Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0486

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Lulju 1998 dwar l-approvazzjoni ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Dominikana rigward il-protezzjoni fuq l-importazzjoni tal-ħalib tat-trab fir-Repubblika Dominikana

    ĠU L 218, 6.8.1998, p. 45–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/486/oj

    Related international agreement

    31998D0486



    Official Journal L 218 , 06/08/1998 P. 0045 - 0045


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tad-29 ta' Lulju 1998

    dwar l-approvazzjoni ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Dominikana rigward il-protezzjoni fuq l-importazzjoni tal-ħalib tat-trab fir-Repubblika Dominikana

    (98/486/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 113 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi r-Repubblika Dominikana talbet għal emenda ta' l-iskeda tagħha taħt il-Ftehim ta' Marrakech li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għal tmien prodotti li fuqhom hemm tariffa;

    Billi wieħed biss minn dawn il-prodotti, il-ħalib tat-trab, huwa ta' interess ekonomiku għall-Komunità;

    Billi r-Repubblika Dominikana offriet kwota ta' tariffa ta' 32000 tunnellata metrika li minn dawn 70 % ser ikunu riservati għall-Komunità;

    Billi l-Komunità ser timmaniġġja is-sehem tal-kwota tat-tariffa tagħha skond il-mekkaniżmu tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni kif stabbilit fir-regolamenti tal-Komunità,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Dominikana rigward il-protezzjoni ta' l-importazzjoni tal-ħalib tat-trab fir-Repubblika Dominikana qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Memorandum ta' Ftehim jinsab anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill qiegħed hawnhekk jiġi awtorizzat li jinnomina l-persuna awtorizzata sabiex tiffirma l-Memorandum ta' Ftehim sabiex jorbot il-Komunità.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib kif ukoll tal-prodotti tal-ħalib [1], tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Memorandum ta' Tfehim kif imsemmi fl-Artikolu 1.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Schüssel

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1587/96. (ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21).

    --------------------------------------------------

    Top