Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0642

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal- 20 ta’ Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (Verżjoni kkodifikata)

    ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/642/oj

    21.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 187/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 642/2010

    tal-20 ta’ Lulju 2010

    dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

    (kodifikazzjoni)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta’ Ġunju 1996 dwar regoli ta’ applikazzjoni (dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    (2)

    L-Artikolu 135 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi sabiex japplikaw ir-rati ta’ dazji tat-Tariffa Doganali Komuni meta l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 tiegħu jiġu impurtati. Madankollu, għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 136(1) tal-imsemmi Regolament, id-dazju ta’ importazzjoni għandu jkun il-prezz ta’ intervent validu għal dawn il-prodotti dak il-ħin tal-importazzjoni, miżjud b’55 % u mbagħad imnaqqas bil-prezz ta’ importazzjoni cif applikabbli għall-kunsinna.

    (3)

    Għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti impurtati, il-prodotti koperti bl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom f’ċerti każijiet ikunu kklassifikati f’bosta kwalitajiet standard. Il-kwalitajiet standard li għandhom jiġu użati għandhom għalhekk ikunu stabbiliti billi jkunu użati kriterji oġġettivi ta’ kklassifikar u r-rati ta’ tolleranza għandhom ikunu stabbiliti wkoll sabiex iħallu li l-prodotti jingħataw l-aktar klassifikazzjoni ta’ kwalità addattata. Mill-kriterji oġġettivi ta’ klassifikazzjoni ta’ kwalità possibbli għal qamħ komuni, il-kontenut ta’ proteini, il-piż speċifiku u l-kontenut ta’ impurità varja (Schwarzbesatz) huma dawk l-aktar użati fin-negozju u l-aktar faċli li jintużaw ukoll. Għall-qamħ durum dawn il-kriterji huma l-piż speċifiku, il-kontenut ta’ impurità varja (Schwarzbesatz) u l-kontenut ta’ żerriegħa żġiġija. Għaldaqstant, l-oġġetti impurtati għandhom ikunu soġġetti għal analiżi sabiex ikunu stabbiliti dawn il-parametri għal kull kwantità impurtata. Iżda fejn l-Unjoni stabbiliet proċedura ta’ rikonoxximent uffiċjali għal ċertifikati ta’ kwalità maħruġa minn awtorità fil-pajjiż minn fejn oriġinaw l-oġġetti, dawn l-analiżi għandhom ikunu jistgħu jsiru biss permezz ta’ verifika fuq numru suffiċjentement rappreżentattiv ta’ oġġetti impurtati.

    (4)

    L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jispeċifika li sabiex ikun ikkalkulat id-dazju ta’ importazzjoni għandhom ikunu stabbiliti minn żmien għal żmien prezzijiet ta’ importazzjoni cif għall-prodotti li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 tiegħu. Sabiex ikunu stabbiliti dawn il-prezzijiet għandu jkun stipulat l-użu ta’ kwotazzjonijiet għall-bosta kwalitajiet ta’ qamħ u għaċ-ċereali l-oħra. Is-sorsi ta’ kwotazzjoni attwali li għandhom jiġu użati għandhom ikunu speċifikati.

    (5)

    L-użu ta’ kwotazzjonijiet għal varji tipi ta’ qamħ u għal ċereali oħra fil-boroż ta’ materji primi tal-Istati Uniti tal-Amerika għandhom jipprovdu bażi kemm trasparenti u kemm oġġettiva sabiex ikunu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif. Iż-żieda tal-primjum kummerċjali allokat fis-suq tal-Istati Uniti għal kull waħda mill-kwalitajiet varji ta’ ċereali tippermetti li l-kwotazzjoni fil-borża għal kull ċereali tkun mibdula fi prezz ta’ esportazzjoni fob mill-Istati Uniti tal-Amerika. Biż-żieda tal-ispejjeż tal-ġarr bil-baħar bejn il-Golf tal-Messiku jew il-Great Lakes u port Unjoni li huma kkwotati fis-swieq tal-merkanzija dawn il-prezzijiet fob jistgħu jiġu mibdula fi prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif. Fid-dawl tal-volum ta’ merkanzija għaddejja u tal-ammont ta’ negozju fil-port ta’ Rotterdam, din hija d-destinazzjoni fl-Unjoni li għaliha l-kwotazzjonijiet ta’ ġarr bil-baħar huma l-aktar magħrufa, l-aktar trasparenti u l-aktar faċilment disponibbli. Il-port ta’ destinazzjoni li għandu jintgħażel għall-Unjoni għandu għalhekk ikun Rotterdam.

