This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02018R1999-20210101
Regulation (EU) 2018/1999 of the European Parliament and of the Council of 11 December 2018 on the Governance of the Energy Union and Climate Action, amending Regulations (EC) No 663/2009 and (EC) No 715/2009 of the European Parliament and of the Council, Directives 94/22/EC, 98/70/EC, 2009/31/EC, 2009/73/EC, 2010/31/EU, 2012/27/EU and 2013/30/EU of the European Parliament and of the Council, Council Directives 2009/119/EC and (EU) 2015/652 and repealing Regulation (EU) No 525/2013 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
02018R1999 — MT — 01.01.2021 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328 21.12.2018, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI (UE) 2019/504 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019 |
L 85I |
66 |
27.3.2019 |
REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Diċembru 2018
dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' governanza sabiex:
jiġu implimentati strateġiji u miżuri mfassla biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u l-impenji fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni konsistenti mal-Ftehim ta' Pariġi, u għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin, mill-2021 sal-2030, b'mod partikolari l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030;
tiġi stimulata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, inkluż, meta jkun xieraq, fil-livell reġjonali, maħsuba biex jinkisbu l-objettivi u l-impenji tal-Unjoni tal-Enerġija;
jiġu żgurati t-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tar-rapportar mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lis-Segretarjat tal-UNFCCC u tal-Ftehim ta' Pariġi;
jingħata kontribut għal ċertezza regolatorja akbar kif ukoll għal ċertezza akbar lill-investituri u għajnuna sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet għall-iżvilupp ekonomiku, l-istimolu tal-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali.
Il-mekkaniżmu ta' governanza hu bbażat fuq l-istrateġiji fit-tul, il-pjanijiet nazzjonali integrati fit-tul dwar l-enerġija u l-klima li jkopru perijodi ta' għaxar snin li jibdew mill-2021 sal-2030, ir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima korrispondenti tal-Istati Membri u l-arranġamenti integrati ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni. Il-mekkaniżmu ta' governanza jiżgura opportunitajiet effettivi sabiex il-pubbliku jipparteċipa fit-tħejjija ta' dawk il-pjanijiet nazzjonali u ta' dawk l-istrateġiji fit-tul. Dan jinkludi proċess strutturat, trasparenti u iterattiv bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri bl-għan li jiġu ffinalizzati l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-implimentazzjoni sussegwenti tagħhom, inkluż fir-rigward tal-kooperazzjoni reġjonali u l-azzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni.
Dan ir-Regolament japplika għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, li huma marbutin mill-qrib ma' xulxin u jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku:
is-sigurtà tal-enerġija;
is-suq intern tal-enerġija;
l-effiċjenza enerġetika;
id-dekarbonizzazzjoni; u
ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“politiki u miżuri” tfisser l-istrumenti kollha li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u/jew biex jiġu implimentati l-impenji skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(2) tal-UNFCCC, li jistgħu jinkludu dawk li ma għandhomx il-limitazzjoni u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-gassijiet serra jew tibdil fis-sistema tal-enerġija bħala objettiv primarju;
“politiki u miżuri eżistenti” tfisser il-politiki u l-miżuri implimentati u l-politiki u l-miżuri adottati;
“politiki u miżuri implimentati” tfisser il-politiki u l-miżuri li għalihom japplika wieħed jew iktar minn dan li ġej fid-data li fiha jintbagħat il-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima: il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli direttament ikunu fis-seħħ, ikun ġie stabbilit ftehim volontarju wieħed jew iktar, ikunu ġew allokati r-riżorsi finanzjarji, ir-riżorsi umani jkunu ġew mobilizzati;
“politiki u miżuri adottati” tfisser il-politiki u l-miżuri li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni uffiċjali tal-gvern sad-data li fiha jintbagħat il-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima u jkun hemm impenn ċar li ssir l-implimentazzjoni;
“politiki u miżuri ppjanati” tfisser għażliet li jkunu għadhom qed jiġu diskussi u li jkollhom ċans realistiku li jiġu adottati u implimentati wara d-data li fiha jintbagħat il-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima;
“sistema għall-politiki, għall-miżuri u għall-projezzjonijiet” tfisser sistema ta' arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti għar-rapportar ta' politiki, ta' miżuri u ta' projezzjonijiet marbuta ma' emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar ta' gassijiet serra u mas-sistema tal-enerġija, fost l-oħrajn kif meħtieġ mill-Artikolu 39;
“projezzjonijiet” tfisser il-previżjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija, inklużi minn tal-inqas l-istimi kwantitattivi għal sekwenza ta' erba' snin futuri li tintemm b'0 jew b'5 immedjatament wara s-sena ta' rapportar;
“projezzjonijiet mingħajr miżuri” tfisser il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra mis-sorsi u tal-assorbimenti mill-bjar li jeskludu l-effetti tal-politiki u tal-miżuri kollha li jkunu ppjanati, adottati jew implimentati wara s-sena magħżula bħala l-punt tat-tluq għall-projezzjoni rilevanti;
“projezzjonijiet b'miżuri” tfisser il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra mis-sorsi u tal-assorbimenti mill-bjar li jinkludu l-effetti, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija, tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ġew adottati u implimentati;
“projezzjonijiet b'miżuri addizzjonali” tfisser projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra mis-sorsi u tal-assorbimenti mill-bjar jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija li jinkludu l-effetti, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ġew adottati u implimentati għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew biex jintlaħqu l-objettivi tal-enerġija, kif ukoll tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ppjanati għal dak l-iskop;
“il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030” tfisser il-mira vinkolanti fl-Unjoni ta' tnaqqis domestiku ta' minn tal-inqas 40 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha meta mqabbla mal-1990 li jrid jintlaħaq sal-2030, il-mira vinkolanti fil-livell tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 32 % tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-UE fl-2030, il-mira ewlenija fil-livell tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 32,5 % għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-2030, u l-mira ta' 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 jew kwalunkwe mira sussegwenti f'dan ir-rigward maqbula mill-Kunsill Ewropew jew mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għall-2030.
“sistema tal-inventarju nazzjonali” tfisser sistema ta' arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti fi Stat Membru biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar ta' gassijiet serra, u biex tiġi rrapportata u arkivjata l-informazzjoni tal-inventarju;
“indikatur” tfisser fattur jew varjabbli kwantitattiv jew kwalitattiv li jikkontribwixxi biex jinftiehem aħjar il-progress fl-implimentazzjoni;
“indikaturi ewlenin” tfisser l-indikaturi għall-progress li jkun sar fir-rigward tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija kif proposti mill-Kummissjoni;
“korrezzjonijiet tekniċi” tfisser aġġustamenti fl-istimi tal-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra li jkunu saru fil-kuntest tar-rieżami mwettaq skont l-Artikolu 38 meta d-data tal-inventarju li tkun intbagħtet ma tkunx kompluta jew tkun tħejjiet b'mod li ma jkunx konsistenti mar-regoli jew mal-linji gwida rilevanti internazzjonali jew tal-Unjoni u li jkunu maħsuba biex jissostitwixxu l-istimi li jkunu ntbagħtu oriġinarjament;
“garanzija tal-kwalità” tfisser sistema ppjanata ta' proċeduri ta' rieżami biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tal-kwalità tad-data u li jiġu rrapportati l-aqwa stimi u informazzjoni possibbli bl-għan li tiġi appoġġata l-effettività tal-programm ta' kontroll tal-kwalità u tingħata assistenza lill-Istati Membri;
“kontroll tal-kwalità” tfisser sistema ta' attivitajiet tekniċi li jsiru regolarment sabiex titkejjel u tiġi kkontrollata l-kwalità tal-informazzjoni u tal-istimi miġbura bl-għan li tiġi żgurata l-integrità, il-korrettezza u l-kompletezza tad-data, jiġu identifikati u indirizzati l-iżbalji u l-omissjonijiet, jiġu ddokumentati u arkivjati d-data u kull materjal ieħor li jintuża, u jiġu rreġistrati l-attivitajiet kollha ta' garanzija;
“l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” tfisser li fid-deċiżjonijiet kollha dwar l-ippjanar, il-politika u l-investimenti marbutin mal-enerġija, jitqiesu sew il-miżuri alternattivi ta' kosteffiċjenza tal-effiċjenza enerġetika u ta' provvista tal-enerġija aktar effiċjenti, b'mod partikolari permezz ta' ffrankar enerġetiku kosteffikaċi fil-konsum finali, inizjattivi ta' ġestjoni tad-domanda u konverżjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni aktar effiċjenti tal-enerġija filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu l-objettivi ta' dawk id-deċiżjonijiet;
“Pjan SET” tfisser il-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2015 intitolata “Lejn Pjan Strateġiku Integrat għat-Teknoloġija tal-Enerġija (SET): Aċċelerazzjoni tat-Trasformazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija Ewropea”;
“sforzi bikrija” tfisser:
fil-kuntest tal-valutazzjonijiet ta' diskrepanza potenzjali bejn il-mira tal-Unjoni għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-2030 u l-kontributi kollettivi tal-Istati Membri, il-kisba ta' Stat Membru ta' sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli 'l fuq mill-mira vinkolanti nazzjonali tiegħu għall-2020 kif stipulat fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew il-progress bikri ta' Stat Membru lejn il-mira nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020;
fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni bbażati fuq il-valutazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 29(1) fir-rigward tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-implimentazzjoni bikrija tal-kontribut ta' Stat Membru lejn il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta' mill-inqas 32 % tal-enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imkejla mal-punti ta' referenza nazzjonali tiegħu għall-enerġija rinnovabbli;
“kooperazzjoni reġjonali” tfisser kooperazzjoni bejn żewġ Stati Membri jew aktar involuti fi sħubija li tkopri waħda jew iktar mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;
