHG kienu limitati għall-effetti reġjonali pożittivi għar-reġjun ta' Hunsrück, mingħajr ma nħolqu effetti negattivi bla bżonn fir-relazzjoni ma' ajruporti oħra minħabba li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jintuża biex titnaqqas il-konġestjoni fi Frankfurt Main. Barra minn hekk, il-Ġermanja qalet li minbarra l-ajruport tal-Lussemburgu, li huwa diġà siegħa u 30 minuta 'l bogħod (111-il km) mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn, ma hemmx ajruporti barranin oħra li jikkompetu fl-istess żona ta' lħuq. Skont il-Ġermanja anki fir-rigward tal-Lussemburgu, ma jista' jiġi osservat l-ebda effett ta' xkiel negattiv fuq il-kompetizzjoni minħabba l-għajnuna mogħtija. |
6. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
6.1. RYANAIR
(222) |
Ryanair toġġezzjona għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali fir-rigward tal-ftehimiet ma' Ryanair tal-1999, tal-2002 u tal-2005 mal-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Ryanair qalet li dawn il-ftehimiet kienu konformi mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq, u għalhekk ma kinux jinvolvu għajnuna mill-Istat. |
(223) |
Ryanair essenzjalment targumenta li ma kienet ingħatat l-ebda vantaġġ peress li l-ftehimiet jirriflettu kundizzjonijiet normali tas-suq. F'dan ir-rigward, Ryanair sostniet li l-kundizzjonijiet kuntrattwali ma għandhomx jiġu mqabbla ma' dawk f'ajruporti Ġermaniżi oħra, iżda ma' dawk li r-Ryanair kienet qiegħda tiftiehem ma' ajruporti oħra li jospitaw trasportaturi bi prezzijiet irħas, bħall-ajruport ta' Blackpool u l-ajruport ta' Charleroi. |
(224) |
Dwar il-kwistjoni tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni, Ryanair sostniet li l-imposta għal destinazzjonijiet ġodda tippremja l-frekwenza tat-titjiriet u li l-iskontijiet mogħtija mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienu konformi mal-prattika industrijali peress li ħafna ajruporti privati jew pubbliċi japplikaw l-istess livell jew livell ogħla ta' skontijiet għal destinazzjonijiet ġodda. |
(225) |
Dwar l-applikazzjoni tal-imposti ajruportwali, Ryanair sostniet li imposti normali tas-suq, jiġifieri imposti li ma jkunux abnormalment baxxi, jissodisfaw il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. Skont Ryanair, il-prospett ta' profittabbiltà immedjata mhuwiex meħtieġ biex jiġi ssodisfat dan il-prinċipju. Skont Ryanair il-prospett li tinkiseb profittabbiltà fuq perjodu medju għal wieħed fit-tul għandu jkun biżżejjed. Barra minn hekk, Ryanair tikkontesta l-argument tal-Kummissjoni li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien qies biss l-ispejjeż speċifiċi tal-kuntratt ma' Ryanair fir-rigward tal-kopertura tal-ispejjeż tiegħu mill-imposti mħallsa lil Ryanair, u mhux l-ispejjeż tal-infrastruttura komuni tal-ajruport u l-amministrazzjoni ġenerali. Fir-rigward tal-kopertura tal-ispejjeż, Ryanair qalet li qatt ma kien hemm pjan biex l-użu tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn jiġi esklussivament riżervat għal Ryanair. F'dan ir-rigward, Ryanair indikat il-fatt li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jintuża wkoll b'mod sinifikanti bħala ajruport tal-merkanzija. Barra minn hekk, Ryanair kienet fakkret li għandha tħallas livell aktar baxx ta' imposti meta mqabbel ma' linji oħra tal-ajru, peress li r-rekwiżiti u l-operazzjonijiet ta' mmaniġġjar tagħha jimminimizzaw l-ispejjeż għall-ajruport. |
(226) |
Ryanair argumentat ukoll li l-imġiba tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienet iggwidata minn prospetti prevedibbli ta' profittabbiltà. Skont Ryanair, qabel ma kkonkluda l-ftehimiet, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien wettaq analiżi finanzjarja u strateġika, konsistenti ma' dak li huwa mistenni minn investitur f'ekonomija tas-suq. Ryanair qalet li mill-2005 l-impenn tagħha li tipprovdi volum kbir ta' passiġġieri kien assigurat ukoll permezz ta' penali kuntrattwali, u li dan il-kuntratt kien qiegħed jalloka l-biċċa l-kbira tar-riskju lil Ryanair, u b'hekk jipprovdi ftehim eċċezzjonalment ġeneruż għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Barra minn hekk, il-ftehimiet ippermettew li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Waqt il-konklużjoni tal-kuntratt, l-Ajruport ta' Frankfurt Hahn kien konxju li ftehimiet simili li Ryanair kienet għamlet ma' ajruporti madwar l-Ewropa wrew li huma profittabbli. |
(227) |
Fl-aħħar nett, Ryanair tenfasizza li l-ftehimiet tagħha ma' Frankfurt Hahn ma kien fihom l-ebda klawżola ta' esklussività, u għalhekk linji oħra tal-ajru setgħu jagħmlu u fil-fatt jibbenefikaw mill-istess termini u kundizzjonijiet bħal Ryanair, sakemm dawn ikunu lesti li joffru l-istess impenn lejn l-ajruport bħal Ryanair. |
(228) |
Barra minn hekk, Ryanair ippreżentat serje ta' noti mħejjija minn Oxera, flimkien ma' analiżi mħejjija mill-Professur Damien P. McLoughlin. |
Nota 1 ta' Oxera — L-identifikazzjoni tal-parametru referenzjarju tas-suq f'analiżi tal-komparatur għall-MEOTs. Każijiet ta' għajnuna mill-Istat għal Ryanair, imħejjija għal Ryanair minn Oxera, id-9 ta' April 2013
(229) |
Oxera tqis li l-metodu tal-Kummissjoni li taċċetta biss ajruporti komparaturi li jinsabu fl-istess żona ta' lħuq bħall-ajruport li qiegħed jiġi investigat, huwa wieħed difettuż. |
(230) |
Oxera targumenta wkoll li l-prezzijiet ta' referenza tas-suq li nkisbu mill-ajruporti ta' referenza mhumiex affettwati mill-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ajruporti tal-madwar. Għalhekk, huwa possibbli li ssir stima robusta ta' referenza tas-suq għall-MEOTs. |
(231) |
Dan minħabba li:
|
Nota 2 ta' Oxera — Il-prinċipji li huma l-bażi tal-analiżi tal-profittabbiltà għall-MEOTs. Każijiet ta' għajnuna mill-Istat għal Ryanair, imħejjija għal Ryanair minn Oxera, id-9 ta' April 2013
(232) |
Oxera sostniet li l-analiżi tal-profittabbiltà mwettqa minn Oxera fir-rapporti tagħha sottomessi lill-Kummissjoni ssegwi l-prinċipji li għandhom jiġu adottati minn investitur razzjonali fis-settur privat u tkun tirrifletti l-approċċ li jirriżulta mill-preċedenti tal-Kummissjoni. |
(233) |
Il-prinċipji li jsejsu l-analiżi tal-profittabbiltà huma:
|
Analiżi tal-Professur Damien P. McLoughlin — Il-bini tal-marki kummerċjali: għaliex u kif marki kummerċjali żgħar għandhom jinvestu fil-kummerċjalizzazzjoni, imħejjija għal Ryanair, l-10 ta' April 2013
(234) |
L-għan tad-dokument huwa li tiġi stabbilita l-loġika kummerċjali wara d-deċiżjonijiet tal-ajruporti reġjonali li jixtru reklamar fuq Ryanair.com mingħand AMS. |
(235) |
Id-dokument isostni li jeżisti għadd kbir ta' ajruporti b'saħħithom ħafna, magħrufa sewwa u abitwalment użati. Il-kompetituri aktar dgħajfa għandhom jegħlbu l-imġiba tax-xiri statiku tal-konsumaturi biex ikunu jistgħu jkabbru n-negozju tagħhom. Jeħtieġ li ajruporti reġjonali iżgħar isibu mod kif jikkomunikaw il-messaġġ dwar il-marka kummerċjali tagħhom b'mod konsistenti lill-akbar udjenza possibbli. Il-forom tradizzjonali ta' komunikazzjoni kummerċjali jirrikjedu nfiq li jisboq ir-riżorsi tagħhom. |
Noti 3 u 4 ta' Oxera — Kif għandhom jiġu ttrattati l-Ftehimiet ta' AMS fi ħdan l-analiżi tal-profittabbiltà bħala parti mit-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq?, is-17 u l-31 ta' Jannar 2014
(236) |
Ryanair ippreżentat rapporti oħrajn imħejjija mill-konsulenta tagħha Oxera. F'dawn ir-rapporti, Oxera tiddiskuti l-prinċipji li, skont il-linja tal-ajru, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni bħala parti mill-MEOT fl-analiżi tal-profittabbiltà ta', minn naħa waħda, l-ftehimiet dwar servizzi ajruportwali bejn Ryanair u l-ajruporti u, min-naħa l-oħra, il-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni bejn AMS u l-istess ajruporti. Ryanair enfasizzat li dawk ir-rapporti b'ebda mod ma jbiddlu l-pożizzjoni tagħha li ġiet ippreżentata aktar kmieni, jiġifieri li l-ftehimiet dwar servizzi pprovduti fl-ajruporti u l-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu analizzati taħt MEOTs separati. |
(237) |
Ir-rapporti jindikaw li l-profitti ġġenerati minn AMS għandhom jiġu inklużi bħala dħul f'analiżi konġunta rigward il-profittabbiltà, filwaqt li l-infiq ta' AMS għandu jiġi inkorporat fl-ispejjeż. Sabiex dan ikun jista' jsir, ir-rapporti jissuġġerixxu l-applikazzjoni ta' metodoloġija bbażata fuq il-fluss tal-flus għall-analiżi tal-profittabbiltà konġunta, li jfisser li l-infiq mill-ajruporti fuq AMS jista' jiġi ttrattat bħala spejjeż operattivi inkrementali. |
(238) |
Ir-rapporti enfasizzaw li l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni jikkontribwixxu għall-ħolqien u l-appoġġ tal-valur tal-marka kummerċjali, li jgħin biex jiġu ġġenerati effetti u benefiċċji mhux biss għat-tul ta' żmien tal-kuntratt, iżda wkoll wara t-terminazzjoni tiegħu. Dan ikun partikolarment il-każ jekk, minħabba l-fatt li Ryanair tkun ikkonkludiet ftehim ma' ajruport, ikun hemm linji tal-ajru oħra li jistabbilixxu lilhom infushom fl-ajruport, li min-naħa tagħhom jattiraw aktar ħwienet biex jiftħu hemmhekk u b'hekk iġibu aktar dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għall-ajruport. Skont Ryanair, jekk il-Kummissjoni tgħaddi biex twettaq analiżi konġunta tal-profittabbiltà, dawk il-benefiċċji għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni billi l-ispejjeż ta' AMS jiġu ttrattati bħala spejjeż operattivi inkrementali, netti mill-ħlasijiet ta' AMS. |
(239) |
Barra minn hekk, Ryanair tqis li għandu jiġi inkluż valur terminali (li jirrifletti l-valur iġġenerat wara t-terminazzjoni tal-ftehim) fil-profitti inkrementali pproġettati fit-tmiem tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruporti. Il-valur terminali jista' jiġi adattat fuq il-bażi tal-probabbiltà ta' “tiġdid”, li jkejjel l-aspettattiva li l-profitti se jippersistu wara t-terminazzjoni tal-ftehim ma' Ryanair jew jekk jiġu maqbula kundizzjonijiet simili ma' linji tal-ajru oħrajn. Ryanair kienet tal-fehma li mbagħad ikun possibbli li jiġi kkalkulat limitu aktar baxx għall-benefiċċji ġġenerati b'mod konġunt mill-ftehim ma' AMS u mill-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruporti, li jirrifletti l-inċertezzi tal-profitti inkrementali wara t-terminazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruporti. |
(240) |
Bħala suppliment għal dan l-approċċ, ir-rapporti jippreżentaw sinteżi tar-riżultati tal-istudji dwar l-effetti tal-kummerċjalizzazzjoni fuq il-valur ta' marka kummerċjali. Dawk l-istudji jqisu li l-kummerċjalizzazzjoni tista' tappoġġa l-valur ta' marka kummerċjali u tista' tgħin sabiex tinbena bażi ta' klijenti. Skont ir-rapporti, fil-każ ta' ajruport, reklamar fuq is-sit Ryanair.com iżid b'mod sinifikanti l-viżibilità tal-marka kummerċjali. Barra minn hekk ir-rapporti jgħidu li partikolarment l-ajruporti reġjonali iżgħar li jkunu jixtiequ jżidu t-traffiku tal-ajru tagħhom jistgħu għalhekk iżidu l-valur tal-marka kummerċjali tagħhom billi jikkonkludu ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS. |
(241) |
Fl-aħħar nett ir-rapporti jindikaw li approċċ ibbażat fuq il-fluss tal-flus għandu jiġi ppreferut fuq approċċ ta' kapitalizzazzjoni fejn l-ispejjeż tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni pprovduti minn AMS jiġu ttrattati bħala nfiq kapitali fuq assi intanġibbli (jiġifieri, il-valur tal-marka kummerċjali). (39) L-approċċ ta' kapitalizzazzjoni jieħu f'kunsiderazzjoni biss il-proporzjon tal-infiq fuq il-kummerċjalizzazzjoni, li huwa attribwibbli għall-assi intanġibbli ta' ajruport. L-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni jiġu ttrattati bħala nfiq kapitali f'assi intanġibbli, u mbagħad jiġu deprezzati għat-tul ta' żmien tal-kuntratt, billi jittieħed f'kunsiderazzjoni l-valur residwu fit-terminazzjoni prevista tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruporti. Dan l-approċċ ma jikkunsidrax il-profitti inkrementali li ġġib magħha l-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruporti ma' Ryanair u barra minn hekk huwa wkoll diffiċli li jiġi kkalkulat il-valur tal-assi intanġibbli minħabba l-ispejjeż tal-marka kummerċjali u l-perjodu ta' żmien tal-użu tal-assi. Skont ir-rapporti, il-metodu tal-fluss tal-flus huwa wkoll aktar xieraq minn approċċ ta' kapitalizzazzjoni minħabba li dan tal-aħħar ma jaqbadx il-benefiċċji pożittivi li mistenni jiżviluppaw għall-ajruport bħala riżultat tal-iffirmar tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruporti ma' Ryanair. |
Oxera — Valutazzjoni ekonomika tal-MEOP: l-Ajruport ta' Frankfurt Hahn, il-11 ta' Awwissu 2014:
(242) |
Ryanair ippreżentat rapport ieħor imħejji minn Oxera dwar il-ftehimiet bejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u Ryanair tal-1999, tal-2002 u tal-2005. Il-valutazzjoni tal-ftehim ma' Ryanair tal-2005 tqis ukoll il-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni li ġie konkluż direttament ma' Land Rhineland-Palatinate. Il-valutazzjoni tal-ftehimiet ma' Ryanair li saret minn Oxera hija bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli għall-ajruport madwar iż-żmien tal-iffirmar tal-ftehim. |
Il-ftehim ma' Ryanair tal-1999:
(243) |
Skont ir-rapport, l-analiżi tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 kienet ibbażata fuq id-dokument tal-pjan tan-negozju prodott mill-FFHG fil-25 ta' Mejju 1999, dokument li ġie mħejji qabel l-iffirmar tal-ftehim. Ir-rapport jgħid li d-dħul minn servizzi ajrunawtiċi ġie kkalkulat abbażi tal-imposti speċifikati fil-ftehim ma' Ryanair tal-1999. L-istimi tal-ispejjeż operattivi inkrementali kienu bbażati fuq l-istimi proprji tal-FFHG. Ir-rapport jindika li l-ispejjeż tat-tifi tan-nar, li normalment jitqiesu li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà pubblika, ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni. L-istess japplika għall-investimenti fl-infrastruttura. Tabella 16 Valutazzjoni tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 li saret minn Oxera (40) (…) |
Il-ftehim ma' Ryanair tal-2002:
(244) |
Ir-rapport jispjega li l-previżjonijiet tal-għadd totali ta' passiġġieri nkisbu mill-pjan tan-negozju tal-FFHG li ġie mfassal f'Novembru 2002, peress li huwa l-uniku dokument disponibbli li fih previżjonijiet dwar it-traffiku matul il-perjodu rilevanti. Skont ir-rapport, id-dħul minn servizzi ajrunawtiċi ġie kkalkulat abbażi tal-imposti speċifikati fil-ftehim ma' Ryanair tal-2002. Id-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi nkiseb mill-pjan tan-negozju tal-FFHG li ġie mfassal f'Novembru 2002, peress li huwa l-uniku dokument li fih projezzjonijiet dwar id-dħul minn servizzi mhux ajrunawtiċi li kien ġie mfassal madwar iż-żmien tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002. |
(245) |
L-istimi tal-ispejjeż operattivi għal kull passiġġier ġew ibbażati fuq l-analiżi proprja tal-FFHG dwar l-ispejjeż operattivi inkrementali għal kull passiġġier tar-Ryanair li jitlaq. L-iskeda ta' investimenti ġiet imfassla f'Novembru 2000. Tabella 17 Valutazzjoni tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 li saret minn Oxera (41) (…) |
6.2. LUFTHANSA U L-BDF
(246) |
Lufthansa u l-Bundesverband der Deutschen Fluggesellschaften e.V. (Assoċjazzjoni Federali tat-Trasportaturi tal-Ajru Ġermaniżi, minn hawn 'il quddiem: il-BDF) ippreżentaw informazzjoni komprensiva u kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 li se jiġu ppreżentati fil-qosor hawn taħt. |
(247) |
Il-Lufthansa u l-BDF qalu li t-telf tal-FFHG u tal-predeċessuri tagħha mill-1998 u sal-2009 ilaħħaq l-EUR 161 miljun u li l-FFHG, għall-kuntrarju ta' dak li tiddikjara, lanqas fl-2006 ma laħqet EBITDA pożittiv. F'dan ir-rigward, Lufthansa u l-BDF jsostnu li l-EBITDA kemxejn pożittiv kien possibbli biss wara r-rilaxx ta' obbligazzjonijiet legati, li naqqas it-telf operattiv. Għalhekk, Lufthansa u l-BDF jissuġġerixxu li l-Kummissjoni għandha tfittex li tikseb aċċess għall-karti tal-bilanċ annwali kollha tal-FFHG. F'dan ir-rigward Lufthansa argumentat, li b'kuntrast ma' dak li qalet il-Ġermanja, id-deprezzament tal-investimenti ma żdiedx ħafna matul is-snin u ma jistax jitqies għoli ħafna meta mqabbel mal-ispejjeż relatati mal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni għal Ryanair li huma inklużi fi “spejjeż operattivi oħra”, kif qiegħed jintwera fit-Tabella 18. Lufthansa u l-BDF jissuġġerixxu wkoll li l-Kummissjoni għandha titlob il-karti tal-bilanċ annwali kollha mhux ippubblikati tal-FFHG. Tabella 18 Relazzjoni tad-deprezzament u spejjeż operattivi oħra
|
(248) |
Lufthansa u l-BDF sostnew ukoll li studju li ġie ppreżentat mill-Ġermanja li fih statistika dwar l-effetti tal-FFHG fuq it-turiżmu f'Hunsrück u fil-Land Rhineland-Palatinate ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni peress li ċ-ċifri dwar it-tkabbir fir-rigward tal-passiġġieri u t-tkabbir fir-rigward tal-impjiegi fl-ajruport kienu ngħataw mill-FFHG u l-awturi tal-istudju baqgħu ma vverifikawhomx. Barra minn hekk, Lufthansa u l-BDF sostnew li anke meta kien sar l-istudju, kien magħruf li ċ-ċifri ma kinux realistiċi. |
(249) |
Barra minn hekk, Lufthansa u l-BDF sostnew li l-FFHG ma kellhiex mudell ċar tan-negozju, li jista' jintwera mit-tibdil li sar fil-pjanijiet għal żidiet fl-ajruport, bħal ċentri kummerċjali jew postijiet għal eskursjonijiet, li ma kellhom xejn x'jaqsmu mal-operat tal-ajruport. Barra minn hekk, skont Lufthansa u l-BDF, id-dikjarazzjonijiet kontradittorji mill-FFHG li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn l-ewwel kellu jkun profittabbli sal-2005, imbagħad sal-2008 u mbagħad sal-2013, kollha jindikaw li ma kien qiegħed jiġi segwit l-ebda pjan konsistenti tan-negozju. Għalhekk, anke l-aħħar pronjosi li saret, jiġifieri li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien se jsir profittabbli mill-2016 'il quddiem, tidher dubjuża u apparentement din il-pronjosi kienet ibbażata wkoll fuq is-suppożizzjoni li kienu se jsiru investimenti sostanzjali ulterjuri. Madankollu, skont Lufthansa u l-BDF l-oriġini ta' dawn l-investimenti bl-ebda mod ma huwa ċar. |
(250) |
Barra minn hekk, Lufthansa u l-BDF qalu li, b'kuntrast ma' dak li qed tiddikjara l-Ġermanja, PwC ma pprovdietx MEOT xieraq peress li l-valutazzjoni tagħha ma tieħux inkunsiderazzjoni l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar mill-inqas żewġ punti. |
(251) |
L-ewwel nett, Lufthansa u l-BDF semmew l-argumentazzjoni tal-Ġermanja li t-telf akkumulat tal-FFHG jista' jiġi kkumpensat minn Fraport bħala l-azzjonist tagħha. F'dan ir-rigward, Lufthansa u l-BDF argumentaw li mhuwiex importanti jekk it-telf jistax jiġi kkumpensat fi ħdan grupp ta' kumpaniji, iżda jekk il-miżuri individwali meħuda bħala tali humiex miżuri li investitur f'ekonomija tas-suq kienx jadotta wkoll (jew le) u li għalhekk din l-argumentazzjoni ma kinitx aċċettabbli. |
(252) |
It-tieni nett, Lufthansa u l-BDF sostnew li l-argumentazzjoni fil-valutazzjoni minn PwC ma kinitx biżżejjed biex tipprova li investitur f'ekonomija tas-suq kien jieħu l-istess deċiżjoni peress li, pereżempju fir-rigward tal-kuntratt ma' Ryanair tal-1999, PwC kienet argumentat li seta' jinkiseb tnaqqis tat-telf billi jiżdied il-volum ta' passiġġieri. Lufthansa u l-BDF irreferew għall-kawża WestLB, skont liema investitur f'ekonomija tas-suq normalment “ifittex li jikseb ir-redditu massimu raġonevoli fuq l-investiment tiegħu, skont iċ-ċirkostanzi partikolari u li jiġu ssodisfati l-interessi fuq perjodu qasir, medju u fit-tul tiegħu, anki meta jkun qiegħed jinvesti f'impriża li tagħha jkun diġà azzjonista” (42). Lufthansa u l-BDF argumentaw li għalhekk tnaqqis fit-telf ma jkunx biżżejjed sabiex miżura tgħaddi mill-MEOT u għalhekk f'dan ir-rigward PwC kienet diġà injorat il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, Lufthansa u l-BDG enfasizzaw li l-valutazzjoni ppreżentata f'isem l-FFHG ma kinitx tinkludi MEOT propju peress li kienet tirreferi biss għat-test li sar minn PwC. |
(253) |
Barra minn hekk, Lufthansa u l-BDF ikkontestaw l-argument magħmul minn PwC fir-rigward taż-żidiet fil-kapital li perjodi twal ta' ippjanar ta' aktar minn 30 sena u amortizzazzjoni ta' investimenti ta' aktar minn 20 sena huma prattika normali tan-negozju għal investimenti infrastrutturali (ara l-premessa 103 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008). F'dan ir-rigward, Lufthansa u l-BDF sostnew li t-tqabbil li PwC għamlet ma' kuntratti ta' konċessjoni fl-ajruport ta' Budapest, fl-ajruporti Da Vinci u Campiano, fl-ajruport ta' Sparta u fl-ajruport tal-Belt ta' Belfast kienu kompletament indifendibbli peress li l-ebda ajruport ma kellu sitwazzjoni anke remotament komparabbli mas-sitwazzjoni tal-FFHG u l-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Lufthansa u l-BDF argumentaw li b'differenza mill-ajruporti kollha msemmija minn PwC, Frankfurt Hahn kien ajruport militari u kien biss fl-1999 li fil-biċċa l-kbira beda jintuża għall-użu ċivili u mbagħad kien appoġġjat minn żviluppi infrastrutturali li kienu eżatt skont il-ħtiġijiet ta' Ryanair. Skont Lufthansa u l-BDF, din hija r-raġuni għaliex l-analiżi tal-ekwilibriju mhijiex preċiża peress li l-ispejjeż għat-terminal ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni. |
(254) |
Abbażi tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 Lufthansa u l-BDF argumentaw ukoll li l-kumpens żejjed għat-tariffi tas-sigurtà kien jikkostitwixxi biċ-ċar għajnuna mill-Istat. F'dan ir-rigward Lufthansa u l-BDF argumentaw li, l-ewwel nett, il-kontrolli tas-sigurtà ma kinux ġew akkwistati b'mod pubbliku. Skont Lufthansa u l-BDF, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku ma kinux ġew segwiti u għalhekk, awtomatikament, is-servizz ma kienx inkiseb bl-aktar prezz vantaġġuż. It-tieni nett, Lufthansa u l-BDF argumentaw li, skont il-liġi Ġermaniża, dawn it-tariffi tas-sigurtà għandhom ikunu orjentati lejn l-ispejjeż attwali u neċessarji. Madankollu, Lufthansa u l-BDF enfasizzaw li bejn l-2003 u l-2008 it-tariffi fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienu baqgħu fl-istess livell, filwaqt li f'ajruporti oħra setgħu jiġu osservati varjazzjonijiet fit-traffiku. |
(255) |
B'kuntrast mal-kummenti mill-Ġermanja dwar il-valutazzjoni legali, Lufthansa u l-BDF kienu tal-fehma li l-għajnuna mogħtija minn Fraport lill-FFHG kienet oriġinat minn riżorsi tal-Istat. Skont Lufthansa u l-BDF, fil-karti tal-bilanċ annwali kollha tagħha bejn l-2001 u l-2006 Fraport kienet espressament ammettiet li minħabba ftehim ta' konsorzju bejn l-azzjonisti pubbliċi, hija “impriża pubblika dipendenti”. F'dan ir-rigward, Lufthansa u l-BDF isostnu li skont is-sentenza fil-kawża Stardust Marine (43) u l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE (44) hemm diversi indikazzjonijiet li juru li l-fondi ta' Fraport kienu riżorsi tal-Istat. |
(256) |
Barra minn hekk, Lufthansa u BDF jqisu li l-azzjonijiet ta' Fraport huma imputabbli wkoll lill-Istat. F'dan ir-rigward, Lufthansa u BDF irreferew għall-indikazzjonijiet ta' imputabbiltà bħall-fatt li l-laqgħa tal-azzjonisti tal-FFHG, jiġifieri l-Land Rhineland-Palatinate u Fraport, qablu dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet ma' Ryanair. Barra minn hekk, Lufthansa u BDG sostnew li hemm relazzjoni temporali notevoli bejn it-tieni żieda fil-kapital u l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta' sistema ajruportwali komuni fl-2005. Skont Lufthansa u BDF, fi żmien ġimagħtejn l-azzjonisti tal-FFHG kienu ddeċidew dwar iż-żieda fil-kapital, li solviet id-diffikultajiet finanzjarji tal-FFHG, u l-applikazzjoni sussegwenti mill-Ġermanja għal ajruport komuni. Lufthansa u BDF għalhekk sostnew li l-azzjonisti pubbliċi għamlu din l-applikazzjoni possibbli permezz taż-żieda ġdida fil-kapital. |
(257) |
Barra minn hekk, Lufthansa u l-BDF sostnew li l-ebda investitur f'ekonomija tas-suq ma kien jiffinanzja l-FFHG u jinvesti fiha, minħabba li skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, investitur f'ekonomija tas-suq huwa dejjem orjentat lejn il-profitt. Sempliċi tnaqqis fit-telf mhuwiex biżżejjed biex jikkonvinċi lil investitur f'ekonomija tas-suq u kieku dan ma kienx iqis kunsiderazzjonijiet soċjali jew politiċi lokali. |
(258) |
Fl-aħħar nett, Lufthansa u l-BDF sostnew li skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005 kif ukoll skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna li ngħatat lill-FFHG għal infrastruttura ġdida, kif ukoll l-għajnuna li ngħatat lil Ryanair huma inkompatibbli mas-suq intern. F'dan ir-rigward, Lufthansa u l-BDF sostnew li f'dan il-każ ma kien hemm l-ebda konverżjoni ta' ajruport militari, peress li l-ajruport kien inbena 6 snin wara t-tmiem tal-użu militari. Barra minn hekk, huma sostnew li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kienx naqqas il-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main u speċjalment li kien dubjuż jekk l-ajruport kienx għen l-iżvilupp fir-reġjun u kienx ħoloq impjiegi hemmhekk. Skont Lufthansa u l-BDF, fi kwalunkwe każ dan l-argument ma jiġġustifikax l-għajnuna peress li l-ġenerazzjoni tal-impjiegi bdiet biss fl-1999, sitt snin wara li kien intemm l-użu militari tal-ajruport. Anki kieku wieħed kellu jaċċetta dan bħala ġustifikazzjoni, iċ-ċifri mogħtija mill-FFHG fl-istudji tagħha jkunu qegħdin jissopravalutaw l-effetti fuq l-ekonomija u fuq il-ħolqien tal-impjiegi. |
(259) |
Barra minn hekk, Lufthansa u l-BDF sostnew li r-ribassi mogħtija permezz tal-imposti ajruportwali għal għadd ta' passiġġieri ta' bejn 1 u 3 miljun jew aktar kienu diskriminatorji. Lufthansa u l-BDF argumentaw li Ryanair biss kienet eliġibbli għal dawn ir-ribassi peress li kienet l-unika linja tal-ajru li kienet qiegħda tiġġenera dak l-ammont ta' passiġġieri u l-ajruport ta' Frankfurt Hahn lanqas biss kellu l-kapaċità li jospita linja tal-ajru oħra li setgħet tipprovdi dan l-ammont ta' passiġġieri. Skont il-Lufthansa u l-BDF, l-għoti tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni kien diskriminatorju wkoll peress li l-proporzjon tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jiddependi fuq l-għadd ta' passiġġieri li l-linja tal-ajru tkun diġà ġabet fl-ajruport u fuq l-għadd ta' destinazzjonijiet diġà offruti mil-linja tal-ajru fl-ajruport. Peress li dawn il-fatturi ma għandhom l-ebda relazzjoni mal-ammont ta' appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni għal destinazzjonijiet ġodda, din is-sistema se tipprovdi ammont ħafna ogħla ta' appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni lil Ryanair, li skont il-Lufthansa u l-BDF ma jistax jiġi ġustifikat. |
(260) |
Fir-rigward tal-għajnuna operatorja għall-ajruport, Lufthansa u l-BDF enfasizzaw li huwa ovvju li l-approċċ ta' ħlas wieħed li ġie applikat fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma jaħdimx peress li b'mod ġenerali d-dħul ma jistax ikopri t-telf. Għalhekk, il-kumpens ta' dan it-telf permezz tal-finanzjament tal-FFHG jikkostitwixxi għajnuna operatorja. |
(261) |
Fir-rigward tal-għajnuna lil Ryanair, Lufthansa u l-BDF qalu li Ryanair irċeviet vantaġġi permezz tal-imposti ajruportwali u mill-ftehimiet mal-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Lufthansa u l-BDF sostnew li l-ebda investitur f'ekonomija tas-suq ma kien jieħu dawn il-miżuri peress li huwa ovvju li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma jistax jopera bi profitt fuq din il-bażi. Lufthansa u l-BDF sostnew li permezz tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 u tal-2006, Ryanair kienet ingħatat vantaġġ addizzjonali fil-forma ta' tnaqqis addizzjonali mogħti fir-rigward tal-volum totali ta' passiġġieri li jitilqu mal-linja tal-ajru. |