    (6)

    Għaldaqstant, sabiex ikun hemm trasparenza l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif indikati fl-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu stabbiliti minn kwotazzjonijiet fil-borża ta’ materji primi għaċ-ċereali inkwistjoni miżjuda bil-primjum kummerċjali allokat għaċ-ċereali u bl-ispejjeż ta’ ġarr bil-baħar bejn il-Golf tal-Messiku jew il-Great Lakes u l-port ta’ Rotterdam. Iżda d-differenzi fl-ispiża tal-ġarr skont il-port ta’ destinazzjoni jiġġustifikaw aġġustament b’rata fissa tad-dazju ta’ importazzjoni għall-portijiet tal-Unjoni li qegħdin fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, fil-Kosta Atlantika tal-Peninsula Iberika, fir-Renju Unit u fl-Irlanda, fil-pajjiżi Nordiċi, fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja. Il-fatturi li bihom jiġu kkalkulati l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif hekk stabbiliti għandhom ikunu kkontrollati kuljum sabiex l-andament ta’ dawn il-prezzijiet jista’ jkun segwit. Fil-każ ta’ sorghum u segala, il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif ikkalkulat għax-xgħir jippermetti li tkun stmata s-sitwazzjoni fis-suq għal dawk iż-żewġ prodotti u konsegwentement il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif stabbilit għax-xgħir ikun japplika wkoll għal dawn iċ-ċereali.

    (7)

    Għall-għan li jiġi ffissat id-dazju ta’ importazzjoni fuq iċ-ċereali indikat fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol ta’ reġistrazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għal kull ċereali għandu jirrifletti l-andament tas-suq mingħajr ma jdaħħal inċertezzi. Dazji ta’ importazzjoni għal dawn il-prodotti jistgħu b’hekk ikunu stabbiliti fil-ħmistax-il ġurnata u l-aħħar ġurnata ta’ xogħol ta’ kull xahar bl-użu tal-prezz medju rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif irreġistrat matul ġimgħatejn. Id-dazju ta’ importazzjoni b’hekk ikkalkulat jista’ jkun applikat għal ġimgħatejn mingħajr ma jseħħ l-ebda effett ta’ tgħawwiġ apprezzabbli fuq il-prezz ta’ importazzjoni bid-dazju mħallas. Madankollu, jekk l-ebda kwotazzjoni fil-borża ma tkun disponibbli matul il-perijodu ta’ kalkolu għall-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif jew jekk b’konsegwenza ta’ bidliet f’daqqa fil-komponenti tagħhom għall-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni, il-prezzijiet rapprezentattivi ta’ importazzjoni cif ivarjaw b’mod sostanzjali ħafna matul il-perijodu ta’ kalkolu, għandha tittieħed azzjoni sabiex iżżomm prezz li jirrappreżenta b’mod xieraq il-prezz tal-importazzjoni cif tal-prodott inkwistjoni. Fil-każ ta’ varjazzjonijiet kbar jew fil-kwotazzjoni fil-borża, jew fil-primjums kummerċjali marbuta mal-kwotazzjoni, jew fl-ispejjeż ta’ ġarr bil-baħar jew fir-rata tal-kambju użata sabiex ikun ikkalkulat il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif tal-prodott, il-prezz użat sabiex ikun ikkalkulat id-dazju ta’ importazzjoni għandu jinżamm rappreżentattiv permezz ta’ aġġustament li jikkorrispondi għad-devjazzjoni minnu li dawn il-bidliet huma responsabbli għalihom. Anki fejn isir dan it-tip ta’ aġġustament, iż-żmien tal-iffissar li jmiss m’għandux ikun affettwat.

    (8)

    Fil-każ ta’ importazzjoni ta’ qamħirrum iebes, minħabba l-kwalità partikolari tal-merkanzija jew minħabba li l-prezz tagħha jinkludi primjum għall-kwalità fuq il-prezz normali, il-kwotazzjoni fil-borża użata għall-kalkolu tal-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif ma tiħux inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ tali primjum fuq kundizzjonjiet tas-suq normali. Sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan il-primjum għall-kwalità fuq prezzijiet jew kwotazzjonijiet, importaturi li juru li użaw il-merkanzija sabiex jagħmlu prodotti ta’ kwalità għolja li jiġġustifikaw l-eżistenza ta’ tali kumpens għandhom jitħallsu lura, b’rata fissa, parti mid-dazju ta’ importazzjoni mħallas.