“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli jew enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“konsum finali gross tal-enerġija” tfisser konsum finali gross tal-enerġija kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“skema ta' appoġġ” tfisser skema ta' appoġġ kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“tiġdid” (repowering) tfisser tiġdid kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“komunità tal-enerġija rinnovabbli” tfisser komunità tal-enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“tisħin distrettwali” jew “tkessiħ distrettwali” tfisser tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali kif definit fil-punt (19) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“skart” tfisser skart kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“bijomassa” tfisser bijomassa kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“bijomassa agrikola” tfisser bijomassa agrikola kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“bijomassa forestali” tfisser bijomassa forestali kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“karburanti tal-bijomassa” tfisser karburanti tal-bijomassa kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“bijogass” tfisser bijogass kif definit fil-punt (28) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“bijolikwidi” tfisser bijolikwidi kif definit fil-punt (32) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“bijokarburanti” tfisser bijokarburanti kif definit fil-punt (33) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“bijokarburanti avvanzati” tfisser bijokarburanti avvanzati kif definit fil-punt (34) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“karburanti tal-karbonju riċiklat” tfisser karburanti tal-karbonju riċiklat kif definiet fil-punt (35) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu” tfisser għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu kif definit fil-punt (39) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“għelejjel tal-ikel u tal-għalf” tfisser għelejjel tal-ikel u tal-għalf kif definit fil-punt (40) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“materjal linjoċellulożiku” tfisser materjal linjoċellulożiku kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“residwi” tfisser residwu kif definit fil-punt (43) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“konsum primarju tal-enerġija” tfisser konsum primarju tal-enerġija kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“konsum finali tal-enerġija” tfisser konsum finali tal-enerġija kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“effiċjenza fl-enerġija” tfisser effiċjenza fl-enerġija kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“iffrankar tal-enerġija” tfisser iffrankar tal-enerija kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“titjib fl-effiċjenza fl-enerġija” tfisser titjib fl-effiċjenza fl-enerġija kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“servizz tal-enerġija” tfisser servizz tal-enerġija kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“spazju totali ta' art li tista' tintuża” tfisser spazju totali ta' art li tista' tintuża kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“sistema ta' ġestjoni tal-enerġija” tfisser sistema ta' ġestjoni tal-enerġija kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“parti obbligata” tfisser parti obbligata kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“awtorità pubblika ta' implimentazzjoni” tfisser awtorità pubblika ta' implimentazzjoni kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“azzjoni individwali” tfisser azzjoni individwali kif definit fil-punt (19) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“distributur tal-enerġija” tfisser distributur tal-enerġija kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE u fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/UE;
“kumpannija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” tfisser kumpannija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“fornitur ta' servizz tal-enerġija” tfisser fornitur ta' servizz tal-enerġija kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija” tfisser kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“koġenerazzjoni” tfisser koġenerazzjoni kif definit fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
“bini” tfisser bini kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE;
“bini b'użu ta' kważi żero enerġija” tfisser bini b'użu ta' kważi żero enerġija kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE;
“pompa tas-sħana” tfisser pompa tas-sħana kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE;
“karburant fossili” tfisser sorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli bbażati fuq il-karbonju bħal karburanti solidi, gass naturali u żejt.
KAPITOLU 2
Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
Artikolu 3
Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima għandu jkun fihom it-taqsimiet prinċipali li ġejjin:
stampa ġenerali tal-proċess segwit għall-istabbiliment tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, li jkun fiha sommarju eżekuttiv, deskrizzjoni tal-konsultazzjoni pubblika u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u tar-riżultati tagħhom, u tal-kooperazzjoni reġjonali ma' Stati Membri oħra fit-tħejjija tal-pjan, kif stabbilit fl-Artikoli 10, 11 u 12 u fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I;
deskrizzjoni tal-objettivi, tal-miri u tal-kontributi nazzjonali relatati mad-dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif stipulat fl-Artikolu 4 u l-Anness I;
deskrizzjoni tal-politiki u tal-miżuri ppjanati fir-rigward tal-objettivi, il-miri u l-kontributi korrispondenti stabbiliti skont il-punt (b) kif ukoll stampa ġenerali tal-investiment meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi korrispondenti;
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija inkluż fir-rigward tas-sistema tal-enerġija, l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra kif ukoll il-projezzjonijiet fir-rigward tal-objettivi msemmija fil-punt (b) fil-konfront ta' politiki u ta' miżuri li diġà jeżistu;
meta jkun applikabbli, deskrizzjoni tal-ostakli u x-xkiel regolatorji u mhux regolatorji biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri jew il-kontributirelatati mal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika;
valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punt (b), inkluża l-konsistenza tagħhom mal-objettivi tat-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont il-Ftehim ta' Pariġi u l-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15;
valutazzjoni ġenerali tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati fuq il-kompetittività marbuta mal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;
anness, imfassal skont ir-rekwiżiti u l-istruttura stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, li jistabbilixxi l-metodoloġiji u l-miżuri ta' politika tal-Istat Membru biex jinkiseb ir-rekwiżit tal-iffrankar enerġetiku skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE u l-Anness V tagħha.
Fir-rigward tat-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom:
jillimitaw il-kumplessità amministrattiva u l-ispejjeż għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;
iqisu l-interkonnessjonijiet bejn il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, b'mod partikolari l-prinċipju li “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”;
jużaw data robusta u konsistenti u suppożizzjonijiet tul il-ħames dimensjonijiet, meta jkun rilevanti;
jivvalutaw l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, b'kont meħud tas-servizzi tal-enerġija domestiċi meħtieġa sabiex jiġu garantiti l-istandards bażiċi tal-għajxien fil-kuntest nazzjonali rilevanti, il-politika soċjali eżistenti u politiki rilevanti oħra, kif ukoll il-gwida indikattiva tal-Kummissjoni dwar indikaturi rilevanti għall-faqar enerġetiku.
F'każ li Stat Membru jsib, skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, li għandu għadd sinifikanti ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu ta' data verifikabbli huwa għandu jinkludi fil-pjan tiegħu objettiv indikattiv nazzjonali biex inaqqas il-faqar enerġetiku. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddefinixxu fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, il-politiki u l-miżuri, li jindirizzaw il-faqar enerġetiku, jekk ikun hemm, inklużi miżuri ta' politika soċjali u programmi nazzjonali rilevanti oħra.
Artikolu 4
Objettivi, miri u kontributi nazzjonali għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-objettivi, il-miri u l-kontributi ewlenin li ġejjin fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima, kif speċifikat fil-punt 2 tat-taqsima A tal-Anness I:
rigward id-dimensjoni “Id-Dekarbonizzazzjoni”:
fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra u bl-għan li jingħata kontribut biex tintlaħaq il-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni:
il-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istat Membru għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-limiti nazzjonali vinkolanti annwali skont ir-Regolament (UE) 2018/842;
l-impenji tal-Istat Membru skont ir-Regolament (UE) 2018/841;
meta jkun applikabbli biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u l-impenji fit-tul tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'konformità mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi, objettivi u miri oħra, li jinkludu miri settorjali u objettivi ta' adattament.
fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli:
Bl-għan li tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 32 % enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kontribut għal dik il-mira f'termini tas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030, bi trajettorja indikattiva għal dak il-kontribut mill-2021 'il quddiem. Sal-2022, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta' referenza ta' mill-inqas 18 % taż-żieda totali fis-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta' dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2025, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta' referenza ta' mill-inqas 43 % taż-żieda totali fis-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta' dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2027, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta' referenza ta' mill-inqas 65 % taż-żieda totali fis-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta' dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030.
Sal-2030, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq mill-inqas il-kontribut ippjanat tal-Istat Membru. Jekk Stat Membru jistenna li jisboq il-mira nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020, it-trajettorja indikattiva tiegħu tista' tibda fil-livell li jkun ipproġettat li jilħaq. It-trajettorji indikattivi tal-Istati Membri, meħudin flimkien, għandhom jikkorrispondu għall-punti ta' referenza tal-Unjoni fl-2022, l-2025 u l-2027 u għall-mira vinkolanti tal-Unjoni ta' mill-inqas 32 % ta' enerġija rinnovabbli fl-2030. Separatament mill-kontribut tiegħu għall-mira tal-Unjoni u t-trajettorja indikattiva tiegħu għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, Stat Membru għandu jkun liberu li jindika ambizzjonijiet ogħla għal finijiet ta' politika nazzjonali;
fir-rigward tad-dimensjoni “Effiċjenza Enerġetika”:
il-kontribut nazzjonali indikattiv għall-effiċjenza enerġetika biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika ta' mill-inqas 32,5 % fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/27/UE, abbażi tal-konsum primarju jew finali tal-enerġija, l-iffrankar primarju jew finali tal-enerġija, jew l-intensità enerġetika.