(262) |
Lufthansa u l-BDF argumentaw li, peress li Fraport għandha titqies bħala impriża pubblika, l-FFHG hija impriża ta' proprjetà pubblika u għalhekk ir-riżorsi tagħha għandhom jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat. Skont il-Lufthansa u l-BDF, il-vantaġġi mogħtija mill-FFHG lil Ryanair huma imputabbli wkoll lill-Istat, peress li l-PLTA jinkludi wkoll ftehim ta' kontroll (“Beherrschungsvertrag”) u l-azzjonisti pubbliċi jistgħu jaffettwaw l-imġiba tal-FFHG. F'dan ir-rigward, il-Lufthansa u l-BDF argumentaw li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll li l-maniġer tal-FFHG huwa dejjem impjegat ta' Fraport. |
(263) |
Lufthansa u l-BDF argumentaw li l-ebda għajnuna lil Ryanair ma hija kompatibbli mas-suq intern. Il-ftehimiet ma' Ryanair u l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 għandhom jiġu vvalutati direttament skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. F'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni f'Chareloi (45) għandha tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni. Fuq din il-bażi Lufthansa u l-BDF iddikjaraw li l-għajnuna lil Ryanair ma setgħetx tiġi ġġustifikata peress li kienet parzjalment tikkostitwixxi għajnuna operatorja, li ma tistax tiġi affattu ġustifikata, u parzjalment għajnuna tal-bidu, li ma kienet issegwi l-ebda għan leġittimu u ma kinitx ingħatat b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju. Barra minn hekk, Lufthansa u l-BDF qalu li l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 mhijiex kompatibbli mal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005, peress li l-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà fil-punt 79 tal-linji gwida ma ġewx issodisfati fir-rigward tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni u l-għajnuna operatorja mogħtija permezz tat-tariffi tal-passiġġieri. Il-Lufthansa u l-BDF spjegaw li dan huwa minħabba li l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni huwa diskriminatorju, u li t-tariffi tal-passiġġieri ma għandhomx żmien limitat u ma għandhom l-ebda effett ta' inċentiv. Barra minn hekk, skont Lufthansa u l-BDF l-għajnuna kollha li ngħatat lil Ryanair hija ta' natura kumulattiva u għalhekk mhijiex konformi mal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà. Għalhekk, fil-fehma tagħhom, għandha titqies bħala inkompatibbli mas-suq intern. |
6.3. ASSOĊJAZZJONI TAL-LINJI TAL-AJRU EWROPEJ (AEA)
(264) |
L-AEA qalet li l-fatt li l-FFHG ilha tagħmel telf minn mindu fetħet u li d-data mħabbra għall-punt ta' ekwilibriju kontinwament tiġi posposta turi li l-mudell kummerċjali huwa xejn ħlief dubjuż u li hemm nuqqas ta' rispett sfaċċat tal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. |
(265) |
Dwar l-għajnuna possibbli lil Ryanair, l-AEA kienet tal-fehma li din l-għajnuna kellha effetti negattivi għal-linji tal-ajru li jikkompetu u li l-ftehimiet ma' Ryanair kienu jikkostitwixxu miżuri diskriminatorji. Skont l-AEA, dawn il-ftehimiet huma diskriminatorji peress li l-konklużjoni tagħhom taħbat mal-bidu tal-użu kummerċjali tal-ajruport, li jfisser li l-ajruport kien ġie magħmul apposta għall-bżonnijiet ta' Ryanair. |
6.4. AIR FRANCE
(266) |
Air France rrimarkat b'mod ġenerali li tappoġġa bis-sħiħ l-azzjoni tal-Kummissjoni fi kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni. B'mod aktar speċifiku fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, Air France qablet mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li l-miżuri favur l-FFHG u Ryanair kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari Air France temmen li t-tliet ftehimiet kummerċjali ma' Ryanair jikkostitwixxu miżura diskriminatorja ċara peress li l-ebda linja oħra tal-ajru li topera fl-istess sistema ajruportwali qatt ma ġiet offruta l-istess kundizzjonijiet. Għalhekk, Air France kkonkludiet li inevitabbilment dawn il-miżuri kienu qegħdin jikkontribwixxu għal tfixkil sinifikanti tal-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi fl-UE fis-suq intern. |
6.5. KUMMENTI PPREŻENTATI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-LINJI GWIDA TAL-AVJAZZJONI TAL-2014 GĦALL-KAŻ PENDENTI
6.5.1.1. Lufthansa
(267) |
Lufthansa qalet li l-ftehimiet ma' Ryanair tal-1999, tal-2002 u tal-2005 jikkostitwixxu għajnuna inkompatibbli mill-Istat u tipprovdi aktar kummenti dwar il-ftehimiet rispettivi. |
(268) |
Fir-rigward tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999, Lufthansa rrilevat li meta jiġi applikat l-MEOT għandu jittieħed kont sħiħ tal-ispejjeż għat-Terminal 1 fl-ajruport. Sabiex tappoġġja dan, Lufthansa tirreferi għad-dikjarazzjoni ta' Ryanair f'seduta parlamentari. Skont Lufthansa, Ryanair kienet iddikjarat li l-ajruport kien inbena għalihom. Lufthansa kkontestat li proporzjon tal-ispiża tat-terminal seta' jiġi attribwit ukoll lil linji tal-ajru oħra. |
(269) |
Fil-fehma ta' Lufthansa, l-MEOT li sar minn PwC għall-ftehim ma' Ryanair tal-2002 jissottovaluta l-ispejjeż ta' kummerċjalizzazzjoni għall-ftuħ ta' rotot ġodda fl-2002. Skont il-Lufthansa kien pubblikament magħruf li fl-2002 kienu se jinfetħu mill-inqas 7 rotot ġodda. Għalhekk, Lufthansa qalet li l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni kien ġie sottovalutat b'minn tal-inqas EUR […] fl-2002. |
(270) |
Fir-rigward tal-ftehim ma' Ryanair tal-2005, Lufthansa qalet li l-previżjonijiet dwar il-volum ta' passiġġieri li fuqhom kien ibbażat l-MEOT tal-ftehim ma' Ryanair tal-2005 jidhru li kienu sopravalutati. Lufthansa qalet li fl-agħar każ l-ajruport kien qiegħed jistenna li bejn l-2006 u l-2012 Ryanair kienet se ġġib 3 miljun passiġġier. Madankollu, skont Lufthansa dawn l-aspettattivi ma kinux ibbażati fuq impenn reali min-naħa ta' Ryanair. |
(271) |
Barra minn hekk, Lufthansa qalet li fl-2005 Land Rheinland-Palatinate u Ryanair ikkonkludew ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni li mhuwiex parti mid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008. (46) Skont Lufthansa, il-ftehim jagħti lil Ryanair appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni ta' mill-inqas EUR […] miljun fis-sena. |
(272) |
Fir-rigward tal-għajnuna lill-ajruport għall-finanzjament tal-infrastruttura, Lufthansa hija tal-fehma li l-infrastruttura hija ddedikata lil Ryanair u għalhekk il-kriterji ta' kompatibbiltà fil-linji gwida ma japplikawx. |
6.5.1.2. It-Trasport u l-Ambjent
(273) |
Din l-organizzazzjoni mhux governattiva għamlet kummenti li fihom ikkritikat il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014 u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-industrija tal-avjazzjoni sa issa, għall-effetti allegatament negattivi tagħhom fuq l-ambjent. |
7. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA DWAR IL-KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI
7.1. DWAR IL-KUMMENTI MINN RYANAIR
(274) |
Dwar il-kummenti minn Ryanair, il-Ġermanja qalet li dawn jappoġġjaw b'mod komprensiv l-osservazzjonijiet tagħha u ssupplimentat dawn min-naħa tal-linja tal-ajru. Skont il-Ġermanja, il-kummenti ta' Ryanair jenfasizzaw speċjalment li l-kuntratti ma' Ryanair huma l-istess li kieku kien jikkonkludi investitur f'ekonomija tas-suq u li fil-fatt ħafna ajruporti Ewropej oħra kkonkludew ftehimiet simili ma' Ryanair. |
(275) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja enfasizzat li skont Ryanair l-imposti ajruportwali stabbiliti mill-FFHG kienu assolutament normali fis-settur tat-trasportaturi bi prezzijiet irħas u ma kinux speċjalment vantaġġużi għal Ryanair. |
7.2. DWAR IL-KUMMENTI MINN LUFTHANSA U L-BDF
(276) |
Dwar il-kummenti minn Lufthansa, il-Ġermanja ċaħdet l-argument li r-riżultati tal-istudju ppreżentat dwar l-effetti tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn fuq l-ekonomija reġjonali u fuq l-għadd ta' impjiegi li nħolqu huma dubjużi u minflok enfasizzat li l-istudju huwa bbażat fuq ir-riċerka ekonomika b'bażi soda li saret mill-awturi esperti. Il-Ġermanja rrilevat li naturalment iċ-ċifri fl-istudju huma previżjoni u mhux neċessarjament dejjem se jikkorrispondu maċ-ċifri realizzati fil-verità, speċjalment fil-kuntest tal-kriżi ekonomika dinjija. Skont il-Ġermanja, il-previżjoni kienet realistika fil-mument tal-pubblikazzjoni u wasslet biex, minn perspettiva ex ante, PwC tikkonkludi li l-FFHG kienet aġixxiet bħala investitur f'ekonomija tas-suq. |
(277) |
Il-Ġermanja ċaħdet ukoll id-dubji ta' Lufthansa u tal-BDF li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kienx se jilħaq il-profittabbiltà. Il-Ġermanja qalet li l-previżjoni dwar meta se tinkiseb il-profittabbiltà jista' jkun li jkollha tiġi adattata minħabba diversi fatturi, bħad-deċiżjonijiet dwar l-investimenti u l-espansjoni tal-impriża. Fi kwalunkwe każ, PwC ippreżentat valutazzjonijiet affidabbli li juru li l-miżuri kollha taħt investigazzjoni kienu ekonomikament raġonevoli. |
(278) |
Skont il-Ġermanja, id-dikjarazzjoni minn Lufthansa u mill-BDF li ma teżisti l-ebda ġustifikazzjoni reali għall-MEOT hija għalhekk bla bażi, speċjalment peress li Lufthansa ma kellhiex aċċess għall-MEOT ta' PwC. |
(279) |
Dwar iż-żidiet fil-kapital, il-Ġermanja qalet li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kienx ingħalaq; pjuttost, l-ajruport ilu mill-1993 jintuża għall-avjazzjoni ċivili u sa dak il-waqt tal-involviment ta' Fraport. Il-Ġermanja tispjega li għalhekk l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kienx proġett biex Ryanair tingħata ajruport, kif allegat Lufthansa, iżda kien iddisinjat bħala ajruport low-cost biex jintuża skont kundizzjonijiet ugwali u mhux diskriminatorji minn kwalunkwe linja tal-ajru. Skont il-Ġermanja huwa normali li ċerti linji tal-ajru jużaw ċerti ajruporti aktar minn oħrajn. Fil-fatt, Lufthansa stess għandha pereżempju terminal esklussiv fl-ajruport ta' Munich. |
(280) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja qalet li ma kien hemm l-ebda diskriminazzjoni fir-rigward tal-iskema ta' appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni. Il-livelli ta' appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni mogħtija kienu ġew stabbiliti b'mod raġonevoli u mhux diskriminatorju. Il-ħlas tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni f'pagamenti, kif ikkritikat minn Lufthansa u mill-BDF, serva biss biex jiġu minimizzati r-riskji fil-każ li rotta terġa' tingħalaq ftit wara li tkun infetħet. Il-Ġermanja argumentat li dan il-periklu ma kienx ikun preżenti bl-istess mod li kieku linja tal-ajru kienet diġà preżenti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn u kienet diġà sservi aktar minn miljun passiġġier. Barra minn hekk, skont il-Ġermanja, Ryanair ma rċeviet l-ebda appoġġ sigriet jew mhux iġġustifikat għall-kummerċjalizzazzjoni mingħand l-FFHG. |
(281) |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk kienx hemm xi għajnuna li kienet ġejja minn riżorsi tal-Istat, il-Ġermanja argumentat li b'kuntrast ma' dak allegat minn Lufthansa u mill-BDF, ma setgħet tinġibed l-ebda konklużjoni mill-karti tal-bilanċ annwali ta' Fraport li fihom l-impriża ddikjarat li hija “impriża pubblika dipendenti”. Din id-dikjarazzjoni sempliċiment ġiet inkluża fir-rapport finanzjarju annwali sabiex tiġi ppreżentata r-relazzjoni lill-impriżi u lill-persuni qrib Fraport, iżda ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-valutazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Fi kwalunkwe każ, minn din l-applikazzjoni ma tista' tiġi dderivata l-ebda imputabbiltà għaż-żidiet fil-kapital lill-Istat. |
(282) |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-għajnuna mogħtija lill-FFHG tkunx kompatibbli mas-suq intern, il-Ġermanja qalet li l-argument ta' Lufthansa u tal-BDF li użu ċivili beda sempliċiment sitt snin wara t-terminazzjoni tal-użu militari ma jkunx korrett u huwa wkoll irrilevanti. L-użu ċivili kien beda direttament fl-1993 u l-infrastruttura għall-użu ċivili kienet diġà hemm. L-espansjoni tal-infrastruttura sabiex l-ajruport ikun lest għat-traffiku kummerċjali tal-passiġġieri kienet inevitabbli. |
(283) |
Il-Ġermanja ċaħdet l-argument ta' Lufthansa u tal-BDF li ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kienx għen biex titnaqqas il-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main u enfasizzat li Lufthansa u l-BDF ma kinux issostanzjaw l-allegazzjoni tagħhom b'xi evidenza. |
(284) |
B'mod speċjali, il-Ġermanja opponiet l-argument ta' Lufthansa u tal-BDF li ma kienx ċar jekk l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienx iġġenera għadd kbir ta' impjiegi. F'dan ir-rigward il-Ġermanja argumentat li ma jistax jiġi ddubitat li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu influwenza konsiderevoli fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun strutturalment dgħajjef madwaru. |
(285) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ċaħdet l-allegati effetti diskriminatorji tat-tariffi fuq il-passiġġieri u tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni min-naħa ta' Lufthansa u mill-BDF. Il-Ġermanja kienet żgurat li dawn kienu ġew stabbiliti abbażi ta' konsiderazzjonijiet u kalkoli ekonomiċi u kienu disponibbli għal-linji tal-ajru b'mod uniformi u mhux diskriminatorju. |
(286) |
Fl-aħħar nett il-Ġermanja ċaħdet id-dubji mqajma minn Lufthansa u mill-BDF fir-rigward tal-approċċ ta' ħlas wieħed fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Il-Ġermanja qalet li kif intwera mill-MEOT li sar minn PwC, dan l-approċċ kien ekonomikament ġustifikat, u li kieku t-tariffi fuq il-passiġġieri kienu jkunu tant għoljin biex mill-bidu jiġi garantit operat profittabbli tal-ajruport, ma kienx ikun possibbli li jiġu attirati linji tal-ajru lejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn. |
(287) |
Dwar id-dikjarazzjonijiet li Lufthansa u l-BDF ippreżentaw fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lil Ryanair permezz tal-ftehimiet ma' Ryanair tal-1999, tal-2002 u tal-2005, il-Ġermanja rreferiet għall-MEOTs dettaljati li saru minn PwC u ddikjarat li dawn il-ftehimiet ma jistgħux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat peress li huma konformi mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. Skont il-Ġermanja, il-kalkoli ppreżentati minn Lufthansa u mill-BDF huma implawsibbli u huma bbażati fuq ċifri żbaljati dwar il-passiġġieri. Għal darb'oħra l-Ġermanja enfasizzat li ma kienx possibbli li ajruport bħal Frankfurt Hahn jiġi operat bi profitt mill-bidu nett, iżda biss fuq perjodu medju sa fit-tul. |
(288) |
Il-Ġermanja qalet ukoll li d-dubji mqajma minn Lufthansa u mill-BDF fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-għajnuna lil Ryanair tistax tkun ġustifikata kienu infondati. Barra minn hekk il-Ġermanja argumentat li anke kieku l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni kien jikkostitwixxi vantaġġ għal Ryanair, li ma kienx, skont il-Ġermanja, anki f'dak il-każ dik l-għajnuna kienet tkun kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-premessa 79 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005. |
7.3. DWAR IL-KUMMENTI MILL-AIR FRANCE U MILL-AEA
(289) |
Dwar il-kummenti mill-AEA l-Ġermanja indikat li dawn ma kienu sostanzjati bl-ebda evidenza. Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li anki jekk, kif iddikjarat l-AEA, kien hemm effetti negattivi għall-ajruporti li jikkompetu, allura dawn l-ajruporti ma kinux ilmentaw dwar dan u saħansitra lanqas ma kkummentaw dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008. |
8. VALUTAZZJONI: L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA
(290) |
Permezz tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat “… kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal tfixkil jew theddida ta' tfixkil għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” |
(291) |
Il-kriterji stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, jeħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. Dan ifisser li l-appoġġ finanzjarju għandu:
|
8.1. NATURA TAL-GĦAJNUNA TAL-MIŻURI MOGĦTIJA LILL-AJRUPORT
8.1.1. MIŻURA 1: PLTA TAL-2001
L-APPLIKABILITÀ TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT LILL-AJRUPORTI
(292) |
Il-Ġermanja ssostni li l-PLTA tal-2001 daħal fis-seħħ qabel il-finanzjament pubbliku tal-ajruporti kien meqjus li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u baqa' l-istess sakemm ġie sostitwit mill-PLTA tal-2004. |
(293) |
Għalhekk, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tistabbilixxi jekk ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kinux applikabbli għall-PLTA tal-2001 fiż-żmien meta ġie konkluż. F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li miżura ta' għajnuna tikkostitwixxi għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 fejn jista' jiġi stabbilit li fiż-żmien meta ddaħħlet fis-seħħ il-miżura ta' għajnuna, hija ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u, sussegwentement saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni u mingħajr ma nbidlet mill-Istat Membru. |
(294) |
Tabilħaqq, fil-passat, l-iżvilupp tal-ajruporti kien spiss determinat minn kunsiderazzjonijiet purament territorjali jew, f'xi każijiet, minn rekwiżiti militari. L-operat tal-ajruporti kien organizzat bħala parti mill-amministrazzjoni aktar milli bħala impriża kummerċjali. Il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti u l-operaturi tal-ajruporti kienet limitata wkoll u żviluppat gradwalment. Meta wieħed iqis dawk il-kundizzjonijiet, għal xi żmien il-Kummissjoni kienet tqis il-finanzjament mill-Istat tal-ajruporti u tal-infrastruttura ta' ajruport bħala miżura ġenerali ta' politika ekonomika li ma setgħetx tiġi kkontrollata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tat-Trattat. |
(295) |
Madankollu, l-ambjent tas-suq inbidel. Fis-sentenza Aéroports de Paris, il-Qorti Ġenerali qalet li l-operat ta' ajruport, li jinkludi l-forniment ta' servizzi fl-ajruport lil-linji tal-ajru u lid-diversi fornituri tas-servizz fl-ajruporti, jikkostitwixxi attività ekonomika. (47) Konsegwentement, mill-adozzjoni tal-imsemmija sentenza (it-12 ta' Diċembru 2000) ma għadux aktar possibbli li l-operat u l-bini ta' ajruporti jitqiesu bħala kompitu li jitwettaq mill-amministrazzjoni taħt ir-responsabbiltà pubblika, barra mill-ambitu ta' kontroll tal-għajnuna mill-Istat. |
(296) |
Fis-sentenza tagħha Leipzig/Halle Airport, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li a priori mhuwiex possibbli li tiġi eskluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti peress li l-operat ta' ajruport u l-bini tal-infrastruttura tal-ajruport huwa attività ekonomika. (48) Ladarba operatur ta' ajruport jinvolvi ruħu f'attivitajiet ekonomiċi, irrispettivament mill-istatus legali tiegħu jew mill-mod kif jiġi ffinanzjat, jikkostitwixxi impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, għalhekk japplikaw ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat. (49) |
(297) |
L-FFHG kienet involuta fil-kostruzzjoni, fil-manutenzjoni u fl-operat tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn. F'dan il-kuntest, offriet servizzi ajruportwali u ċċarġjat lill-utenti — operaturi tal-avjazzjoni kummerċjali kif ukoll utenti ġenerali tal-avjazzjoni mhux kummerċjali — għall-użu tal-infrastruttura tal-ajruport, u b'hekk sfruttat kummerċjalment l-infrastruttura. Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-FFHG ilha mid-data tas-sentenza Aéroports de Paris (jiġifieri mit-12 ta' Diċembru 2000) 'il quddiem involuta f'attività ekonomika. |
(298) |
Madankollu, fid-dawl tal-iżviluppi (kif stabbilit fil-premessi minn 294 sa 296) il-Kummissjoni tqis li, qabel is-sentenza tal-Qorti Ġenerali f'Aéroports de Paris, l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament iqisu li l-miżuri ta' finanzjament fir-rigward ta' ajruporti ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u għaldaqstant ma kellhomx bżonn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tiddubita miżuri individwali ta' finanzjament (li ma kinux ingħataw abbażi ta' skema ta' għajnuna (50)) li kienu ġew adottati b'mod definittiv qabel is-sentenza f'Aéroports de Paris skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(299) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid l-ewwel tivvaluta jekk il-PLTA tal-2001 kienx daħal fis-seħħ qabel is-sentenza f'Aéroports de Paris (it-12 ta' Diċembru 2000) u t-tieni jekk aktar tard dik il-miżura ġietx emendata. |
(300) |
Il-PLTA tal-2001 kien ġie miftiehem b'mod irrevokabbli fil-31 ta' Awwissu 1999 u ġie kkonfermat f'att notarili tal-24 ta' Novembru 2000. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-PLTA tal-2001 kien daħal fis-seħħ b'mod irrevokabbli qabel is-sentenza Aéroports de Paris. Barra minn hekk, il-PLTA tal-2001 baqa' l-istess sakemm ġie sostitwit mill-PLTA tal-2004. |
(301) |
Għalhekk, dak iż-żmien l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament iqisu li PLTA biex jiġi kopert it-telf annwali tal-FFHG ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
KONKLUŻJONI
(302) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 292 u dawk segwenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li, fiż-żmien li ddaħħal fis-seħħ il-PLTA tal-2001, l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament iqisu li PLTA biex jiġi kopert it-telf annwali tal-FFHG ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
8.1.2. MIŻURA 2: ŻIEDA FIL-KAPITAL TAL-2001
(303) |
Fl-2001, Fraport u Land Rhineland-Palatinate żiedu l-kapital tal-FFHG b'EUR 27 miljun. Fraport ikkontribwiet EUR 19,7 miljun; Land Rhineland-Palatinate kkontribwiet EUR 7,3 miljun. Iż-żieda fil-kapital ġiet l-ewwel approvata mill-bord superviżorju ta' Fraport (fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħha) fl-14 ta' Diċembru 2001 u sussegwentement b'riżoluzzjoni tal-azzjonisti tal-FFHG datata d-9 ta' Jannar 2002. (51). Iż-żieda fil-kapital minn Fraport u minn Land saret effettiva fid-9 ta' Jannar 2002. |
8.1.2.1. Il-kunċett ta' impriża u ta' attività ekonomika
(304) |
Kif ġie analizzat fil-premessa 293 u dawk segwenti, mit-12 ta' Diċembru 2000, l-FFHG trid titqies bħala impriża li teżerċita attività ekonomika għall-fini tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
8.1.2.2. Ir-riżorsi tal-istat u l-imputabbiltà lill-istat
(305) |
Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni jridu jkunu ffinanzjati mir-riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni biex tingħata l-miżura għandha tkun imputabbli lill-Istat. |
(306) |
Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kull vantaġġ mogħti permezz ta' riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn xi korp intermedjarju li jaġixxi permezz ta' setgħat mogħtija lilu. (52) Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, ir-riżorsi ta' awtoritajiet lokali huma riżorsi tal-Istat. (53) F'dak ir-rigward, hija prattika kostanti tal-Kummissjoni li tqis li irrispettivament minn jekk impriża pubblika hijiex tagħmel telf jew profitt, ir-riżorsi kollha tagħha għandhom jiġu kkunsidrati bħala riżorsi tal-Istat. (54) |
Is-sehem ta' Land Rhineland-Palatinate fiż-żieda fil-kapital tal-2001
(307) |
Land Rhineland-Palatinate ffinanzjat is-sehem tagħha fiż-żieda fil-kapital tal-2001 direttament mill-baġit ġenerali tagħha. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li din il-miżura hija ffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat u anke imputabbli lill-Istat. |
Is-sehem ta' Fraport fiż-żieda fil-kapital tal-2001
Riżorsi tal-Istat
(308) |
Fl-opinjoni tal-Ġermanja, is-sehem ta' Fraport fiż-żieda fil-kapital tal-2001 ma jikkwalifikax bħala finanzjament minn riżorsi tal-Istat peress li dak iż-żmien Fraport kienet kumpanija inkorporata indipendenti taħt id-dritt privat ikkwotata fil-Borża u l-awtoritajiet pubbliċi ma kienu qegħdin jeżerċitaw l-ebda kontroll kontinwu fuq il-fondi tagħha. |
(309) |
Skont il-każistika, ir-riżorsi ta' impriża għandhom jitqiesu riżorsi tal-Istat jekk l-Istat ikun jista', billi jeżerċita kontroll fuq dawn l-impriżi, jidderieġi l-użu tar-riżorsi tagħhom. (55) |
(310) |
Il-Kummissjoni tqis li f'dan il-każ, f'kull ħin rilevanti l-Istat eżerċita kontroll dirett jew indirett fuq ir-riżorsi taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li, fil-mument tad-deċiżjoni irrevokabbli dwar iż-żieda fil-kapital tal-2001, Fraport kienet kumpanija fil-maġġoranza proprjetà pubblika. Qabel il-11 ta' Ġunju 2001, l-azzjonisti pubbliċi kienu jikkontrollaw 100 % tal-ishma ta' Fraport. (56) Fil-11 ta' Ġunju 2001, Fraport ġiet ikkwotata fil-Borża u 29,71 % tal-ishma tagħha nbiegħu lill-azzjonisti privati. Wara dan, Land Hesse kienet tikkontrolla 32,04 % tal-ishma, Stadtwerke Frankfurt am Main Holding GmbH (100 % posseduta mill-muniċipalità ta' Frankfurt am Main) kienet tikkontrolla 20,47 % tal-ishma u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kienet tikkontrolla 18,32 % tal-ishma. |
(311) |
Għalhekk, bejn il-11 ta' Ġunju 2001 u s-26 ta' Ottubru 2005, 70,29 % tal-ishma ta' Fraport kienu kkontrollati minn azzjonisti pubbliċi u għalhekk tikkwalifika bħala impriża pubblika fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2006/111/KE. Barra minn hekk, il-fatt li l-maġġoranza tal-ishma ta' Fraport kienu kkontrollati minn korpi pubbliċi fisser li dawn kienu f'pożizzjoni li jeżerċitaw influwenza dominanti fuq Fraport. |
(312) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe injezzjoni ta' kapital mogħtija mir-riżorsi ta' Fraport kienet se tkun tfisser telf ta' riżorsi tal-Istat, u b'hekk tikkostitwixxi trasferiment ta' riżorsi tal-Istat. |
Imputabbiltà lill-Istat
(313) |
Madankollu, il-Qorti ddeċidiet ukoll li, anki jekk l-Istat huwa f'pożizzjoni li jeżerċita kontroll fuq impriża pubblika u fuq l-operazzjonijiet tagħha, l-eżerċizzju attwali ta' dak il-kontroll f'każ partikolari ma jistax jiġi awtomatikament preżunt. Impriża pubblika tista' taġixxi b'aktar jew anqas indipendenza, skont il-grad ta' awtonomija mogħtija lilha mill-Istat. |
(314) |
Għalhekk, is-sempliċi fatt li impriża pubblika tkun taħt il-kontroll tal-Istat mhuwiex biżżejjed sabiex il-miżuri li jittieħdu minn dik l-impriża, bħall-finanzjament mogħti lill-FFHG permezz taż-żieda fil-kapital tal-2001, ikunu imputabbli lill-Istat. Huwa wkoll neċessarju li jiġi eżaminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx jitqiesu bħala li, b'xi mod jew ieħor, kienu involuti fl-adozzjoni ta' din il-miżura. F'dak ir-rigward, il-Qorti indikat li l-imputabbiltà lill-Istat ta' miżura meħuda minn impriża pubblika tista' tiġi dedotta minn sett ta' indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li fih tkun ittieħdet dik il-miżura. (57) |
(315) |
Dawn l-indikaturi jistgħu jkunu l-integrazzjoni tal-impriża fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta' dawn fuq is-suq f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni ma' operaturi privati, l-istat legali tal-impriża (fis-sens jekk ikunx soġġett għal-liġi pubblika jew għal-liġi ordinarja tal-kumpaniji), l-intensità tas-sorveljanza eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-impriża, jew kwalunkwe indikatur ieħor li juri, fil-każ partikolari, involviment mill-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta' miżura jew l-improbabbiltà li ma jkunux involuti, billi jitqies ukoll l-ambitu tal-miżura, il-kontenut tagħha jew il-kundizzjonijiet li tinkludi. (58). |
(316) |
Kif ġie ddikjarat fil-premessa 135 u dawk segwenti, il-Ġermanja rrilevat li l-miżuri li ttieħdu minn Fraport fir-rigward tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kinux imputabbli lill-Istat. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja rreferiet b'mod speċjali għas-sezzjoni 76 tal-AktG u għas-sentenzi taħt il-liġi Ġermaniża skont liema l-bord maniġerjali ta' Aktiengesellschaft għandu setgħa diskrezzjonali kbira li jaġixxi fir-rigward tan-negozju ta' kuljum tal-kumpanija u b'hekk ikun qiegħed jaġixxi b'mod indipendenti mill-azzjonisti tagħha. |
(317) |
Il-Ġermanja rreferiet ukoll għal sentenza tal-Qorti Federali Ġermaniża, il-Bundesgerichtshof, li fiha dik il-qorti osservat li l-azzjonisti pubbliċi ma kinux f'pożizzjoni li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet individwali meħuda fin-negozju ta' kuljum, iżda setgħu jipprovdu biss il-qafas ġenerali u s-superviżjoni ta' gwida lil Fraport. Skont il-Ġermanja, din in-natura speċjali tal-Aktiengesellschaft kienet rikonoxxuta wkoll fir-rigward tal-liġi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku fis-sentenza tal-Qorti fil-kawża Stadtwerke Brixen AG. (59) |
(318) |
Għalhekk, fir-rigward tal-involviment tal-azzjonisti pubbliċi fit-teħid tad-deċiżjonijiet waqt il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti, il-Ġermanja argumentat li votazzjoni fil-laqgħa tal-azzjonisti ma kienet tikkostitwixxi xejn ħlief l-eżerċizzju tad-drittijiet leġittimi u tal-obbligi tagħhom bħala azzjonisti. Il-Ġermanja ċaħdet ukoll l-idea tal-preżenza ta' xi indikazzjoni oħra mis-sentenza Stardust Marine, imsemmija fil-premessa 315. |
(319) |
Bħala rimarka preliminari, il-Kummissjoni tosserva li s-sempliċi fatt li kumpanija proprjetà tal-Istat hija kumpanija inkorporata taħt id-dritt privat ma jistax — wara li tiġi kkunsidrata l-awtonomija li dik il-forma legali tkun kapaċi tikkonferixxi fuqha — jiġi kkunsidrat bħala suffiċjenti biex jiġi eskluż li l-azzjonijiet tagħha huma imputabbli lill-Istat. (60) Ma għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn kawżi fejn l-għajnuna tingħata direttament mill-Istat u kawżi fejn tingħata minn korpi pubbliċi jew privati stabbiliti jew maħtura mill-Istat sabiex jamministraw l-għajnuna. (61) |
(320) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li s-sentenza mogħtija mill-Bundesgerichtshof Ġermaniża fl-1999 (62) titratta proċeduri kriminali. F'dawk il-proċeduri, il-kwistjoni tal-aħħar istanza kienet jekk eks impjegat ta' Fraport setgħax jiġi mixli bir-reat ta' “korruzzjoni ta' impjegat” jew “korruzzjoni ta' uffiċjal pubbliku”, u għalhekk qamet il-kwistjoni ta' jekk skont il-kodiċi kriminali tal-Ġermanja, Fraport kellhiex titqies bħala “amministrazzjoni oħra”. (63) Għalhekk, il-każ ma huwa bl-ebda mod marbut mal-kwistjoni dwar jekk azzjoni ta' Fraport tistax titqies bħala imputabbli lill-Istat skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda jiċċara biss li impjegat ta' Fraport mhuwiex uffiċjal pubbliku u li Fraport ma tistax titqies bħala parti mill-amministrazzjoni pubblika fis-sens tal-kodiċi kriminali tal-Ġermanja. |
(321) |
Anke fir-rigward tas-sentenza l-oħra tal-Bundesgerichtshof ippreżentata mill-Ġermanja (64), il-Kummissjoni tinnota li s-sentenza, fil-kawża ta' Parking Brixen (65), kienet tittratta l-kriterju ta' kontroll pubbliku fuq impriża fis-sens tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku. Ma tittrattax il-kwistjoni ta' imputabbiltà skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(322) |
Barra minn hekk, filwaqt li jista' jkun li l-bord maniġerjali ta' Aktiengesellschaft jista' jaġixxi b'mod indipendenti mill-azzjonisti pubbliċi tiegħu meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar in-negozju ta' kuljum, minħabba l-istruttura tal-azzjonisti tagħha (li fiha 70 % tal-azzjonisti tagħha huma pubbliċi) u l-ftehim ta' konsorzju bejn l-azzjonisti pubbliċi tagħha, madankollu Fraport tqis lilha nnifisha bħala “impriża pubblika dipendenti” (66) (kif irrapportat f'kull rapport finanzjarju annwali bejn l-2001 u l-2006). |
(323) |
Barra minn hekk, diversi fatturi jindikaw li fil-fatt iż-żieda fil-kapital tal-2001 hija imputabbli lill-Istat. |
(324) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li ż-żieda fil-kapital tal-2001 ma tistax titqies barra mill-kuntest, iżda trid titqies fid-dawl tas-sitwazzjoni politika u legali ta' Fraport f'dak iż-żmien. Dawk iċ-ċirkostanzi u l-fatti jindikaw b'mod ċar li l-miżura ma kinitx tiġi adottata kieku ma kienx għall-involviment tal-Istat. |
(325) |
Skont il-minuti tal-bord superviżorju ta' Fraport tas-26 ta' Settembru 1997, l-awtoritajiet ta' Land Rhineland-Palatinate stiednu lil Fraport biex tinvolvi ruħha fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, peress li “Land Rhineland-Palatinate xtaqet, permezz tal-involviment ta' [Fraport] fl-[FFHG] li jissaħħaħ l-iżvilupp tal-opportunitajiet ta' xogħol, u peress li kienet qiegħda tistenna żieda fit-traffiku tal-ajru”. Wara li fl-1 ta' Jannar 1998, Fraport kienet saret azzjonista fl-FFHG b'sehem ta' 64 %, skont il-minuti tal-laqgħa tal-bord superviżorju tal-10 ta' Mejju 1999, “il-gvern ta' Land Rhineland-Palatinate [kien] dar fuq il-prim Ministru ta' Land Hesse b'talba għal impenn aktar b'saħħtu ta' [Fraport] fl-[ajruport] ta' Hahn”. Għal dan l-għan, Fraport kellha tieħu f'idejha l-ishma li Holding Hahn u Weiss u Freytag kien għad kellhom fl-ajruport (ara l-premessa 17). Il-minuti jkomplu jgħidu li Fraport ma għandhiex tiġi ppenalizzata “jekk ma tilħaqx il-miri politiċi reġjonali, pereż. l-għadd ta' opportunitajiet ta' xogħol” u li “bdew in-negozjati bejn Fraport u l-Land dwar punti ta' diskussjoni” . Fl-aħħar nett, il-minuti jistqarru li “kemm jista' jkun għandhom jintużaw fondi pubbliċi” għall-iżvilupp tal-ajruport u li, sabiex jitħaffef il-proċess ta' ġbir ta' dawn il-fondi, “Land Rhineland-Palatinate diġà waqqfet grupp ta' ħidma fil-Ministeru tal-Ekonomija, li tiegħu Fraport hija wkoll membru”. |
(326) |
Dawk il-minuti juru li Land Rhineland-Palatinate u Land Hesse kienu qegħdin jużaw lil Fraport bħala mezz sabiex jiġu segwiti miri politiċi reġjonali u strutturali, bħall-ħolqien ta' aktar impjiegi fir-reġjun. |
(327) |
Peress li dak iż-żmien Fraport kienet għadha impriża pubblika, il-bord superviżorju tagħha, li fil-maġġorparti l-membri tiegħu kienu ġew innominati (tal-anqas nofs il-bord superviżorju) mill-azzjonisti pubbliċi, kellu s-setgħa li japprova l-ftehim bażiku tal-31 ta' Awwissu 1999 (“Grundlagenvereinbarung”) (67) u li jawtorizza lill-bord maniġerjali biex jikkonkludi l-PLTA tal-2001. (68). Barra minn hekk, waqt il-laqgħa tal-azzjonisti ta' Fraport ġiet adotta riżoluzzjoni datata t-3 ta' Mejju 2000 li fiha l-bord maniġerjali ġie awtorizzat jikkonkludi l-PLTA tal-2001 mal-FFHG u għaldaqstant biex Fraport tintrabat mal-proġett tal-FFHG għall-inqas sal-2005. Peress li r-riżoluzzjoni kienet teħtieġ maġġoranza ta' voti li jirrappreżentaw tal-anqas tliet kwarti tal-kapital awtorizzat li jkun qiegħed jieħu sehem fil-vot, u dak iż-żmien l-awtoritajiet pubbliċi kellhom 100 % tal-ishma (ara l-premessa 305), effettivament dik ir-riżoluzzjoni ttieħdet mill-awtoritajiet pubbliċi. |
(328) |
Land Rhineland-Palatinate għamlet ukoll l-appoġġ u l-finanzjament pubbliku tagħha kundizzjonali fuq il-konklużjoni tal-PLTA tal-2001, kif jista' jidher mill-ftehim bażiku tal-31 ta' Awwissu 1999. (69). |
(329) |
Għalhekk, permezz tal-involviment politiku taż-żewġ Länder, direttament fuq livell politiku u indirettament permezz tal-bord superviżorju u bħala l-azzjonisti pubbliċi ta' Fraport, Fraport kienet involuta fl-FFHG u ffirmat il-PLTA tal-2001 biex tassumi t-telf tal-FFHG għall-inqas sal-2005. |
(330) |
Barra minn hekk, is-sezzjoni 13 tal-istatut ta' assoċjazzjoni tal-FFHG (70) kien jgħid li sal-31 ta' Diċembru 2027 kwalunkwe bejgħ ta' ishma minn xi wieħed mill-azzjonisti kellu jkollu l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-azzjonisti l-oħra. Peress li dak iż-żmien l-FFHG kellha żewġ azzjonisti biss, Fraport u Land Rhineland-Palatinate, dan kien ifisser li biex tbigħ l-ishma tagħha Fraport kellha bżonn l-awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand Land Rhineland-Palatinate. Effettivament dan kien ifisser li l-Land setgħet twaqqaf lil Fraport milli titlaq mill-proġett tal-FFHG. |
(331) |
Diġà fl-2001, meta ġiet diskussa ż-żieda fil-kapital tal-2001, kien jidher li l-maniġment tal-FFHG kien f'negozjati diretti ma' Land Hesse u ma' Land Rhineland-Palatinate. (71) Għandu jiġi nnotat li f'dak il-punt fiż-żmien Land Hesse kienet għadha mhux azzjonista tal-FFHG, imma azzjonista ta' Fraport (b'sehem ta' 45,2 %). |
(332) |
F'dak il-kuntest politiku u legali, f'Jannar 2001 (72) ħareġ biċ-ċar li kien hemm il-ħtieġa urġenti ta' aktar investimenti fl-FFHG sabiex l-FFHG tkun tista' ssir profittabbli. |
(333) |
Barra minn hekk, Land Rhineland-Palatinate direttament ipperswadiet lil Fraport biex tadotta ż-żieda fil-kapital tal-2001. Fi proposta għal-laqgħa tal-bord superviżorju tal-20 ta' Ġunju 2001, qiegħed jiġi nnotat li, fid-dawl taż-żieda fil-kapital ta' EUR 27 miljun b'rabta mal-iżvilupp tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, l-azzjonista Land Rhineland-Palatinate kienet insistiet li t-tkomplija tal-investimenti fl-infrastruttura pubblika, bħall-bini tat-triq li tagħti għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn li jlaħħaq madwar EUR […] miljun kienet soġġetta għall-investimenti li kellhom jiġu ffinanzjati miż-żieda fil-kapital tal-2001. |
(334) |
F'dak ir-rigward, il-kumitat dwar l-akkwisti tal-bord superviżorju ta' Fraport, f'laqgħa dwar iż-żieda fil-kapital tal-2001, datata t-23 ta' Novembru 2001, u għalhekk inqas minn xahar qabel il-bord superviżorju approva ż-żieda fil-kapital tal-2001, innota li dak iż-żmien Fraport ma setgħetx tinħall minn mal-FFHG, peress li “ma kienx mistenni li Land Rhineland-Palatinate kienet se taqbel dwar dan”. (73) |
(335) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li ż-żieda fil-kapital tal-2001 hija imputabbli lill-Istat. |
8.1.2.3. Vantaġġ ekonomiku
(336) |
Vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huwa kull benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat. (74) L-effett tal-miżura fuq l-impriża biss huwa rilevanti, u mhux il-kawża jew l-objettiv tal-intervent tal-Istat. (75) Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża titjieb bħala riżultat ta' intervent mill-Istat, ikun hemm vantaġġ. |
(337) |
Barra minn hekk, “kapital li jitpoġġa għad-dispożizzjoni ta' kumpanija mill-Istat, direttament jew indirettament, f'ċirkostanzi li jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet normali tas-suq, ma għandux jitqies bħala għajnuna mill-Istat”. (76) F'dan il-każ, sabiex jiġi stabbilit jekk iż-żieda fil-kapital tal-2001 tagħtix lill-FFHG vantaġġ li ma kinitx kieku tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Kummissjoni għandha tqabbel l-imġiba tal-awtoritajiet pubbliċi li qegħdin jipprovdu l-għotjiet diretti ta' investiment u l-injezzjonijiet ta' kapital ma' dik ta' MEO ggwidat minn prospetti ta' profittabbiltà fit-tul. (77) |
(338) |
Il-valutazzjoni għandha twarrab kwalunkwe riperkussjoni pożittiva fuq l-ekonomija tar-reġjun fejn jinsab l-ajruport, minħabba li l-Qorti kkjarifikat li l-kwistjoni rilevanti għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-Operatur f'Ekonomija tas-Suq (“MEO”) hija jekk “f'ċirkostanzi simili, azzjonist privat, wara li jkun ikkunsidra l-prevedibbiltà li jinkiseb redditu u wara li jkun eskluda l-kunsiderazzjonijiet soċjali, tal-politika reġjonali u settorjali kollha, kienx jissottoskrivi l-kapital inkwistjoni” (78). |
(339) |
Fis-sentenza Stardust Marine, il-Qorti sostniet li “[…] sabiex ikun eżaminat jekk l-Istat adottax jew le l-aġir ta' investitur prudenti li jopera f'ekonomija tas-suq, hemm bżonn li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li matulu twettqu l-miżuri ta' appoġġ finanzjarju sabiex tkun evalwata r-razzjonalità ekonomika tal-kondotta tal-Istat, u għalhekk ma għandha ssir ebda valutazzjoni bbażata fuq sitwazzjoni sussegwenti.” (79) |
(340) |
Barra minn hekk, fil-kawża EDF, il-Qorti ddikjarat li “[…] biex jintwera li, qabel jew waqt l-għoti tal-vantaġġ, l-Istat Membru ħa dik id-deċiżjoni bħala azzjonist, mhuwiex biżżejjed li wieħed jistrieħ fuq valutazzjonijiet ekonomiċi li jkunu saru wara l-għoti tal-vantaġġ, fuq konstatazzjoni retrospettiva li l-investiment li jkun sar mill-Istat Membru kkonċernat kienx fil-fatt profittabbli, jew fuq ġustifikazzjonijiet ulterjuri waqt l-azzjoni effettivament magħżula.” (80) |
(341) |
Sabiex tkun tista' tapplika l-prinċipju tal-MEO, il-Kummissjoni għandha tpoġġi lilha nnifisha fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni li jiżdied il-kapital tal-FFHG. Barra minn hekk, fil-prinċipju l-Kummissjoni għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni u s-suppożizzjonijiet disponibbli għall-azzjonisti pubbliċi tal-FFHG fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni li tirrigwarda l-arranġamenti finanzjarji inkwistjoni. |
(342) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li jista' jkun diffiċli għall-Istat Membru rilevanti u għall-operaturi kkonċernati li jipprovdu evidenza kontemporanja sħiħa fir-rigward tal-arranġamenti finanzjarji konklużi ħafna snin ilu u se dak kollu meta tiġi biex tapplika l-kriterju inkwistjoni fil-każ preżenti. |
(343) |
Il-Ġermanja targumenta li l-azzjonisti tal-FFHG ibbażaw id-deċiżjoni tagħhom li jinjettaw kapital addizzjonali fuq diversi dokumenti mħejjija mill-FFHG, minn Fraport u minn konsulenti esterni, li juru li d-deċiżjoni kienet ġustifikata. |
(344) |
Filwaqt li huwa minnu li kien tfassal pjan fit-tul għall-2001-2015 għal investimenti fl-FFHG, fiż-żmien taż-żieda fil-kapital tal-2001 il-konsulenti ta' Fraport, BCG u SD, kienu qiesu li l-investiment kien jinvolvi riskji għoljin, peress li taħt suppożizzjonijiet sproporzjonatament għoljin ta' tkabbir, l-FFHG kienet se tilħaq profitt annwali ta' EUR […] matul biss l-2015. F'dak il-kuntest, jistgħu jsiru diversi osservazzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien taż-żieda fil-kapital tal-2001 u l-informazzjoni disponibbli fiż-żmien li Land Rhineland-Palatinate u Fraport iddeċidew dwar din il-miżura. |
(345) |
Id-deċiżjoni li jiġi injettat kapital addizzjonali fl-FFHG kienet ittieħdet fl-isfond tas-sitwazzjoni finanzjarja dejjem sejra għall-agħar tal-ajruport fl-2001. F'Jannar 2001, ġie ppreżentat rapport dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-FFHG. Dan ir-rapport ikkonkluda li, minkejja li l-għanijiet preliminari li l-Fraport kienet stabbiliet għall-FFHG kienu ntlaħqu malajr u l-għadd ta' passiġġieri kien qiegħed jiżdied, is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali kienet sejra lura b'mod drammatiku peress li tnejn mill-klijenti ewlenin tal-FFHG (Malaysian Airlines Cargo u MNG Airlines) kienu ttrasferew l-attivitajiet tagħhom mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn, jew naqqsu l-attivitajiet tagħhom hemmhekk. F'dan l-isfond, Fraport ordnat lill-BCG u lill-SD biex jiżviluppaw strateġija għall-FFHG. Ir-rapport tal-BCG juri li anke fil-każ ta' tkabbir sproporzjonat, sal-2015 ma setgħet tkun mistennija l-ebda profittabbiltà tal-investimenti fl-FFHG. Interplan ukoll kien ikkonferma li dawn is-suppożizzjonijiet ta' tkabbir ma kinux realistiċi (81) (82) Barra minn hekk, fir-rapport tiegħu l-BCG qal li skont suppożizzjonijiet realistiċi ta' tkabbir ma kienx mistenni li l-investimenti li saru jirrendu profitt. Biex isostni dan, BCG ikkalkula l-Valur Preżenti Nett (VPN) tal-investiment kif ippreżentat fil-qosor fit-Tabella 19. Tabella 19 Kalkolu tal-profittabbiltà tal-investimenti fl-FFHG tal-BCG (83)
|
(346) |
Barra minn hekk, skont il-projezzjonijiet tat-traffiku tal-espert estern ta' Fraport, tkabbir ulterjuri jkun soġġett għal investimenti addizzjonali fl-infrastruttura. (86) L-ammont globali tal-investimenti meħtieġa kien stmat li kien jammonta għal EUR […] miljun u kieku kien jinvolvi l-estensjoni tar-runway, tat-taxiways, tar-rampa u miżuri infrastrutturali oħra. Madankollu, skont il-BCG, ma kienet saret l-ebda valutazzjoni dettaljata bħala bażi għal dan il-pjan konsiderevoli ta' investiment. Għal dawn ir-raġunijiet, il-BCG qies li l-investiment kien jinvolvi riskji għoljin u rrakkomanda li dawn ir-riskji jiġu kondiviżi ma' investitur addizzjonali jew li jiġi kkunsidrat il-bejgħ tas-sehem ta' Fraport fl-FFHG. |
(347) |
Il-Ġermanja ppreżentat MEOT li sar minn PWC biex tiġġustifika l-konformità taż-żieda fil-kapital tal-2001 mas-suq. Madankollu, dan id-dokument ma jsostnix l-argument tal-Ġermanja li l-azzjonisti tal-FFHG kienu aġixxew bħala investituri prudenti kif ġie vvalutat fil-premessa 348 u dawk segwenti. |
(348) |
Il-Kummissjoni tieħu nota tal-pjan tan-negozju fit-tul imfassal mill-SD ta' Fraport fl-2001, li kien serva bħala l-bażi għall-MEOT li sar minn PWC fl-2006 u fl-2008, rispettivament. F'dak il-pjan tan-negozju, ġew identifikati t-tliet xenarji li ġejjin:
|
(349) |
Madankollu, PWC ma kkalkolatx il-VPN tax-xenarji differenti sabiex ikun jista' jsir tqabbil. Il-VPN stabbilit fit-Tabella 20 juri li fix-xenarji kollha l-VPN2001-2015 kien se jkun negattiv. Barra minn hekk, il-projezzjonijiet li fuqhom kienet ibbażata l-valutazzjoni tal-profittabbiltà ta' PWC juru li huwa biss taħt previżjonijiet ottimisti ħafna tat-traffiku, u jekk wieħed jassumi tkabbir sproporzjonalment għoli, li x-xenarji alternattivi se jwasslu għal telf ta' inqas minn (f'EUR […] miljun) milli skont ix-xenarju tal-istatus quo (mingħajr ma titqies il-ħtieġa ta' investiment addizzjonali ta' EUR […] miljun). Fix-xenarju tal-agħar każ, il-VPN tax-xenarju alternattiv ikun saħansitra ogħla (b'EUR […] miljun) milli skont ix-xenarju tal-istatus quo. Tabella 20 Valutazzjoni tal-profittabbiltà taż-żieda fil-kapital tal-2001 (87) (…)
|
(350) |
Il-Ġermanja argumentat ukoll li kien ġie kkunsidrat il-ħruġ ta' Fraport, iżda dan ma kienx possibbli tal-anqas sal-2005, u għalhekk ma kienx meqjus bħala alternattiva. Madankollu, minkejja li Fraport kienet marbuta bil-PLTA tal-2001, il-VPN tat-telf li kien mistenni li jiġġarrab bejn l-2001 u l-2005 kien ilaħħaq EUR […] miljun. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li kopertura tat-telf tal-FFHG sal-2005 mingħajr ebda investiment ulterjuri ieħor kienet tkun tinvolvi anqas spejjeż minn investiment ulterjuri fl-ajruport. |
(351) |
Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar ukoll li l-previżjoni tal-profittabbiltà tal-investiment ta' Fraport fl-FFHG iddeterjorat sostanzjalment wara li ttieħdet id-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-PLTA tal-2001 (jiġifieri wara Awwissu 1999). |
(352) |
It-Tabella 21 tqabbel ir-riżultati annwali mistennija bejn l-2001 u l-2010 skont il-pjan tan-negozju tal-FFHG li ġie mfassal biex isostni d-deċiżjoni dwar il-PLTA tal-2001 u l-pjan tan-negozju tal-FFHG li jsostni ż-żieda fil-kapital tal-2001. Għaldaqstant, il-VPN tar-riżultati annwali tal-FFHG għall-istess perjodu naqas b'madwar EUR […] miljun. Tabella 21 Valutazzjoni komparattiva tar-riżultati annwali tal-FFHG skont il-pjan tan-negozju għall-PLTA tal-2001 kontra ż-żieda fil-kapital tal-2001 (89) (…)
|
(353) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li skont il-minuti tal-laqgħa tal-bord superviżorju tas-16 ta' Novembru 2001 kienet ġiet diskussal-profittabbiltà taż-żieda fil-kapital tal-2001. Skont dawk il-minuti, l-investimenti — anke l-investimenti intermedji ta' EUR 27 miljun — fl-FFHG ma kinux mistennija jkunu profittabbli. Barra minn hekk, intqal li madankollu Fraport kienet se tipprovdi l-“kapital ta' riskju sabiex jinfetħu opportunitajiet għall-futur”. Barra minn hekk, ir-rappreżentant ta' Land Rheinland-Palatinate (Landrat tad-Distrett ta' Rhein-Hunsrück) innota li skont il-minuti tal-bord superviżorju tal-FFHG ta' Mejju 2001, “id-deċiżjoni ta' Fraport li tinvesti fl-FFHG ma tiddependix fuq il-prospett ta' profittabbiltà, iżda fuq il-ftehim tal-kumitat dwar l-akkwisti tal-bord superviżorju ta' Fraport, li kien ta l-approvazzjoni tiegħu.” |
(354) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żieda fil-kapital tal-2001 ta' Fraport ma kinitx ingħatat f'konformità mal-MEOP u kienet tat vantaġġ lill-FFGH. |
(355) |
Fir-rigward taż-żieda fil-kapital ta' Land Rhineland-Palatinate, il-Kummissjoni tinnota li l-ġustifikazzjoni tal-Ġermanja għall-konformità mas-suq tagħha hija bbażata fuq l-istess raġunijiet bħal dawk għal Fraport, li diġà ġiet diskussa fil-premessa 344 u dawk segwenti. L-argumenti mressqa f'dan ir-rigward japplikaw hawnhekk ukoll. |
(356) |
F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni l-ewwel nett tosserva li, mill-1994, il-Land kienet diġà investiet diversi drabi fl-FFHG mingħajr ebda suċċess. It-tieni nett, il-Land ipparteċipat fiż-żieda fil-kapital taħt kundizzjonijiet differenti minn dawk ta' Fraport (ma kienet mistennija l-ebda remunerazzjoni tal-investiment tagħha matul il-perjodu tal-PLTA tal-2001). It-tielet nett, skont ir-rapport dwar l-investiment tal-2003 għal Rhineland-Palatinate, ir-raġuni għaliex il-Land kienet investiet fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienu objettivi politiċi soċjali u strutturali importanti, bħall-ħolqien ta' impjiegi u t-twettiq ta' objettivi tal-politika tat-trasport, aktar milli kunsiderazzjonijiet ta' profittabbiltà. |
(357) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li ż-żieda fil-kapital tal-2001 ta' Land Rhineland-Palatinate ma kinitx ingħatat f'konformità mal-MEOP u kienet tat vantaġġ lill-FFGH. |
8.1.2.4. Selettività
(358) |
Biex miżura tal-Istat taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, trid tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. Għalhekk, dawk il-miżuri biss li jiffavorixxu lil impriżi li jagħtu vantaġġ b'mod selettiv jaqgħu taħt il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat. |
(359) |
F'dan il-każ, iż-żieda fil-kapital tal-2001 minn Fraport u minn Land Rhineland-Palatinate kienet tibbenefika biss lill-FFHG. Għalhekk, fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, iż-żewġ żidiet fil-kapital kienu, skont id-definizzjoni, selettivi. |
8.1.2.5. It-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ
(360) |
Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' intrapriża, meta mqabbla ma' intrapriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ intra-UE, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala li ġew affettwati minn dik l-għajnuna. Skont każistika stabbilita (91), biex miżura tfixkel il-kompetizzjoni huwa biżżejjed li r-riċevitur tal-għajnuna jikkompeti ma' impriżi oħra fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni. |
(361) |
Kif ġie vvalutat fil-premessa 304, l-operat ta' ajruport huwa attività ekonomika. Minn naħa, il-kompetizzjoni sseħħ bejn l-ajruporti biex jattiraw linji tal-ajru u t-traffiku tal-ajru korrispondenti (passiġġieri u merkanzija), u, min-naħa l-oħra, bejn l-operaturi ta' ajruporti, li jistgħu jikkompetu bejniethom biex jiġu fdati bl-immaniġġjar ta' ajruport partikolari. Barra minn hekk, b'mod partikolari fir-rigward ta' trasportaturi bi prezzijiet irħas u operaturi ta' titjiriet charter, ajruporti li ma jkunux jinsabu fl-istess żona ta' lħuq jew saħansitra li jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti jistgħu wkoll ikunu f'kompetizzjoni ma' xulxin sabiex jattiraw lil dawk il-linji tal-ajru. |
(362) |
Minħabba d-daqs tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn (ara t-Tabella 1) u l-prossimità tiegħu lejn ajruporti oħra tal-Unjoni, speċjalment l-ajruport ta' Frankfurt Main, l-ajruport tal-Lussemburgu, l-ajruport ta' Zweibrücken, l-ajruport ta' Saarbrücken u l-ajruport ta' Köln-Bonn, (92) il-Kummissjoni tqis li l-miżuri kkonċernati jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Kif ġie stabbilit fil-premessa 202 hemm titjiriet internazzjonali mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn lejn għadd ta' destinazzjonijiet internazzjonali. Ir-runway fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn hija twila biżżejjed u tippermetti li l-linji tal-ajru jservu destinazzjonijiet internazzjonali. |
(363) |
Barra minn hekk, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jservi bħala ajruport tal-merkanzija (ara t-Tabella 2). Fir-rigward tal-kompetizzjoni għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru, il-Kummissjoni tinnota li ġeneralment il-merkanzija hija aktar mobbli mit-trasport tal-passiġġieri. (93) B'mod ġenerali, żona ta' lħuq għall-ajruporti tal-merkanzija titqies li għandha raġġ ta' mill-inqas madwar 200 kilometru u sagħtejn ivvjaġġar. Fir-rigward tal-kompetizzjoni għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru, il-Kummissjoni tinnota li ġeneralment il-merkanzija hija aktar mobbli mit-trasport tal-passiġġieri. (94) B'mod ġenerali, iż-żona ta' lħuq għall-ajruporti tal-merkanzija titqies li għandha raġġ ta' mill-inqas madwar 200 kilometru u sagħtejn ivvjaġġar. Abbażi tal-informazzjoni tal-Kummissjoni, atturi fl-industrija ġeneralment iqisu li ż-żona ta' lħuq ta' ajruport tal-merkanzija tista' saħansitra tkun akbar peress li ġeneralment nofs ta' nhar ġarr bit-trakkijiet (jiġifieri, sa 12-il siegħa sewqan bit-trakkijiet) ikun aċċettabbli għall-ispedizjonieri biex jużaw l-ajruport sabiex jittrasportaw il-merkanzija. (95) F'dak l-isfond, il-Kummissjoni tqis li, peress li l-ajruporti tal-merkanzija huma aktar sostitwibbli mill-ajruporti tal-passiġġieri dejjem jekk ikun biżżejjed li l-merkanzija bl-ajru tiġi konsenjata lil żona partikolari u mbagħad tintbagħat mill-ispedizjonieri ferrovjarji u bit-triq lejn id-destinazzjoni finali tagħha, inter alia, hemm probabbiltà akbar ta' tfixkil tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(364) |
Abbażi tal-argumenti ppreżentati fil-premessi minn 360 sa 364, il-vantaġġ ekonomiku konferit fuq l-FFHG saħħaħ il-pożizzjoni tagħha vis-à-vis il-kompetituri tagħha fis-suq tal-Unjoni għall-forniment ta' servizzi pprovduti fl-ajruporti. F'dak l-isfond, il-vantaġġ konferit fuq l-FFHG permezz taż-żieda fil-kapital tal-2001 għandu jitqies li jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
8.1.2.6. Konklużjoni
(365) |
Iż-żieda fil-kapital tal-2001 ta' EUR 27 miljun minn Fraport u minn Land Rhineland-Palatinate tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
8.1.3. MIŻURA 3: ŻIEDA FIL-KAPITAL TAL-2004 U L-MIŻURA 4: PLTA TAL-2004
(366) |
Fl-2004, il-kapital tal-FFHG reġa' żdied b'EUR 42 miljun addizzjonali (Fraport investiet EUR 10,21 miljun, Land Hesse investiet EUR 20 miljun u Land Rhineland-Palatinate investiet EUR 11,79 miljun). Land Rhineland-Palatinate u Land Hesse qablu dwar dik iż-żieda fil-kapital fl-2002 soġġett għall-konklużjoni ta' PLTA ġdid (jiġifieri l-PLTA tal-2004) bejn l-FFHG u Fraport, li jkopri l-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2014. |
(367) |
Fil-5 ta' April 2004, Fraport u FFHG ikkonkludew il-PLTA tal-2004. Dak il-ftehim ġie approvat mill-azzjonisti ta' Fraport fit-2 ta' Ġunju 2004. |
8.1.3.1. Il-kunċett ta' impriża u ta' attività ekonomika
(368) |
Kif ġie analizzat fil-premessa 293 u dawk segwenti, mit-12 ta' Diċembru 2000 l-FFHG trid titqies bħala impriża li teżerċita attività ekonomika għall-fini tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
8.1.3.2. Ir-riżorsi tal-istat u l-imputabbiltà lill-Istat
Iż-żieda fil-kapital tal-2004 u l-PLTA tal-2004 — Fraport
(369) |
Il-Kummissjoni tqis li minħabba l-fatt li l-PLTA tal-2004 kien prekundizzjoni biex iż-żieda fil-kapital tal-2004 issir effettiva u minħabba li ż-żewġ miżuri kienu soġġetti għall-qbil mill-azzjonisti ta' Fraport waqt l-istess laqgħa tal-azzjonisti, l-imputabbiltà taż-żewġ miżuri trid tiġi vvalutata flimkien (fir-rigward tal-kontribuzzjoni ta' Fraport). |
(370) |
Iż-żieda fil-kapital tal-2004 u l-PLTA tal-2004 kienu kkonfermati mill-assemblea tal-azzjonisti ta' Fraport fit-2 ta' Ġunju 2004 b'99,992 % tal-voti tal-azzjonisti preżenti għal-laqgħa. |
(371) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li biex tiġi approvata, id-deċiżjoni tal-PLTA tal-2004 kienet teħtieġ maġġoranza ta' 74,994 % tal-voti fl-assemblea tal-azzjonisti, filwaqt li l-azzjonisti pubbliċi kellhom biss madwar 70 % tal-ishma fi Fraport u għalhekk fil-fatt ma setgħux jikkontrollaw id-deċiżjonijiet ta' Fraport. F'dan ir-rigward irid jiġi mfakkar li ż-żieda fil-kapital tal-2004 ma kinitx se ssir effettiva mingħajr l-approvazzjoni tal-PLTA tal-2004 mill-azzjonisti ta' Fraport. |
(372) |
Il-Kummissjoni tqis li bħala sehem maġġoritarju l-Istat kellu sehem importanti fil-vot dwar iż-żieda fil-kapital tal-2004 u l-PLTA tal-2004. Madankollu, skont l-Aktiengesetz (AktG) Ġermaniża, PLTA jsir effettiv biss wara li jiġi approvat waqt il-laqgħa tal-azzjonisti b'maġġoranza ta' voti li tal-anqas jirrappreżentaw tliet kwarti tal-kapital awtorizzat li jkun qiegħed jieħu sehem fil-vot. (96) Għalhekk, mingħajr il-parteċipazzjoni sostanzjali tal-azzjonisti privati l-awtoritajiet pubbliċi ma setgħux jikkontrollaw id-deċiżjoni biex jiġi implimentat il-PLTA tal-2004 u jwettqu ż-żieda fil-kapital tal-2004 minn Fraport. |
(373) |
Għalhekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessa 369 u dawk segwenti, il-Kummissjoni tqis li ż-żieda fil-kapital tal-2004 minn Fraport u l-PLTA tal-2004 mhumiex imputabbli lill-Istat. Anki kieku kellha tiġi konfermata imputabbiltà u l-miżura titqies bħala għajnuna, din l-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern. F'dan ir-rigward, il-kunsiderazzjonijiet ta' hawn taħt fis-sezzjoni 10.3 u 10.4 japplikaw b'mod ugwali. |
Iż-żieda fil-kapital tal-2004 — Land Rhineland-Palatinate u Land Hesse
(374) |
Land Rhineland-Palatinate u Land Hesse ffinanzjaw l-ishma tagħhom fiż-żieda fil-kapital tal-2004 mill-baġit ġenerali tagħhom. Għalhekk, huwa ċar li dawk il-partijiet miż-żieda fil-kapital tal-2004 kienu ffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat. |
8.1.3.3. Vantaġġ ekonomiku
(375) |
Kif intqal fil-premessa 336 u dawk segwenti, il-Kummissjoni tapplika l-prinċipju tal-MEO biex teżamina jekk impriża tkunx ingħatat vantaġġ ekonomiku. Il-prinċipji dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-MEO stabbiliti fil-premessa 336 u dawk segwenti japplikaw b'mod ugwali. |
L-applikazzjoni tal-MEOT — Land Rhineland-Palatinate
(376) |
Fir-rigward taż-żieda fil-kapital tal-2004 ta' Land Rhineland-Palatinate, il-Ġermanja rrilevat li kienet aġixxiet f'konformità mal-prinċipju tal-MEO. Biex issostni dan, wara deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008 il-Ġermanja ppreżentat MEOT li kien sar minn PWC fl-2008. |
(377) |
Il-Kummissjoni l-ewwel nett tinnota li Land Rhineland-Palatinate ma kinitx fasslet kalkolu ex ante proprju tal-profittabbiltà jew ikkalkulat ir-redditu proprju fuq l-investiment. Għall-kuntrarju, Land Rhineland-Palatinate kienet qiegħda tiddependi fuq il-pjan tan-negozju mħejji mill-FFGH u minn Fraport. |
(378) |
It-tieni nett, l-Kummissjoni madankollu tqis li s-sitwazzjoni tal-Land ma kinitx l-istess bħas-sitwazzjoni tal-azzjonisti ta' Fraport. It-Tabella 22 turi li bejn l-2005 u l-2009 Land Rhineland-Palatinate suppost injettat EUR […] miljun (total ta' EUR […] miljun), iżda stenniet li mill-2025 biss kienet se tirċievi pagamenti tal-imgħax jew xi rimunerazzjoni oħra għall-parteċipazzjoni tagħha. Madankollu, l-azzjonisti ta' Fraport suppost injettaw EUR […] miljun u stennew li wara r-riżultati negattivi matul l-ewwel erba' snin, kienu se jirċievu pagamenti tal-imgħax. Il-VPN tad-dividendi mistennija għall-perjodu sal-2025 kien jammonta għal EUR […] miljun b'Rata ta' Redditu Interna (IRR) ta' […] %. |
(379) |
It-tielet nett, fid-dawl ta' dan il-perjodu twil ta' ppjanar u minħabba l-fatt li Land Rhineland-Palatinate kienet diġà investiet diversi drabi mingħajr ebda suċċess fl-FFHG, il-Kummissjoni tqis li l-ebda investitur privat prudenti fil-pożizzjoni tal-Land ma kien jiddeċiedi li jinjetta aktar kapital fl-FFHG mingħajr ma jwettaq ukoll valutazzjoni ex ante tas-sensittività. Tabella 22 Valutazzjoni tal-profittabbiltà taż-żieda fil-kapital tal-2004 minn Land Rhineland-Palatinate (…)
|
(380) |
Barra minn hekk, l-MEOT għaż-żieda fil-kapital tal-2004 u għall-PLTA tal-2004 huma bbażati fuq aspettattivi sinifikanti ta' tkabbir fir-rigward tar-riżultati finanzjarji annwali tal-FFHG (ara t-Tabella 23). Dawn is-suppożizzjonijiet ta' tkabbir li fuqhom huwa bbażat l-MEOT huma sostanzjalment ogħla minn dawk li fuqhom huwa bbażat l-MEOT għaż-żieda fil-kapital tal-2001. Barra minn hekk, huma soġġetti għal varjazzjonijiet għoljin u pereżempju fl-2009 kienu jlaħħqu aktar minn 300 %. Tabella 23 Valutazzjoni komparattiva tar-riżultati annwali previsti tal-FFHG fil-pjanijiet tan-negozju użati minn PWC għall-MEOT għaż-żieda fil-kapital tal-2001 u għaż-żieda fil-kapital tal-2004
|
(381) |
Barra minn hekk, skont ir-rapporti dwar l-investiment għal Land Rhineland-Palatinate, ir-raġuni għaliex il-Land kienet investiet fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienu l-kisba ta' kunsiderazzjonijiet politiċi soċjali u strutturali importanti, bħall-ħolqien ta' impjiegi u t-twettiq ta' objettivi tal-politika tat-trasport, aktar milli kunsiderazzjonijiet ta' profittabbiltà. Madankollu, waqt it-twettiq tal-MEOT ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni kunsiderazzjonijiet soċjali u reġjonali. |
(382) |
Fid-dawl ta' dawn il-fatturi speċifiċi dwar id-deċiżjoni ta' Land Rhineland-Palatinate li tinjetta aktar kapital fl-FFHG (premessi minn 376 sa 380), il-Kummissjoni tqis li ż-żieda fil-kapital tal-2004 minn Land Rhineland-Palatinate ma kinitx konformi mal-prinċipju tal-MEO u kienet tat vantaġġ lill-FFHG. |
L-applikazzjoni tal-MEOT — Land Hesse
(383) |
Fir-rigward tal-imġiba ta' Land Hesse, il-Ġermanja argumentat li f'għajnejn Land Hesse l-possibiltajiet ristretti ta' tkabbir għall-ajruport ta' Frankfurt Main li inter alia kienu riżultat tar-restrizzjoni fuq titjiriet billejl wasslu għall-iżvilupp ulterjuri tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Il-Ġermanja enfasizzat li dan l-iżvilupp ippermetta li jiġu sfruttati b'mod komprensiv l-opportunitajiet eżistenti ta' tkabbir fil-qafas tal-permess ta' titjir fuq 24 siegħa għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn flimkien mal-introduzzjoni prevista tas-sistema ajruportwali tal-ajruport ta' Frankfurt Main — l-ajruport ta' Frankfurt Hahn. Barra minn hekk, bil-parteċipazzjoni fiż-żieda fil-kapital tal-2004, Land Hesse setgħet tkompli tappoġġa l-iżvilupp tat-traffiku tal-ajru fiż-żona ta' Rhine-Main. |
(384) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li Land Hesse ma kienet fasslet l-ebda kalkolu speċifiku ex ante dwar il-profittabbiltà. It-tieni nett, l-istess bħal Land Rhineland-Palatinate, anke Land Hesse kienet qiegħda tistenna li tibda tirċievi pagamenti tal-imgħax wara l-2025 biss. It-tielet nett, minkejja l-perjodu ta' ppjanar fit-tul ma kienet saret l-ebda valutazzjoni tas-sensittività tas-suppożizzjonijiet. Barra minn hekk, ir-raġuni għaliex il-Land kienet investiet fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, bħall-iżvilupp tat-traffiku tal-ajru fiż-żona ta' Rhine-Main jew kunsiderazzjonijiet politiċi soċjali u strutturali importanti oħra, ma jistgħux jiġu kkunsidrati fit-twettiq tal-MEOT. |
(385) |
Fid-dawl ta' dawn il-fatturi speċifiċi dwar id-deċiżjoni ta' Land Hesse li ssir azzjonista tal-FFHG (premessi minn 383 sa 384), il-Kummissjoni tqis li ż-żieda fil-kapital tal-2004 minn Land Hesse ma kinitx konformi mal-prinċipju tal-MEO u kienet tat vantaġġ lill-FFHG. |
Konklużjoni
(386) |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żidiet fil-kapital tal-2004 minn Land Rhineland-Palatinate u minn Land Hesse jagħtu vantaġġ lill-FFGH. |
8.1.3.4. Selettività
(387) |
Peress li ż-żidiet fil-kapital tal-2004 minn Land Rhineland-Palatinate u minn Land Hesse kienu saru sempliċiment għall-benefiċċju tal-FFHG, fihom infushom dawk il-miżuri huma għalhekk selettivi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
8.1.3.5. It-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
(388) |
Għall-istess raġunijiet kif deskritt fil-premessa 360 u dawk segwenti, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe vantaġġ selettiv mogħti lill-FFHG għandu l-potenzjal li jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
8.1.3.6. Konklużjoni
(389) |
Iż-żieda fil-kapital tal-2004, li ngħatat minn Länder Rhineland-Palatinate u Hesse favur l-FFHG tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(390) |
Il-PLTA tal-2004 li taħtu Fraport assumiet it-telf kollu mġarrab mill-FFHG bejn l-2004 u l-2009 u ż-żieda fil-kapital tal-2004 minn Fraport mhumiex imputabbli lill-Istat. Peress li wieħed mill-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat mhuwiex sodisfatt, il-Kummissjoni tqis li l-PLTA tal-2004 u ż-żieda fil-kapital tal-2004 minn Fraport ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(391) |
Anke kieku l-PLTA tal-2004 u ż-żieda fil-kapital tal-2004 kellhom jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, din l-għajnuna tkun kompatibbli abbażi tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fis-sezzjoni 10. |
8.1.4. MIŻURA 5: KUMPENS LILL-FFHG GĦALL-KONTROLLI TAS-SIGURTÀ
8.1.4.1. Il-kunċett ta' impriża u ta' attività ekonomika
(392) |
Kif intqal fil-premessa (293), filwaqt li l-FFHG għandha titqies li tikkostitwixxi impriża għall-fini tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, għandu jiġi mfakkar li mhux l-attivitajiet kollha ta' operatur jew ta' sid ta' ajruport huma neċessarjament ta' natura ekonomika. (98) |
(393) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja (99) sostniet li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċitar tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika mhumiex ta' natura ekonomika u ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu, pereżempju, is-sigurtà, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, eċċ. Il-finanzjament għandu jkun strettament limitat għall-kumpens tal-ispejjeż li jiġġeneraw u ma jistax jintuża minflok sabiex jiffinanzja attivitajiet ekonomiċi oħrajn. (100) |
(394) |
Għalhekk, l-iffinanzjar tal-attivitajiet li jaqgħu fil-mandat tal-ordni pubbliku jew tal-infrastruttura direttament relatata ma' dawk l-attivitajiet b'mod ġenerali ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat. (101) F'ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar u attivitajiet neċessarji għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir neċessarju biex jitwettqu dawn l-attivitajiet huma ġeneralment meqjusa bħala ta' natura mhux ekonomika. (102) |
(395) |
Madankollu, il-finanzjament pubbliku ta' attivitajiet mhux ekonomiċi neċessarjament marbuta mat-twettiq ta' attività ekonomika ma għandux iwassal għal diskriminazzjoni bla bżonn bejn il-maniġers tal-ajruporti u l-linji tal-ajru. Fil-fatt, hija każistika stabbilita li hemm vantaġġ meta l-awtoritajiet pubbliċi jeħilsu lil impriżi mill-kostijiet inerenti għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. (103) Għalhekk, jekk f'sistema legali partikolari tkun prassi normali li l-linji tal-ajru jew il-maniġers tal-ajruporti jġarrbu l-ispejjeż ta' ċerti servizzi, filwaqt li xi linji tal-ajru jew maniġers tal-ajruporti li jipprovdu l-istess servizzi f'isem l-istess awtoritajiet pubbliċi ma jkollhomx bżonn iġarrbu dawk l-ispejjeż, dawn tal-aħħar jistgħu jkunu qegħdin igawdu minn vantaġġ, anki jekk dawk is-servizzi minnhom infushom jitqiesu bħala mhux ekonomiċi. Għalhekk, jeħtieġ li ssir analiżi tal-qafas legali applikabbli għall-operatur tal-ajruport sabiex jiġi vvalutat jekk taħt dak il-qafas legali l-maniġers tal-ajruport jew il-linji tal-ajru humiex meħtieġa jħallsu l-ispiża tal-forniment ta' xi attivitajiet li minnhom infushom jistgħu ma jkunux ekonomiċi, iżda li jkunu inerenti għat-twettiq tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. |
(396) |
Il-Ġermanja rrilevat li l-ispejjeż bħala riżultat tal-kontrolli tas-sigurtà skont is-sezzjoni 8 tal-Luftsicherheitsgesetz (Liġi dwar is-Sigurtà fl-Ajru, “LuftSiG”) għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-mandat tal-ordni pubbliku. |
(397) |
Il-Kummissjoni taqbel li l-miżuri skont is-sezzjoni 8 tal-LuftSiG jistgħu, fil-prinċipju, jitqiesu li jikkostitwixxu attivitajiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-ordni pubbliku. |
(398) |
Fir-rigward tal-ispejjeż għat-twettiq ta' dawn il-miżuri, il-Ġermanja tidher li tqis li kollha kemm huma se jitħallsu mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li skont is-sezzjoni 8(3) tal-LuftSiG jistgħu jiġu rimborżati biss l-ispejjeż relatati mal-forniment u mal-manutenzjoni ta' spazji u ta' postijiet meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet elenkati skont is-sezzjoni 5 tal-LuftSiG. L-ispejjeż l-oħra kollha, inkluż b'mod partikolari dawk għall-kontrolli tas-sigurtà, għandhom jitħallsu mill-operatur tal-ajruport. Għalhekk, peress li l-finanzjament pubbliku mogħti lill-FFHG ħeles lil din l-impriża minn spejjeż li normalment kien ikollha ġġarrab minħabba l-limiti preskritti fis-sezzjoni 8(3) tal-LuftSiG, dak il-finanzjament pubbliku mhuwiex eżentat minn skrutinju skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. |
8.1.4.2. Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
(399) |
F'dan il-każ, sakemm il-Land ma ttrasferietx biss id-dħul miġbur mil-linji tal-ajru għall-kontrolli tas-sigurtà lill-FFHG, il-fondi pprovduti kienu ngħataw mill-baġit ta' Land Rhineland-Palatinate. |
(400) |
Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-investimenti huma ffinanzjati permezz ta' riżorsi tal-Istat u li huma wkoll imputabbli lill-Istat. |
8.1.4.3. Vantaġġ ekonomiku
(401) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri inkwistjoni kienu jkopru porzjon tal-ispejjeż imġarrba mill-FFHG fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha. Normalment operatur ta' ajruport ikollu jġarrab l-ispejjeż kollha relatati mal-bini u mal-operat tal-ajruport (bl-eċċezzjoni ta' dawk l-ispejjeż li jaqgħu taħt il-mandat tal-ordni pubbliku u ġeneralment ma għandhomx jitħallsu mill-operatur tal-ajruport skont il-qafas legali applikabbli). Għalhekk, il-kopertura ta' parti minn dawk l-ispejjeż teħles lill-FFHG minn piż li normalment kien ikollha ġġorr u għalhekk tagħti vantaġġ ekonomiku lill-FFHG. |
8.1.4.4. Selettività
(402) |
Peress li l-miżuri involuti kienu ngħataw biss lill-FFHG, dawk il-miżuri għandhom jiġu kkwalifikati bħala ta' natura selettiva. |
8.1.4.5. Tfixkil tal-kompetizzjoni
(403) |
Għall-istess raġunijiet kif deskritt fil-premessa 360 u dawk segwenti, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe vantaġġ ekonomiku selettiv mogħti lill-FFHG għandu l-potenzjal li jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
8.1.4.6. Konklużjoni
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessa 392 u dawk segwenti, il-Kummissjoni tqis li l-finanzjament pubbliku li ngħata lill-FFHG, sal-punt li l-ħlasijiet ta' Land Rhineland-Palatinate għall-kontrolli tas-sigurtà qabżu d-dħul miġbur mil-linji tal-ajru, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
8.1.5. MIŻURA 6: GĦOTJIET DIRETTI MINN LAND RHINELAND-PALATINATE
8.1.5.1. L-applikabilità tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal għotjiet pubbliċi deċiżi qabel l-2000 u l-kunċett ta' impriża
(404) |
Għar-raġunijiet deskritti fil-premessa 293 u dawk segwenti, mit-12 ta' Diċembru 2000 l-FFHG għandha titqies li tikkostitwixxi impriża għall-fini tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(405) |
Il-Ġermanja ċċarat li fl-2001 Land Rhineland-Palatinate kienet tat […] lill-FFHG f'sostenn għal uħud mill-investimenti infrastrutturali tagħha. Madankollu, skont il-Ġermanja dawk l-għotjiet kienu bbażati fuq deċiżjoni li kienet diġà ttieħdet fl-1999. |
(406) |
Għall-istess raġunijiet kif deskritt fil-premessa 293 u dawk segwenti, il-Kummissjoni tqis li għal għotjiet (bħal dik deskritta f'405), li ġew deċiżi qabel is-sentenza tal-Qorti f'Aéroports de Paris, l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament iqisu li l-finanzjament ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u għaldaqstant ma kellux għalfejn jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni. Minn dan isegwi li skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat il-Kummissjoni ma tistax tqajjem dubji dwar dawn l-għotjiet. |
(407) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja qalet li Land Rhineland-Palatinate kienet parzjalment iffinanzjat l-ispejjeż tal-persunal għall-kontrolli tas-sigurtà għas-snin 2001 ([…] % tal-ispejjeż totali), 2002 ([…] %), 2003 ([…] %) u 2004 ([…] %). |
(408) |
Kif ġie vvalutat fil-premessa (397) u dawk segwenti, it-twettiq ta' kontrolli tas-sigurtà (skont is-sezzjoni 8 tal-LuftSiG) jista', fil-prinċipju, jitqies li jikkostitwixxi attivitajiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-ordni pubbliku. Madankollu, skont is-sezzjoni 8(3) tal-LuftSiG jistgħu jiġu rimborżati biss l-ispejjeż relatati mal-forniment u mal-manutenzjoni ta' spazji u ta' postijiet meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet elenkati skont is-sezzjoni 5 tal-LuftSiG. Madankollu, f'dan il-każ Land Rhineland-Palatinate assumiet l-ispejjeż għall-kontrolli tas-sigurtà, li għandhom jitħallsu mill-operatur tal-ajruport. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku mogħti lill-FFHG permezz tal-finanzjament tal-ispejjeż tal-persunal għall-kontrolli tas-sigurtà mhuwiex eżentat mill-iskrutinju skont ir-regoli tal-EU dwar l-għajnuna mill-Istat. |
8.1.5.2. Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
(409) |
Il-Kummissjoni tqis li l-għotjiet diretti huma ffinanzjati permezz ta' riżorsi tal-Istat u huma wkoll imputabbli lill-Istat. |
8.1.5.3. Vantaġġ ekonomiku
(410) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri inkwistjoni kienu jkopru porzjon tal-ispejjeż imġarrba mill-FFHG fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha. Normalment l-operatur ta' ajruport irid iġarrab l-ispejjeż kollha relatati mal-bini u mal-operat tal-ajruport, inkluż dawk għall-kontrolli tas-sigurtà, u li għalhekk, il-kopertura ta' parti minn dawn l-ispejjeż teħles lill-FFHG minn piż li normalment kien ikollha ġġorr u tagħti vantaġġ ekonomiku lill-FFHG li kieku ma kinitx tirċievi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
(411) |
Barra minn hekk, il-miżuri inkwistjoni ma ridux jitħallsu lura u ma kinux irendu redditu fuq l-investiment. Il-Ġermanja ma ppreżentat l-ebda evidenza biex turi li l-għotjiet diretti kienu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-FFHG skont termini tas-suq. Barra minn hekk, il-Ġermanja ma tibbażax ruħha fuq il-prinċipju tal-MEO. Għalhekk il-Kummissjoni ssib li l-miżuri inkwistjoni mil-Land favur l-FFHG li ngħataw wara t-12 ta' Diċembru 2002 kienu taw vantaġġ ekonomiku lill-FFHG. |
8.1.5.4. Selettività
(412) |
Peress li l-miżuri involuti kienu ngħataw biss lill-FFHG, dawk il-miżuri għandhom jiġu kkwalifikati bħala ta' natura selettiva. |
8.1.5.5. It-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
(413) |
Għall-istess raġunijiet kif deskritt fil-premessa 360 u dawk segwenti, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe vantaġġ ekonomiku selettiv mogħti lill-FFHG għandu l-potenzjal li jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
8.1.5.6. Konklużjoni
(414) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessa 392 u dawk segwenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li, peress li l-awtoritajiet pubbliċi kienu ddeċidew b'mod irrevokabbli dwar l-għotjiet diretti li jammontaw għal EUR […] miljun (is-snin 1997-2000) u għal EUR […] miljun (imħallsa fl-2001) qabel is-sentenza Aéroports de Paris, setgħu leġittimament iqisu li dawk l-għotjiet ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
(415) |
Il-Kummissjoni tqis li l-finanzjament pubbliku li ngħata lill-FFHG li jammonta għal EUR 1,93 miljun (is-snin 2001-2004) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
8.1.6. MIŻURA 12: ŻIEDA FL-EKWITÀ LI TLAĦĦAQ EUR […] MILJUN
8.1.6.1. Ir-relazzjoni bejn iż-żieda fil-kapital u l-arranġamenti finanzjarji diġà fis-seħħ favur l-FFHG
(416) |
Qabel ma jiġi vvalutat jekk iż-żieda fil-kapital li tlaħħaq EUR […] miljun favur l-FFHG tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, hemm bżonn li jiġi stabbilit jekk din iż-żieda fil-kapital u l-arranġamenti finanzjarji li kienu ddaħħlu fis-seħħ favur l-FFHG għandhomx jitqiesu bħala miżuri separati jew bħala miżura waħda. |
(417) |
Il-Ġermanja rrilevat li ż-żieda fil-kapital hija intiża biex jiġi ffinanzjat mill-ġdid is-self li jkopri l-investimenti fl-infrastruttura li l-azzjonist pubbliku kien impenja ruħu b'mod irrevokabbli li jiffinanzja jew li jiffinanzja mill-ġdid bejn l-1997 u l-2012, iżda li għadu ma tħallasx. |
(418) |
Fid-dawl tal-evidenza ppreżentata mill-Ġermanja, il-Kummissjoni tqis li l-injezzjoni ta' ekwità hija mmirata biex jiġi ffinanzjat mill-ġdid is-self li kien iffinanzja t-titjib fl-infrastruttura fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn bejn l-1997 u l-2012. Skont il-Ġermanja permezz tad-deċiżjoni li twettaq dawn l-investimenti, l-FFHG kienet intitolata għal dan il-finanzjament. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-injezzjoni ta' kapital ta' EUR […] miljun għandha tiġi vvalutata fil-kuntest tal-impenji preċedenti li saru mill-azzjonisti pubbliċi meta ġew deċiżi dawn l-investimenti. |
8.1.6.2. Konklużjoni
(419) |
F'dak ir-rigward, u fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fis-sezzjoni 8.1.1, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-FFHG ilha mid-data tas-sentenza Aéroports de Paris (jiġifieri mit-12 ta' Diċembru 2000) 'il quddiem involuta f'attività ekonomika u tikkostitwixxi impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(420) |
Barra minn hekk, f'konformità mal-kunsiderazzjonijiet fis-sezzjonijiet 8.1.1, 8.1.3 u 8.1.4, li japplikaw ugwalment għal dik il-miżura, il-Kummissjoni tqis li l-injezzjoni ta' ekwità tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, peress li tinvolvi riżorsi tal-Istat, hija imputabbli lill-Istat u tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lill-FFHG li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn Istati Membri. |
8.2. NATURA TAL-GĦAJNUNA TAL-MIŻURI RELATATI MA' RYANAIR U LINJI TAL-AJRU OĦRA LI JUŻAW L-AJRUPORT
8.2.1. KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJU TAL-MEO
(421) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk ftehim bejn ajruport li huwa proprjetà pubblika u linja tal-ajru jagħtix vantaġġ ekonomiku lil tal-aħħar, jeħtieġ li jiġi analizzat jekk dak il-ftehim kienx konformi mal-prinċipju tal-MEO. Fl-applikazzjoni tal-MEOT għal ftehim bejn ajruport u linja tal-ajru, għandu jiġi vvalutat jekk, fid-data li fiha ġie konkluż il-ftehim, operatur prudenti fl-ekonomija tas-suq setax jistenna li l-ftehim iwassal għal profitt ogħla milli seta' jinkiseb b'mod ieħor. Dan il-profitt ogħla għandu jitkejjel permezz tad-differenza bejn id-dħul inkrementali li mistenni jiġi ġġenerat mill-ftehim (jiġifieri, id-differenza bejn id-dħul li jinkiseb li kieku kellu jiġi konkluż il-ftehim u d-dħul li jinkiseb fin-nuqqas tal-ftehim) u l-ispejjeż inkrementali li mistennija jiġġarrbu bħala riżultat tal-ftehim (jiġifieri, id-differenza bejn l-ispejjeż li jiġġarrbu li kieku kellu jiġi konkluż il-ftehim u l-ispejjeż li jiġġarrbu fin-nuqqas tal-ftehim), bil-flussi tal-flus li jirriżultaw jiġu skontati b'rata ta' skont xierqa. |
(422) |
F'dik l-analiżi, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni d-dħul u l-ispejjeż inkrementali rilevanti kollha marbuta mal-ftehim. Id-diversi elementi (skontijiet fuq imposti ajruportwali, għotjiet għall-kummerċjalizzazzjoni, inċentivi finanzjarji oħra) ma għandhomx jiġu vvalutati separatament. Tabilħaqq, kif ġie ddikjarat fis-sentenza Charleroi: “Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, huwa […] neċessarju li t-tranżazzjoni kummerċjali tiġi kkunsidrata fl-intier tagħha sabiex jiġi vverifikat jekk l-entità tal-Istat u l-entità kkontrollata minn din tal-aħħar, meħuda flimkien, aġixxewx bħala operaturi razzjonali f'ekonomija tas-suq. Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tal-miżuri inkwistjoni, l-elementi kollha rilevanti u l-kuntest tagħhom […]”. (104) |
(423) |
Id-dħul inkrementali mistenni għandu jinkludi b'mod partikolari d-dħul mill-imposti tal-ajruport, b'kunsiderazzjoni tal-iskontijiet kif ukoll tat-traffiku addizzjonali li mistenni jiġi ġġenerat permezz tal-ftehim flimkien mad-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi li mistenni jiġi ġġenerat mit-traffiku. L-ispejjeż inkrementali mistennija jridu jinkludu b'mod partikolari l-ispejjeż operattivi u l-ispejjeż għall-investiment inkrementali kollha li ma jiġux imġarrba fin-nuqqas tal-ftehim kif ukoll l-ispejjeż tal-għotjiet għall-kummerċjalizzazzjoni u inċentivi finanzjarji oħrajn. |
(424) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li f'dak il-kuntest id-differenzjazzjoni tal-prezzijiet (inkluż l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni u inċentivi oħrajn) hija prattika kummerċjali standard. Madankollu, tali politiki differenzjati tal-prezzijiet għandhom ikunu kummerċjalment iġġustifikati. (105) |
(425) |
Il-Qorti ddikjarat fis-Sentenza ta' Stardust Marine li, “[…] sabiex ikun eżaminat jekk l-Istat adottax jew le l-aġir ta' investitur prudenti li jopera f'ekonomija tas-suq, huwa meħtieġ li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li matulu kienu mwettqa l-miżuri ta' sostenn finanzjarju sabiex tkun evalwata r-razzjonalità ekonomika tal-kondotta tal-Istat, u għalhekk ma għandha ssir ebda evalwazzjoni bbażata fuq sitwazzjoni sussegwenti”. (106) |
(426) |
Għalhekk, biex tkun tista' tapplika l-MEOT il-Kummissjoni għandha tpoġġi lilha nnifisha fiż-żmien meta ġew konklużi l-ftehimiet rispettivi bejn l-FFHG u Ryanair. Barra minn hekk, fil-prinċipju l-Kummissjoni għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-maniġer tal-ajruport meta ġew iffirmati jew stabbiliti l-ftehimiet rispettivi, kif ukoll kwalunkwe suppożizzjoni raġonevoli li seta' jkollha dak iż-żmien. |