    (9)

    Sabiex ikun assigurat li l-importaturi jirrispettaw il-klawsoli ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi stabbilita sistema ta’ garanziji addizzjonali għal dik li għandha x’taqsam mal-liċenzi.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-rati ta’ dazji tat-Tariffa Doganali Komuni indikati fl-Artikolu 135 u fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu dawk applikabbli fid-data stipulata bl-Artikolu 67 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (4).

    Artikolu 2

    1.   Id-dazji ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-prodotti tal-Kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ komuni ta’ kwalità għolja), 1002 00 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, minbarra l-ibridu għaż-żriegħ għandhom jiġu kkalkulati kuljum imma jkunu ffissati fil-15-il jum u l-aħħar jum ta’ xogħol ta’ kull xahar mill-Kummissjoni għal applikazzjoni mis-16-il jum tax-xahar u mill-ewwel jum tax-xahar ta’ wara, rispettivament. Fejn il-15 ma jkunx jum ta’ xogħol għall-Kummissjoni, id-dazji għandhom jiġu ffissati fil-jum ta’ xogħol li jiġi wara l-15 tax-xahar inkwistjoni.

    Madankollu, jekk matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tad-dazji hekk iffissati, ikun hemm differenza fid-dazju ta’ importazzjoni medju kkalkulat ta’ EUR 5 għal kull tunnellata jew aktar minn dak iffissat, għandu jsir aġġustament korrispondenti.

    2.   Il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni għandu jkun il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif ta’ kuljum, iffissat kif stipulat fl-Artikolu 5. Għall kull iffissar, id-dazju ta’ importazzjoni huwa l-medja ta’ dazji ta’ importazzjoni kkalkulati matul l-għaxart ijiem ta’ xogħol ta’ qabel. Għall-iffissar u aġġustamenti, il-Kummissjoni m’għandhiex tieħu kont ta’ dazji ta’ importazzjoni ta’ kuljum użati għall-iffissar ta’ qabel.

    Il-prezz ta’ intervent li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazji għandu jkun dak tax-xahar li fih japplikaw id-dazji ta’ importazzjoni.

    3.   Dazji ta’ importazzjoni ffissati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli sakemm jidħol fis-seħħ iffissar ġdid.

    Fl-okkazjoni ta’ kull iffissar jew aġġustament, il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-dazji ta’ importazzjoni u l-informazzjoni użata sabiex dawn ikunu kkalkulati.

    4.   Meta l-port tal-ħatt fl-Unjoni jinsab:

    (a)

    fil-Mediterran (lil hinn mill-istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed u jekk il-merkanzija tkun ġejja mill-Oċean Atlantiku jew għaddejja mill-kanal ta’ Suez, il-Kummissjoni tnaqqas id-dazju ta’ importazzjoni għal 3 EUR it-tunnellata;

    (b)

    fil-portijiet Atlantiċi tal-Peninsula Iberika, fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja u fl-Isvezja, u jekk il-merkanzija tasal mill-Oċean Atlantiku, il-Kummissjoni għandha tnaqqas id-dazju ta’ importazzjoni bl-ammont ta’ EUR 2 għal kull tunnellata.

    L-awtorità doganali fil-port fejn isir il-ħatt għandha toħroġ ċertifikat skont il-mudell mogħti fl-Anness I li jafferma l-kwantità ta’ kull prodott li nħatt. Biex jingħata t-tnaqqis tad-dazju previst fl-ewwel subparagrafu dan irid jakkumpanja l-oġġetti sat-tmiem tal-formalitajiet doganali ta’ importazzjoni.

    Artikolu 3

    1.   Id-dazji ta’ importazzjoni għandhom jitnaqqsu b’EUR 24 kull tunnellata fuq qamħirrum iebes li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II.

    2.   Sabiex igawdi mit-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1, qamħirrum iebes għandu jkun ipproċessat fi prodott tal-Kodiċijiet NM 1904 10 10, 1103 13 jew 1104 23 fi żmien sitt xhur mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera.

    3.   Għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet dwar l-użu finali previsti fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (5).

    4.   B’deroga mill- Artikolu 293(1)(e) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-importatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti garanzija addizzjonali ta’ EUR 24 għall kull tunnellata ta’ qamħirrum iebes, ħlief meta l-liċenza ta’ importazzjoni jkollha magħha ċertifikat ta’ konformità maħruġ mis-Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Algroalimentaria (Senasa) tal-Arġentina, skont l-Artikolu 7(2)(a) ta’ dan ir-Regolament. F’dan il-każ, fil-kaxxa 24 tal-applikazzjoni għal liċenza ta’ importazzjoni għandhom jissemmew it-tip ta’ ċertifikat ta’ konformità u n-numru tiegħu.

    Jekk madankollu d-dazju li jkun japplika fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera jkun anqas minn EUR 24 kull tunnellata ta’ qamħirrum, il-garanzija għandha tkun ekwivalenti għall-ammont tad-dazju.

    Artikolu 4

    L-istandards ta’ kwalità li għandhom jintlaħqu mal-importazzjoni fl-Unjoni u t-tolleranzi li għandhom jitħallew għandhom ikunu dawk murija fl-Anness II.

    Artikolu 5

    1.   Għal qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum, qamħirrum u qmuħ għall-għalf ieħor imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament, il-komponenti li jiddeterminaw il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif imsemmija fl-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu:

    (a)

    il-kwotazzjoni fil-borża rappreżentattiva fuq is-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika;

    (b)

    il-primjums kummerċjali u l-iskontijiet magħrufa marbuta ma’ din il-kwotazzjoni fis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika fil-jum tal-kwotazzjoni u b’mod partikolari, fil-każ ta’ qamħ durum, marbuta mal-kwalità tas-smid;

    (c)

    il-ġarr bil-baħar u spejjez assoċjati bejn l-Istati Uniti tal-Amerika (Golf tal-Messiku jew Duluth) u l-port ta’ Rotterdam għal bastiment ta’ mhux anqas minn 25 000 tunnellata.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tirreġistra kull jum ta’ xogħol:

    (a)

    il-komponent imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 abbażi tal-boroż u billi jintużaw il-kwalitajiet ta’ referenza murija fl-Anness III;

    (b)

    komponenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament.

    3.   Sabiex ikun jista’ jiġi kkalkulat il-komponent imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jew il-kwotazzjoni fob rilevanti, għandhom japplikaw il-primjums u l-iskontijiet li ġejjin:

    (a)

    primjum ta’ EUR 14 kull tunnellata għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja;

    (b)

    skont ta’ EUR 10 kull tunnellata għall-qamħ durum ta’ kwalità medja;

    (c)

    skont ta’ EUR 30 kull tunnellata għall-qamħ durum ta’ kwalità baxxa.

    4.   Il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għall-qamħ durum, qamħ komuni ta’ kwalità għolja u qamħirrum għandhom ikunut-total tal-komponenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. Il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għas-segala u s-sorghum għandhom ikunu kkalkulati billi jintużaw il-kwotazzjonijiet għax-xgħir fl-Istati Uniti tal-Amerika, skont id-disposizzjonijiet tal-Anness III.

    5.   Il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għaż-żerriegħa tal-qamħ komuni tal-Kodiċi NM 1001 90 91 u għażżerriegħa tal-qamħirrum tal-Kodiċi NM 1005 10 90 għandhom ikunu dawk ikkalkulati għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja u għall-qamħirrum rispettivament.

    Artikolu 6

    1.   Applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ importazzjoni għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja għandhom ikunu validi biss jekk l-applikant:

    (a)

    iniżżel il-kwalità li ser tkun impurtata fil-kaxxa 20 tal-liċenza ta’ importazzjoni;

    (b)

    jintrabat bil-miktub li jipprovdi lill-korp kompetenti rilevanti, fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, garanzija speċifika u addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 (6).

    Il-garanzija addizzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, għandha tkun ta’ EUR 95 kull tunnellata. Madankollu, f’każijiet fejn il-liċenza ta’ importazzjoni għandu jkollha magħha ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-Federal Grain Inspection Service (FGIS) u mill-Canadian Grain Commission (CGC) skont l-Artikolu 7(2)(b) jew (c), m’għandha tintalab ebda garanzija addizzjonali. F’dan il-każ, fil-kaxxa 24 tal-applikazzjoni għal liċenza ta’ importazzjoni u tal-liċenza ta’ importazzjoni għandhom jissemmew it-tip ta’ ċertifikat ta’ konformità u n-numru tiegħu.

    2.   Applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ importazzjoni għall-qamħ durum għandhom ikunu validi biss jekk l-applikant:

    (a)

    iniżżel il-kwalità li ser tkun impurtata fil-kaxxa 20 tal-liċenza ta’ importazzjoni;

    (b)

    jintrabat bil-miktub li jipprovdi lill-korp kompetenti rilevanti, fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, garanzija speċifika u addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 12 tar- Regolament (KE) Nru 1342/2003, jekk id-dazju ta’ importazzjoni dwar il-kwalità li tidher fil-kaxxa 20 tal-liċenza ta’ importazzjoni mhijiex l-ogħla dazju għall-kategorija tal-prodott inkwistjoni.