L-Istati Membri għandhom jesprimu l-kontributi tagħhom f'termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020, u f'termini ta' livell assolut ta' konsum ta' enerġija primarja u konsum ta' enerġija finali fl-2030, bi trajettorja indikattiva għal dak il-kontribut mill-2021 'il quddiem. Huma għandhom jispjegaw il-metodoloġija sottostanti tagħhom u l-fatturi ta' konverżjoni li jkunu ntużaw;
l-ammont kumulattiv ta' ffrankar enerġetiku fil-konsum finali li jrid jinkiseb matul il-perijodu mill-2021 sal-2030 skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(1) dwar l-obbligi dwar l-iffrankar enerġetiku skont id-Direttiva 2012/27/UE;
l-istadji importanti indikattvi tal-istrateġija għar-rinnovazzjoni fit-tul tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, il-pjan direzzjonali b'indikaturi kwantifikabbli tal-progress stabbiliti domestikament, stima abbażi tal-evidenza tal-iffrankar enerġetiku mistenni u benefiċċji usa', u l-kontributi għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni skont id-Direttiva 2012/27/UE b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;
l-erja totali ta' art li trid tiġi rinnovata jew l-iffrankar enerġetiku annwali ekwivalenti li jrid jinkiseb mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi;
fir-rigward tad-dimensjoni “Sigurtà tal-Enerġija”:
l-objettivi nazzjonali fir-rigward ta':
fir-rigward tad-dimensjoni “Suq Intern tal-Enerġija”:
il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 fid-dawl tal-mira ta' minn tal-inqas 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030, bi strateġija bil-livell definit mill-2021 'il quddiem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri affettwati, b'kont meħud tal-mira tal-interkonnessjoni ta' 10 % tal-2020 u tal-indikaturi tal-urġenza tal-azzjoni abbażi tad-differenzjali tal-prezz fis-suq bl-ingrossa, tal-kapaċità nominali ta' trażmissjoni tal-interkonnetturi fir-rigward tal-ħinijiet l-aktar intensivi u tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli installata kif stipulat fil-punt 2.4.1 tat-Taqsima A fil-Parti 1 tal-Anness I. Kull interkonnettur ġdid għandu jkun soġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi u ambjentali u jiġi implimentat biss jekk il-benefiċċji potenzjali jkunu iktar mill-ispejjeż;
il-proġetti, u, meta jkun rilevanti, il-proġetti ta' modernizzazzjoni nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass u l-modernizzazzjoni, meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri skont il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;
l-objettivi nazzjonali relatati ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħal pereżempju: żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, b'mod partikolari permezz ta' politiki u miżuri relatati mal-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tas-suq b'konformità mal-liġi applikabbli; l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-suq, bl-għan li jiżdiedu l-kapaċità negozjabbli tal-interkonnetturi eżistenti, il-grids intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, ir-ridispaċċ u t-tnaqqis tas-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali, inkluż perijodu ta' żmien li fih għandhom jintlaħqu l-objettivi, u objettivi relatati mas-suq intern tal-enerġija kif stipulat fil-punt 2.4.3 tat-Taqsima A fil-Parti 1 tal-Anness I;
fir-rigward tad-dimensjoni “Riċerka, Innovazzjoni u Kompetittività”:
objettivi nazzjonali u miri ta' finanzjament għal riċerka u innovazzjoni pubblika u, meta jkun rilevanti, privata marbuta mal-Unjoni tal-Enerġija li jinkludu, meta jkun xieraq, medda ta' żmien għal meta l-objettivi għandhom jintlaħqu; li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u, meta jkun xieraq, tal-Pjan SET. Meta jistabbilixxi l-objettivi, il-miri u l-kontributi tiegħu, l-Istat Membru jista' jibni fuq l-istrateġiji jew il-pjanijiet nazzjonali eżistenti li jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni;
meta jkun applikabbli, l-objettivi nazzjonali għall-2050 relatati mal-promozzjoni ta' teknoloġiji ta' enerġija nadifa.
Artikolu 5
Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli
Fil-kontribuzzjoni tiegħu għas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030 u l-aħħar sena tal-perijodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti, skont il-punt (a)(2) tal-Artikolu 4, kull Stat Membru għandu jqis dawn kollha li ġejjin:
il-miżuri previsti fid-Direttiva (UE) 2018/2001;
il-miżuri adottati biex tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza enerġetika adottata skont id-Direttiva 2012/27/UE;
kwalunkwe miżura oħra eżistenti biex tiġi promossa l-enerġija rinnovabbli fl-Istat Membru u, meta jkun rilevanti, fil-livell tal-Unjoni;
il-mira nazzjonali vinkolanti tal-2020 minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali ta' enerġija stipulata fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2018/2001.
kwalunkwe ċirkostanza rilevanti li taffettwa l-użu tal-enerġija rinnovabbli, bħal fost l-oħrajn:
id-distribuzzjoni ġusta tal-użu madwar l-Unjoni;
il-potenzjal u l-kundizzjonijiet ekonomiċi, inkluż il-PDG per capita;
il-potenzjal għal użu kosteffikaċi ta' enerġija rinnovabbli;
il-limiti ġeografiċi, ambjentali u naturali, inklużi dawk ta' żoni u ta' reġjuni mhux interkonnessi;
il-livell ta' interkonnessjoni tal-elettriku bejn l-Istati Membri;
ċirkostanzi rilevanti oħra, b'mod partikolari sforzi bikrija.
Fir-rigward tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, kull Stat Membru għandu jindika fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima liema huma c-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw l-użu ta' enerġija rinnovabbli li jkun ikkunsidra.
Artikolu 6
Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika
Barra minn hekk, kull Stat Membru għandu jqis:
il-miżuri previsti fid-Direttiva 2012/27/UE;
miżuri oħrajn biex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika fl-Istat Membru u fil-livell tal-Unjoni.
Fil-kontribuzzjoni tiegħu skont il-paragrafu 1, kull Stat Membru jista' jqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja u finali, bħal pereżempju:
il-potenzjal li jkun fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffikaċi;
l-evoluzzjoni u l-previżjoni tal-prodott domestiku gross;
bidliet fl-importazzjonijiet u fl-esportazzjonijiet tal-enerġija;
bidliet fit-taħlita tal-enerġija u l-iżvilupp tal-ġbir u l-ħżin tal-karbonju; u
l-azzjonijiet bikrin.
Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, kull Stat Membru għandu jindika fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima liema, jekk kien hemm, ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja u finali huwa ħa inkunsiderazzjoni.
Artikolu 7
Politiki u miżuri nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
B'konformità mal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, il-politiki u l-miżuri ewlenin eżistenti u ppjanati biex b'mod partikolari jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-pjan nazzjonali, filwaqt li, meta jkun applikabbli, jiġu inklużi miżuri li jipprovdu għall-kooperazzjoni reġjonali u l-finanzjament xieraq fil-livell nazzjonali u reġjonali, inkluża l-mobilizzazzjoni tal-programmi u l-istrumenti tal-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu stampa ġenerali tal-investiment meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali, kif ukoll valutazzjoni ġenerali dwar is-sorsi ta' dak l-investiment.
Artikolu 8
Bażi analitika tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
Fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-valutazzjoni tagħhom, fil-livell nazzjonali u meta jkun applikabbli f'dak reġjonali, dwar:
l-impatti fuq l-iżvilupp tas-sistema tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra għat-tul ta' żmien kopert mill-pjan u għal perijodu ta' għaxar snin wara l-aħħar sena koperta mill-pjan, skont il-politiki u l-miżuri jew il-grupp ta' miżuri ppjanati, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet abbażi tal-politiki u tal-miżuri jew il-grupp ta' miżuri eżistenti kif imsemmi fil-paragrafu 1;
l-impatt makroekonomiku, u sa fejn fattibbli, l-impatt soċjali u fuq is-saħħa, l-ambjent u l-ħiliet tal-politiki u tal-miżuri jew tal-gruppi ta' miżuri ppjanati msemmija fl-Artikolu 7 u speċifikati iktar fl-Anness I, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet ibbażati fuq il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-metodoloġija użata biex jiġu vvalutati dawk l-impatti għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;
l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri ppjanati f'dimensjoni ta' politika u bejn il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri ppjanati ta' dimensjonijiet differenti għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030. Il-projezzjonijiet dwar is-sigurtà tal-provvista, l-infrastruttura u l-integrazzjoni tas-swieq għandhom ikunu marbuta ma' xenarji robusti tal-effiċjenza enerġetika;
il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-miżuri u l-politiki ppjanati jkunu se jattiraw l-investiment meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 9
Abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 34 sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' dawk il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima. B'mod partikolari, dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jindirizzaw:
il-livell ta' ambizzjoni tal-objettivi, tal-miri u tal-kontributi bl-għan li b'mod kollettiv jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u, b'mod partikolari, il-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 kif ukoll il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li Stat Membru jkollu fil-mira għall-2030 kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 4, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw l-użu ta' enerġija rinnovabbli u l-konsum tal-enerġija, kif indikat mill-Istat Membru kkonċernat f'abbozz tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima u l-indikaturi ta' urġenza ta' azzjoni għall-interkonnettività stabbiliti fil-punt 2.4.1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I;
il-politiki u l-miżuri marbuta mal-għanijiet fil-livell ta' Stat Membru u tal-Unjoni kif ukoll politiki u miżuri oħra ta' rilevanza transfruntiera potenzjali;
kwalunkwe politika u miżura addizzjonali li jistgħu jkunu mitluba fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima;
l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti u ppjanati u l-konsistenza tagħhom fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima f'dimensjoni waħda u bejn id-dimensjonijiet differenti tal-Unjoni tal-Enerġija.
Artikolu 10
Konsultazzjoni pubblika
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-liġi tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija tal-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima – fir-rigward tal-pjanijiet għall-perijodu mill-2021 sal-2030, fit-tħejjija tal-pjan finali ferm qabel l-adozzjoni tiegħu – kif ukoll tal-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15. Kull Stat Membru għandu jehmeż ma' tali dokumenti lill-Kummissjoni sommarju tal-fehmiet tal-pubbliku jew fehmiet provviżorji. Sa fejn tkun applikabbli d-Direttiva 2001/42/KE, il-konsultazzjonijiet li jkunu saru dwar l-abbozz skont dik id-Direttiva għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-obbligi ta' konsultazzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pubbliku jiġi infurmat. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi skadenzi raġonevoli li jippermettu biżżejjed żmien sabiex il-pubbliku jkun infurmat u sabiex jipparteċipa u jesprimi l-fehmiet tiegħu.
Kull Stat Membru għandu jillimita l-kumplessità amministrattiva fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 11
Djalogu f'diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi djalogu f'diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija skont ir-regoli nazzjonali, fejn l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-komunità kummerċjali, l-investituri u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra kif ukoll il-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom b'mod attiv u jiddiskutu x-xenarji differenti previsti għall-politiki dwar l-enerġija u l-klima, inkluż fuq perijodu ta' żmien fit-tul, u għandu jeżamina mill-ġdid il-progress, sakemm ma jkollux diġà struttura li sservi l-istess skop. Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jistgħu jiġu diskussi fil-qafas ta' dan id-djalogu.
Artikolu 12
Kooperazzjoni reġjonali
Artikolu 13
Valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
Abbażi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tagħhom innotifikati skont l-Artikoli 3 u 14, il-Kummissjoni, b'mod partikolari, għandha tivvaluta jekk:
il-miri, l-objettivi u l-kontributi humiex suffiċjenti biex b'mod kollettiv jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin b'mod partikolari, il-miri tal-Qafas tal-Unjoni għall-Klima u l-Enerġija għall-2030;
il-pjanijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3 sa 12 u jekk l-Istati Membri qisux b'mod debitu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni maħruġa skont l-Artikolu 34.
Artikolu 14
Aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima
KAPITOLU 3
Strateġiji fit-tul
Artikolu 15
Strateġiji fit-tul
Bl-għan li tikseb l-objettivi klimatiċi ġenerali msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' April 2019, tadotta proposta għal strateġija fit-tul tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, b'kont meħud tal-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati tal-Istati Membri dwar l-enerġija u l-klima. L-istrateġija fit-tul imsemmija f'dan il-paragrafu għandha tinkludi analiżi li mill-inqas tkopri:
diversi xenarji għall-kontribut tal-Unjoni lejn l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 3 inter alia xenarju dwar il-kisba ta' emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ugwali għal żero fl-Unjoni sal-2050 u emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem;
l-implikazzjonijiet tax-xenarji msemmija fil-punt (a) fuq il-baġit tal-karbonju globali u tal-Unjoni li jifdal sabiex isir kontribut għal dibattitu dwar il-kosteffiċjenza, l-effikaċja u s-sens ta' ġustizzja b'rabta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
L-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu:
biex jitwettqu l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi li jitnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra u jissaħħu l-assorbimenti minn bjar u biex jiġi promoss iżjed sekwestru tal-karbonju;
biex jintlaħaq l-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi li ż-żieda tat-temperatura medja globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C iktar mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda tat-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali;
biex jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti minn bjar fis-setturi kollha skont l-objettiv tal-Unjoni, fil-kuntest tat-tnaqqis meħtieġ skont il-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) biex b'mod kosteffikaċi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u jiżdied l-assorbiment minn bjar ħalli jintlaħqu l-għanijiet tat-temperatura tal-Ftehim ta' Pariġi sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra fi ħdan l-Unjoni kemm jista' jkun malajr wara dan u, kif xieraq, jinkisbu emissjonijiet netti negattivi;
biex tinkiseb sistema tal-enerġija bbażata fuq sorsi rinnovabbli għolja li tkun effiċjenti ħafna fi ħdan l-Unjoni.
L-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri għandu jkun fihom l-elementi stipulati fl-Anness IV. Barra minn hekk, l-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandhom ikopru:
it-tnaqqis totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib totali tal-assorbimenti minn bjar;
it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tisħiħ tal-assorbimenti f'setturi individwali, inklużi l-elettriku, l-industrija, it-trasport, is-settur tat-tisħin u t-tkessiħ u tal-bini (residenzjali u terzjarju), l-agrikoltura, l-iskart u l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF);
il-progress mistenni fir-rigward tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluża l-intensità tal-gassijiet serra, l-intensità tas-CO2 tal-prodott domestiku gross, l-istimi relatati tal-investiment fit-tul, u l-istrateġiji għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni relatati;
sal-punt fattibbli, l-effett soċjoekonomiku mistenni tal-miżuri ta' dekarbonizzazzjoni, inklużi, fost l-oħrajn, aspetti relatati mal-iżvilupp makroekonomiku u soċjali, il-benefiċċji u r-riskji għas-saħħa u l-protezzjoni ambjentali;
rabtiet ma' objettivi, ippjanar u politiki u miżuri oħrajn u investimenti nazzjonali oħrajn fit-tul.
Artikolu 16
Pjan strateġiku għall-metan
Minħabba l-potenzjal ta' tisħin globali għoli u t-tul ta' ħajja atmosferika relattivament qasira tal-metan, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implikazzjonijiet tal-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri intenzjonati biex inaqqsu l-impatt fuq żmien qasir u medju tal-emissjonijiet tal-metan fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Filwaqt li tqis kif xieraq l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra għażliet ta' politika biex tindirizza b'mod rapidu l-emissjonijiet tal-metan u għandha tressaq pjan strateġiku tal-Unjoni għall-metan bħala parti integrali mill-istrateġija fit-tul tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 15.
KAPITOLU 4
Rapportar
Artikolu 17
Rapporti nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
Ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima għandu jkopri l-elementi li ġejjin:
l-informazzjoni dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, u biex jiġu ffinanzjati u implimentati l-politiki u l-miżuri meħtieġa biex dawn jintlaħqu, inkluż rieżami tal-investiment reali vis à vis s-suppożizzjonijiet ta' investiment inizjali;
meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar il-progress fl-istabbiliment tad-djalogu msemmi fl-Artikolu 11;
l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 20 sa 25 u, meta jkun xieraq, l-aġġornamenti dwar il-politiki u l-miżuri, b'konformità ma' dawk l-Artikoli;
informazzjoni dwar l-adattament skont il-punt (a)(1) tal-Artikolu 4;
sa fejn ikun possibbli kwantifikazzjoni tal-impatt tal-politiki u l-miżuri fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima fuq il-kwalità tal-arja u fuq l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja.
L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapporti biennali skont id-Deċiżjoni 2/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, kif ukoll il-komunikazzjonijiet nazzjonali skont l-Artikolu 12 tal-UNFCCC lis-Segretarjat tal-UNFCCC.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).
Meta l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, huwa għandu jipprovdi r-raġunament tiegħu.
Artikolu 18
Rapportar integrat dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet dwar il-gassijiet serra
Sal-15 ta' Marzu 2021 u sussegwentement kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
il-politiki u l-miżuri jew grupp ta' miżuri nazzjonali tagħhom kif stabbilit fl-Anness VI; u
il-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar, li jridu jkunu organizzati skont il-gassijiet jew il-gruppi ta' gassijiet (Idrofluworokarburi u Perfluworokarburi) elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V. Il-projezzjonijiet nazzjonali għandhom iqisu kwalunkwe politika u miżura adottata fil-livell tal-Unjoni u għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII.
Artikolu 19
Rapportar integrat dwar l-azzjonijiet ta' adattament nazzjonali, l-appoġġ finanzjarju u teknoloġiku pprovdut għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u d-dħul mill-irkantar
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).
Artikolu 20
Rapportar integrat dwar l-enerġija rinnovabbli
L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima l-informazzjoni:
dwar l-implimentazzjoni tat-trajettorji u tal-objettivi li ġejjin:
it-trajettorja nazzjonali indikattiva għas-sehem ġenerali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija mill-2021 sal-2030;
it-trajettorji stmati għas-sehem settorjali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija mill-2021 sal-2030 fis-setturi tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, u tat-trasport;
it-trajettorji stmati għal kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli biex jinkisbu t-trajettorji ġenerali u settorjali għall-enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030, inklużi t-total mistenni tal-konsum finali gross tal-enerġija għal kull teknoloġija u settur f'Mtoe u l-kapaċità installata totali ppjanata għal kull teknoloġija u settur f'MW;
it-trajettorji dwar id-domanda għall-bijoenerġija, diżaggregata skont it-tisħin, l-elettriku u t-trasport, u dwar il-provvista ta' bijomassa, skont il-materja prima u l-oriġini (filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet). Għall-bijomassa forestali, valutazzjoni tas-sors u l-impatt tagħha fuq il-bir LULUCF;
meta jkun applikabbli, trajettorji u objettivi nazzjonali oħra, inklużi dawk li huma fit-tul u settorjali (bħal pereżempju sehem tal-elettriku prodott mill-bijomassa mingħajr l-użu tas-sħana, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, l-enerġija rinnovabbli prodotta mill-bliet, mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u mill-awtokonsumaturi tal-enerġija rinnovabbli), u l-enerġija rkuprata mill-ħama miksuba mit-trattament tal-ilma mormi);
dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-miżuri li ġejjin:
il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jinkiseb il-kontribut nazzjonali għall-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 għall-enerġija rinnovabbli kif indikat fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri speċifiċi għas-setturi u għat-teknoloġija, b'rieżami speċifiku tal-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikoli 23 sa 28 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
meta jkunu disponibbli, il-miżuri speċifiċi għall-kooperazzjoni reġjonali;
mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri speċifiċi dwar l-appoġġ finanzjarju, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ, u fit-trasport;
meta jkun applikabbli, il-valutazzjoni tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli li l-Istati Membri għandhom iwettqu skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
il-miżuri speċifiċi biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikoli 15 sa 18 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
meta jkun applikabbli, miżuri speċifiċi biex jivvalutaw, jagħmlu trasparenti u jnaqqsu l-ħtieġa ta' kapaċità “must-run” li tista' twassal għal tnaqqis tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli;
sommarju tal-politiki u l-miżuri skont il-qafas ta' abilitazzjoni li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skont l-Artikolu 21(6) u l-Artikolu 22(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 biex jiġi promoss u ffaċilitat l-iżvilupp ta' awtokonsum rinnovabbli u ta' komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;
il-miżuri għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija tal-bijomassa, b'mod speċjali għal mobilizzazzjoni ta' bijomassa ġdida li tqis id-disponibbiltà tal-bijomassa, inkluża l-bijomassa sostenibbli, kif ukoll il-miżuri għas-sostenibbiltà tal-bijomassa prodotta u dik użata;
il-miżuri fis-seħħ biex jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ u fis-settur tat-trasport;
il-politiki u l-miżuri li jiffaċilitaw l-adozzjoni tal-ftehimiet ta' akkwist ta' enerġija;
kif stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness IX.
Artikolu 21
Rapportar integrat dwar l-effiċjenza enerġetika
L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima l-informazzjoni:
dwar l-implimentazzjoni tat-trajettorji, l-objettivi u l-miri nazzjonali li ġejjin:
it-trajettorja indikattiva għall-konsum tal-enerġija primarja u finali annwali mill-2021 sal-2030 bħala l-kontribut nazzjonali għall-iffrankar tal-enerġija biex tinkiseb il-mira fil-livell tal-Unjoni għall-2030, inkluża l-metodoloġija sottostanti;
l-istadji importanti indikattivi tal-istrateġija fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, u l-kontributi għall-miri ta' effiċjenza tal-enerġija tal-Unjoni skont id-Direttiva 2012/27/UE b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;
meta jkun applikabbli, aġġornament dwar objettivi nazzjonali oħra stabbiliti fil-pjan nazzjonali;
dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-miżuri li ġejjin:
il-politiki, il-miżuri u l-programmi implimentati, adottati u ppjanati biex jinkiseb il-kontribut nazzjonali indikattiv għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 kif ukoll l-objettivi l-oħra msemmija fl-Artikolu 6, inklużi l-miżuri u l-istrumenti ppjanati (anke ta' natura finanzjarja) biex jiġu promossi r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-miżuri biex jintużaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku u miżuri oħra biex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika;
meta jkun applikabbli, strumenti bbażati fuq is-suq li jinċentivaw it-titjib fl-effiċjenza enerġetika, inklużi t-taxxi, l-imposti u l-kwoti fuq l-enerġija iżda mhux biss;
l-iskema nazzjonali tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri alternattivi skont l-Artikolu 7a u b tad-Direttiva 2012/27/UE u b'konformità mal-Anness III ta' dan ir-Regolament;
L-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;
il-politiki u l-miżuri biex jiġu promossi s-servizzi tal-enerġija fis-settur pubbliku u l-miżuri biex jitneħħew l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji li jxekklu t-twettiq tal-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija u mudelli oħra ta' servizz tal-effiċjenza enerġetika;
il-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, meta jkun applikabbli;
mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri ta' finanzjament, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika fil-livell nazzjonali, meta jkun applikabbli;
kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IX.
Artikolu 22
Rapportar integrat dwar is-sigurtà tal-enerġija
L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta':
l-objettivi nazzjonali għad-diversifikazzjoni tal-provvista u s-sorsi tal-enerġija;
meta jkun applikabbli, l-objettivi nazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi;
l-objettivi nazzjonali għall-iżvilupp tal-kapaċità li wieħed ikampa bi provvista limitata jew interrotta ta' sors tal-enerġija, inklużi l-gass u l-elettriku;
l-objettivi nazzjonali fir-rigward taż-żieda tal-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija nazzjonali, b'mod partikolari billi jsir użu minn sorsi domestiċi tal-enerġija, rispons għad-domanda u ħżin tal-enerġija;
il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punti (a) sa (d);
il-kooperazzjoni reġjonali fl-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-politiki msemmija fil-punti (a) sa (d);
mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri ta' finanzjament, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, meta jkun applikabbli.
Artikolu 23
Rapportar integrat dwar is-suq intern tal-enerġija
Fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-miżuri li ġejjin:
il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 b'kunsiderazzjoni tal-mira ta' interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 ta' mill-inqas 15 % u l-indikaturi stabbiliti fil-punt 2.4.1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I, kif ukoll il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-kisba ta' dan il-livell, inklużi dawk relatati mal-għoti ta' awtorizzazzjonijiet;
il-proġetti, ewlenin tal-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri skont il-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija;
meta jkun applikabbli, il-proġetti prinċipali previsti ta' infrastruttura għajr il-Proġetti ta' Interess Komuni, inklużi proġetti ta' infrastruttura li jinvolvu pajjiżi terzi, u, sa fejn ikun fattibbli, valutazzjoni ġenerali tal-kompatibilita tagħhom mal-għanijiet u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija, u tal-kontribut tagħhom għal tali għanijiet u miri;
l-objettivi nazzjonali relatati ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħal pereżempju żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-swieq, bl-għan li jiżdiedu l-kapaċità negozjabbli tal-interkonnetturi eżistenti, il-grids intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, ir-ridispaċċ u t-tnaqqis, u s-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali;
meta jkun applikabbli, l-objettivi u l-miżuri nazzjonali relatati mal-parteċipazzjoni nondiskriminatorja tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons għad-domanda u l-ħżin, inkluż permezz tal-aggregazzjoni, fis-swieq tal-enerġija kollha;
meta jkun applikabbli, l-objettivi u l-miżuri nazzjonali biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jipparteċipaw fis-sistema tal-enerġija u jibbenefikaw mill-awtoġenerazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, inklużi l-arloġġi intelliġenti;
il-miżuri biex tiġi żgurata l-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku;
il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punti (a) sa (g);
il-kooperazzjoni reġjonali fl-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-politiki msemmija fil-punti (a) sa (h);
mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri ta' finanzjament fil-livell nazzjonali, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, fil-qasam tas-suq intern tal-enerġija, inkluż għall-mira ta' interkonnessjoni tal-elettriku, meta jkun applikabbli;
il-miżuri biex tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż l-introduzzjoni tal-akkoppjament tas-swieq tal-istess ġurnata u tas-swieq tal-ibbilanċjar transfruntiera.
Artikolu 24
Rapportar Integrat dwar il-Faqar Enerġetiku
Meta jkun japplika t-tieni subparagrafu tal-punt (d) tal-Artikolu 3(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jinkludi fir-rapport nazzjonali integrat ta' progress tiegħu dwar l-enerġija u l-klima:
informazzjoni dwar il-progress lejn l-objettiv indikattiv nazzjonali biex jitnaqqas l-għadd ta' unitajiet domestiċi li jinsqbu f'faqar enerġetiku; u
informazzjoni kwantitattiva dwar l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, u, meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri li jindirizzaw il-faqar enerġetiku.
Il-Kummissjoni għandha tikkondividi d-data kkomunikata mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu mal-Osservatorju Ewropew tal-Faqar Enerġetiku.
Artikolu 25
Rapportar integrat dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività
Fir-rapporti ta' progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-miżuri li ġejjin:
meta jkun applikabbli, l-objettivi u l-politiki nazzjonali li japplikaw l-objettivi u l-politiki tal-Pjan SET għall-kuntest nazzjonali;
l-objettivi nazzjonali għall-infiq totali pubbliku u, meta jkun disponibbli, privat, fir-riċerka u fl-innovazzjoni marbuta mat-teknoloġiji tal-enerġija nadifa kif ukoll għall-kostijiet tat-teknoloġija u l-iżvilupp tal-prestazzjoni;
meta jkun xieraq, l-objettivi nazzjonali, inklużi l-miri fit-tul għall-2050 għall-użu tat-teknoloġiji għad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi industrijali li huma intensivi fl-użu tal-enerġija u tal-karbonju u, meta jkun applikabbli, għall-infrastruttura tal-ħżin, għall-użu u għat-trasport tal-karbonju relatati;
l-objettivi nazzjonali biex is-sussidji tal-enerġija jitneħħew b'mod gradwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-karburanti fossili;
il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punti (b) u (c);
il-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra fl-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-politiki msemmija fil-punti (b) sa (d), inkluża l-koordinazzjoni tal-politiki u tal-miżuri fil-kuntest tal-Pjan SET, bħall-allinjament ta' programmi ta' riċerka u ta' programmi komuni;
il-miżuri ta' finanzjament, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, meta jkun applikabbli.
Artikolu 26
Rapportar Annwali
Sal-15 ta' Marzu 2021 u sussegwentement kull sena (is-sena X), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni:
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2009/119/KE;
l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 tal-Anness IX tad-Direttiva 2013/30/UE, b'konformità mal-Artikolu 25 ta' dik id-Direttiva.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-inventarji approssimati tal-gassijiet serra tal-Istati Membri jew, jekk Stat Membru ma jkunx ikkomunika l-inventarji approssimati tiegħu sa dik id-data, abbażi tal-istimi tagħha stess, tikkompila kull sena inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku sat-30 ta' Settembru kull sena.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 sabiex:
temenda l-Parti 2 tal-Anness V billi żżid jew tħassar is-sustanzi fil-lista ta' gassijiet serra, b'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi;
tissupplementa dan ir-Regolament billi tadotta valuri għall-potenzjali ta' tisħin globali u tispeċifika l-linji gwida applikabbli għall-inventarji, b'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti li ġew adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi.
Meta tipproponi dawn l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-iskedi ta' żmien tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' dik l-informazzjoni u d-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-Unjoni mal-obbligi ta' rapportar tagħha bħala Parti għall-UNFCCC u għall-Ftehim ta' Pariġi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll l-iskedi taż-żmien għall-kooperazzjoni u l-koordinament bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fit-tħejjija tar-rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).
Artikolu 27
Rapportar dwar il-miri għall-2020
Sat-30 ta' April 2022, kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-kisba tal-mira nazzjonali tiegħu dwar l-effiċjenza enerġetika għall-2020 stabbilita skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/27/UE billi jipprovdi l-informazzjoni stipulata fil-Parti 2 tal-Anness IX ta' dan ir-Regolament, u tal-miri globali nazzjonali għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-2020 kif stipulat fl-Anness I tad-Direttiva 2009/28/KE fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2020 billi jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
l-ishma settorjali (elettriku, tisħin u tkessiħ, u trasport) u globali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-2020;
il-miżuri meħuda biex jinkisbu l-miri nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli għall-2020, inklużi miżuri relatati ma' skemi ta' appoġġ, garanzija ta' oriġini u simplifikazzjoni ta' proċeduri amministrattivi;
is-sehem tal-enerġija minn bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn għelejjel taċ-ċereali u oħrajn b'kontenut għoli ta' lamtu, zokkor u għelejjel taż-żejt fil-konsum tal-enerġija fit-trasport;
is-sehem tal-enerġija minn bijokarburanti u bijogass għat-trasport prodotti minn materja prima u ta' karburanti oħra elenkati fil-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva 2009/28/KE fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2020 fil-konsum tal-enerġija fit-trasport.
Artikolu 28
Pjattaforma elettronika
KAPITOLU 5
Valutazzjoni aggregata tal-progress u tar-rispons ta' politika biex jiġi żgurat li jinkisbu l-miri tal-Unjoni –– monitoraġġ tal-Kummissjoni
Artikolu 29
Valutazzjoni tal-progress
Sal-31 ta' Ottubru 2021 u sussegwentement kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari abbażi tar-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima, ta' informazzjoni oħra rrapportata skont dan ir-Regolament, tal-indikaturi u tal-istatistika u d-data Ewropea meta jkunu disponibbli:
il-progress li jkun sar fil-livell tal-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin, il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030, b'mod partikolari bl-għan li tiġi evitata kwalunkwe diskrepanza fil-miri għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030;
il-progress li jkun sar minn kull Stat Membru biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi tiegħu u biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima;
l-impatt ġenerali tal-avjazzjoni fuq il-klima globali, inkluż permezz tal-emissjonijiet jew tal-effetti mhux tas-CO2, abbażi tad-data dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26, u titjib ta' dik il-valutazzjoni b'referenza għall-avvanzi xjentifiċi u għad-data dwar it-traffiku tal-ajru, skont kif ikun xieraq.
l-impatt ġenerali tal-politiki u l-miżuri tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima fuq it-tħaddim tal-miżuri ta' politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija;
l-impatt ġenerali tal-politiki u l-miżuri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima dwar it-tħaddim tal-iskema għan-negozjar ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EU ETS) u dwar il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-kwoti fis-suq Ewropew tal-karbonju.
Meta twettaq il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:
tikkunsidra nkisbitx il-mira tal-Unjoni ta' mhux iżjed minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja jew ta' mhux iżjed minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020;
tivvaluta jekk il-progress tal-Istati Membri jindikax li l-Unjoni kollha qiegħda fit-triq it-tajba lejn il-livell ta' konsum tal-enerġija fl-2030 kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu, filwaqt li titqies il-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti nazzjonali integrati tagħhom ta' progress dwar l-enerġija u l-klima;
tuża r-riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali u tuża analiżi komplementari oħra;
tieħu kont dovut taċ-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarju u finali indikati mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom, b'konformità mal-Artikolu 6(2).
Sal-31 ta' Ottubru 2021 u sussegwentement kull sena, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari, abbażi tal-informazzjoni rapportata skont dan ir-Regolament, jekk l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunux għamlu progress suffiċjenti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
l-impenji skont l-Artikolu 4 tal-UNFCCC u l-Artikolu 3 tal-Ftehim ta' Pariġi kif stabbilit fid-deċiżjonijiet adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, jew mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi;
l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/842 u fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841;
l-objettivi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030.
Artikolu 30
Inkonsistenzi mal-objettivi ġenerali tal-Unjoni tal-Enerġija u mal-miri skont ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 31
Rispons f'każ li l-ambizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tkun insuffiċjenti
Meta sseħħ diskrepanza bejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 u s-somma tal-kontributi nazzjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tevalwa ċ-ċirkostanzi rilevanti elenkati fl-Artikolu 6(2), l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, ir-riżultati minn eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija u analiżi komplementari oħra kif xieraq.
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Artikolu, u bl-iskop uniku li jiġi vvalutat jekk hemmx diskrepanza bejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 u l-kontributi kollettivi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, fil-valutazzjoni tagħha, tipotizza kontribut nazzjonali tal-Istati Membri li ma ppreżentawx l-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom b'konformità mal-Artikolu 9(1).
Fl-ipoteżi tagħha, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tqis il-mira vinkolanti nazzjonali tal-Istat Membru għall-2020 kif stipulat fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-riżultati minn eżerċizzji ta' mudellar dwar l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u r-riżultati mill-formula stipulata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, hija għandha tqis l-eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija u analiżi komplementari oħra kif xieraq.
Fil-valutazzjoni tagħha tal-kontributi tal-enerġija rinnovabbli, abbażi tal-formula stipulata fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe impatt negattiv potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista u l-istabbiltà tal-grid fis-sistemi tal-enerġija żgħar jew iżolati jew f'sistemi tal-Istati Membri fejn jista' jkun hemm implikazzjonijiet sinifikanti minħabba l-bidla taż-żona sinkronika.
Fil-valutazzjoni tagħha tal-kontributi għall-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt potenzjali fuq it-tħaddim tas-sistema tal-elettriku u l-istabbiltà tal-grid fl-Istati Membri fejn jista' jkun hemm implikazzjonijiet sinifikanti minħabba l-bidla taż-żona sinkronika.
Artikolu 32
Rispons f'każ li l-progress biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni ikun insuffiċjenti
Fir-rakkomandazzjonijiet tagħha fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tqis iċ-ċirkostanzi rilevanti indikati mill-Istat Membri b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1). Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-proġetti tal-enerġija rinnovabbli li fir-rigward tagħhom tkun ittieħdet deċiżjoni ta' investiment finali, dment li dawk il-proġetti jsiru operattivi fil-perijodu 2021 sa 2030 u jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kontribut nazzjonali tal-Istat Membru.
Fir-rakkomandazzjonijiet tagħha fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq il-kriterji oġġettivi elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(1) u ċ-ċirkostanzi nazzjonali rilevanti indikati mill-Istat Membru b'konformità mal-Artikolu 6(2).
Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri nazzjonali pprovduti fil-paragrafu 3 humiex suffiċjenti biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli. Fil-każ ta' miżuri nazzjonali insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha, skont kif ikun xieraq, tipproponi miżuri u teżerċità s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni flimkien ma' dawk ir-rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata, b'mod partikolari, il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija rinnovabbli.
Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha, skont kif ikun xieraq, tipproponi miżuri u terżerċità s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni flimkien ma' dawk ir-rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata, b'mod partikolari, il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 dwar l-effiċjenza enerġetika.
Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, tali miżuri addizzjonali jistgħu b'mod partikolari jtejbu l-effiċjenza enerġetika:
tal-bini, skont id-Direttivi 2010/31/UE u 2012/27/UE; u
tat-trasport.
Meta, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli l-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 29(1) u (2), li punt ta' referenza wieħed jew aktar tat-trajettorja indikattiva tal-Unjoni fl-2022, l-2025 u l-2027 imsemmija fl-Artikolu 29(2) ma ġewx issodisfati, l-Istati Membri li jkunu waqgħu taħt punt ta' referenza wieħed jew aktar tagħhom fl-2022, l-2025 u l-2027 kif imsemmi fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' miżuri addizzjonali fi żmien sena mid-data meta tasal il-valutazzjoni tal-Kummissjoni sabiex ikopru d-diskrepanza relattiva għall-punt ta' referenza tagħhom, bħal:
miżuri nazzjonali biex jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli;
l-aġġustament tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ, kif stabbilit fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
l-aġġustament tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport, kif stabbilit fl-Artikolu 25(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
pagament finanzjarju volontarju għall-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit fil-livell tal-Unjoni, li jikkontribwixxi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u li jkun ġestit direttament jew indirettament mill-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 33;
użu tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni stipulati fid-Direttiva (UE) 2018/2001.
Tali miżuri għandhom iqisu l-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu dawk il-miżuri bħala parti mir-rapport ta' progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.
L-Istati Membri li jissodisfaw l-obbligu li jkopru d-diskrepanza mas-sehem ta' referenza għandhom jitqiesu konformi mal-obbligi stipulati fl-ewwel sentenza tal-ewwel sottoparagrafu ta' dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 matul il-perijodu kollu meta tkun seħħet id-diskrepanza.
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-kwoti annwali ta' emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE.
Artikolu 33
Mekkaniżmu ta' finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-mekkaniżmu ta' finanzjament għandu jikkontribwixxi għall-qafas ta' abilitazzjoni skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 bl-għan li jiġi appoġġat l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Unjoni irrispettivament mid-diskrepanza relattiva għat-trajettorja indikattiva tal-Unjoni. Għal dak l-għan:
il-pagamenti mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 32 jistgħu jiġu kkomplementati b'sorsi addizzjonali, bħal fondi tal-Unjoni, kontributi mis-settur privat jew pagamenti addizzjonali mill-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-mira tal-Unjoni;
il-mekkaniżmu ta' finanzjament jista', fost affarijiet oħra, jipprovdi appoġġ fil-forma ta' għotjiet, self b'imgħax baxx, jew taħlita tat-tnejn u jista' jappoġġa, fost l-oħrajn, proġetti konġunti bejn l-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-proġetti konġunti ma' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva.
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(1), tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistipula d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' finanzjament, b'mod partikolari:
il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livell massimu tal-primjum għal kull offerta;
id-disinn tal-offerta li għandu jiġi applikat, inklużi l-kondizzjonijiet għat-twettiq u l-penali assoċjati;
il-metodoloġija għall-kalkolu tal-pagamenti tal-Istati Membri u l-benefiċċji statistiċi li jirriżultaw għall-Istati Membri kontributuri;
ir-rekwiżiti minimi għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati kemm il-kontinwità tal-mekkaniżmu permezz ta' tul ta' żmien suffiċjenti tal-pagament tal-Istat Membru, kif ukoll l-ammont massimu ta' flessibbiltà għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri;
dispożizzjonijiet li jiżguraw il-parteċipazzjoni u/jew l-approvazzjoni ta' Stati Membri ospitanti, u meta jkun meħtieġ dispożizzjonijiet relatati ma' imposti addizzjonali tal-kostijiet tas-sistema.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).
Artikolu 34
Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri
Meta f'dan ir-Regolament issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis debitament ir-rakkomandazzjoni fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Unjoni u bejn l-Istati Membri;
l-Istat Membru għandu jistabbilixxi, fir-rapport nazzjonali integrat tiegħu ta' progress dwar l-enerġija u l-klima li jkun sar sena wara li tkun inħarġet ir-rakkomandazzjoni, kif ikun ikkunsidra debitament ir-rakkomandazzjoni. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi r-raġunament tiegħu;
ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu komplementari għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż l-iktar reċenti maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
Artikolu 35
Ir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija
Ir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
il-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 29;
meta jkun xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 34;
ir-rapport dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, inkluża l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva skont l-Artikolu 21(2) tagħha;
kull sentejn, mill-2023, rapport dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija tal-Unjoni, li jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness X;
kull sentejn, rapport dwar l-iskemi volontarji li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XI ta' dan ir-Regolament;
rapport ġenerali ta' progress dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE;
rapport ġenerali ta' progress dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE skont l-Artikolu 52 ta' dik id-Direttiva;
rapport ġenerali ta' progress dwar l-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u miżuri ta' politika alternattivi kif imsemmija fl-Artikoli 7a u 7b tad-Direttiva 2012/27/UE;
kull sentejn, rapport ta' progress ġenerali dwar ir-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, b'konformità mal-pjanijiet direzzjonali stabbiliti fl-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;
kull erba' snin, rapport ta' progress ġenerali dwar iż-żieda fl-Istati Membri fl-għadd ta' binjiet b'użu ta' enerġija qrib iż-żero b'konformità mal-Artikolu 9(5) tad-Direttiva 2010/31/UE;
rapport ġenerali ta' progress dwar il-progress tal-Istati Membri fil-ħolqien ta' suq tal-enerġija komplut u operattiv;
il-kwalità reali tal-karburanti fl-Istati Membri differenti u l-kopertura ġeografika tal-karburanti b'kontenut massimu ta' kubrit ta' 10 mg/kg bl-għan li tiġi pprovduta stampa ġenerali tad-data dwar il-kwalità tal-karburanti fl-Istati Membri differenti kif irrapportat skont id-Direttiva 98/70/KE;
rapport ta' progress dwar il-kompetittività;
il-progress tal-Istati Membri lejn it-tneħħija gradwali tas-sussidji tal-enerġija, b'mod partikolari fir-rigward tal-karburanti fossili;
kwistjonijiet oħra ta' rilevanza għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż l-appoġġ pubbliku u privat;
sal-31 ta' Ottubru 2019 u sussegwentement kull erba' snin, valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/31/KE.
Artikolu 36
Monitoraġġ tal-mekkaniżmu ta' governanza
Fil-kuntest tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija kif imsemmi fl-Artikolu 35, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, fuq bażi annwali, jindirizzaw il-progress miksub mill-Unjoni tal-Enerġija fuq id-dimensjonijiet kollha tal-politiki dwar l-Enerġija u l-Klima.
KAPITOLU 6
Sistemi tal-Unjoni u nazzjonali għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għall-assorbimenti minn bjar
Artikolu 37
Sistemi ta' inventarji tal-Unjoni u nazzjonali
Meta tipproponi tali atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe deċiżjoni rilevanti adottata mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).
Artikolu 38
Rieżami tal-inventarju
Ir-rieżami komprensiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi:
kontrolli li jivverifikaw it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata;
kontrolli li jidentifikaw każijiet li fihom id-data tal-inventarju tkun tħejjiet b'mod li ma jkunx konsistenti mad-dokumentazzjoni ta' gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni;
kontrolli li jidentifikaw każijiet meta l-kontabbiltà tal-LULUCF tkun tħejjiet b'mod li ma jkunx konsistenti mad-dokumentazzjoni ta' gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni, u
meta jkun xieraq, kalkolu tal-korrezzjonijiet tekniċi meħtieġa li jirriżultaw, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).
Artikolu 39
Sistemi tal-Unjoni u nazzjonali għall-politiki, għall-miżuri u għall-projezzjonijiet
Meta tipproponi tali atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis id-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi, inklużi r-rekwiżiti ta' rapportar maqbula internazzjonalment kif ukoll l-iskedi ta' żmien għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' dik l-informazzjoni.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).
