EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0117

2009/117/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ April 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tan-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

ĠU L 41, 12.2.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/117(1)/oj

Related international agreement

12.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ April 2008

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tan-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2009/117/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ terzi pajjiżi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi Ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim man-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ terzi pajjiżi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi Ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tan-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem.

It-test ta’ dan il-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità.

Artikolu 3

Fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew (1).

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.

Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  Id-data minn meta l-Ftehim għandu japplika provviżorjament se jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat tal-Kunsill.


Top

12.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/5


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tan-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

minn naħa, u

L-GVERN TAN-NEPAL,

min-naħa l-oħra

(minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”)

FILWAQT LI JINNUTAW li ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru ġew konklużi bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u n-Nepal li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u terzi pajjiżi,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u terzi pajjiżi,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti terzi pajjiżi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn it-terzi pajjiżi li jiksbu dritt ta’ sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja f’konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea,

FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u n-Nepal, li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, iridu jinġiebu f’konformità magħha sabiex tiġi stabbilita bażi ġuridika soda għas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u n-Nepal u biex tinżamm il-kontinwità ta’ dawn is-servizzi tal-ajru,

FILWAQT LI JAGĦRFU li l-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u n-Nepal għandhom ikunu konsistenti mal-liġijiet tan-Nepal u tal-Komunità Ewropea u jipprovdu bażi ġuridika vijabbli u soda biex jiġu żgurati l-kontinwità u l-iżvilupp tas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u n-Nepal,

FILWAQT LI JINNUTAW li d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u n-Nepal, li mhumiex inkonsistenti mal-liġi tal-Komunità Ewropea, ma għandhomx bżonn jiġu affettwati minn dan il-Ftehim,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni,

FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u n-Nepal li i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn il-kumpaniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji jew prattiki miftehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftehma ta’ dan it-tip; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħrajn ir-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu,, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti jistgħu jrendu mhux effettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi;

FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dan il-ftehim, li tbiddel il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u n-Nepal, jew li jiġi affettwat il-bilanċ bejn it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji u t-trasportaturi tal-ajru tan-Nepal, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru dwar id-drittijiet tat-traffiku.

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

2.   Referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3.   Referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru ddeżinjati minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2

Deżinjazzjoni, Awtorizzazzjoni u Revoka

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tagħha mogħtija min-Nepal, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament.

2.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru min-Nepal, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tagħha mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament.

3.   Mal-wasla ta’ deżinjazzjoni bħal din, jew ta’ applikazzjonijiet mit-trasportatur/i tal-ajru ddeżinjat/i, fil-forma u l-mod preskritt għall-awtorizzazzjonijiet u l-permessi, il-parti l-oħra għandha, suġġetta għall-paragrafi 4 u 5, tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa b’dewmien proċedurali mill-inqas, bil-kundizzjoni li:

(a)

fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat minn Stat Membru:

(i)

it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li qed jiddeżinjah taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandu Liċenzja Operattiva valida maħruġa minn Stat Membru f’konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea; kif ukoll

(ii)

kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru huwa mħaddem u miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta’ Operatur tal-Ajru u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata b’mod ċar fid-deżinjazzjoni; kif ukoll

(iii)

it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, u tkun ikkontrollata effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra.

(b)

fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat min-Nepal:

(i)

il-post prinċipali tan-negozju tiegħu jkun fin-Nepal; kif ukoll

(ii)

in-Nepal għandu, u jżomm, kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru.

4.   Kull waħda mill-partijiet tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjoni jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat mill-parti l-oħra fejn:

(a)

fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat minn Stat Membru:

(i)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li ddeżinjah taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma għandux Liċenzja Operattiva valida minn Stat Membru f’konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea; jew

(ii)

ma jkunx imħaddem jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta’ Operatur tal-Ajru, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; jew

(iii)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, u ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra; jew

(b)

fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat min-Nepal:

(i)

il-post prinċipali tan-negozju tiegħu ma jkunx fin-Nepal; jew

(ii)

in-Nepal ma jkunx qed iżomm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru; jew

(iii)

is-sjieda maġġoritarja jew il-kontroll tat-trasportatur tal-ajru ddeżinjat min-Nepal tkun f’idejn pajjiż terz li ma jaċċettax effettivament id-deżinjazzjoni ta’ trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti fil-Komunità.

5.   Huwa u jeżerċita d-dritt tiegħu skont il-paragrafu 4, in-Nepal ma għandux jiddiskrimina bejn trasportaturi tal-ajru tal-Istati Membri fuq il-bażi tan-nazzjonalità.

Artikolu 3

Is-sikurezza

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(c).

2.   Fejn Stat Membru jkun iddeżinja trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju fuqu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Gvern tan-Nepal skond id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddeżinja t-trasportatur tal-ajru u l-Gvern tan-Nepal għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.

Artikolu 4

It-tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli mniżżla f’lista fl-Anness II(d).

2.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness II(d) ma għandu jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat min-Nepal li jopera bejn punt fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 5

It-tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(e).

2.   It-tariffi li għandhom jinżammu mit-trasportatur/i tal-ajru ddeżinjat/i min-Nepal permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 6

Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness I ma għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

Artikolu 7

Annessi għal dan il-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 8

Reviżjoni jew emendar

Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni provviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew.

