This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0055
Council Implementing Regulation (EU) No 55/2012 of 23 January 2012 implementing Article 33(1) of Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 55/2012 tat- 23 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 55/2012 tat- 23 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ĠU L 19, 24.1.2012, p. 6–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 55/2012
tat-23 ta’ Jannar 2012
li jimplimenta l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 ta’ tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fi tat-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja u f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK ta’ tat-23 ta’ Jannar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), persuni u entitajiet oħrajn għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jidhru fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tidher fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) Lásd e Hivatalos Lap 33. oldalát.
ANNESS
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1
|
Isem |
Tagħrif identifikattiv |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||
1. |
Il-Brigadier Ġeneral Jawdat Ibrahim Safi |
Kmandant tal-154 Riġment |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma. |
23.1.2012 |
||||
2. |
Il-Ġeneral Maġġur Muhammad Ali Durgham |
Kmandant fir-4 Diviżjoni |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma. |
23.1.2012 |
||||
3. |
Il-Maġġur Ġeneral Ramadan Mahmoud Ramadan |
Kmandant tal-35 Riġment ta' Forzi Speċjali |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Baniyas u Deraa |
23.1.2012 |
||||
4. |
Il-Brigadier Ġeneral Ahmed Yousef Jarad |
Kmandant tal-132 Brigata |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Deraa, inkluż bl-użu ta' mitraljatriċi u kanuni ta' kontra l-ajruplani |
23.1.2012 |
||||
5. |
Il-Maġġur Ġeneral Naim Jasem Suleiman |
Kmandant tat-3 Diviżjoni |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma. |
23.1.2012 |
||||
6. |
Il-Brigadier Ġeneral Jihad Mohamed Sultan |
Kmandant tal-65 Brigata |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma |
23.1.2012 |
||||
7. |
Il-Maġġur Ġeneral Fo'ad Hamoudeh |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Idlib |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Idlib fil-bidu ta' Settembru 2011 |
23.1.2012 |
||||
8. |
Il-Maġġur Ġeneral Bader Aqel |
Kmandant tal-Forzi Speċjali |
Ta ordnijiet lis-suldati biex jiġbru l-katavri u jagħtuhom lill-mukhabarat u responsabbli għall-vjolenza f'Bukamal. |
23.1.2012 |
||||
9. |
Il-Brigadier Ġeneral Ghassan Afif |
Kmandant mill-45 Riġment |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs, Baniyas u Idlib |
23.1.2012 |
||||
10. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohamed Maaruf |
Kmandant mill-45 Riġment |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs. Ta ordnijiet għal sparar fuq dimostranti f'Homs. |
23.1.2012 |
||||
11. |
Il-Brigadier Ġeneral Yousef Ismail |
Kmandant tal-134 Brigata |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw lejn djar u nies fuq il-bjut waqt funeral f'Talbiseh għal dimostranti maqtula l-jum ta' qabel. |
23.1.2012 |
||||
12. |
Il-Brigadier Ġeneral Jamal Yunes |
Kmandant tal-555 Riġment |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Mo'adamiyeh. |
23.1.2012 |
||||
13. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohsin Makhlouf |
|
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak. |
23.1.2012 |
||||
14. |
Il-Brigadier Ġeneral Ali Dawwa |
|
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak |
23.1.2012 |
||||
15. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohamed Khaddor |
Kmandant tal-106 Brigata, Gwardja Presidenzjali |
Ta ordnijiet lit-truppi biex isawtu d-dimostranti bil-bsaten u mbagħad jarrestawhom. Responsabbli għar-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi f'Douma. |
23.1.2012 |
||||
16. |
Il-Maġġur Ġeneral Suheil Salman Hassan |
Kmandant tal-5 Diviżjoni |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti fil-Governorat ta' Deraa. |
23.1.2012 |
||||
17. |
Wafiq Nasser |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Suwayda (Dipartiment tal-Intelligence Militari) |
Bħala Kap tal-fergħa ta' Suwayda tad-Dipartiment għall-Intelligence Militari, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Suwayda. |
23.1.2012 |
||||
18. |
Ahmed Dibe |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali) |
Bħala Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Deraa. |
23.1.2012 |
||||
19. |
Makhmoud al-Khattib |
Kap tal-Fergħa Investigattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Investigattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
||||
20. |
Mohamed Heikmat Ibrahim |
Kap tal-Fergħa Operattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Operattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
||||
21. |
Nasser Al-Ali |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
||||
22. |
Mehran (jew Mahran) Khwanda |
Proprjetaru tal-kumpannija tat-trasport Qadmous Transport Co. imwieled fil-11/05/1938 Passaporti: nru 3298 858, li skada fid-09/05/2004, nru 001452904, li skada fid-29/11/2011, nru 006283523, li ser jiskadi fit-28/06/2017. |
Jagħti appoġġ loġistiku għar-repressjoni vjolenti eżerċitata kontra l-popolazzjoni ċivili fiż-żoni ta' azzjoni tal-milizzja favur il-gvern involuti fil-vjolenza ("chabbihas"). |
23.1.2012 |
||||
23. |
Industrial Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
||||
24. |
Popular Credit Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
||||
25. |
Saving Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
||||
26. |
Agricultural Cooperative Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
||||
27. |
Syrian Lebanese Commercial Bank |
|
Sussidjarju tal-Commercial Bank of Syria, diġà elenkat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
||||
28. |
Deir ez-Zur Petroleum Company |
|
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |
||||
29. |
Ebla Petroleum Company |
|
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |
||||
30. |
Dijla Petroleum Company |
Building No. 653 – 1st Floor, Daraa Highway, P.O. Box 81, Damascus, Syria |
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |