This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0673
Council Implementing Regulation (EU) No 673/2012 of 23 July 2012 implementing Article 32(1) of Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 673/2012 tat- 23 ta’ Lulju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 673/2012 tat- 23 ta’ Lulju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ĠU L 196, 24.7.2012, p. 8–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/07/2012
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 673/2012
tat-23 ta’ Lulju 2012
li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u f'konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK tat-23 ta’ Lulju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet oħra fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżlin fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) Ara paġna 81 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Brigadier Sha’afiq Masa |
|
Direttur tal-fergħa 215 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. Jipparteċipa fir-repressjoni taċ-ċittadini. |
24.7.2012 |
2. |
Brigadier Burhan Qadour |
|
Direttur tal-fergħa 291 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
3. |
Brigadier Salah Hamad |
|
Viċi Direttur tal-Fergħa 291 tas-Servizzi tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
4. |
Brigadier Muhammed (jew: Mohammed) Khallouf (magħruf ukoll bħala Abou Ezzat) |
|
Direttur tal-fergħa 235 imsejħa "Palestina" (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art, li tinsab fil-qalba tal-mezzi repressivi tal-armata. Jipparteċipa direttament fir-repressjoni tal-avversarji. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
5. |
Maġġur Ġeneral Riad al-Ahmed |
|
Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura u mill-qtil ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
6. |
Brigadier Abdul Salam Fajr Mahmoud |
|
Direttur tal-fergħa ta' Bab Touma (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
7. |
Brigadier Jawdat al-Ahmed |
|
Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
8. |
Kurunell Qusay Mihoub |
|
Direttur tal-fergħa ta' Deraa (mibgħut minn Damas għal Deraa fil-bidu tar-rewwixti f'din il-belt) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
9. |
Kurunell Suhail Al-Abdullah |
|
Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
10. |
Brigadier Khudr Khudr |
|
Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
11. |
Brigadier Ibrahim Ma’ala |
|
Direttur tal-fergħa 285 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali (issostitwixxa l-Brigadier Hussam Fendi fl-aħħar tal-2011). Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
12. |
Brigadier Firas Al-Hamed |
|
Direttur tal-fergħa 318 (Homs) tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
13. |
Brigadier Hussam Luqa |
|
Direttur tal-fergħa ta' Homs sa minn April 2012 (suċċesser tal-Brigadier Nasr al-Ali) tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
14. |
Brigadier Taha Taha |
|
Responsabbli mis-sit tal-fergħa ta' Lattaquié tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
15. |
Brigadier Nasr al-Ali |
|
Responsabbli mis-sit ta' Deraa sa minn April 2012 (ex-Direttur tal-fergħa ta' Homs) tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. |
24.7.2012 |
16. |
Bassel Bilal |
|
Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib; Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib. |
24.7.2012 |
17. |
Ahmad Kafan |
|
Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib. Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib. |
24.7.2012 |
18. |
Bassam al-Misri |
|
Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib; Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib. |
24.7.2012 |
20. |
Ahmed al-Jarroucheh |
Data tat-Twelid: 1957 |
Direttur tal-fergħa esterna tal-Intelligence Ġenerali (fergħa 279). Bħala tali, huwa responsabbli mill-mezzi tal-Intelligence Ġenerali fl-ambaxxati Sirjani. Jipparteċipa direttament fir-repressjoni mill-awtoritajiet Sirjani tal-avversarji u huwa b'mod partikolari inkarigat mir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana barra mill-pajjiż. |
24.7.2012 |
20. |
Michel Kassouha (magħruf ukoll bħala Ahmed Salem; magħruf ukoll bħala Ahmed Salem Hassan) |
Data tat-Twelid: 1 ta' Frar 1948 |