(427) |
Il-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014 jistabbilixxi li l-arranġamenti konklużi bejn il-linji tal-ajru u ajruport jistgħu jitqiesu bħala li jissodisfaw it-test tal-MEO meta jikkontribwixxu b'mod inkrementali, minn perspettiva ex ante, għall-profittabbiltà tal-ajruport. Filwaqt li dan il-kriterju jirrifletti l-loġika tat-test tal-MEO, huwa ġie spjegat biss reċentement u jirreferi għal arranġamenti individwali minflok għall-kummerċ globali, kif ikun aktar ta' spiss il-każ meta jiġi applikat it-test tal-MEO. Għalhekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li jista' jkun diffiċli għall-Istat Membru rilevanti u għall-operaturi kkonċernati li jipprovdu evidenza kontemporanja sħiħa fir-rigward tal-arranġamenti konklużi ħafna snin ilu u se tikkunsidra dan kollu meta tiġi biex tapplika l-kriterju inkwistjoni fil-każ preżenti. |
8.2.1.1. Il-fattibbiltà tat-tqabbil tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma' ajruporti Ewropej oħra
(428) |
Skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, l-eżistenza ta' għajnuna lil linja tal-ajru li tuża ajruport partikolari tista', fil-prinċipju, tiġi eskluża jekk il-prezz impost għas-servizzi tal-ajruport jikkorrispondi mal-prezz tas-suq, jew jekk permezz ta' analiżi ex ante — jiġifieri analiżi bbażata fuq informazzjoni disponibbli meta tkun ingħatat l-għajnuna u fuq żviluppi prevedibbli f'dak iż-żmien — jkun jista' jintwera li l-arranġament mal-ajruport/linja tal-ajru se jwassal għal kontribuzzjoni ta' profitt inkrementali pożittiv għall-ajruport. (107). |
(429) |
F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali hija l-aktar kriterju rilevanti għall-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi mill-ajruporti ma' linji tal-ajru individwali. (108). Ir-raġuni hija li, fil-preżent, hemm dubju jekk jistax jiġi identifikat valur referenzjarju xieraq sabiex jiġi stabbilit prezz tas-suq veru għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti. B'mod ġenerali, l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-MEO abbażi ta' prezz medju fi swieq simili oħra tista' tkun utli jekk tali prezz ikun jista' jiġi identifikat jew dedott b'mod raġonevoli minn indikaturi oħrajn tas-suq. Madankollu, dan il-metodu mhuwiex rilevanti fil-każ tas-servizzi offruti fl-ajruport, billi l-istruttura tal-ispejjeż u d-dħul għandha t-tendenza li tvarja ħafna minn ajruport għal ieħor. Dan minħabba li l-ispejjeż u d-dħul jiddependu fuq kemm ajruport ikun żviluppat, l-għadd ta' linji tal-ajru li jużaw l-ajruport, il-kapaċità tiegħu f'termini ta' traffiku tal-passiġġieri, l-istat tal-infrastruttura u l-investimenti relatati, il-qafas regolatorju li jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor u kwalunkwe dejn jew obbligu li jkun daħal għalihom l-ajruport fil-passat (109). |
(430) |
Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru tikkomplika kwalunkwe analiżi purament komparattiva. Kif jista' jidher fil-każ preżenti, il-prattiki kummerċjali bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru mhux dejjem ikunu bbażati esklussivament fuq skeda ta' imposti ppubblikata. Minflok, dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali jvarjaw ħafna. Dawn jinkludu kondiviżjoni tar-riskji fir-rigward tat-traffiku tal-passiġġieri u ta' kwalunkwe responsabbiltà kummerċjali u finanzjarja relatata, skemi ta' inċentivi standard kif ukoll varjazzjonijiet bejn it-tixrid tar-riskji tul it-terminu tal-kuntratti. Konsegwentement, tranżazzjoni waħda ma tistax titqabbel ma' oħra abbażi ta' prezz varjabbli jew prezz għal kull passiġġier. |
(431) |
Fl-aħħar nett, jekk wieħed jassumi li jista' jiġi stabbilit, abbażi ta' analiżi komparattiva valida, li l-“prezzijiet” involuti fid-diversi tranżazzjonijiet li huma s-suġġett ta' dik il-valutazzjoni huma ekwivalenti għall-“prezzijiet tas-suq” stabbiliti permezz ta' kampjun komparattiv ta' tranżazzjonijiet jew ogħla minnhom, il-Kummissjoni ma tkunx tista', madankollu, tikkonkludi li dawn it-tranżazzjonijiet huma konformi mat-test tal-MEO jekk jirriżulta li, meta ġew konklużi, l-operatur tal-ajruport kien stenna li dawn jiġġeneraw spejjeż inkrementali ogħla mid-dħul inkrementali. Dan huwa għaliex MEO ma jkollu ebda inċentiv biex joffri prodotti jew servizzi bi “prezz tas-suq” jekk dan iwassal għal telf inkrementali. |
(432) |
F'dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li, b'kunsiderazzjoni tal-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħha, ma hemmx raġuni li wieħed jitbiegħed mill-approċċ rakkomandat fil-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014 għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-MEO għar-relazzjonijiet bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru, jiġifieri analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali. |
8.2.1.2. Valutazzjoni tal-Ispejjeż u d-Dħul Inkrementali
(433) |
Il-Kummissjoni tqis li d-differenzjazzjoni fil-prezzijiet hija prassi standard tan-negozju, sakemm tkun konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha dwar il-kompetizzjoni u dik settorjali. Madankollu, tali politiki ta' pprezzar iddifferenzjat għandhom jiġu ġustifikati mil-lat kummerċjali biex jissodisfaw it-test tal-MEO. |
(434) |
Skont il-Kummissjoni, l-arranġamenti konklużi bejn linji tal-ajru u ajruport jistgħu jitqiesu bħala li jissodisfaw it-test tal-MEO meta jikkontribwixxu b'mod inkrementali, minn perspettiva ex ante, għall-profittabbiltà tal-ajruport. L-ajruport irid juri li, meta jiġi konkluż arranġament ma' linja tal-ajru (pereżempju, kuntratt individwali jew skema ġenerali tal-imposti tal-ajruport), dan ikun kapaċi jkopri l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-arranġament, tul id-durata tal-arranġament, b'marġni ta' profitt raġonevoli abbażi ta' prospetti sodi. |
(435) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk arranġament konkluż minn ajruport ma' linja tal-ajru jissodisfax it-test tal-MEO, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni d-dħul mistenni minn operazzjonijiet mhux ajrunawtiċi li jirriżulta mill-attività tal-linja tal-ajru, flimkien mat-tariffi tal-ajruport, netti minn kwalunkwe ribassi, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew skemi ta' inċentivi. Bl-istess mod, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll l-ispejjeż kollha li mistennija jiġġarrbu b'mod inkrementali mill-ajruport fir-rigward tal-attività tal-linja tal-ajru fl-ajruport. Tali spejjeż inkrementali jistgħu jinkludu l-kategoriji kollha ta' spejjeż jew investimenti, bħal spejjeż inkrementali marbuta mal-persunal, mat-tagħmir u mal-investiment ikkawżati mill-preżenza tal-linja tal-ajru fl-ajruport. Pereżempju, jekk l-ajruport ikollu bżonn jespandi jew jibni terminal ġdid jew faċilitajiet oħrajn primarjament sabiex jakkomoda l-ħtiġijiet ta' linja tal-ajru speċifika, tali spejjeż għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu kkalkolati l-ispejjeż inkrementali. B'kuntrast, l-ispejjeż li l-ajruport ikollu jħallas xorta waħda, irrispettivament mill-arranġament mal-linja tal-ajru, ma għandhomx jittieħdu f'kunsiderazzjoni fl-MEOT. |
(436) |
Barra minn hekk, meta jkun qiegħed jiddeċiedi jekk jidħolx fi ftehim dwar servizz tal-ajruport u/jew ftehim dwar servizz ta' kummerċjalizzazzjoni jew le, MEO jagħżel perjodu ta' żmien għall-valutazzjoni tiegħu abbażi tat-tul tal-ftehimiet inkwistjoni. Fi kliem ieħor, jivvaluta l-ispejjeż u d-dħul inkrementali għat-terminu tal-applikazzjoni tal-ftehimiet. |
(437) |
Ma jidher li hemm l-ebda raġuni biex jintgħażel perjodu ta' żmien itwal. Fid-data li jiffirma l-ftehimiet, MEO prudenti ma kienx iserraħ fuq il-probabbiltà li l-ftehimiet jiġġeddu ladarba jkunu skadew, kemm jekk bl-istess termini jew b'termini ġodda. Barra minn hekk, operatur prudenti jkun konxju li linji tal-ajru bi prezzijiet irħas bħal Ryanair dejjem kienu u huma magħrufa li jirreaġixxu malajr għal żviluppi fis-suq, kemm meta jiftħu jew jagħlqu rotot u meta jżidu jew inaqqsu l-għadd ta' titjiriet. |
8.2.2. MIŻURA 7: FTEHIM MA' RYANAIR TAL-1999
(438) |
Il-Ġermanja rrilevat li qabel ikkonkludiet kwalunkwe ftehim individwali ma' Ryanair l-FFHG kienet ħejjiet valutazzjoni ex ante tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehim. Il-Ġermanja argumentat li għalhekk, meta kkonkludiet il-ftehim ma' Ryanair tal-1999, l-FFHG aġixxiet bħala investitur razzjonali. |
(439) |
Il-Kummissjoni tinnota li tabilħaqq l-FFHG kienet fasslet diversi pjanijiet tan-negozju u kalkoli madwar dak iż-żmien li daħlet fir-relazzjoni kummerċjali tagħha ma' Ryanair. Il-kalkoli tal-profittabbiltà tal-FFHG kienu qiesu d-dħul kollu (ajrunawtiku u mhux ajrunawtiku) li kien mistenni jiġi ġġenerat minn Ryanair fl-ajruport u l-ispejjeż kollha kkawżati mill-preżenza tal-linja tal-ajru. |
L-ewwel valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 li saret mill-FFHG
(440) |
It-Tabella 24 tippreżenta fil-qosor il-kalkolu tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 li sar mill-FFHG għas-sena 1999, li kien sar minn FFHG abbażi tad-dħul li kien mistenni jiġi ġġenerat mill-ftehim, id-dħul mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi ġġenerat mid-duty free u minn bejgħ fil-ħwienet fl-ajruport u l-ispejjeż inkrementali mistennija relatati mal-ftehim. Tabella 24 Profittabbiltà inkrementali ex ante tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 (is-sena 1999) (…)
|
(441) |
Filwaqt li l-analiżi ex ante tal-4 ta' Marzu 1999 li saret mill-FFHG u li ġiet ippreżentata mill-Ġermanja ma kinitx tinkludi projezzjoni għall-perjodu kollu kopert mill-ftehim, kien ċar li l-kuntratt kien mistenni li jkun profittabbli mill-ewwel sena tal-operat ta' Ryanair. Minkejja li normalment MEO kien ifassal pjan tan-negozju li jkopri t-tul kollu tal-ftehim, il-ftehim kien mistenni li mill-bidu jibda jiġġenera kontribut inkrementali pożittiv għall-ajruport. B'mod partikolari dan huwa għaliex l-ewwel sena ta' operat ta' linja tal-ajru f'ajruport mhux ittestjat hija l-aktar perjodu riskjuż. F'dan il-każ, il-previżjonijiet tat-traffiku jidhru li huma bbażati fuq suppożizzjonijiet prudenti u ġew ikkonfermati wkoll mill-iżvilupp attwali fir-rigward tat-traffiku fl-ajruport (ara t-Tabella 1). Għalhekk, anki kieku — li madankollu kien ferm improbabbli — it-traffiku tal-passiġġieri kellu jibqa' fl-istess livell tul il-perjodu tal-ftehim, l-ajruport xorta seta' b'mod raġonevoli jistenna li l-ftehim jiġġenera kontribut pożittiv għall-profittabbiltà globali tal-FFHG. |
(442) |
Id-dħul inkrementali li kien tqies f'dak il-kalkolu tal-profittabbiltà inkrementali jinkludi d-dħul minn servizzi ajrunawtiċi u d-dħul minn servizzi oħra mhux ajrunawtiċi (bħad-dħul mill-bejgħ tal-biljetti) kif ġie miftiehem fil-ftehim ma' Ryanair tal-1999, kif ukoll id-dħul mid-duty free u mill-ħwienet. L-ixprunatur ewlieni tal-valur tad-dħul previst kien it-traffiku mistenni fir-rigward tal-passiġġieri. Fir-rigward tal-previżjoni tal-passiġġieri, l-FFHG kienet qed tistenna li timmaniġġja madwar […] passiġġier ta' Ryanair fl-1999. (110) Dik il-previżjoni tat-traffiku ġiet ikkonfermata mill-iżvilupp attwali fir-rigward tal-passiġġieri fl-ajruport (ara t-Tabella 1). |
(443) |
L-ispejjeż inkrementali li ttieħdu f'kunsiderazzjoni jinkludu l-ispejjeż tal-groundhandling, li jsir minn kumpanija esterna ta' groundhandling, l-ispejjeż tal-fjuwil, l-ispejjeż għall-ingaġġ ta' persunal addizzjonali (8 impjegati addizzjonali), kif ukoll l-ispejjeż għall-kummerċjalizzazzjoni, għaċ-ċentru telefoniku u għall-kontrolli tas-sigurtà. Barra minn hekk, ġie kkunsidrat ukoll id-deprezzament u l-ispejjeż tal-finanzjament għal investimenti kkawżati direttament minn Ryanair. Dawk l-investimenti kienu stmati li jlaħħqu madwar DM […] miljun u kienu prinċipalment jittrattaw tagħmir ġenerali għall-ajruport. |
(444) |
Il-Ġermanja rrilevat li l-ispejjeż tal-investiment għat-terminal il-ġdid tal-passiġġieri li jlaħħaq DM […] miljun ma kinux iddeterminati minn Ryanair. F'dak il-kuntest, il-Ġermanja spjegat li sakemm inbena t-terminal il-ġdid, l-ajruport ma kellux terminal xieraq tal-passiġġieri. Għalhekk, skont il-Ġermanja, il-bini ta' terminal ġdid kien prekundizzjoni għall-istrateġija ta' espansjoni tal-ajruport fit-traffiku skedat tal-passiġġieri. Barra minn hekk, anki fil-kuntest tal-istrateġija ta' espansjoni tal-merkanzija l-ajruport kien għamel diversi investimenti li ma kinux minħabba linja tal-ajru speċifika. Peress li dawk l-ispejjeż kien ikollhom jiġu mġarrba irrispettivament mill-preżenza ta' Ryanair fl-ajruport, skont il-Ġermanja dawn l-ispejjeż ma hemmx għalfejn jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-profittabbiltà inkrementali. |
(445) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li tabilħaqq, skont il-pjan tan-negozju tal-FFHG tas-16 ta' Novembru 1998 għas-sena 1999, kien diġà beda l-bini ta' terminal ġdid tal-passiġġieri (jiġifieri qabel ma ġie nnegozjat kwalunkwe ftehim ma' Ryanair). |
(446) |
It-tieni nett, il-pjanijiet awtentiċi ex ante tan-negozju ppreżentati mill-Ġermanja juru li l-bini tat-terminal u miżuri oħra ta' infrastruttura kienu parti mill-konverżjoni ta' eks-bażi militari tal-Istati Uniti f'ajruport tal-avjazzjoni ċivili li jaħdem b'mod sħiħ (b'għan usa' biex l-ajruport jiġi żviluppat bħala mezz biex jgħaqqad aħjar ir-reġjun) u ma kienx limitat għall-ftehim ma' Ryanair tal-1999. |
(447) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-kalkolu ex ante li sar mill-FFHG kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet realistiċi u kif kien xieraq ma kienx ħa inkunsiderazzjoni l-ispejjeż għall-infrastruttura. Barra minn hekk, minkejja li l-kalkolu ex ante tal-profittabbiltà ma kienx ikopri l-perjodu sħiħ, kien stabbilixxa li mill-ewwel sena l-ftehim ma' Ryanair tal-1999 kien se jipprovdi kontribuzzjoni profittabbli għall-ajruport. |
It-tieni valutazzjoni tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 li saret mill-FFHG
(448) |
Fil-kuntest tad-diskussjonijiet li saru fil-bord superviżorju tal-FFHG dwar l-akkwist ta' klijenti ġodda (Ryanair) saret it-tieni valutazzjoni ex ante tal-profittabbiltà tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 li kienet tkopri l-perjodu bejn l-1999 u l-2003, (111) kif miġbura fil-qosor fit-Tabella 25. Il-Kummissjoni tosserva li anke dik il-valutazzjoni hija bbażata fuq kalkolu tal-profittabbiltà inkrementali u l-prinċipji deskritti fil-premessi minn 442 sa 444. Filwaqt li dik il-valutazzjoni hija bbażata fuq previżjonijiet ogħla ta' passiġġieri mill-kalkolu preċedenti, anke dawk il-previżjonijiet kienu kkonfermati mill-iżvilupp attwali fir-rigward tal-passiġġieri fl-ajruport (ara t-Tabella 1). Tabella 25 Valutazzjoni tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 mill-1999 sal-2003 (…)
|
(449) |
Filwaqt li l-analiżi ex ante li saret mill-FFHG u li ġiet ippreżentata mill-Ġermanja ma kinitx skontat il-pagamenti futuri sad-data li fiha ġie konkluż il-kuntratt, jidher ċar li l-ftehim kien mistenni jkun profittabbli. Il-Kummissjoni tqis li dik is-suppożizzjoni kienet realistika meta wieħed iqis il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fiż-żmien meta ġie konkluż il-ftehim ma' Ryanair tal-1999. Il-previżjonijiet fir-rigward tat-traffiku li huma l-ixprunatur ewlieni għad-dħul minn servizzi ajrunawtiċi kienu bbażati fuq suppożizzjonijiet prudenti, u ġew ikkonfermati mill-iżvilupp attwali fir-rigward tal-passiġġieri fl-ajruport. Barra minn hekk, kien mistenni li bejn l-2000 u l-2003 l-ispejjeż inkrementali kkawżati kienu se jibqgħu stabbli, peress li kienet mistennija żieda marġinali biss fil-frekwenzi offruti minn Ryanair. Anke l-previżjonijiet għad-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi kienu bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi, peress li kien mistenni li kull passiġġier jonfoq madwar EUR […] fl-ajruport. |
(450) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-maniġment tal-FFHG, wara li qies l-ispejjeż u d-dħul inkrementali kollha bħala riżultat tal-attività ta' Ryanair fl-ajruport, stenna li l-ftehim ma' Ryanair tal-1999 ma kienx se jkopri biss l-ispejjeż inkrementali kollha iżda tul il-perjodu tiegħu kien se jiġġenera kontribut pożittiv għall-profittabbiltà tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn b'VPN li jlaħħaq […] miljun (rata ta' skont = […] %). Minħabba dik il-kontribuzzjoni pożittiva mistennija kien mistenni li anke n-negozju globali tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn jsir aktar profittabbli tul il-perjodu tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999. |
(451) |
Anki jekk sabiex ikun hemm konformità mal-MEOT, huwa biżżejjed li jintwera li d-dħul mistenni ġġenerat mill-ftehim ma' ajruport huwa kapaċi jkopri l-ispejjeż inkrementali mistennija tiegħu, fil-kalkolu tal-profittabbiltà l-Kummissjoni wettqet ukoll analiżi tas-sensittività inklużi l-ispejjeż tad-deprezzament tat-terminal il-ġdid tal-passiġġieri (ara t-Tabella 26). Tabella 26 Valutazzjoni tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 mill-1999 sal-2003 (inkluż id-deprezzament annwali għat-terminal il-ġdid tal-passiġġieri ta' DM […] (112) ) (…)
|
(452) |
Anki wara li jitqiesu l-ispejjeż kollha tad-deprezzament tat-terminal il-ġdid tal-passiġġieri, il-ftehim ma' Ryanair tal-1999 seta' raġonevolment ikun mistenni li kien se jiġġenera VPN pożittiv ta' madwar DM […] miljun (rata ta' skont = […] %). |
Valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-ftehim ma' Ryanair tal-1999 li saret minn Oxera
(453) |
Barra minn hekk, anke Ryanair ippreżentat valutazzjoni tal-profittabbiltà li saret minn Oxera abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien li ġie konkluż il-Ftehim ma' Ryanair tal-1999, li ngħatat mill-ajruport u minn Ryanair. Ir-riżultati ta' dak l-kalkolu huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 16. Bl-istess mod il-valutazzjoni ta' Oxera turi li l-ftehim ma' Ryanair tal-1999 kien mistenni li jwassal għal VPN pożittiv għall-ajruport. |
(454) |
Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis bħala konvinċenti l-argument tal-Ġermanja li l-kapaċità li jiġi ġġenerat traffiku addizzjonali permezz ta' ftehimiet ma' Ryanair offriet lill-FFHG il-possibbiltà li tattira klijenti b'potenzjal ta' tkabbir, li ttejjeb l-utilizzazzjoni ġenerali tal-ajruport u tnaqqas b'mod globali t-telf tagħha. |
Konklużjoni
(455) |
Wara li analizzat il-ftehim u l-aspettattivi tal-FFHG fiż-żmien meta ġie konkluż il-ftehim ma' Ryanair tal-1999, il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-ftehim ikkontribwixxa għall-profittabbiltà tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, fis-sens li d-dħul inkrementali mistenni kien ogħla mill-ispejjeż inkrementali mistennija. Peress li għaldaqstant il-kuntratt kien konformi mal-prinċipju tal-MEO, ma kien ta l-ebda vantaġġ lil Ryanair. |
(456) |
Peress li wieħed mill-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat mhuwiex issodisfat, il-Kummissjoni tqis li l-ftehim ma' Ryanair tal-1999 bejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u Ryanair ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
8.2.3. MIŻURA 8: L-ISKEDA TAL-IMPOSTI AJRUPORTWALI TAL-2001
(457) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2001. Dak iż-żmien, Ryanair kienet il-linja tal-ajru prinċipali tal-passiġġieri li kienet topera fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, peress li Volare u Air Polonia bdew joperaw fl-ajruport fl-2003 biss u Wizzair u Iceland Express fl-2005 biss. |
(458) |
L-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 kienet tapplika għal-linji tal-ajru kollha li jużaw l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u offriet appoġġ varjabbli u fiss għall-kummerċjalizzazzjoni għal linji tal-ajru ġodda, destinazzjonijiet ġodda u żieda fl-ammont ta' passiġġieri. |
(459) |
L-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 ġiet introdotta biex tiżdied il-kompetittività tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn u biex issostni l-istrateġija ta' tkabbir tal-ajruport f'dak iż-żmien. |
(460) |
F'dak l-isfond, il-Ġermanja argumentat li ma kien ingħata l-ebda vantaġġ permezz tal-iskeda ta' imposti ajruportwali tal-2001 u qablet mal-Kummissjoni li r-riżultati tal-MEOT għall-ftehim ma' Ryanair tal-2002, li huwa bbażat fuq l-iskeda ta' imposti ajruportwali tal-2001 u introduċa appoġġ addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni, jistgħu jservu bħala parametru referenzjarju (ara sezzjoni 8.2.4). |
(461) |
Il-Kummissjoni taqbel li l-ftehim ma' Ryanair tal-1999 jista' jservi bħala parametru referenzjarju għall-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001, b'mod partikolari, minħabba l-fatt li l-linja tal-ajru prinċipali fl-ajruport fiż-żmien li ġiet introdotta l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 kienet ir-Ryanair u li l-imposti miftehma fil-ftehim ma' Ryanair tal-2002 jikkorrispondu mal-imposti stabbiliti fl-iskeda tal-2001. |
Konklużjoni
(462) |
Fid-dawl tal-kalkolu tal-profittabbiltà inkrementali li sar fil-kuntest tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002, li kien ibbażat fuq l-iskeda ta' imposti ajruportwali tal-2001, il-Kummissjoni tikkonkludi li anke l-introduzzjoni tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 kienet konformi mal-prinċipju tal-MEO, peress li, minn perspettiva ex ante, ikkontribwiet b'mod inkrementali għall-profittabbiltà tal-ajruport. |
(463) |
Peress li tal-anqas wieħed mill-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat mhuwiex issodisfat, il-Kummissjoni tqis li l-iskeda ta' imposti ajruportwali tal-2001 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
8.2.4. MIŻURA 9: FTEHIM MA' RYANAIR TAL-2002
(464) |
Il-Ftehim ma' Ryanair tal-1999 ġie sostitwit bil-ftehim ma' Ryanair tal-2002, li daħal fis-seħħ fl-14 ta' Frar 2002. Il-ftehim ma' Ryanair tal-2002 ġie konkluż għal perjodu ta' […] snin (jiġifieri sal-[…]). Ryanair għandha l-għażla li ttawwal il-ftehim b'termini u kundizzjonijiet simili sal-[…]. |
(465) |
Qabel ittieħdet deċiżjoni dwar il-Ftehim ma' Ryanair tal-2002, fil-21 ta' Mejju 2001, l-FFHG kienet wettqet valutazzjoni approssimattiva tal-profittabbiltà (ara t-Tabella 27). Tabella 27 Valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002
|
(466) |
Filwaqt li l-valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-FFHG li ġiet ippreżentata mill-Ġermanja ma kinitx tinkludi projezzjoni għall-perjodu kollu kopert mill-ftehim ma' Ryanair tal-2002, kien ċar li l-ftehim ma' Ryanair tal-2002 kien mistenni li jkun profittabbli mill-ewwel sena ta' operat ta' Ryanair. Minkejja li normalment MEO jwettaq kalkolu għall-perjodu kollu ta' ftehim, f'dan il-każ, minħabba l-fatt li l-ftehim kien mistenni li jiġġenera kontribut pożittiv mill-ewwel sena — anki kieku l-għadd ta' passiġġieri u d-dħul mistenni kellu jibqa' stabbli (filwaqt li fil-fatt dawn kienu mistennija jiżdiedu) — l-FFHG setgħet raġonevolment tistenna li l-ftehim kien se jipprovdi kontribuzzjoni pożittiva ġenerali għall-profittabbiltà tagħha (ara l-premessa 471). |
(467) |
Id-dħul inkrementali li kien tqies f'dik il-valutazzjoni tal-profittabbiltà jinkludi d-dħul minn servizzi ajrunawtiċi u d-dħul minn servizzi oħra mhux ajrunawtiċi kif ġie stabbilit fil-ftehim ma' Ryanair tal-2002, kif ukoll id-dħul mid-duty free u mill-ħwienet. L-ixprunatur ewlieni tal-valur tad-dħul previst kien it-traffiku mistenni fir-rigward tal-passiġġieri. Fir-rigward ta' dan tal-aħħar, l-FFHG kienet qiegħda tistenna li timmaniġġja madwar 392 137 passiġġier ta' Ryanair fl-2002. (118) Saħansitra dik il-previżjoni tat-traffiku nqabżet mill-iżvilupp attwali fir-rigward tal-passiġġieri fl-ajruport (ara t-Tabella 1). |
(468) |
Anke kieku, kif qalet Lufthansa, l-Appoġġ Għal Rotot Ġodda kien ġie ssottovalutat fil-valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-FFHG, l-appoġġ ogħla għall-kummerċjalizzazzjoni kien jiġi bbilanċjat mid-dħul ogħla minn servizzi ajrunawtiċi u mhux ajrunawtiċi minħabba volum akbar ta' passiġġieri. |
(469) |
L-ispejjeż inkrementali li ġew ikkunsidrati jinkludu l-ispejjeż tal-groundhandling, li jsir minn kumpanija esterna ta' groundhandling, l-ispejjeż għall-ingaġġ ta' persunal addizzjonali, l-ispejjeż għall-kummerċjalizzazzjoni u għall-iżvilupp ta' rotta ġdida u għall-kontrolli tas-sigurtà. Barra minn hekk, ġie kkunsidrat ukoll id-deprezzament u l-ispejjeż tal-finanzjament għal investimenti kkawżati direttament minn Ryanair. Dawk l-investimenti kienu stmati li jlaħħqu madwar DM […] miljun u jittrattaw l-estensjoni tat-terminal tal-passiġġieri. Għalkemm it-Terminal ma kienx meqjus li kien ikkawżat minn Ryanair, il-kalkolu tal-FFHG qies l-ispejjeż addizzjonali mistennija ta' investiment għat-Terminal. |
(470) |
Filwaqt li l-valutazzjoni tal-profittabbiltà li saret mill-FFHG kif ippreżentata mill-Ġermanja ma kinitx skontat il-pagamenti futuri sad-data li fiha ġie konkluż il-ftehim ma' Ryanair tal-2002, jidher ċar li l-ftehim kien mistenni jkun profittabbli. Il-Kummissjoni tinnota li meta wieħed iqis il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fiż-żmien meta sar il-kalkolu, is-suppożizzjoni li fuqha kien ibbażat il-kalkolu kienet realistika. B'mod partikolari, il-volum mistenni ta' passiġġieri saħansitra nqabeż mill-iżvilupp attwali fir-rigward tal-passiġġieri fl-ajruport (ara t-Tabella 1) u wassal għal dħul ogħla minn servizzi ajrunawtiċi u mhux ajrunawtiċi. |
(471) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-maniġment tal-FFHG, wara li qies l-ispejjeż u d-dħul inkrementali kollha bħala riżultat tal-attività ta' Ryanair fl-ajruport, stenna li l-ftehim ma' Ryanair tal-2002, tul il-perjodu tiegħu kien se jiġġenera kontribut pożittiv għall-profittabbiltà tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn b'VPN li tal-anqas ilaħħaq DM […] miljun (rata ta' skont = […] %) (119). Il-Kummissjoni nnotat li, minħabba l-iżvilupp attwali fir-rigward tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, il-VPN li ġie kkalkolat abbażi tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002 jidher li ssottovaluta l-profittabbiltà inkrementali attwali ta' dak il-ftehim. |
(472) |
Barra minn hekk, minħabba li l-ftehim ma' Ryanair tal-2002 kien mistenni (li mhux biss ikopri l-ispejjeż inkrementali kollha, iżda) li jikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-profittabbiltà tal-FFHG, kien mistenni li anke n-negozju globali tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn isir aktar profittabbli tul il-perjodu tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002. |
Valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002 li saret minn Oxera
(473) |
Barra minn hekk, Ryanair ippreżentat ukoll valutazzjoni tal-profittabbiltà li saret minn Oxera abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien li ġie konkluż il-ftehim ma' Ryanair tal-2002, (li ngħatat mill-ajruport u minn Ryanair). Ir-riżultati ta' dak il-kalkolu huma ppreżentati fil-qosor fit- Tabella 17. Abbażi tal-MEIT ta' Oxera tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002, il-Kummissjoni wettqet analiżi tas-sensittività fir-rigward tad-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi li kienu tqiesu fil-valutazzjoni. |
(474) |
Anke kieku d-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi kellu jiġi mnaqqas b'medja ta' 20 % — sabiex issir valutazzjoni tas-sensittività tad-dħul preżunt minn servizzi ajrunawtiċi — il-VPN tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002 kien ilaħħaq EUR […] miljun, filwaqt li s-suppożizzjonijiet l-oħra kollha kienu jibqgħu kostanti (ara t-Tabella 28). Tabella 28 Valutazzjoni aġġustata tal-profittabbiltà tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002 li saret minn Oxera (tnaqqis ta' 20 % fid-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi) (…) |
Konklużjoni
(475) |
Wara li analizzat il-valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002 li saret minn Oxera u l-aspettattivi tal-FFHG fiż-żmien meta ġie konkluż dak il-ftehim, il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-ftehim jista' b'mod raġonevoli jitqies li kkontribwixxa għall-profittabbiltà tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn (meta wieħed iqis il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq ta' dak iż-żmien), fis-sens li d-dħul inkrementali mistenni kien ogħla mill-ispejjeż inkrementali mistennija. Peress li għalhekk il-ftehim ma' Ryanair tal-2002 kien konformi mal-prinċipju tal-MEO, ma kien ta ebda vantaġġ lil Ryanair. |
(476) |
Peress li wieħed mill-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat mhuwiex issodisfat, il-Kummissjoni tqis li l-ftehim ma' Ryanair tal-2002 ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
8.2.5. MIŻURA 10: FTEHIM MA' RYANAIR TAL-2005
(477) |
Fl-4 ta' Novembru 2005, intlaħaq ftehim dwar emenda għall-ftehim ma' Ryanair tal-2002, il-“Ftehim Ryanair/Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH Konsenja ta' inġenji tal-ajru minn 6 sa 18 — bejn l-2005 u l-2012”. Fit-18 ta' Novembru 2005, il-bord superviżorju tal-FFHG approva l-konklużjoni tal-ftehim ma' Ryanair tal-2005. Il-ftehim ma' Ryanair tal-2005 huwa validu sal-[…]. |
(478) |
Il-Ġermanja rrilevat ukoll li l-ftehim ma' Ryanair tal-2005 huwa konformi mal-prinċipju tal-MEO. F'sostenn għal dan, il-Ġermanja pprovdiet MEOT li kien sar minn PWC. L-MEOT ta' PWC iqabbel żewġ xenarji sabiex jiġi stabbilit l-impatt inkrementali tal-ftehim ma' Ryanair tal-2005: (i) pjan tan-negozju ex ante ta' FFHG bl-involviment ta' Ryanair u (ii) xenarju alternattiv bi pjan tan-negozju ex ante ta' FFHG mingħajr l-involviment ta' Ryanair. Il-fluss tal-flus inkrementali jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn iż-żewġ xenarji (kif ippreżentat fil-qosor fit-Tabella 29). Tabella 29 MEOT tal-ftehim ma' Ryanair tal-2005 (…)
|
(479) |
Il-Kummissjoni tqis li l-fluss tal-flus inkrementali identifikat bħala d-differenza bejn iż-żewġ xenarji jqis l-ispejjeż u d-dħul inkrementali kollha ddeterminati mill-preżenza ta' Ryanair fl-ajruport. Barra minn hekk, dak il-kalkolu tal-profittabbiltà jqis ukoll l-investimenti ddeterminati mill-preżenza ta' Ryanair fl-ajruport. Skont l-MEOT supplimentari li sar minn PWC wara d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2008, ammont totali ta' EUR […] miljun ta' investimenti jista' jiġi attribwit lil Ryanair, filwaqt li l-EUR […] miljun li fadal jittratta l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-merkanzija tal-ajruport (jiġifieri total ta' EUR […] miljun). |
(480) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-maniġment tal-FFHG, wara li qies l-ispejjeż u d-dħul inkrementali kollha bħala riżultat tal-attività ta' Ryanair fl-ajruport, stenna li tul il-perjodu tiegħu l-ftehim ma' Ryanair tal-2005 kien se jiġġenera kontribut pożittiv għall-profittabbiltà tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn b'VPN ta' mill-inqas EUR […] miljun (rata ta' skont = […] %). (120) |
(481) |
F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li meta wieħed iqis il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u t-tkabbir sinifikanti ta' trasportaturi bi prezz baxx mill-2000, is-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat il-pjan tan-negozju ex ante jidhru li huma realistiċi. Fl-istess ħin, minħabba l-perjodu ta' ppjanar fit-tul tal-iżvilupp attwali fir-rigward tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, il-VPN ikkalkulat abbażi ta' rata ta' skont ta' […] % jista' ma jkunx qiegħed iqis b'mod adegwat ir-riskji li potenzjalment jistgħu jaffettwaw is-suppożizzjonijiet sottostanti. |
(482) |
Għalhekk, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tas-sensittività tar-rata ta' skont (ara t-Tabella 30). Meta tiġi applikata rata ta' skont ta' […] % il-VPN xorta jlaħħaq EUR […] miljun. Barra minn hekk, anke kieku wieħed kellu jqis li rata ta' skont ta' […] % xorta tibqa' ma tippermettix li tiġi rimedjata kwalunkwe inċertezza dwar previżjonijiet fit-tul fir-rigward tal-passiġġieri, xorta jrid jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ftehim kien mistenni li kien se jiġġenera kontribut pożittiv għall-profittabbiltà tal-FFHG wara l-ewwel sena u li fid-dawl tal-iżvilupp globali tas-suq, ma kienx jidher li kien hemm raġuni konvinċenti għaliex l-FFHG kellha tistenna tnaqqis fis-snin sussegwenti. Tabella 30 MEOT tal-ftehim ma' Ryanair tal-2005 — Valutazzjoni tas-sensittività tar-rata ta' skont (…) |
Konklużjoni
(483) |
Fid-dawl tal-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali mwettqa, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ftehim ma' Ryanair tal-2005 kien konformi mal-prinċipju tal-MEO, peress li, minn perspettiva ex ante u meta wieħed iqis il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq, kien ikkontribwixxa b'mod inkrementali għall-profittabbiltà tal-ajruport. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni tal-FFHG li tidħol fil-ftehim ma' Ryanair tal-2005 ma kienet tat ebda vantaġġ ekonomiku lil-linja tal-ajru li ma kinitx kieku tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
(484) |
Peress li wieħed mill-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat mhuwiex issodisfat, il-Kummissjoni tqis li l-ftehim ma' Ryanair tal-2005 bejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u Ryanair ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. (121) |
8.2.6. MIŻURA 11: L-ISKEDA TAL-IMPOSTI AJRUPORTWALI TAL-2006
(485) |
L-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2006 u ħadet post l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001. Madankollu ssegwi l-istess prinċipji bażiċi bħall-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001. It-tibdil meta mqabbel mal-iskeda tal-2001 jittratta l-imposti fuq it-tlugħ u l-illandjar, it-tariffa fuq il-passiġġieri, u l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni għat-twaqqif ta' rotta ġdida u l-volum tat-traffiku ġġenerat skont l-għadd ta' passiġġieri totali (passiġġieri li jitilqu u li jaslu trasportati mil-linja tal-ajru). |
(486) |
Il-Ġermanja argumentat li r-Ryanair ma kienet ingħatat l-ebda vantaġġ permezz tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006. L-ewwel nett, il-Ġermanja ġġustifikat l-imposti differenti fuq il-passiġġieri, abbażi tal-fatt li dawk kienu nħolqu sabiex jipprovdu inċentiv lit-trasportaturi oħra bi prezzijiet irħas filwaqt li jiġu koperti l-ispejjeż operattivi tal-ajruport. Il-Ġermanja argumentat li tnaqqis fl-imposti skont il-volum ta' passiġġieri huwa aġir komuni f'ajruporti nazzjonali u internazzjonali. Peress li l-limitu biex jinkisbu ribassi kien baxx ħafna, jiġifieri ta' 100 000 passiġġier fis-sena, dawk ir-ribassi kienu disponibbli wkoll għal-linji tal-ajru iżgħar. |
(487) |
F'sostenn għal dan, il-Ġermanja ppreżentat valutazzjoni ex ante tal-profittabbiltà fejn qabblet xenarju bl-introduzzjoni tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 ma' xenarju mingħajr l-introduzzjoni ta' dik l-iskeda, kif ippreżentat fil-qosor fit-Tabella 31. Il-Kummissjoni tqis, li meta wieħed iqis il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u r-riżultati operattivi attwali tal-FFHG ta' dak iż-żmien, il-kalkolu tal-profittabbiltà kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet realistiċi. Tabella 31 Valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006
|
(488) |
Kif intqal fis-sezzjoni, 8.2.1, l-arranġamenti konklużi bejn linji tal-ajru u ajruport jistgħu jitqiesu li jissodisfaw it-test ta' MEO meta dawn jikkontribwixxu b'mod inkrementali, minn perspettiva ex ante, għall-profittabbiltà tal-ajruport. L-ajruport irid juri li, meta jikkonkludi arranġament ma' linja tal-ajru (pereżempju, kuntratt individwali jew skema ġenerali tal-imposti tal-ajruport), huwa jkun kapaċi jkopri l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-arranġament, tul id-durata tal-arranġament, b'marġni ta' profitt raġonevoli fuq il-bażi ta' prospetti sodi fuq perjodu ta' żmien medju. |
(489) |
Barra minn hekk, sabiex jiġi vvalutat jekk arranġament konkluż minn ajruport ma' linja tal-ajru jissodisfax l-MEOT, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni d-dħul mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi li jirriżulta mill-attività tal-linja tal-ajru, flimkien mal-imposti tal-ajruport, netti minn kwalunkwe ribassi, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew skemi ta' inċentivi). Bl-istess mod, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll l-ispejjeż kollha li mistennija jiġġarrbu b'mod inkrementali mill-ajruport fir-rigward tal-attività tal-linja tal-ajru fl-ajruport. Tali spejjeż inkrementali jistgħu jinkludu l-kategoriji kollha ta' spejjeż jew investimenti, bħal spejjeż inkrementali marbuta mal-persunal, mat-tagħmir u mal-investiment ikkawżati mill-preżenza tal-linja tal-ajru fl-ajruport. Pereżempju, jekk l-ajruport ikollu bżonn jespandi jew jibni terminal ġdid jew faċilitajiet oħrajn primarjament sabiex jakkomoda l-ħtiġijiet ta' linja tal-ajru speċifika, tali spejjeż għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu kkalkolati l-ispejjeż inkrementali. B'kuntrast, l-ispejjeż li l-ajruport ikollu jħallas xorta waħda, irrispettivament mill-arranġament mal-linja tal-ajru ma għandhomx jittieħdu f'kunsiderazzjoni fl-MEOT. |
(490) |
Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-profittabbiltà mwettqa mill-FFHG qabel l-introduzzjoni tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006, il-Kummissjoni tqis li l-ispejjeż u d-dħul inkrementali kollha ddeterminati mill-introduzzjoni ta' din l-iskeda kienu ġew ikkunsidrati u kienu bbażati fuq suppożizzjonijiet raġonevoli b'kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u r-riżultati attwali tal-FFHG. L-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 ma kinitx limitata fiż-żmien, u għalhekk kien biżżejjed li l-operatur tal-ajruport jikkalkula l-profittabbiltà globali tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 għal diversi snin konsekuttivi. Barra minn hekk, fil-każ li jiġi ppruvat li d-dħul iġġenerat ma kienx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż inkrementali kkawżati mil-linji tal-ajru li jużaw dik l-iskeda, l-FFHG setgħet fi kwalunkwe ħin timmodifika l-iskeda ta' imposti ajruportwali. Barra minn hekk, peress li Ryanair ikkonkludiet ftehim individwali, l-iskeda ma kinitx tapplika għal-linja tal-ajru prinċipali (b'sehem ta' passiġġieri ta' madwar 90 %), iżda ġiet applikata għal-linji tal-ajru li kien għad fadal li s-sehem ta' passiġġieri tagħhom kien ta' madwar 10 %. Għalhekk, l-ispejjeż inkrementali tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 kienu limitati ħafna u l-FFHG kienet stenniet li tkun tista' tuża r-riżorsi tagħha aħjar. |
(491) |
Filwaqt li l-analiżi ex ante li saret mill-FFHG u li ġiet ippreżentata mill-Ġermanja ma kinitx skontat il-pagamenti futuri sad-data li fiha daħlet fis-seħħ l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006, jidher ċar li l-iskeda kienet mistennija tkun profittabbli mill-ewwel sena 'l quddiem. |
(492) |
Barra minn hekk, minħabba l-ispejjeż fissi għoljin u l-ispejjeż inkrementali ferm limitati relatati mal-forniment ta' servizzi taħt l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006, dawk il-previżjonijiet ma kinux sensittivi għas-suppożizzjonijiet dwar l-iżvilupp globali tat-traffiku. |
Konklużjoni
(493) |
Fid-dawl tal-kalkolu tal-profittabbiltà inkrementali li sar, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-introduzzjoni tal-iskeda ta' imposti ajruportwali tal-2006 kienet konformi mal-prinċipju tal-MEO, peress li, minn perspettiva ex ante, ikkontribwiet b'mod inkrementali għall-profittabbiltà tal-ajruport. B'mod partikolari, l-ispejjeż kollha tal-ajruport bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 kienu koperti mid-dħul (kemm minn attivitajiet ajrunawtiċi u mhux ajrunawtiċi) bħala riżultat tal-introduzzjoni ta' dik l-iskeda, b'marġni ta' profitt raġonevoli. Barra minn hekk, l-ispejjeż direttament attribwibbli għal ftehimiet individwali ma' linji tal-ajru speċifiċi kienu raġonevolment mistennija li jinqabżu mid-dħul attribwibbli għall-preżenza ta' dawk il-linji tal-ajru (ara sezzjoni 8.2.5). Għalhekk, l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 setgħet raġonevolment tiġi mistennija (meta wieħed iqis il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fiż-żmien li ġiet introdotta) li tikkontribwixxi għall-profittabbiltà globali fit-tul tal-ajruport. |
(494) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 ma tagħtix vantaġġ ekonomiku lil-linji tal-ajru li ma kinux kieku jiksbu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Barra minn hekk, kienet miftuħa għall-utenti potenzjali kollha tal-ajruport fuq termini ugwali u mhux diskriminatorji. Għalhekk l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2006 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
9. LEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA
(495) |
Skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kwalunkwe pjan li jagħti jew jibdel l-għajnuna, u ma għandhomx jimplimentaw il-miżuri proposti qabel ma l-proċedura ta' notifika tirriżulta f'deċiżjoni finali. |
(496) |
Peress li l-miżuri numru 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 12 diġà tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-FFHG jew ingħataw b'mod irrevokabbli bi dritt li l-FFHG tirċievi l-fondi rispettivi, il-Kummissjoni tqis li l-Ġermanja ma rrispettatx il-projbizzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. (122) |
10. VALUTAZZJONI LEGALI — IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA
10.1. L-APPLIKABILITÀ TAL-LINJI GWIDA TAL-AVJAZZJONI TAL-2014 U TAL-2005
(497) |
L-Artikolu 107(3) tat-Trattat jipprevedi ċerti eżenzjonijiet għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat li l-għajnuna mill-Istat mhijiex kompatibbli mas-suq intern. B'mod partikolari, l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat jistabbilixxi li: “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni”, tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
(498) |
F'dak ir-rigward, il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014 jipprovdu qafas għall-valutazzjoni ta' jekk l-għajnuna mogħtija lill-ajruporti tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. |
(499) |
Skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni tqis li l-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali mill-Istat (123) japplika għall-għajnuna għall-investiment illegali mogħtija lill-ajruporti. F'dak ir-rigward, jekk l-għajnuna għall-investiment illegali ngħatat qabel l-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni tapplika r-regoli dwar il-kompatibbiltà li kienu fis-seħħ f'dak iż-żmien meta ngħatat l-għajnuna għall-investiment illegali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005 fil-każ ta' għajnuna għall-investiment illegali mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta' April 2014. (124) |
(500) |
Skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni tqis ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali mill-Istat ma għandhomx japplikaw għal każijiet ta' għajnuna operatorja illegali mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta' April 2014. Minflok, il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014 għall-każijiet kollha li jikkonċernaw għajnuna operatorja lill-ajruporti (notifiki pendenti u għajnuna illegali mhux innotifikata), anki jekk l-għajnuna tkun ingħatat qabel l-4 ta' April 2014 u l-bidu tal-perjodu ta' tranżizzjoni. (125) |
(501) |
Fil-premessa 496 il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-miżuri taħt valutazzjoni jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat li ngħatat qabel l-4 ta' April 2014. |
10.2. DISTINZJONI BEJN INVESTIMENT U GĦAJNUNA OPERATORJA
(502) |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014 imsemmija fil-premessi 499 u 500, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna għall-investiment illegali jew għajnuna operattiva illegali. |
(503) |
Skont il-punt 25(18) tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna għall-investiment hija definita bħala “għajnuna biex ikunu ffinanzjati assi kapitali; speċifikament, biex tkopri ‘d-diskrepanza tal-likwidità fl-ispejjeż kapitali’”. Barra minn hekk, skont dik id-dispożizzjoni l-għajnuna għall-investiment tista' tkun relatata kemm ma' pagament bil-quddiem (jiġifieri tkun tkopri l-ispejjeż tal-investiment bil-quddiem) kif ukoll mal-għajnuna mħallsa fil-forma ta' pagamenti perjodiċi (biex tkopri l-ispejjeż kapitali, f'termini tad-deprezzament annwali u l-ispejjeż tal-finanzjament). |
(504) |
Min-naħa l-oħra, għajnuna operatorja tfisser għajnuna li tkopri l-ispejjeż operattivi kollha jew parti mill-ispejjeż operattivi ta' ajruport, definiti bħala “l-ispejjeż sottostanti tal-forniment ta' servizzi tal-ajruport, inklużi kategoriji ta' spejjeż bħal dawk relatati mal-persunal, is-servizzi b'kuntratt, il-komunikazzjoni, l-iskart, l-enerġija, il-manutenzjoni, il-kera, l-amministrazzjoni, eċċ., iżda jeskludu l-ispejjeż kapitali, is-sostenn tal-kummerċjalizzazzjoni jew kwalunkwe inċentiv ieħor mogħti lil-linji tal-ajru mill-ajruport, u l-ispejjeż li jaqgħu fil-mandat tal-ordni pubbliku”. (126) |
(505) |
Fid-dawl ta' dawn id-definizzjonijiet, jista' jitqies li ż-żidiet fil-kapital u l-għotjiet diretti li kienu marbuta ma' proġetti ta' investiment jikkostitwixxu għajnuna għall-investiment favur l-FFHG. |
(506) |
B'kuntrast, il-parti tat-trasferimenti annwali tat-telf użati biex ikopru t-telf operatorju annwali tal-FFHG (127), netti mill-ispejjeż inklużi fl-EBITDA li jaqgħu taħt il-mandat tal-ordni pubbliku kif stabbilit fis-sezzjoni 8.1.4.1 tikkostitwixxi għajnuna operatorja favur l-FFHG. |
(507) |
Fl-aħħar nett, il-parti tat-trasferimenti annwali li jkopru t-telf tal-FFHG li ma kinux diġà inklużi fl-EBITDA (jiġifieri d-deprezzament annwali tal-assi, l-ispejjeż tal-finanzjament, eċċ.), neqsin l-ispejjeż li jaqgħu taħt il-mandat tal-ordni pubbliku kif stabbilit fis-sezzjoni 8.1.4.1, jikkostitwixxu għajnuna għall-investiment. |
(508) |
Kif ġie spjegat qabel, fil-każijiet kollha se titqies biss l-għajnuna mogħtija wara s-sentenza Aéroports de Paris tat-12 ta' Diċembru 2000. |
10.3. IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA GĦALL-INVESTIMENT SKONT IL-LINJI GWIDA TAL-AVJAZZJONI TAL-2005
(509) |
Skont il-punt 61 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(510) |
Barra minn hekk, sabiex tkun kompatibbli mas-suq intern, l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti — bħal kwalunkwe miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat — irid ikollha effett ta' inċentiv u tkun neċessarja u proporzjonali għall-objettiv leġittimu segwit. |
(511) |
Il-Ġermanja rrilevat li l-għajnuna għall-investiment favur l-FFHG hija konformi mal-kriterji kollha ta' kompatibbiltà li jinsabu fil-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005. |
(a) L-għajnuna tikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar
(512) |
L-għajnuna għall-investiment favur l-FFHG kienet immirata biex tiffinanzja l-konverżjoni ulterjuri tal-eks bażi militari tal-Istati Uniti f'ajruport ċivili u l-iżvilupp sostanzjali tal-infrastruttura tal-ajruport. Dawk il-miżuri taw kontribuzzjoni sinifikanti għall-iżvilupp reġjonali u għall-konnettività tar-reġjun ta' Hunsrück, u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda f'żona fejn l-ekonomija kienet intlaqtet ħażin mill-għeluq tal-bażi militari tal-Istati Uniti kif ukoll it-tnaqqis tal-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main. |
(513) |
Ir-reġjun ta' Hunsrück, kif indikat il-Ġermanja, huwa mdawwar minn għadd ta' żoni (bħal Landkreis Birkenfeld), li fil-qafas tal-“Gemeinschaftsaufgabe Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur” kienu ġew identifikati bħala reġjuni li jeħtieġu appoġġ. Tabilħaqq, fil-perjodu meqjus, Landkreis Birkenfeld kienet tal-anqas parzjalment meqjusa bħala reġjun bi Prodott Domestiku Gross (PDG) taħt il-medja tal-Unjoni. (128) |
(514) |
Il-Kummissjoni tqis li l-iżvilupp tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn ikkontribwixxa wkoll b'mod sinifikanti għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda fir-reġjun ta' Hunsrück. Kif intwera mill-Ġermanja, meta wieħed iqis l-aspetti kollha tal-attivitajiet tal-ajruport, fl-2012 l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ħoloq 3 063 impjieg fir-reġjun ta' Hunsrück li 74 % minnhom kienu pożizzjonijiet full-time u 90 % ta' dawk l-impjegati jgħixu wkoll f'dak ir-reġjun. |
(515) |
Barra minn hekk, l-iżvilupp tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu wkoll effetti pożittivi, indiretti, indotti u katalizzanti fuq il-ħolqien ta' impjiegi fir-reġjun kif ukoll fuq l-iżvilupp reġjonali inġenerali permezz ta' għadd dejjem jikber ta' attivitajiet ekonomiċi u turistiċi. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-iżvilupp tat-turiżmu lejn (madwar 33 % tal-passiġġieri li jikkorrispondi għal madwar miljun passiġġier fl-2005) u barra mill-pajjiż (madwar 67 % tal-passiġġieri) f'Land Rhineland-Palatinate. Kif indikat il-Ġermanja, 88 % tal-passiġġieri li jaslu jibqgħu tal-anqas lejl wieħed fir-reġjun u fl-2005 iġġeneraw madwar 5,7 miljun lejl. Peress li 88 % tat-turisti li jiġu minn Frankfurt Hahn jibqgħu tal-anqas lejl wieħed u aktar minn 80 % minn dawk saħansitra jibqgħu bejn jumejn sa għaxart ijiem, jiġġeneraw fatturat totali ta' madwar EUR 133,7 miljun fis-sena. Barra minn hekk, it-turiżmu lejn il-pajjiż iġġenera madwar 11 000 impjieg f'Rhineland-Palatinate. |
(516) |
L-investimenti megħjuna inkwistjoni għenu wkoll biex titjieb l-aċċessibbiltà taż-żona. Madankollu, id-duplikazzjoni ta' ajruporti li ma jrendux profitti (jew il-ħolqien ta' kapaċità addizzjonali mhux użata) ma tikkontribwix għal objettiv ta' interess komuni. F'dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna għall-investiment ma twassalx għal tali duplikazzjoni li kieku tnaqqas il-prospetti fuq perjodu ta' żmien medju għall-użu tal-infrastruttura eżistenti f'ajruporti ġirien oħra. Tabilħaqq, ma hemm ebda ajruport li jinsab f'distanza ta' inqas minn 100 kilometru 'l bogħod jew 60 minuta vvjaġġar mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn. L-eqreb ajruporti għal Frankfurt Hahn huma l-ajruport ta' Frankfurt Main, li jinsab 115-il kilometru 'l bogħod jew siegħa u 15-il minuta bil-karozza, u l-ajruport tal-Lussemburgu, li jinsab siegħa u 30 minuta vvjaġġar (111-il kilometru) 'il bogħod. |
(517) |
L-ajruport ta' Frankfurt Main huwa ċentru ajruportwali internazzjonali b'varjetà wiesgħa ta' destinazzjonijiet u predominantement servut minn trasportaturi li joperaw netwerk ta' rotot li joffru traffiku ta' konnessjoni, filwaqt li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn jservi titjiriet bi prezzijiet irħas minn punt għal ieħor. Mill-2000 it-traffiku fl-ajruport ta' Frankfurt Main baqa' jiżdied b'mod kontinwu, minn 49,4 miljun passiġġier fl-2000 għal madwar 58 miljun fl-2012. Madankollu, matul dak il-perjodu ta' tkabbir ġie affettwat minn problemi ta' konġestjoni u restrizzjonijiet ta' kapaċità. Kif ġie indikat mill-Ġermanja, il-limiti ta' kapaċità tal-ajruport ta' Frankfurt Main kienu kontinwament jinqabżu. Għalhekk, skont il-Ġermanja, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu liċenzja li jopera 24 siegħa kuljum, kellu rwol importanti biex jipprovdi kapaċità addizzjonali sabiex tittaffa l-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main. Fil-fatt, sal-2009 Fraport kienet l-azzjonist maġġoritarju tal-FFHG, l-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn (2,7 miljun passiġġier fl-2013, madwar 4 miljun passiġġier fl-2007 fl-aqwa tagħha) u l-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt-Main (58 miljun passiġġier u 2,1 miljun tunnellata ta' merkanzija), u għalhekk kienet qiegħda ssegwi strateġija ta' diversifikazzjoni. |
(518) |
L-ajruport tal-Lussemburgu, li huwa l-eqreb ajruport għal Frankfurt Hahn iżda xorta jinsab madwar 111-il kilometru jew siegħa u 30 minuta bil-karozza, kellu madwar 1,7 miljun passiġġier fl-2008 u fl-2013 esperjenza tkabbir rapidu għal 2,2 miljun passiġġier. Minkejja li l-ajruport tal-Lussemburgu huwa kemxejn iżgħar mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn f'termini ta' traffiku tal-passiġġieri, l-attività tal-merkanzija tiegħu hija sostanzjalment ogħla b'674 000 tunnellata fl-2013. Joffri varjetà ta' titjiriet skedati lejn kapitali Ewropej u titjiriet charter lejn destinazzjonijiet ta' divertiment. Dik l-għażla ta' destinazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tagħha tissodisfa l-ħtiġijiet tal-impjegati tal-istituzzjonijiet finanzjarji u internazzjonali li jinsabu fil-Lussemburgu. |
(519) |
L-ajruport ta' Saarbrücken jinsab madwar 128 kilometru 'l bogħod mill-ajruport ta' Frankfurt Hahn li jammonta għal aktar minn sagħtejn bil-karozza. Barra minn hekk, Frankfurt Hahn huwa servut primarjament minn trasportaturi bi prezzijiet irħas (Ryanair) u l-merkanzija tikkostitwixxi element pjuttost importanti fil-mudell tan-negozju tiegħu, filwaqt li l-ajruport ta' Saarbrücken joffri primarjament titjiriet skedati lejn destinazzjonijiet nazzjonali u joffri biss trasport limitat ta' merkanzija bl-ajru. |
(520) |
Fir-rigward tal-ajruport ta' Zweibrücken, il-Ġermanja enfasizzat li d-distanza ta' 127 km għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn issarraf f'ħin ta' vjaġġar ta' siegħa u 27 minuta bil-karozza jew madwar 4 sigħat bil-ferrovija. Barra minn hekk, il-Ġermanja rrilevat li, meta wieħed iħares lejn it-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija bl-ajru bejn l-2005 u l-2012, ma tista' tiġi dedotta l-ebda relazzjoni ta' sostituzzjoni bejn l-ajruporti. |
(521) |
Il-Kummissjoni tosserva li hemm ċerta duplikazzjoni fl-attivitajiet kemm fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn u fl-ajruport ta' Zweibrücken, peress li anke l-ajruport ta' Zweibrücken kien involut fl-immaniġġjar tal-merkanzija bl-ajru u d-destinazzjonijiet servuti mill-ajruport ta' Zweibrücken huma predominantement għat-traffiku charter. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li ġeneralment il-merkanzija hija aktar mobbli mit-trasport tal-passiġġieri. (129) B'mod ġenerali, żona ta' lħuq għall-ajruporti tal-merkanzija titqies li għandha raġġ ta' mill-inqas madwar 200 kilometru u sagħtejn ivvjaġġar. Kummenti mill-industrija jissuġġerixxu li ġeneralment nofs ta' nhar ġarr bit-trakkijiet (jiġifieri, sa 12-il siegħa sewqan minn trakkijiet) ikun aċċettabbli għall-ispedizjonieri biex jittrasportaw il-merkanzija tagħhom. (130) Barra minn hekk, it-traffiku charter huwa wkoll, b'mod ġenerali, inqas sensittiv għall-ħin u jista' jaċċetta sa sagħtejn ivjaġġar bil-karozza. |