    L-ammont tal-garanzija addizzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun id-differenza fil-jum tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn l-ogħla dazju u dak li japplika għall-kwalità indikata, flimkien ma’ suppliment ta’ EUR 5 kull tunnellata. Madankollu, fejn id-dazju ta’ importazzjoni li jkun japplika għall-kwalitajiet differenti ta’ qamħ huwa żero, ir-rabta mniżżla fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu m’għandhiex tkun mitluba.

    Fejn il-liċenza ta’ importazzjoni għandu jkollha magħha ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-Federal Grain Inspection Service (FGIS) u mill-Canadian Grain Commission (CGC) skont l-Artikolu 7, m’għandha tintalab ebda garanzija addizzjonali. F’dan il-każ, fil-kaxxa 24 tal-liċenza ta’ importazzjoni għandu jissemma t-tip ta’ ċertifikat ta’ konformità.

    3.   Fil-każ ta’ sospensjoni tad-dazji doganali għall-importazzjoni tal-kategoriji kwalitattivi kollha tal-qamħ komuni skont l-Artikolu 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-garanzija addizzjonali ta’ EUR 95 kull tunnellata msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex tintalab għall-perijodu kollu li matulu tapplika s-sospensjoni tad-dazji.

    Artikolu 7

    1.   L-uffiċċju tad-dwana tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għandu jieħu kampjuni rappreżentattivi, skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 (7), ta’ kull kunsinna ta’ qamħ komuni ta’ kwalità għolja, ta’ qamħ durum u ta’ qamħirrum iebes. Madankollu, m’għandux ikun hemm teħid ta’ kampjuni fejn id-dazju ta’ importazzjoni għall-kwalitajiet differenti huwa l-istess.

    Jekk, madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi b’mod uffiċjali ċertifikat ta’ kwalità għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum jew qamħirrum iebes maħruġ mill-pajjiż tal-oriġini taċ-ċereali, għandhom jittieħdu kampjuni għall-verifika tal-kwalità ċċertifikata biss minn numru suffiċjentement rappreżentattiv ta’ kunsinni.

    2.   Iċ-ċertifikati ta’ konformità li ġejjin għandhom ikunu rikonoxxuti b’mod uffiċjali mill-Kummissjoni skont il-prinċipji mniżżla fl-Artikoli 63 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93:

    (a)

    ċertifikati maħruġa mis-Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Agroalimentaria (Senasa) tal-Arġentina għall-qamħirrum iebes;

    (b)

    ċertifikati maħruġa mill-Federal Grains Inspection Services (FGIS) tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja u qamħ durum ta’ kwalità għolja;

    (c)

    ċertifikati maħruġa mill-Canadian Grain Commission (CGC) tal-Kanada għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja u qamħ durum ta’ kwalità għolja.

    Mudell taċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa minn Senasa jinsab fl-Anness IV. Riproduzzjoni tat-timbri awtorizzati mill-gvern tal-Arġentina ser tigi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Mudelli taċ-ċertifikati ta’ konformità u timbri maħruġa mill-FGIS jinsabu fl-Anness V.

    Mudelli taċ-ċertifikati ta’ konformità, speċifikazzjonijiet ta’ gradi għall-esportazzjoni u timbri maħruġa mis-CGC jinsabu fl-Anness VI.

    Fejn il-parametri analitiċi li jitniżżlu fiċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu juru li hemm konformità mal-istandards ta’ kwalità dwar qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum u qamħirrum iebes imsemmija fl-Anness II, għandhom jittieħdu kampjuni ta’ mhux anqas minn 3 % tat-tagħbijiet li jaslu f’kull port ta’ dħul matul is-sena tas-suq.

    Il-merkanzija għandha tiġi kklassifikata skont il-kwalità standard li għaliha r-rekwiżiti indikati fl-Anness II jkunu ġew sodisfatti.

    3.   Il-metodi standard għall-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk mogħtija fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (8).

    Qamħirrum iebes huwa qamħirrum tal-ispeċi Zea mays indurata li ż-żrieragħ tiegħu fihom endosperma żġigija dominanti (tinħass iebsa jew qisha qarn). Ġeneralment dawn ikunu oranġjo jew ħomor. Il-parti ta’ fuq (faċċata tal-ġerma), jew il-kuruna, ma turi l-ebda xaqq.