3.   Ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Gvern tan-Nepal li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ u li ma jkunux qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I(b). Dan il-Ftehim għandu japplika għall-Ftehimiet u l-arranġamenti kollha tali mad-dħul fis-seħħ jew mal-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

Artikolu 10

Terminazzjoni

1.   Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

2.   Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell f’żewġ kopji, fit-tlieta u għoxrin jum ta’ Jannar tas-sena elfejn u disgħa bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Nepaliża.

За Европейската Общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska Gemenskapen

Image

Image

Image

За правителството на Непал

Por el Gobierno de Nepal

Za vládu Nepálu

For Nepals regering

Für die Regierung von Nepal

Nepali valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση του Νεπάλ

For the Government of Nepal

Pour le gouvernement du Népal

Per il governo del Nepal

Nepālas valdības vārdā

Nepalo vyriausybės vardu

Nepál kormánya részéről

Għall-Gvern tan-Nepal

Voor de Regering van Nepal

W imieniu Rządu Nepalu

Pelo Governo do Nepal

Pentru Guvernul Nepalului

Za vládu Nepálu

Za vlado Nepala

Nepalin hallituksen puolesta

För Nepals regering

Image

Image


ANNESS I

LISTA TA’ FTEHIMIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TA’ DAN IL-FTEHIM

(a)

Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn il-Gvern tan-Nepal u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

Il-Ftehim bejn il-Gvern Federali tal-Awstrija u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu tan-Nepal rigward it-Trasport bl-Ajru Ċivili, iffirmat f’Katmandu fid-29 ta’ Ottubru 1997, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Nepal-Awstrija” fl-Anness II;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu tan-Nepal dwar is-servizzi tal-ajru, iffirmat fil-Lussemburgu fit-18 ta’ Ġunju 1999, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Nepal-Lussemburgu” fl-Anness II;

Il-Ftehim bejn ir-Renju Olandiż u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu tan-Nepal dwar is-servizzi tal-ajru, magħmul fl-Ajruport ta’ Schiphol fl-10 ta’ Ġunju 1998, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Nepal-Olanda” fl-Anness II;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu tan-Nepal dwar is-servizzi tal-ajru, magħmul f’Katmandu fit-3 ta’ Marzu 1994, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Nepal-Renju Unit” fl-Anness II;

(b)

Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Gvern tan-Nepal u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament

Il-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tal-Maestà Tiegħu tan-Nepal u l-Gvern tar-Repubblika Franċiża inizjalat f’Katmandu fis-7 ta’ Lulju 1998, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Nepal-Franza” fl-Anness II;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu tan-Nepal dwar is-Servizzi tal-Ajru inizjalat u mehmuż bħala l-Anness III għall-Protokoll magħmul f’Bonn fis-26 ta’ Lulju 2000, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Nepal-Ġermanja” fl-Anness II;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Maestà Tiegħu tan-Nepal u l-Gvern tar-Repubblika Taljana dwar is-Servizzi tal-Ajru inizjalat f’Katmandu fit-8 ta’ Mejju 1992, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Nepal-Italja” fl-Anness II;


ANNESS II

LISTA TA’ ARTIKOLI FIL-FTEHIMIET ELENKATI FL-ANNESS I U MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 SA 6 TA’ DAN IL-FTEHIM

(a)

Deżinjazzjoni minn Stat Membru:

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Nepal-Awstrija;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Nepal-Franza;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Nepal-Italja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Nepal-Lussemburgu;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim Nepal-Olanda;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Nepal-Renju Unit.

(b)

Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi:

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Nepal-Awstrija;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim Nepal-Franza;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Nepal-Ġermanja;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim Nepal-Italja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Nepal-Lussemburgu;

l-Artikolu 6 tal-Ftehim Nepal-Olanda;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim Nepal-Renju Unit.

(ċ)

Sikurezza:

l-Artikolu 8 tal-Ftehim Nepal-Awstrija;

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Nepal-Franza;

l-Artikolu 14 tal-Ftehim Nepal-Ġermanja;

l-Artikolu 10 tal-Ftehim Nepal-Italja;

l-Artikolu 6 tal-Ftehim Nepal-Lussemburgu;

l-Artikolu 10 tal-Ftehim Nepal-Olanda;

(d)

Tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni:

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Nepal-Awstrija;

l-Artikolu 12 tal-Ftehim Nepal-Franza;

l-Artikolu 7 tal-Ftehim Nepal-Ġermanja;

l-Artikolu 6 tal-Ftehim Nepal-Italja;

l-Artikolu 8 tal-Ftehim Nepal-Lussemburgu;

l-Artikolu 13 tal-Ftehim Nepal-Olanda;

l-Artikolu 8 tal-Ftehim Nepal-Renju Unit.

(e)

Tariffi għall-Ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea:

l-Artikolu 12 tal-Ftehim Nepal-Awstrija;

l-Artikolu 14 tal-Ftehim Nepal-Franza;

l-Artikolu 8 tal-Ftehim Nepal-Italja;

l-Artikolu 10 tal-Ftehim Nepal-Lussemburgu;

l-Artikolu 8 tal-Ftehim Nepal-Olanda;

l-Artikolu 7 tal-Ftehim Nepal-Renju Unit.


ANNESS III

LISTA TA’ STATI OĦRA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 TA’ DAN IL-FTEHIM

(a)

Ir-Repubblika tal-Iżlanda (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(ċ)

Ir-Renju Norveġiż (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport tal-Ajru).

Top