(522) |
Fl-istess ħin għandu jiġi nnotat li, qabel Zweibrücken daħal fis-suq fl-2006, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien diġà ajruport stabbilit sew b'aktar minn 3 miljun passiġġier u jidderieġi 123 000 tunnellata ta' merkanzija. Fid-dawl tal-iżvilupp storiku taż-żewġ ajruporti, il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u l-kapaċità ħielsa disponibbli fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn fiż-żmien meta l-ajruport ta' Zweibrücken daħal fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali fl-2006, il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa pjuttost il-ftuħ tal-ajruport ta' Zweibrücken li kkostitwixxa duplikazzjoni bla bżonn ta' infrastruttura. |
(523) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-investimenti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma jikkostitwux duplikazzjoni ta' infrastruttura eżistenti li mhijiex profittabbli. Għall-kuntrarju, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu rwol importanti fit-tnaqqis tal-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main mingħajr ma llimita l-pjanijiet ta' espansjoni ta' dan tal-aħħar. Mingħajr l-investimenti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien hemm fil-fatt riskju li r-reġjun ma kienx se jkun moqdi tajjeb f'termini tal-ħtiġijiet ta' trasport tiegħu. |
(524) |
Għalhekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi minn 512 sa 523, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għall-investiment immirata lejn il-bini u l-operat ta' infrastruttura fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn tissodisfa objettiv ta' interess komuni li huwa definit sew, jiġifieri l-iżvilupp ekonomiku reġjonali, il-ħolqien ta' impjiegi u t-titjib tal-aċċessibbiltà tar-reġjun. |
(b) L-infrastruttura hija meħtieġa u proporzjonali għall-objettiv
(525) |
Skont il-Ġermanja, l-investimenti kienu saru skont il-ħtiġijiet (u għalhekk kienu proporzjonati) u l-infrastruttura mibnija kienet neċessarja għall-ajruport sabiex tiġi garantita l-konnettività u tgħin fl-iżvilupp tar-reġjun u biex titnaqqas il-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main. |
(526) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, il-Kummissjoni taqbel li l-investimenti ffinanzjati kienu neċessarji u proporzjonati għall-objettiv ta' interess komuni. Tabilħaqq, mingħajr dawk l-investimenti kieku ma kinitx titlesta l-konverżjoni tal-eks bażi tal-Istati Uniti f'ajruport tal-avjazzjoni ċivili li jiffunzjona b'mod sħiħ. Il-bini ta' faċilitajiet għall-passiġġieri u għall-merkanzija, rampi u l-modernizzazzjoni tat-taxiways kellhom isiru sabiex ikomplu jiġu żviluppati l-operazzjonijiet ta' titjir ċivili. Għalhekk, l-infrastruttura mibnija kienet neċessarja għall-ajruport sabiex tiġi garantita l-konnettività u l-iżvilupp tar-reġjun. |
(527) |
Barra minn hekk, il-proġett infrastrutturali twettaq biss sal-punt li kien meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti: filwaqt li l-infrastruttura nbniet għal traffiku massimu ta' bejn 4 sa 5 miljun passiġġier u 500 000 tunnellata ta' merkanzija, l-istatistika tat-traffiku murija fit-Tabella I u fit-Tabella 2 turi li t-traffiku tal-passiġġieri żdied b'mod konsistenti sal-2007 sabiex laħaq rekord ta' 4 miljun passiġġier (wara li kien naqas għal 2,7 miljun fl-2013 minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 532) u li fl-2011 il-volum ta' merkanzija kien żdied għal aktar minn 500 000 tunnellata ta' merkanzija. Dan ifisser li fil-parti l-kbira d-domanda mistennija tat-traffiku kienet tikkorrispondi mad-domanda proprja u li l-investimenti ma kinux sproporzjonalment kbar. |
(528) |
Filwaqt li huwa importanti li jiġi evitat li l-investiment jikkostitwixxi duplikazzjoni ta' infrastruttura eżistenti li mhijiex profittabbli, dan mhuwiex il-każ hawnhekk. Kif diġà ġie spjegat fil-premessi minn 516 sa 523, ma hemm l-ebda ajruport ieħor li jinsab f'distanza ta' inqas minn 100 kilometru 'l bogħod u 60 minuta vvjaġġar, u anke kieku kellha titqies żona usa' ta' lħuq ma hemm l-ebda effetti ta' duplikazzjoni. L-eqreb ajruport huwa l-ajruport ta' Frankfurt Main, liema konġestjoni l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kien maħsub li jnaqqas. |
(529) |
Fid-dawl ta' dawk il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li din il-kundizzjoni ta' kompatibbiltà hija ssodisfata. |
(c) L-infrastruttura għandha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju
(530) |
Il-Ġermanja rrilevat li qabel ittieħdet id-deċiżjoni biex tkompli tiġi żviluppata l-infrastruttura tal-ajruport, esperti esterni kienu wettqu studji ta' tbassir tat-traffiku sabiex jiġi identifikat il-potenzjal tat-traffiku għall-ajruport ta' Frankfurt Hahn. |
(531) |
L-informazzjoni ppreżentata turi li dak iż-żmien l-esperti esterni kienu bassru tkabbir sinifikanti minn 0,3 miljun passiġġier fl-2000 sa daqs 3,8 miljun passiġġier sal-2010 (ara l-Figura 2, il-Figura 3 u l-Figura 4). Fir-rigward tal-iżvilupp tal-merkanzija, l-esperti pprevedew żvilupp minn 151 000 tunnellata fl-2001 sa daqs 386 000 tunnellata fl-2010 (ara l- Figura 5), bit-tkabbir fin-negozju tal-merkanzija bejn l-2006 u l-2010 bħala riżultat tad-devjazzjoni tat-titjiriet tal-merkanzija mill-ajruport ta' Frankfurt Main minħabba restrizzjonijiet. Madankollu, dawk il-projezzjonijiet setgħu jiġu ssodisfati biss kieku l-investimenti twettqu skont iż-żmien ippjanat. |
(532) |
Il-Kummissjoni tinnota li dawk il-previżjonijiet tat-traffiku (ara l-premessa 531) ġew ikkonfermati mill-iżvilupp proprju tat-traffiku fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn (ara t-Tabella 1 u t-Tabella 2). Fl-2007 l-ajruport ta' Frankfurt Hahn serva madwar 4 miljun passiġġier. Wara perjodu ta' tkabbir sinifikanti, fis-snin reċenti t-traffiku tal-ajru fil-Ġermanja u fl-Unjoni ġie affettwat b'mod negattiv mill-kriżi ekonomika u finanzjarja fl-2008/09, li fl-2009 fil-Ġermanja wassal għal tnaqqis fit-trasport tal-passiġġieri bl-ajru. L-iżvilupp fir-rigward tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn kompla jiġi affettwat bl-introduzzjoni ta' taxxa fuq il-passiġġieri tal-ajru fil-Ġermanja fl-2011. Attwalment l-ajruport ta' Frankfurt Hahn iservi madwar 2,7 miljun passiġġier fis-sena. Fir-rigward tal-merkanzija, fl-2011 l-ajruport ta' Frankfurt Hahn immaniġġja 565 000 tunnellata ta' merkanzija. Minħabba l-falliment ta' wieħed mill-klijenti tiegħu, fl-2013 l-ajruport ipproċessa biss 447 000 tunnellata. |
(533) |
Għalhekk, fid-dawl ta' dawk il-konsiderazzjonijiet, jista' jiġi konkluż li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn diġà qiegħed juża l-biċċa l-kbira tal-kapaċità tiegħu u li l-prospetti fuq perjodu ta' żmien medju għall-użu tal-kapaċità huma sodisfaċenti. |
(d) Aċċess għall-infrastruttura b'mod ugwali u mhux diskriminatorju
(534) |
L-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għall-ajruport fuq termini ugwali u mhux diskriminatorji. Tabilħaqq, l-iskeda tal-imposti ajruportwali applikabbli fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn hija pubblikament disponibbli u miftuħa għall-utenti kollha potenzjali u attwali tal-ajruport b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju. Kwalunkwe differenza fl-imposti ajruportwali effettivament imħallsa għall-użu tal-infrastruttura kienet ibbażata fuq differenzjazzjoni kummerċjalment iġġustifikata. (131) |
(535) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din il-kundizzjoni hija ssodisfata. |
(e) Il-kummerċ ma jiġix affettwat kontra l-interess komuni
(536) |
Skont il-punt 39 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005, il-kategorija tal-ajruport tista' tipprovdi indikazzjoni tal-punt sa fejn l-ajruporti qegħdin jikkompetu ma' xulxin u għalhekk anki tal-punt sa fejn il-finanzjament pubbliku mogħti lil ajruport jista' jwassal għal tfixkil tal-kompetizzjoni. |
(537) |
Fiż-żona standard ta' lħuq tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn (siegħa vvjaġġar bil-karozza jew distanza ta' 100 kilometru) ma hemmx ajruporti oħra kummerċjalment sfruttati. Anke kieku wieħed kellu jestendi ż-żona ta' lħuq, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ma toħloqx effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(538) |
Fir-rigward tal-ajruport ta' Frankfurt Main (l-eqreb ajruport li jinsab madwar 115-il kilometru 'l bogħod u siegħa u 15-il minuta vvjaġġar), l-investimenti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma wasslux għal effetti negattivi ta' sostituzzjoni. Fil-fatt, qabel l-involviment tagħha fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn, Fraport kienet diġà l-operatur tal-ajruport ta' Frankfurt Main, iżda minkejja dan kienet qiegħda tinvesti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn bl-għan li titnaqqas il-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main peress li f'dak iċ-ċentru kienet prevista kapaċità futura eċċessiva. B'mod partikolari, il-projbizzjoni fuq titjiriet bil-lejl fl-ajruport ta' Frankfurt Main kienet waħda mill-fatturi ewlenin li kellha tittieħed inkunsiderazzjoni peress li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn kellu liċenzja li jopera 24 siegħa kuljum. |
(539) |
Minkejja li fil-perjodu bejn l-2000 u l-2007 Frankfurt Hahn esperjenza tkabbir sinifikanti (Tabella 1 u Tabella 2) meta mqabbel ma' Frankfurt Main is-sehem tat-traffiku kien baqa' limitat ħafna. Bejn l-2000 u l-2003 l-ajruport ta' Frankfurt Main esperjenza tkabbir kostanti fl-għadd ta' passiġġieri minn 48 miljun fl-2000 għal 54,2 miljun fl-2007. Minħabba l-kriżi ekonomika, Frankfurt Main esperjenza tnaqqis żgħir għal 50,9 miljun fl-2009, segwit minn żieda rapida għal 58 miljun. Fir-rigward tal-attivitajiet relatati mal-merkanzija, l-ajruport ta' Frankfurt Main esperjenza tkabbir kostanti minn 1,6 miljun għal 2,2 miljun tunnellata fl-2013. |
(540) |
Fir-rigward ta' ajruporti oħra, il-Kummissjoni diġà spjegat li l-investimenti fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kellhomx impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. (132) Dan japplika wkoll għall-ajruport ta' Zweibrücken, minħabba li huwa pjuttost dan tal-aħħar li jikkostitwixxi duplikazzjoni bla bżonn ta' infrastruttura (u għalhekk ikun responsabbli għal kwalunkwe effett ta' tfixkil fuq il-kompetizzjoni). |
(541) |
Barra minn hekk, kuntrarjament għall-ajruporti ta' Frankfurt Main u tal-Lussemburgu, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn mhuwiex servut minn konnessjoni ferrovjarja. B'mod ġenerali, ma jista' jkun mistenni l-ebda effett ta' sostituzzjoni fuq it-trasport ferrovjarju. |
(542) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi minn 536 sa 541, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe effett negattiv bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa limitat għall-minimu. |
(f) L-effett ta' inċentiv, in-neċessità u l-proporzjonalità
(543) |
Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi jekk l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-Ajruport ta' Frankfurt Hahn biddlitx l-imġiba tal-benefiċjarju b'tali mod li involva ruħu f'attività li tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' interess komuni li (i) ma kienx iwettaq mingħajr l-għajnuna, jew (ii) kien iwettaq b'mod aktar ristrett jew differenti. Barra minn hekk, l-għajnuna titqies bħala proporzjonata biss jekk l-istess riżultat ma jkunx jista' jintlaħaq b'inqas għajnuna u inqas tfixkil. Dan ifisser li l-ammont u l-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu limitati għall-minimu neċessarju sabiex tkun tista' sseħħ l-attività megħjuna. |
(544) |
Skont l-informazzjoni sottomessa mill-Ġermanja, mingħajr l-għajnuna, l-investiment qatt ma seta' jsir realtà. Il-Ġermanja rrilevat li l-għajnuna kienet neċessarja peress li kkumpensat biss l-ispejjeż ta' finanzjament u ammont aktar baxx kien iwassal għal livelli aktar baxxi ta' investiment. |
(545) |
Tabilħaqq, skont ir-riżultati finanzjarji ppreżentati fil-qosor fit-Tabella 3 u fit-Tabella 4, l-ajruport għadu jagħmel telf u ma jistax jiffinanzja l-ispejjeż ta' investiment tiegħu. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li l-għajnuna kienet neċessarja sabiex isiru l-investimenti sabiex titnaqqas il-konġestjoni fl-infrastruttura tal-ajruport kif ukoll biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti attwali għal infrastruttura moderna tal-ajruport. Mingħajr l-għajnuna, l-ajruport ta' Frankfurt Hahn ma kienx ikun kapaċi jlaħħaq mad-domanda mistennija tal-linji tal-ajru, tal-passiġġieri u tal-ispedizjonieri u anke l-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport kien jitnaqqas. |
(546) |
Għandu jiġi nnotat ukoll li l-appoġġ pubbliku kien ingħata fi żmien meta l-FFHG kienet kisbet investimenti sinifikanti ħafna fl-infrastruttura (aktar minn EUR 220 miljun bejn l-2001 u l-2012). Minn dan isegwi li l-għajnuna għall-investiment tkopri biss frazzjoni tal-ispejjeż globali għall-investiment. |
(547) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura ta' għajnuna inkwistjoni kellha effett ta' inċentiv, li l-ammont ta' għajnuna kien limitat għall-minimu neċessarju sabiex tkun tista' titwettaq l-attività megħjuna, u, għalhekk kienet proporzjonata. |
Konklużjoni
(548) |
Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għall-investiment mogħtija lill-ajruport ta' Frankfurt Hahn hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat minħabba li hija konformi mal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà stabbiliti fil-punt 61 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005. |
10.4. IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA OPERATORJA SKONT IL-LINJI GWIDA TAL-AVJAZZJONI TAL-2014
(549) |
Is-Sezzjoni 5.1. tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014 tistabbilixxi l-kriterji li se tapplika l-Kummissjoni meta tiġi biex tivvaluta l-kompatibbiltà ta' għajnuna operatorja mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Skont il-punt 172 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni tapplika dawk il-kriterji għall-każijiet kollha li jikkonċernaw għajnuna operatorja, inklużi n-notifiki pendenti u l-każijiet ta' għajnuna illegali mhux innotifikata. |
(550) |
Skont il-punt 137 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, għajnuna operatorja illegali mogħtija qabel id-data tal-Pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014 tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern sal-portata sħiħa ta' spejjeż operattivi mhux koperti sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(a) Il-kontribut lejn objettiv ta' interess komuni li huwa definit sew
(551) |
Skont is-sezzjoni 5.1.2(a) tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, sabiex l-ajruporti jingħataw żmien biex jaġġustaw għar-realtajiet ġodda tas-suq u jiġu evitati interruzzjonijiet fit-traffiku tal-ajru u l-konnettività tar-reġjuni, għajnuna operatorja għall-ajruporti tiġi kkunsidrata li tikkontribwixxi għall-kisba ta' mira ta' interess komuni jekk, (i) iżżid il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni billi tistabbilixxi punti ta' aċċess għal titjiriet interni fl-Unjoni; (ii) tiġġieled kontra l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'ajruporti ċentrali prinċipali tal-Unjoni; jew (iii) tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali. |
(552) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi minn 512 sa 519, il-Kummissjoni tqis li l-operat kontinwu tal-ajruport ta' Frankfurt-Hahn żied il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni billi waqqaf punt ta' aċċess għal titjiriet intra-Unjoni fir-reġjun ta' Hunsrück. Apparti minn hekk, l-operat kontinwu tal-ajruport iffaċilita l-iżvilupp reġjonali tar-reġjun ta' Hunsrück u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda. Barra minn hekk, l-operat u l-iżvilupp tal-ajruport ta' Frankfurt-Hahn serva wkoll biex titnaqqas il-konġestjoni fl-ajruport ta' Frankfurt Main. |
(553) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura inkwistjoni tissodisfa b'mod ċar objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar. |
(b) Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat
(554) |
Skont is-sezzjoni 5.1.2(b) tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex effettiva biex tinkiseb mira ta' interess komuni, huwa meħtieġ li tiġi identifikata l-problema li għandha tiġi indirizzata. F'dak ir-rigward, kwalunkwe għajnuna mill-Istat lil ajruport għandha tiġi mmirata lejn sitwazzjonijiet fejn tkun tista' trendi titjib materjali li s-suq innifsu ma jistax iwassal. |
(555) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-ajruport ta' Frankfurt Hahn huwa ajruport reġjonali b'madwar 2,7 miljun passiġġier fis-sena li fil-perjodu taħt investigazzjoni esperjenza tkabbir sinifikanti fl-għadd ta' passiġġieri (ara t-Tabella 1). Għandu spejjeż operattivi fissi għoljin u taħt kundizzjonijiet attwali tas-suq mhuwiex kapaċi jkopri l-ispejjeż operattivi tiegħu. Għalhekk, hemm il-ħtieġa għal intervent mill-Istat (ara l-punt 89 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014). |
(c) L-adegwatezza tal-miżuri ta' għajnuna
(556) |
Skont is-sezzjoni 5.1.2(c) tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, kwalunkwe miżura ta' għajnuna lill-ajruport trid tkun strument xieraq ta' politika biex tiġi indirizzata l-mira ta' interess komuni. Għalhekk, l-Istat Membru għandu juri li ma hemm l-ebda strument ta' politika jew strument ta' għajnuna ieħor li joħloq inqas tfixkil li jippermetti li jintlaħaq l-istess objettiv. |
(557) |
Skont il-Ġermanja, il-miżuri ta' għajnuna inkwistjoni huma xierqa biex jiġi indirizzat l-objettiv maħsub ta' interess komuni li ma setax kieku jinkiseb permezz ta' strument ta' politika li joħloq inqas tfixkil. |
(558) |
F'dan il-każ l-ammont ta' għajnuna kien jikkorrispondi għat-telf operatorju mhux kopert (ara t-Tabella 4) li fil-fatt kien iġġarrab u kien limitat għall-minimu meħtieġ peress li kien ingħata biss sal-limitu tat-telf operatorju li fil-fatt kien iġġarrab. Ebda miżura ta' politika oħra ma kienet tippermetti lill-ajruport ikompli l-operat tiegħu. B'hekk, il-kumpens tat-telf huwa limitat għall-minimu u ma jipprevedi ebda profitt. |
(559) |
Fid-dawl tal-premessi 557 u 558, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri inkwistjoni kienu adegwati biex jintlaħaq l-objettiv mixtieq ta' interess komuni. |
(d) L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv
(560) |
Skont is-sezzjoni 5.1.2(d) tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna operatorja għandha effett ta' inċentiv jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas ta' għajnuna operatorja, il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport jitnaqqas b'mod sinifikanti. Dik il-valutazzjoni trid tqis il-preżenza ta' għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku fl-ajruport. |
(561) |
Mingħajr l-għajnuna, l-iskala tal-operazzjonijiet fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn kienet se tiġi serjament affettwata u kienet se tonqos b'mod sinifikanti, li eventwalment kien iwassal biex l-ajruport joħroġ mis-suq minħabba telf operatorju mhux kopert. |
(562) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura ta' għajnuna inkwistjoni kellha effett ta' inċentiv. |
(e) Il-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu)
(563) |
Skont is-sezzjoni 5.1.2(e) tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, sabiex tkun proporzjonata, għajnuna operatorja lill-ajruporti għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju sabiex tkun tista' sseħħ l-attività megħjuna; |
(564) |
F'dan il-każ l-ammont ta' għajnuna kien limitat għal-livell tat-telf operatorju mhux kopert, peress li kkumpensat biss l-ispejjeż li fil-fatt iġġarrbu. |
(565) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li f'dan il-każ l-ammont ta' għajnuna operatorja kien proporzjonat u limitat għall-minimu neċessarju sabiex l-attività megħjuna tkun tista' sseħħ. |
(f) L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri
(566) |
Skont is-sezzjoni 5.1.2(f) tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014, meta tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja għandhom jitqiesu t- tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ. |
(567) |
Fiż-żona standard ta' lħuq tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn (siegħa vvjaġġar bil-karozza jew distanza ta' 100 kilometru) ma hemmx ajruporti oħra kummerċjalment sfruttati. Anke kieku din iż-żona standard ta' lħuq kellha tkompli tiġi estiża għal ajruporti oħra fl-prossimità tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, kif intwera fil-premessi 537 u 541 ma hemm l-ebda effett negattiv u bla bżonn fuq il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti li jinsabu fil-viċinanza tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn (jiġifieri l-ajruporti ta' Frankfurt Main, tal-Lussemburgu u ta' Saarbrücken). |
(568) |
Fid-dawl ta' dawn ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe effett negattiv bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba l-għajnuna operatorja li ngħatat favur l-FFHG huwa limitat għall-minimu. |
Konklużjoni
(569) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi minn 551 sa 568, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri huma kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. |
11. KONKLUŻJONI
11.1. FINANZJAMENT TAL-AJRUPORT
(570) |
Miżura 1: PLTA tal-2001 Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi minn 291 sa 302, il-Kummissjoni tikkonkludi li fiż-żmien li ddaħħal fis-seħħ il-PLTA tal-2001, l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament iqisu li PLTA biex jiġi kopert it-telf annwali tal-FFHG ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
(571) |
Miżura 2: Żieda fil-kapital tal-2001 Iż-żieda fil-kapital tal-2001 ta' EUR 27 miljun minn Fraport u Land Rhineland-Palatinate tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(572) |
Miżura 3: Żieda fil-kapital tal-2004 u l-Miżura 4: PLTA tal-2004 Iż-żieda fil-kapital tal-2004 li ngħatat minn Fraport u l-PLTA tal-2004 ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Anke kieku kellhom jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dik l-għajnuna tista' titqies bħala kompatibbli abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. |
(573) |
Iż-żieda fil-kapital tal-2004 li ngħatat minn Länder Rhineland-Palatinate u Hesse favur l-FFHG tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(574) |
Miżura 5: Kumpens lill-FFHG għal kompiti li jaqgħu taħt il-mandat tal-ordni pubbliku (kontrolli tas-sigurtà) u l-Miżura 6: Għotjiet diretti minn Land Rhineland-Palatinate Il-Kummissjoni tqis li l-finanzjament pubbliku li ngħata lill-FFHG fil-forma ta' għotjiet diretti li ngħataw wara t-12 ta' Diċembru 2002 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(575) |
Miżura 12: Żieda fl-ekwità : Peress li ż-żieda fl-ekwità hija maħsuba biex tiffinanzja miżuri infrastrutturali li skont il-Ġermanja permezz tad-deċiżjoni mill-azzjonisti pubbliċi biex jitwettqu dawk l-investimenti, l-FFHG kienet intitolata li tirċievi dak il-finanzjament, il-Kummissjoni tqis li ż-żieda fl-ekwità għandha tiġi vvalutata fil-kuntest tal-appoġġ pubbliku lill-FFHG. F'dak ir-rigward, u fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fis-sezzjoni 8.1.1, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-FFHG ilha mid-data tas-sentenza Aéroports de Paris (jiġifieri mit-12 ta' Diċembru 2000) 'il quddiem involuta f'attività ekonomika u tikkostitwixxi impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(576) |
Barra minn hekk, f'konformità mal-kunsiderazzjonijiet fis-sezzjonijiet 8.1.1, 8.1.3 u 8.1.4, li japplikaw ugwalment għal dik il-miżura, il-Kummissjoni tqis li l-injezzjoni ta' ekwità tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, peress li tinvolvi riżorsi tal-Istat, hija imputabbli lill-Istat u tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lill-FFHG li jfixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(577) |
Peress li l-miżuri diġà tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-FFHG jew ingħataw b'mod irrevokabbli bi dritt li l-FFHG tirċievi dawk il-fondi, il-Kummissjoni tqis li l-Ġermanja ma rrispettatx il-projbizzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
(578) |
Fid-dawl tal-premessi minn 512 sa 545, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għall-investiment mogħtija lill-ajruport ta' Frankfurt Hahn hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat minħabba li hija konformi mal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà stabbiliti fil-punt 61 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005. |
(579) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi minn 551 sa 568, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri huma kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. |
11.2. FTEHIMIET MA' RYANAIR U L-ISKEDA TAT-TARIFFI AJRUPORTWALI
(580) |
Miżuri 7, 9 u 10: Ftehim ma' Ryanair tal-1999, tal-2002 u tal-2005 : Wara li analizzat il-ftehimiet u l-informazzjoni disponibbli għall-FFHG fiż-żmien li ġew konklużi dawk il-ftehimiet, il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-FFHG setgħet raġonevolment tistenna li l-ftehimiet kienu se jikkontribwixxu għall-profittabbiltà tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn, fis-sens li d-dħul inkrementali mistenni kien ogħla mill-ispejjeż inkrementali mistennija. Peress li għalhekk il-ftehimiet kienu konformi mal-prinċipju tal-MEO, ma kienu taw ebda vantaġġ lil Ryanair. |
(581) |
Miżuri 8 u 11: L-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 u tal-2006 : Fid-dawl tal-analiżi ex ante tal-profittabbiltà li saret minn FFHG il-Kummissjoni tqis li l-iskeda tal-imposti ajruportwali tal-2001 u tal-2006 ma jagħtux vantaġġ ekonomiku lil-linji tal-ajru li ma kinux kieku jiksbu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
(582) |
Peress li wieħed mill-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat mhuwiex issodisfat, il-Kummissjoni tqis li l-ftehimiet ma' Ryanair tal-1999, tal-2002 u tal-2005 bejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u Ryanair u l-iskedi tal-imposti ajruportwali tal-2001 u tal-2006 ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(583) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja qiegħda taċċetta l-adozzjoni tad-deċiżjoni bl-Ingliż biss. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-għajnuna mill-Istat, implimentata b'mod illegali mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat favur Flughafen Frankfurt Hahn GmbH bejn l-2001 u l-2012 permezz ta' żidiet fil-kapital fl-2001 li jammontaw għal EUR 27 miljun, żidiet fil-kapital fl-2004 li jammontaw għal EUR 22 miljun u għotjiet diretti minn Land Rhineland-Palatinate (sal-punt li dak l-għotjiet ma kinux purament marbuta ma' attivitajiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-ordni pubbliku u ma kinux ikopru investimenti deċiżi b'mod irrevokabbli qabel it-12 ta' Diċembru 2000) hija kompatibbli mas-suq intern.