    Żrieragħ żġiġin tal-qamħirrum iebes huma definiti bħala żrieragħ li jissodisfaw żewġ kriterji:

    (a)

    il-kuruna tagħhom ma turi l-ebda xaqq, u

    (b)

    meta maqtugħa mit-tul l-endosperma tagħhom turi parti ċentrali mlaħħma mdawwra għal kollox b’parti li qisha qarn. Il-parti li qisha qarn trid tammonta għall-parti dominanti mit-total tal-wiċċ tal-qatgħa.

    Il-perċentwal ta’ żerriegħa żġiġija għandu jiġi stabbilit billi jingħadd, f’kampjun rappreżentattiv ta’ 100 żerriegħa, in-numru ta’ żerrigħat li jissodisfaw il-kriterji mniżżla fit-tielet subparagrafu.

    Il-metodu ta’ referenza għall-kalkolu tal-indiċi ta’ kemm f’wiċċ l-ilma huwa mogħti fl-Anness VII.

    4.   Jekk ir-riżultati tal-analiżi juru li l-qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum u qamħirrum iebes li ġew impurtati huma ta’ kwalità standard aktar baxxa minn dik li tniżżlet fuq il-liċenza ta’ importazzjoni, l-importatur għandu jħallas id-differenza bejn id-dazju ta’ importazzjoni li japplika għall-prodott muri fuq il-liċenza u dak fuq il-prodott li attwalment ġie impurtat. F’dan il-każ, il-garanzija għall-liċenza ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003 u l-garanzija addizzjonali msemmija fl-Artikolu 3(4), u fl-Artikolu 6 (1) u (2) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu rilaxxati, ħlief għas-suppliment ta’ EUR 5 msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2).

    Jekk id-differenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ma titħallasx fi żmien xahar, il-garanzija addizjonali msemmija fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 6(1) u (2) tintilef.

    5.   Kampjuni rappreżentattivi ta’ ċereali impurtati meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandhom jinżammu għal sitt xhur.

    Artikolu 8

    Ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 huwa mħassar.

    Ir-referenzi magħmula għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007. p. 1.

    (2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

    (3)  Ara l-Anness VIII.

    (4)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

    (5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (6)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.

    (7)  ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.

    (8)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


    ANNESS I

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS II

    Standard ta’ klassifikazzjoni għal prodotti impurtati

    (fuq il-bażi ta’ kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % fil-piż jew ekwivalenti)

    Prodott

    Qamħ komuni u spelt (1) minbarra meslin

    Qamħ durum

    Qamħirrum iebes

    Qamħirrum ieħor minbarra iebes

    Qmuħ oħra

    Kodiċi NM

    1001 90

    1001 10 00

    1005 90 00

    1005 10 90  u 1005 90 00

    1002 , 1003  u 1007 00 90

    Kwalità (2)

    Għoli

    Medju

    Baxx

    Għoli

    Medju

    Baxx

     

     

     

    1.

    Perċentwal minimu ta’ proteina

    14,0

    11,5

    2.

    Piż speċifiku minimu kg/hl

    77,0

    74,0

    76,0

    76,0

    76,0

    3.

    Perċentwal massimu ta’impurità (Schwarzbesatz)

    1,5

    1,5

    1,5

    1,5

    4.

    Perċentwal minimu ta’ żerriegħa żġiġija

    75,0

    62,0

    95,0

    5.

    Indiċi massimu ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma

    25,0


    Tolleranzi

    Tolleranza permessa

    Qamħ komuni/durum

    Qamħirrum iebes

    Perċentwal ta’ proteina

    –0,7

    Piż speċifiku

    –0,5

    –0,5

    Perċentwal ta’ impurità

    +0,5

    Perċentwal ta’ żerriegħa żġiġija

    –2,0

    –3,0

    Indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma

    +1,0


    (1)  Inkluż spelt mingħajr il-ħliefa.

    (2)  Il-metodi ta’ analiżi preskritti fil-Parti IV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 huma applikabbli.