Membru tas-servizzi ta' sigurtà Sirjana sa mill-bidu tas-snin 1970, huwa involut fil-ġlieda kontra l-avversarji fi Franza u fil-Ġermanja. Sa minn Marzu 2006, huwa responsabbli mir-relazzjonijiet tal-Fergħa 273 tal-Intelligence Ġenerali Sirjana. Uffiċjal tat-Tmexxija storiku, huwa qrib tad-Direttur tal-Intelligence Ġenerali Ali Mamlouk, wieħed mill-uffiċjali ewlenin tas-sigurtà tar-reġim, soġġett għal miżuri restrittivi mill-UE sa mid-9 ta' Mejju 2011. Jappoġġa direttament ir-repressjoni mir-reġim tal-avversarji u huwa b'mod partikolari inkarigat mir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana barra mill-pajjiż. |
24.7.2012 |
21. |
Ġeneral Ghassan Jaoudat Ismail |
Data tat-Twelid: 1960 Post tal-oriġini: Derikich, reġjun ta' Tartous. |
Responsabbli mill-fergħa tal-missjonijiet tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li f'kooperazzjoni mal-fergħa tal-operazzjonijiet speċjali, tmexxi t-truppi élite tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li għandhom rwol importanti fir-repressjoni mir-reġim. Bħala tali Ghassan Jaoudat Ismail jagħmel parti mir-responsabbli militari li jwettqu direttament ir-repressjoni mir-reġim kontra l-oppożizzjoni. |
24.7.2012 |
22. |
Ġeneral Amer al-Achi (magħruf ukoll bħala Amis al Ashi; magħruf ukoll bħala Ammar Aachi; magħruf ukoll bħala Amer Ashi) |
|
Gradwat mill-iskola tal-gwerra ta' Alep, Kap tal-fergħa tal-intelligence tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru (sa mill-2012), qrib ta' Daoud Rajah, ministru tad-difiża Sirjan. Permezz tal-funzjonijiet tiegħu fis-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, Amer al- Achi huwa involut fir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana. |
24.7.2012 |
23. |
Ġeneral Mohammed Ali Nasr (jew: Mohammed Ali Naser) |
Data tat-Twelid: madwar 1964 |
Qrib ta' Maher al-Assad, l-akbar wieħed mill-aħwa tal-president. Għamel il-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu fil-Gwardja Repubblikana. Fl-2010 integra l-fergħa interna (jew il-fergħa 251) tal-Intelligence Ġenerali, li hija responsabbli mill-ġlieda kontra l-oppożizzjoni politika. Bħala wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli tagħha, il-Ġeneral Mohammed Ali jipparteċipa direttament fir-repressjoni kontra l-avversarji. |
24.7.2012 |
24. |
Ġeneral Issam Hallaq |
|
Kap tal-Istat-Maġġur tal-Armata tal-Ajru sa mill-2010. Jikkmanda l-operazzjonijiet tal-ajru kontra l-avversarji. |
24.7.2012 |
25. |
Ezzedine Ismael |
Data tat-Twelid: f'nofs is-snin 1940 (probabbilment 1947). Post tat-Twelid: Bastir. Reġjun ta' Jableh. |
Ġeneral irtirat u uffiċjal tat-tmexxija storiku tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li kien il-kap tagħha fil-bidu tas-snin 2000. Inħatar kunsillier politiku u tas-sigurtà tal-President 2006. Bħala kunsillier politiku u tas-sigurtà tal-President Sirjan, Ezzedine Ismael huwa involut fil-politika repressiva mir-reġim kontra l-avversarji. |
24.7.2012 |
26. |
Samir Joumaa (magħruf ukoll bħala Abou Sami) |
Data tat-Twelid: madwar 1962 |
Ilu madwar 20 sena direttur tal-kabinett ta' Mohammad Nassif Kheir Bek, wieħed mill-kunsillieri tas-sigurtà ewlenin ta' Bachar al-Assad (li għandu uffiċjalment il-kariga ta' viċi tal-Viċi President Farouk al-Chareh). Il-fatt li huwa qrib ta' Bachar al-Asad u Mohammed Nassif Kheir Bek jinvolvi lil Samir Joumaa fil-politika repressiva mir-reġim kontra l-avversarji. |
24.7.2012 |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||
1. |
Drex Technologies S.A. |
Data ta' Inkorporazzjoni: 4 ta' Lulju 2000 Numru ta' Inkorporazzjoni: 394678 Direttur: Rami Makhlouf Aġent Irreġistrat: Mossack Fonseca & Co (BVI) Ltd |
Drex Technologies hija kompletament proprjetà ta' Rami Makhlouf, li huwa elenkat taħt is-sanzjonijiet tal-UE minħabba l-għoti ta' appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. Rami Makhlouf juża Drex Technologies biex jiffaċilita u jmexxi l-holdings finanzjarji internazzjonali tiegħu, li jinkludu sehem maġġuri minn SyriaTel, preċedentement elenkata mill-UE fuq raġunijiet ta' għoti ta' appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. |
24.7.2012 |
||||
2. |
Cotton Marketing Organisation |
|
Kumpannija proprjetà tal-Istat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. |
|
||||
3. |
Syrian Arab Airlines (magħrufa wkoll bħala SAA, magħrufa wkoll bħala Syrian Air) |
|
Kumpannija pubblika kkontrollata mir-reġim. Tappoġġa finanzjarjament lir-reġim. |
24.7.2012 |