2. Iż-żieda fil-kapital tal-2004 li ngħatat minn Fraport AG u l-ftehim ta' trasferiment ta' profitti u ta' telf tal-2004 ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
Artikolu 2
1. Il-ftehim bejn Ryanair u Flughafen Frankfurt Hahn GmbH, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 1999, ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
2. Il-ftehim bejn Ryanair u Flughafen Frankfurt Hahn GmbH datat l-14 ta' Frar 2002 ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
3. Il-“Ftehim Ryanair/Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH — Konsenja ta' inġenji tal-ajru minn 6 sa 18 — bejn l-2005 u l-2012” tal-4 ta' Novembru 2005 ma jikkostitwix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
Artikolu 3
L-iskedi ta' imposti ajruportwali, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2001 u fl-1 ta' Ġunju 2006, ma jikkostitwux għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: it-Trattat). Sostanzjalment, iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE fejn xieraq. It-Trattat introduċa wkoll ċerti bidliet fit-terminoloġija bħall-bdil ta' “Komunità” b'“Unjoni” u “suq komuni” b'“suq intern”. It-terminoloġija tat-Trattat se tintuża b'mod konsistenti f'din id-Deċiżjoni.
(3) Ryanair hija linja tal-ajru Irlandiża u Membru tal-European Low Fares Airlines Association. In-negozju tal-linja tal-ajru huwa marbut ma' ajruporti reġjonali sekondarji. Attwalment il-linja tal-ajru topera madwar 160 destinazzjoni Ewropea. Ryanair għandha flotta omoġenja li tikkonsisti f'272 inġenju tal-ajru Boeing 737-800 b'189 post.
(4) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(6) ĠU C 216, 21.7.2012, p. 1.
(7) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(8) Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-Għajnuniet mill-Istat fis-Settur tal-Avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).
(9) Linji Gwida tal-Komunità dwar l-iffinanzjar ta' ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1).
(10) ĠU C 113, 15.4.2014, p. 30.
(11) Minn hawn 'il quddiem f'din id-deċiżjoni t-terminu “Fraport” jintuża biex ifisser kemm “FAG” qabel inbidel l-isem tan-negozju u “Fraport AG” wara.
(*) Informazzjoni kunfidenzjali
(12) Skont is-sezzjoni 7(3) tal-ftehim tax-xiri parti mill-prezz tax-xiri tista' titnaqqas pereżempju jekk l-ispejjeż imġarrba mill-FFHG għall-protezzjoni kontra l-istorbju kellhom jaqbżu ċertu limitu massimu.
(13) Land Hesse kienet tikkontrolla 45,24 % tal-ishma ta' Fraport, Stadtwerke Frankfurt am Main Holding GmbH (100 % posseduta mill-muniċipalità ta' Frankfurt am Main) kienet tikkontrolla 28,89 % u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kienet tikkontrolla 25,87 %.
(14) Wizz Air hija linja tal-ajru Ungeriża u Membru tal-European Low Fares Airlines Association. Il-grupp Wizz Air huwa magħmul minn tliet kumpaniji operattivi, jiġifieri Wizz Air Hungary, Wizz Air Bulgaria u Wizz Air Ukraine. Il-mudell kummerċjali tal-linji tal-ajru huwa marbut ma' ajruporti reġjonali sekondarji. Attwalment il-linja tal-ajru topera madwar 150 destinazzjoni Ewropea. Wizz Air għandha flotta omoġenja b'età medja ta' inqas minn 3 snin, magħmula minn 34 inġenju tal-ajru Airbus A 320 b'180 post.
(15) Att notarili tan-nutar Jürgen Scherzer (ir-Reġistru tal-atti Nru 268/2000) datat l-24 ta' Novembru 2000.
(16) Riżoluzzjoni permezz tal-laqgħa tal-azzjonisti tat-3 ta' Mejju 2000.
(17) Il-kumitat azzjonarju ta' Fraport huwa kumitat li nħoloq mill-bord superviżorju li jsegwi l-iżvilupp ekonomiku tal-azjendi ta' Fraport.
(18) Jew, fi kliem ieħor, proporzjon ta' dejn ma' ekwità ta' 96 %.
(19) Rapporti annwali tal-kumpaniji azzjonarji ta' Land Rhineland-Palatinate tal-1999, 2001, 2003, 2004.
(20) It-tariffa annwali għal kull proċess ta' tagħbija u ħatt li kellha titħallas minn Ryanair fil-każ ta' sa 6 frekwenzi ta' titjiriet kuljum ġiet limitata għal massimu ta' EUR […].
(21) Fajl Nru V/21-1011/1.
(22) Anness 3: L-FFHG irċeviet kummissjoni ta' […] % fuq kull biljett mibjugħ (flus kontanti jew karta ta' kreditu) jew maħruġ mill-kaxxiera tal-biljetti tal-FFHG, kummissjoni ta' […] % fuq l-imposti għal piż eċċessiv tal-bagalji maħruġa mill-FFHG, EUR […] għal kull biljett imħallas minn qabel ipproċessat minn Ryanair u kummissjoni ta' […] % għal kull karozza mikrija bbukkjata permezz tal-FFHG.
(23) Dan jirriżulta wkoll mill-punt 68 tat-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq li ġie ppreżentat minn PwC f'isem Land Rhineland-Palatinate.
(24) […].
(25) Numru tal-fajl V/20-1011/1.
(26) Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”) [2002] Ġabra I-4397, il-paragrafi 51 u dawk segwenti.
(27) Is-sentenza Stardust Marine, paragrafu 51 u dawk segwenti.
(28) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Elementi ta' għajnuna statali dwar bejgħ ta' artijiet u bini minn awtoritajiet pubbliċi, punt II.2.
(29) Il-punt 33 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005.
(30) Il-Kawża T-128/98 Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-3929, Ikkonfermata mis-sentenza fil-kawża C-82/01P Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, [2002] Ġabra I-9297.
(31) Il-Kawżi konġunti T-443/08 u T-455/08 Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH vs Il-Kummissjoni, (minn hawn 'il quddiem: is-“sentenza Leipzig/Halle”) [2011] Ġabra II-1311, b'mod partikolari l-paragrafi 93-94; ikkonfermati mill-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs Il-Kummissjoni, [2012] li għadha ma ġietx ippubblikata.
(32) Il-Kawża C-458/03 Stadtwerke Brixen AG [2005] Ġabra I-08585, il-paragrafu 67.
(33) Il-Kawża C-340/04 Carbotermo [2006] Ġabra I-04137, il-paragrafu 36 u dawk segwenti.
(34) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intraKomunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8).
(35) Il-Kawża C-379/98 PreussenElektra [2001] Ġabra I-02099, il-paragrafu 58.
(36) Gemeinschaftsaufgabe “Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur (GRW) Gesetz” tas-6 ta' Ottubru 1969 (BGBl. I S. 1861), li ġiet emendata l-aħħar permezz tal-Artikolu 8 tal-Att tas-7 ta' Settembru 2007 (BGBl. I, p. 2246).
(37) Flughafen Frankfurt Hahn — Regionaloekonomische Effekte, ZFL Studie, 03/2007.
(38) Preżentazzjoni tal-Ġermanja, Settembru 2014.
(39) Oxera, “Kif għandhom jiġu ttrattati ftehimiet ta' AMS fi ħdan l-analiżi tal-profittabbiltà bħala parti mit-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq? — Applikazzjoni prattika”, il-31 ta' Jannar 2014, imħejji għal Ryanair.
(40) Skont Oxera, l-imposti tad-deprezzament mhumiex inkorporati peress li l-ftehim ma' Ryanair tal-1999 kien ġie ffirmat qabel is-Sentenza Aéroports de Paris tat-12 ta' Diċembru 2000. Oxera qalet ukoll li d-dejta hija ppreżentata f'termini nominali. Oxera ċċarat li l-istimi ppreżentati għall-1999 u għall-2004 ġew aġġustati f'April 1999 u f'Marzu 2004, rispettivament, biex jirriflettu d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-Ftehim tal-1999.
(41) Oxera ċċarat li d-deprezzament ġie mmudellat b'mod newtrali għall-NPV. Skont Oxera, dan l-approċċ jiżgura li s-somma tal-valur preżenti skontat tad-deprezzament matul il-ħajja tal-assi huwa ekwivalenti għall-ammont oriġinali tal-infiq kapitali. Oxera qalet li d-dejta hija ppreżentata f'termini nominali. Oxera ċċarat li l-istimi ppreżentati għall-2002 u għall-2017 ġew aġġustati fi Frar 2002 u fi Frar 2017, rispettivament, biex jirriflettu d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-Ftehim ma' Ryanair tal-2002.
(42) Il-Kawża T-228 u 233/99 DEP — Westdeutsche Landesbank Girozentrale vs Il-Kummissjoni [2003] Ġabra II-00435, il-paragrafu 314.
(43) Is-sentenza Stardust Marine, il-paragrafu 33-34.
(44) Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar trasparenza fir-relazzjonijiet finanzjarji bejn Stati Membri u intrapriżi pubbliċi kif ukoll dwar trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti intrapriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).
(45) Il-Kawża T-196/04 Ryanair vs Il-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem: “is-sentenza Charleroi”) [2008] Ġabra II-3643.
(46) Lanqas il-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni tal-2005 ma kien imsemmi fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2011.
(47) Il-Kawża T-128/98 Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-3929 (ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-82/01 P [2002] Ġabra I-9297, il-paragrafu 75 b'referenzi ulterjuri).
(48) Il-Kawża T-455/08 Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig/Halle vs Il-Kummissjoni, [2011] Ġabra II-01311, partikolarment il-paragrafi 105 u 106;
(49) Ara b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2008 fil-kawża C-29/08 L-ajruport ta' Frankfurt-Hahn — Għajnuna mill-Istat allegata lill-ajruport u l-ftehim ma' Ryanair (ĠU C 12, 17.1.2009, p. 6), il-paragrafi 204 — 208; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2012 fil-kawża C 76/2002 L-ajruport ta' Charleroi — Allegata għajnuna mill-Istat lill-ajruport u Ryanair (ĠU C 248, 17.8.2012, p. 1).
(50) L-Artikolu 1(d) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jistipula li “skema ta' għajnuna” għandha tfisser kull att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri implimentattivi oħra, jistgħu jingħataw għajnuniet individwali lill-impriżi definiti fi ħdan l-att f'manjiera ġenerali u astratta u kull azzjoni li abbażi tagħha għajnuna li mhijiex magħquda ma' proġett speċifiku tista' tingħata lil waħda jew ħafna impriżi għal perjodu ta' żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit.
(51) Rapport dwar il-qagħda tal-FFHG tal-2002, paġna 5.
(52) Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”) [2002] Ġabra I-4397.
(53) Il-Kawżi konġunti T-267/08 u T-279/08, Nord-Pas-de-Calais [2011], għadhom mhux ippubblikati, il-paragrafu 108.
(54) Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 41/2005, Hungarian Stranded Costs (ĠU C 324, 21.12.2005, p. 12), b'referenzi ulterjuri.
(55) Stardust Marine, il-paragrafi 52 u 57.
(56) Land Hesse kienet tikkontrolla 45,24 % tal-ishma ta' Fraport, Stadtwerke Frankfurt am Main Holding GmbH (100 % posseduta mill-muniċipalità ta' Frankfurt am Main) kienet tikkontrolla 28,89 % u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kienet tikkontrolla 25,87 %.
(57) Stardust Marine, il-paragrafi 52 u 57.
(58) Stardust Marine, il-paragrafu 55-56.
(59) Il-Kawża C-458/03 Stadtwerke Brixen AG [2005] Ġabra I-08585, il-paragrafu 67.
(60) Il-Kawża T-442/03 SIC — Sociedade indipendenti de Comunicação, SA vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-01161, il-paragrafu 100.
(61) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/273/UE tad-19 ta' Settembru 2012 dwar il-miżuri SA.26379 (C 13/10) (ex NN 17/10), implementati mis-Slovenja favur il-kumpannija Elan d.o.o. (ĠU L 144, 15.5.2014, p. 1), il-premessa 99.
(62) Urteil vom 3.3.1999, Az. 2StR 437-98, NJW 1999, 2378.
(63) Skont is-sezzjoni 11 I Nru. 2 lit. c Strafgesetzbuch.
(64) Urteil vom 3.7.2008, Az. I ZR 145/05, WRP 2008, 1182, 1186.
(65) Il-Kawża C-458/03 Stadtwerke Brixen AG [2005] Ġabra I-08585, il-paragrafu 67.
(66) Ara r-rapporti finanzjarji annwali (Geschäftsbericht) ta' Fraport tal-2001-2006, ippubblikati fi http://www.fraport.de/de/investor-relations/termine-und-publikationen/publikationen.html. Ara b'mod partikolari Geschäftsbericht 2001, p. 46; Geschäftsbericht 2002, p. 66; Geschäftsbericht 2003, p. 54; Geschäftsbericht 2004, p. 80; Geschäftsbericht 2005, p. 64; Geschäftsbericht 2006, p. 72.
(67) Ftehim bażiku bejn Fraport u Land Rhineland-Palatinate tal-31 ta' Awwissu 1999.
(68) L-approvazzjoni għall-konklużjoni tal-ftehim bażiku ngħatat mill-bord superviżorju fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' Ottubru 1999.
(69) Ftehim bażiku bejn Fraport u Land Rhineland-Palatinate tal-31 ta' Awwissu 1999, ara l-punti 4 u 5.
(70) Is-sezzjoni 13 tal-istatut ta' assoċjazzjoni tal-FFHG tad-29 ta' Novembru 2001, imsejjaħ “Verfügung über Geschäftsanteile” (jiġifieri, dispożizzjoni ta' ishma).
(71) Minuti tal-laqgħa tal-kumitat dwar l-akkwisti tal-bord superviżorju tat-30 ta' Mejju 2001.
(72) Dokumenti ppreżentati lill-bord maniġerjali (“Vorstandsvorlage”) dwar l-iżviluppi ekonomiċi tal-FFHG tal-14 ta' Mejju 2001; ara wkoll il-minuti tal-laqgħa tal-kumitat dwar l-akkwisti tal-bord superviżorju tat-30 ta' Mejju 2001; ara wkoll l-analiżi tal-BCG tal-potenzjal tal-FFHG tal-14 ta' Frar 2001, p. 10.
(73) Riżoluzzjoni proposta lill-bord superviżorju ta' Fraport tat-23 ta' Novembru 2001,
(74) Il-Kawża C-39/94 Syndicat français de l'Express international (SFEI) et. vs La Poste et.[1996] Ġabra I-3547, il-paragrafu 60 u l-kawża C-342/96 Ir-Renju ta' Spanja vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1999] Ġabra I-2459, il-paragrafu 41.
(75) Il-Kawża 173/73 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1974] Ġabra 709, il-paragrafu 13.
(76) Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust Marine) [2002] Ġabra I-4397, il-paragrafu 69.
(77) Il-Kawża C-305/89 L-Italja vs Il-Kummissjoni (“Alfa Romeo”) [1991] Ġabra I-1603, il-paragrafu 23; Il-Kawża T-296/97 Alitalia vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-03871, il-paragrafu 84.
(78) Il-Kawża 40/85 Il-Belġju v Il-Kummissjoni [1986] Ġabra I-2321.
(79) Stardust Marine, il-paragrafu 71.
(80) Il-Kawża C-124/10P Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (“EDF”) [2012], għadha mhux ippubblikata, il-paragrafu 85.
(81) Interplan kien konsulent imqabbad minn Fraport biex janalizza l-potenzjal tat-traffiku tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn.
(82) Il-minuti tal-Kumitat dwar l-akkwisti tal-bord superviżorju tal-FFGH tat-30 ta' Mejju 2001.
(83) Valutazzjoni tal-profittabbiltà, BCG, l-14 ta' Frar 2001.
(84) Ir-rata ta' skont għall-kalkolu tal-VPN kienet preżunta li kienet ta' […] %.
(85) Il-Valur Preżenti Nett (VPN) jindika jekk id-dħul minn proġett partikolari jaqbiżx il-kostijiet (tal-għażla) tal-kapital. Il-proġett jitqies li huwa investiment ekonomikament vijabbli meta jiġġenera VPN pożittiv. Investimenti li jipproduċu dħul aktar baxx bħala l-kostijiet (tal-għażla) tal-kapital mhumiex ekonomikament profittabbli. Il-kostijiet (tal-għażla) tal-kapital huma riflessi fir-rata tal-iskont.
(86) SH&E: Studju dwar it-traffiku potenzjali tal-ajruport ta' Frankfurt-Hahn, it-18 ta' Lulju 2001.
(87) Ix-xenarji “Status quo”, “Alternattiva 1” u “Alternattiva 2” huma bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta fir-Rapport ta' PWC tal-24 ta' Ottubru 2008, p. 39; ir-rata ta' skont kienet identifikata fil-“Valutazzjoni potenzjali” tal-BCG tal-14 ta' Frar 2010.
(88) Il-Kummissjoni kkalkolat il-VPN billi użat ir-rata ta' skont ta' […] %, li kienet ġiet stabbilita fil-valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-BCG. Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat alternattiva oħra, jiġifieri l-Istatus quo (kopertura tat-telf sal-2005).
(89) Rata ta' skont kif identifikata fir-Rapport ta' PWC, l-24 ta' Ottubru 2008, p. 33.
(90) Il-Kummissjoni kkalkolat il-VPN billi użat ir-rata ta' skont indikata fir-Rapport ta' PWC.
(91) Il-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs Il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-717.
(92) Ara s-sezzjoni 2.2 aktar 'il fuq.
(93) Pereżempju, l-ajruport ta' Leipzig/Halle kien f'kompetizzjoni mal-ajruport ta' Vatry (Franza) għat-twaqqif taċ-ċentru Ewropew tad-DHL. Ara s-sentenza Leipzig/Halle, il-paragrafu 93.
(94) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 88.
(95) Tweġiba tal-ajruport ta' Liège għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.
(96) Is-sezzjoni 293 (1) tal-AktG.
(97) Il-Kummissjoni kkalkulat ir-rati ta' tkabbir abbażi tar-riżultati annwali previsti.
(98) Il-Kawża C-364/92 SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol [1994] Ġabra I-43.
(99) Il-Kawża C-118/85 Il-Kummissjoni vs L-Italja [1987] Ġabra 2599, il-paragrafi 7 u 8, u l-Kawża C-30/87 Bodson vs Pompes funèbres des régions libérées[1988] Ġabra 2479, il-paragrafu 18.
(100) Il-Kawża C-343/95 Cali & Figli v Servizi ecologici porto di Genova [1997] Ġabra I-1547; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/2002 tad-19 ta' Marzu 2003; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N438/2002 tas-16 ta' Ottubru 2002, Għajnuna b'sostenn għall-funzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi fis-settur tal-portijiet Belġjani.
(101) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 309/2002 tad-19 ta' Marzu 2003.
(102) Ara, b'mod partikolari, il-Kawża C-364/92 SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol [1994] Ġabra I-43, il-paragrafu 30 u l-Kawża C-113/07 P Selex Sistemi Integrati vs il-Kummissjoni [2009] Ġabra I-2207, il-paragrafu 71;
(103) Ara i.a., il-Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck [2005] Ġabra I-01627, il-paragrafu 36, u l-każistika ċċitata.
(104) Il-Kawża T-196/04 Ryanair vs il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-3643, il-paragrafu 59.
(105) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta' Jannar 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 12/08 (ex NN 74/07) — Slovakkja — Ftehim bejn l-Ajruport ta' Bratislava u Ryanair (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24).
(106) Il-Kawża C-482/99 Franza vs il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-04397, il-paragrafu 71 (“is-sentenza Stardust Marine”).
(107) Ara l-punt 53 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.
(108) Ara l-punti 59 u 61 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.
(109) Id-Deċiżjoni 2011/60/UE.
(110) Dan huwa bbażat fuq il-kalkolu li ġej: […] titjira fl-1999 * […] passiġġier kull titjira = […] passiġġier ta' Ryanair.
(111) Rapport dwar l-imposti ajruportwali — l-ajruport ta' Frankfurt Hahn, 1999.
(112) Spejjeż tal-investiment tat-terminal il-ġdid ta' DM […] miljun/utilizzazzjoni ekonomika mistennija tat-terminal ta' 20 sena = Deprezzament ta' DM […] fis-sena
(113) L-FFHG ibbażat l-aspettattivi tagħha dwar id-dħul mit-tariffa fuq il-passiġġieri fuq is-suppożizzjoni li r-Ryanair kienet se tibbaża 3 ajruplani f'HHN u din hija r-raġuni għaliex it-tariffa fuq il-passiġġieri ġiet imnaqqsa permezz tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni ta' EUR […] għal kull passiġġier.
(114) L-ispejjeż jikkorrispondu għall-kera imposta għall-użu tal-apparat għall-ikklerjar flimkien mal-ispejjeż operattivi tal-materjal (“spejjeż operattivi tal-forniment”).
(115) Abbażi ta' […] titjira fis-sena.
(116) L-FFHG assumiet li Ryanair kienet se tiftaħ 3 rotot ġodda, li għalihom kienet se tħallas DM […].
(117) Id-deprezzament jittratta l-estensjoni tat-terminal tal-passiġġieri li kien jeħtieġ investiment fl-ammont ta' EUR […] (EUR […] flimkien ma' EUR […] għad-domanda addizzjonali mistennija) flimkien mal-ispejjeż ta' finanzjament. Dawn l-ispejjeż ta' investiment ġew maqsuma għal Ryanair skont is-sehem tagħha fil-volum ta' passiġġieri f'HHN li jammonta għal […] %. Perjodu ta' deprezzament: […] sena. Minkejja li l-ispejjeż oriġinali ta' investiment tat-Terminal ma kinux meqjusa li kienu ddeterminati minn Ryanair, il-kalkolu tal-FFHG qies l-ispejjeż addizzjonali mistennija ta' investiment għat-Terminal.
Sors: |
Rapport ta' PWC tal-2006, p. 34 u valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-21 ta' Mejju 2001 tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002 li saret mill-FFHG |
(118) Dan kien ibbażat fuq il-kalkolu li ġej: […] titjira fl-2002 * […] passiġġier kull titjira = 392 137 passiġġier ta' Ryanair. Din is-suppożizzjoni kienet ibbażata fuq madwar […] titjira kuljum operati minn Ryanair.
(119) Valutazzjoni tal-profittabbiltà bbażata fuq il-kontribut tal-profitt tal-2002 tal-ftehim ma' Ryanair tal-2002:
(…)
(120) Il-Kummissjoni saret taf li anke Land Rhineland-Palatinate kienet ikkonkludiet ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni ma' Ryanair. Madankollu, dawn il-ftehimiet ma ġewx inklużi fil-miżuri li dwarhom il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta' investigazzjoni formali fl-2008 u għalhekk ma ġewx inklużi fl-analiżi f'din id-Deċiżjoni, li hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni futura li l-Kummissjoni tkun tixtieq tieħu fir-rigward ta' dawn il-ftehimiet.
(121) Il-Kummissjoni saret taf li anke Land Rhineland-Palatinate kienet ikkonkludiet ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni ma' Ryanair. Madankollu, dawk il-ftehimiet ma ġewx inklużi fil-miżuri li dwarhom il-Kummissjoni kienet bdiet il-proċedura ta' investigazzjoni formali fl-2008 u għalhekk ma ġewx inklużi fl-analiżi f'din id-Deċiżjoni, li hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni futura li l-Kummissjoni tkun tixtieq tieħu fir-rigward ta' dawn il-ftehimiet.
(122) Il-Kawża T-109/01 Fleuren Compost vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-127.
(123) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.
(124) Il-Punt 173 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.
(125) Il-punt 172 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.
(126) Il-punt 25(22) tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.
(127) Espress bħala Qligħ qabel l-Imgħax, it-Taxxa, id-Deprezzament u l-Ammortizzament (“EBITDA”).
(128) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2006 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat N459/2006 — il-Ġermanja — Linji gwida dwar għajnuna reġjonali Nazzjonali għall-2007-2013 —Mappa tal-għajnuna mill-Istat reġjonali Nazzjonali: il-Ġermanja (ĠU C 295, 5.12.2006, p. 6).
(129) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 88.
(130) It-tweġiba tal-ajruport ta' Liège għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.
(131) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21211 — il-Ġermanja — l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u Ryanair, għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU.
(132) Fir-rigward tal-ajruport ta' Frankfurt Main u l-ajruport tal-Lussemburgu, il-Kummissjoni tinnota wkoll li f'dawn l-ajruporti s-segment tal-ivvjaġġar minħabba xogħol jokkupa sehem sinifikanti tas-suq, filwaqt li fl-ajruport ta' Frankfurt Hahn dan jirrappreżenta biss sehem relattivament limitat.
(133) Il-punti 137, 113 u 114 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.
(134) Il-punti 137 u 116 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.
(135) Il-punti 137 u 124 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.
(136) Il-punti 137 u 125 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.
(137) Il-punti 137 u 131 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014.