    ANNESS III

    Boroż ta’ kwotazzjoni u varjetajiet ta’ referenza

    Prodott

    Qamħ komuni

    Qamħ durum

    Qamħirrum

    Qmuħ għall-għalf oħra

    Kwalità standard

    Għoli

    Medju

    Baxx

     

     

     

    Varjetà ta’ referenza (tip/grad) għall-kwotazzjoni fil-borża

    Hard Red Spring Nru 2

    Hard Red Winter Nru 2

    Soft Red Winter Nru 2

    Hard Amber Durum Nru 2

    Yellow Corn Nru 3

    US Barley Nru 2

    Borża ta’ kwotazzjoni

    Minneapolis Grain Exchange

    Kansas City Board of Trade

    Chicago Board of Trade

    Minneapolis Grain Exchange (1)

    Chicago Board of Trade

    Minneapolis Grain Exchange (2)


    (1)  Fejn l-ebda kwotazzjoni ma tkun disponibbli li tista’ tintuża għall-kalkolu ta’ prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif, għandhom jintużaw kwotazzjonijiet fob disponibbli pubblikament fl-Istati Uniti tal-Amerika.

    (2)  Fejn l-ebda kwotazzjoni ma tkun disponibbli li tista’ tintuża għall-kalkolu ta’ prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif, għandhom jintużaw il-kwotazzjonijiet fob disponibbli pubblikament fl-Istati Uniti tal-Amerika.


    ANNESS IV

    MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAL-KWALITÀ MINN SENASA AWTORIZZAT MILL-GVERN ARĠENTIN (ARTIKOLU 7(2))

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS V

    MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA GĦALL-QAMĦ KOMUNI

    Image

    Test ta 'immaġni

    MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA GĦALL-QAMĦ DURUM

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS VI

    MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-KANADA GĦAL DAK LI JIRRIGWARDAL- ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ GRADI GĦALL-ESPORTAZZJONI TA’ QAMĦ KOMUNI U DURUM

    Image

    Test ta 'immaġni

    Speċifikazzjonijiet ta’ gradi għall-esportazzjoni ta’ qamħ komuni u durum Kanadiż

    QAMĦ KOMUNI

    Kanada Western Red Spring

    (CWRS)

    Piż speċifiku minimu

    Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra

    Nru 1 CWRS

    (Min.) 79,0 kg/eL

    (Mass.) 0,4 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Nru 2 CWRS

    (Min.) 77,5 kg/eL

    (Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Nru 3 CWRS

    (Min.) 76,5 kg/eL

    (Mass.) 1,25 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra


    Kanada Western Extra Strong Red Spring

    (CWES)

    Piż speċifiku minimu

    Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra

    Nru 1 CWES

    (Min.) 78,0 kg/eL

    (Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Nru 2 CWES

    (Min.) 76,5 kg/eL

    (Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra


    Kanada Prairie Spring Red

    (CPSR)

    Piż speċifiku minimu

    Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra

    Nru 1 CPSR

    (Min.) 77,0 kg/eL

    (Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Nru 2 CPSR

    (Min.) 75,0 kg/eL

    (Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra


    Kanada Prairie Spring White

    (CPSW)

    Piż speċifiku minimu

    Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra

    Nru 1 CPSW

    (Min.) 77,0 kg/eL

    (Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Nru 2 CPSW

    (Min.) 75,0 kg/eL

    (Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra


    Kanada Western Red Winter

    (CWRW)

    Piż speċifiku minimu

    Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra

    Nru 1 CWRW

    (Min.) 78,0 kg/eL

    (Mass.) 1,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Nru 2 CWRW

    (Min.) 74,0 kg/eL

    (Mass.) 2,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra


    Kanada Western Soft White Spring

    (CWSWS)

    Piż speċifiku minimu

    Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra

    Nru 1 CWSWS

    (Min.) 78,0 kg/eL

    (Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Nru 2 CWSWS

    (Min.) 75,5 kg/eL

    (Mass.) 1,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Nru 3 CWSWS

    (Min.) 75,0 kg/eL

    (Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    QAMĦ DURUM

    Kanada Western Amber Durum

    (CWAD)

    Piż speċifiku minimu

    Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra

    Nru 1 CWAD

    (Min.) 80,0 kg/eL

    (Mass.) 0,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Nru 2 CWAD

    (Min.) 79,5 kg/eL

    (Mass.) 0,8 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Nru 3 CWAD

    (Min.) 78,0 kg/eL

    (Mass.) 1,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Nru 4 CWAD

    (Min.) 75,0 kg/eL

    (Mass.) 3,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra

    Noti:

    “Żrieragħ ta’ ċereali oħra”

    :

    F’dawn il-gradi, inkludi biss ħafur, xgħir, segala u triticale.

