Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0001

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2008 ta' l- 1 ta' Frar 2008 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 154, 12.6.2008, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/1/oj

    12.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 154/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 1/2008

    ta' l-1 ta' Frar 2008

    li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

    (2)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (2).

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1882/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ nitrati fl-oġġetti ta’ l-ikel (3) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti ta' l-ikel (4) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/363/KE tal-21 ta’ Mejju 2007 dwar linji ta’ gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju l-pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 jirrevoka d-Direttivi tal-Kummissjoni 2001/22/KE (6), 2004/16/KE (7) u 2005/10/KE (8), li huma inklużi fil-Ftehim u li għalhekk se jiġu rrevokati taħt il-Ftehim.

    (7)

    Din id-deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

    (8)

    Fir-rigward ta'l-Kapitolu I ta' l-Anness I, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitoli 1 ta' Anness 1 għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Iżlanda qabel ma ġie rivedut dan il-Kapitolu mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 138 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/142/KE) fil-Parti 1.2 ta' Kapitlu I:

    “139.

    32007 D 0363: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/363/KE tal-21 ta’ Mejju 2007 dwar linji ta’ gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju l-pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 24).”

    2.

    Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 31m (Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' Kapitlu II:

    “31n.

    32007 D 0363: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/363/KE tal-21 ta’ Mejju 2007 dwar linji ta’ gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju l-pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 24).”

    Artikolu 2

    L-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 54zzzn (ir-Regolament tal- Kummissjoni (KE) Nru 1883/2006) ta' Kapitlu XII:

    “54zzzo.

    32006 R 1882: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1882/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ nitrati fl-oġġetti ta’ l-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 25).

    54zzzp.

    32007 R 0333: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).

    54zzzq.

    32007 D 0363: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/363/KE tal-21 ta’ Mejju 2007 dwar linji ta’ gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju l-pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 24).”

    2.

    It-test tal-punti 54zj (Direttiva tal-Kummissjoni 2001/22/KE), 54zzn (Direttiva tal-Kummissjoni 2004/16/KE) u 54zzs (Direttiva tal-Kummissjoni 2005/10/KE) tal-Kapitlu XII għandhom jiġu mħassra.

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1882/2006 u 333/2007 u d-Deċiżjoni 2007/363/KE, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2008, bil-kundizzjoni li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 t'Ottubru 2007, liema minnhom ikun l-aktar tard.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 124, 8.5.2008, p. 11.

    (2)  ĠU L 124, 8.5.2008, p. 15.

    (3)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 25.

    (4)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29.

    (5)  ĠU L 138, 30.5.2007, p. 24.

    (6)  ĠU L 77, 16.3.2001, p. 14.

    (7)  ĠU L 42, 13.2.2004, p. 16.

    (8)  ĠU L 34, 8.2.2005, p. 15.

    (*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top