    “Qamħ komuni”

    :

    Għal esportazzjonijiet tal-qamħ komuni, il-Canadian Grain Commission se tipprovdi dokumentazzjoni maċ-ċertifikat li tispeċifika l-perċentwal tal-proteina għat-tagħbija inkwistjoni.

    “Qamħ durum”

    :

    Għal esportazzjonijiet tal-qamħ durum, il-Canadian Grain Commission se tipprovdi dokumentazzjoni maċ-ċertifikat li tixhed il-perċentwal tal-qalba żġiġija u l-piż speċifiku (kilogrammi/ettolitri) tat-tagħbija inkwistjoni.


    ANNESS VII

    METODU STANDARD GĦALL-KALKOLU TAL-INDIĊI TA’ KEMM JITILGĦU F’WIĊĊ L-ILMA (ARTIKOLU 7(3))

    Ħejji taħlita bl-ilma ta’ nitrat tas-sodju tal-piż speċifiku ta’ 1,25 u kkonservaha f’temperatura ta’ 35 °C.

    Poġġi fit-taħlita 100 żerriegħa tal-qamħirrum minn kampjun rappreżentattiv bil-kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 14,5 %.

    Ħawwat it-taħlita b’intervalli ta’ 30 sekonda għal ħames minuti sabiex telimina l-bżieżaq tal-arja.

    Ifred iż-żerrigħat li jitilgħu f’wiċċ l-ilma miż-żerrigħat imgħarrqa u għoddhom.

    L-indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma jiġi kkalkulat kif ġej:

    Indiċi ta’ kemm jitilgħu fwiċċ l-ilma għall-prova = (numru ta’ żerrigħat li jitilgħu f’wiċċ l-ilma)/(numru ta’ żerrigħat imgħarrqa) × 100

    Irrepeti għal ħames darbiet.

    L-indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma huwa l-medja aritmetika għall-ħames provi minbarra ż-żewġ valuri estremi.


    ANNESS VIII

    Regolament imħassar flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tagħha

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96

    (ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/97

    (ĠU L 98, 15.4.1997, p. 2)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2092/97

    (ĠU L 292, 25.10.1997, p. 10)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2519/98

    (ĠU L 315, 25.11.1998, p. 7)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2000 (1)

    (ĠU L 256, 10.10.2000, p. 13)

    Artikolu 2 biss

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2001

    (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 8)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 597/2002

    (ĠU L 91, 6.4.2002, p. 9)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1900/2002

    (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 15)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1110/2003

    (ĠU L 158, 27.6.2003, p. 12)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2004

    (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50)

    Artikolu 5 biss

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1074/2008

    (ĠU L 294, 1.11.2008, p. 3)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 459/2009

    (ĠU L 139, 5.6.2009, p. 3)

     

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2010

    (ĠU L 51, 2.3.2010, p. 8)

     


    (1)  Dan ir-Regolament ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 2015/2001 (ĠU L 272, 13.10.2001, p. 31).


    ANNESS IX

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    Regolament (KE) Nru 1249/96

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2(1), l-ewwel u t-tieni sentenzi

    Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 2(1), it-tielet sentenza

    Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

    Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

    Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, it-tieni u t-tielet inċiżi

    Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

    Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, it-tielet sentenza

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 2(5), it-tielet subparagrafu

    Artikolu 3(4), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 2a

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 4(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

    Artikolu 5(3)(a), (b) u (c)

    Artikolu 4(4)

    Artikolu 5(4)

    Artikolu 4(5)

    Artikolu 5(5)

    Artikolu 5

    Artikolu 6

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 7(1)

    Artikolu 6(1a), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

    Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c)

    Artikolu 6(1a), mit-tieni sas-sitt subparagrafi

    Artikolu 7(2), mit-tieni sas-sitt subparagrafi

    Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi

    Artikolu 7(3), it-tielet subparagrafu, punti (a) u (b)

    Artikolu 6(2), ir-raba’ subparagrafu

    Artikolu 7(3), ir-raba’ subparagrafu

    Artikolu 6(2), il-ħames subparagrafu

    Artikolu 7(3), il-ħames subparagrafu

    Artikolu 6(3)

    Artikolu 7(4)

    Artikolu 6(4)

    Artikolu 7(5)

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Artikolu 8

    Artikolu 9

    Anness I

    Anness II

    Anness II

    Anness III

    Anness III

    Anness IV

    Anness IV

    Anness IVa

    Anness V

    Anness IVb

    Anness VI

    Anness V

    Anness VII

    Anness VI

    Anness I

    Anness VIII

    Anness IX


    Top