Artikolu 40
Twaqqif u tħaddim tar-reġistri
KAPITOLU 7
Kooperazzjoni u appoġġ
Artikolu 41
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw għalkollox ma' xulxin u mal-Unjoni fir-rigward tal-obbligi skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw:
il-proċess għat-tħejjija, għall-adozzjoni, għan-notifika u għall-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikoli 9 sa 13;
il-proċess għat-tħejjija, għall-adozzjoni, għan-notifika u għall-valutazzjoni tar-rapport nazzjonali integrat ta' progress dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 u tar-rapportar annwali skont l-Artikolu 26;
il-proċess marbut mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-indirizzar ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 9(2) u (3), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 30(1), l-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 32(1) u (2);
il-kompilazzjoni tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni u t-tħejjija tar-rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni, b'konformità mal-Artikolu 26(4);
it-tħejjija tal-komunikazzjoni nazzjonali tal-Unjoni skont l-Artikolu 12 tal-UNFCCC u tar-rapport ta' kull sentejn tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni 2/CP.17 jew deċiżjonijiet sussegwenti rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC;
il-proċeduri ta' rieżami u ta' konformità skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi b'konformità ma' kwalunkwe deċiżjoni applikabbli skont il-UNFCCC kif ukoll il-proċedura ta' rieżami tal-Unjoni għall-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 38;
kwalunkwe aġġustament wara l-proċess ta' rieżami msemmi fl-Artikolu 38 jew tibdil ieħor fl-inventarji u fir-rapporti dwar l-inventarji li jkunu ntbagħtu jew li jkunu jridu jintbagħtu lis-Segretarjat tal-UNFCCC;
il-komplilazzjoni tal-inventarju approssimat dwar il-gassijiet serra tal-Unjoni, skont l-Artikolu 26(2).
Artikolu 42
Ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha fir-rigward tad-dimensjonijiet tad-dekarbonizzazzjoni u tal-effiċjenza enerġetika sabiex tikkonforma mal-Artikoli 15 sa 21, 26, 28, 29, 35, 37, 38, 39 u 41 skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha. Dik l-assistenza għandha tinkludi l-assistenza, skont kif ikun meħtieġ, fir-rigward ta':
il-komplilazzjoni tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri dwar politiki u miżuri u projezzjonijiet;
it-twettiq ta' proċeduri ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità fuq l-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri dwar projezzjonijiet u politiki u miżuri;
it-tħejjija tal-istimi jew l-ikkomplementar ta' dawk disponibbli għall-Kummissjoni fir-rigward tad-data dwar il-projezzjonijiet li ma jkunux irrapportati mill-Istati Membri;
il-komplilazzjoni tad-data, kull meta tkun disponibbli, li tkun meħuda mill-istatistika Ewropea u li tkun xierqa f'termini ta' tempestività, kif meħtieġ għar-rapport imħejji mill-Kummissjoni dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;
it-tixrid tal-informazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament, inklużi ż-żamma u l-aġġornament ta' bażi tad-data dwar il-politiki u l-miżuri ta' mitigazzjoni tal-Istati Membri u l-Pjattaforma Ewropea dwar l-Adattament għall-Klima, fir-rigward tal-impatti, tal-vulnerabbiltajiet u tal-adattament għat-tibdil fil-klima;
it-twettiq ta' proċeduri ta' garanzija tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità fit-tħejjija tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni;
il-kompilazzjoni tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni u t-tħejjija tar-rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni;
it-tħejjija tal-istimi għad-data mhux irrapportata fl-inventarji nazzjonali dwar il-gassijiet serra;
it-twettiq tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 38;
il-kompilazzjoni tal-inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-Unjoni.
KAPITOLU 8
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 43
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 44
Kumitati
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn:
Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(5), l-Artikolu 26(7), l-Artikolu 37(6), l-Artikolu 38(3) u l-Artikolu 39(3); u
Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(4) u l-Artikolu 33(4).
Artikolu 45
Rieżami
Fi żmien sitt xhur minn kull rendikont globali miftiehem skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, il-kontribut tiegħu għall-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi, il-progress biex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030, l-objettivi addizzjonali tal-Unjoni tal-Enerġija u l-konformità tad-dispożizzjonijiet marbuta mal-ippjanar, ir-rapportar u l-monitoraġġ imsemmija f'dan ir-Regolament ma' liġijiet oħra tal-Unjoni jew ma' deċiżjonijiet futuri marbuta mal-UNFCCC u mal-Ftehim ta' Pariġi. Ir-rapporti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn proposti leġislattivi meta jkun xieraq.
Artikolu 46
Emendi għad-Direttiva 94/22/KE
Id-Direttiva 94/22/KE hija emendata kif ġej:
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa mħassar;
l-Artikolu 9 huwa mħassar.
Artikolu 47
Emendi għad-Direttiva 98/70/KE
Id-Direttiva 98/70/KE hija emendata kif ġej:
L-Artikolu 7a huwa emendat kif ġej:
fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a) il-volum totali tal-provvista ta' kull tip ta' karburant jew ta' enerġija; u”;
fil-paragrafu 2, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 48
Emendi għad-Direttiva 2009/31/KE
Id-Direttiva 2009/31/KE hija emendata kif ġej:
fl-Artikolu 27, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Kull erba' snin l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż ir-reġistru msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 25. L-ewwel rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2011. Ir-rapport għandu jitfassal abbażi ta' kwestjonarju jew deskrizzjoni ġenerali li l-Kummissjoni tkun adottat fl-għamla ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). Dak il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni ġenerali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri tal-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tar-rapport.”;
fl-Artikolu 38, il-paragrafu 1 huwa mħassar.
Artikolu 49
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 663/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 663/2009 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 27, il-paragrafi 1 u 3 huma mħassra;
l-Artikolu 28 huwa mħassar.
Artikolu 50
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2009
Fir-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 29 huwa mħassar.
Artikolu 51
Emendi għad-Direttiva 2009/73/KE
Id-Direttiva 2009/73/KE hija emendata kif ġej:
l-Artikolu 5 huwa mħassar;
l-Artikolu 52 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 52
Rapportar
Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ u rieżami tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħat rapport ġenerali ta' progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala anness tar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ).
Artikolu 52
Emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE
Fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/119/KE, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 53
Emendi għad-Direttiva 2010/31/UE
Id-Direttiva 2010/31/UE hija emendata kif ġej:
l-Artikolu 2a huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:
jiżdied il-paragrafu li ġej:
fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2), is-sentenza “Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE” hija mħassra;
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
fl-Artikolu 10, il-paragrafi 2 u 3 huma mħassra;
fl-Artikolu 14(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni, bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999”;
Fl-Artikolu 15(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni, bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999.”.
Artikolu 54
Emendi għad-Direttiva 2012/27/UE
Id-Direttiva 2012/27/UE hija emendata kif ġej:
l-Artikolu 4 huwa mħassar;
fl-Artikolu 18(1), il-punt (e) huwa mħassar;
l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafi 1, 3, 4 u 11 huma mħassra;
il-paragrafu 2 huwa mħassar;
l-Anness XIV huwa mħassar.
Artikolu 55
Emenda għad-Direttiva 2013/30/UE
Fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2013/30/UE, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 56
Emendi għad-Direttiva (UE) 2015/652
Id-Direttiva (UE) 2015/652 hija emendata kif ġej:
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
fl-Anness I, il-Parti 2, il-punti 1(h), 2, 3, 4 u 7 huma mħassra.
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. L-Istati Membri jridu jirrapportaw id-data elenkata fil-punt 3. Dik id-data trid tiġi rrapportata għal kull karburant u enerġija mqiegħda fis-suq f'kull Stat Membru. Meta l-bijokarburanti multipli jkunu mħallta mal-karburanti fossili, trid tiġi pprovduta d-data għal kull bijokarburant.”;
fil-punt 3, il-punti (e) u (f) huma mħassra;
l-Anness IV huwa emendat kif ġej:
il-mudelli li ġejjin għar-rapportar tal-informazzjoni għall-konsistenza tad-data rrapportata huma mħassra:
fin-noti dwar il-format, il-punti 8 u 9 huma mħassra.
Artikolu 57
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021, soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li għandu jitħassar b'effett mill-24 ta' Diċembru 2018. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness XIII.
Artikolu 58
Dispożizzjonijiet tranżitorji
B'deroga mill-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 7 u l-punti (a) u (d) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandhom ikomplu japplikaw għar-rapporti li jkun fihom id-data meħtieġa skont dawk l-artikoli għall-2018, għall-2019 u għall-2020.
L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika rigward it-tieni perijodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto.
L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għar-rieżamijiet tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għall-2018, għall-2019 u għall-2020.
L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għall-preżentazzjoni tar-rapport meħtieġ skont dak l-artikolu.
Għal raġunijiet ta' koerenza u ta' ċertezza legali, l-ebda element f'dan ir-Regolament ma jimpedixxi l-applikazzjoni ta' derogi skont il-liġi settorjali rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku u tat-tħejjija għar-riskji marbutin mal-elettriku.
Artikolu 59
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 40, l-Artikolu 53(2), (3) u (4), il-punt (a) tal-Artikolu 54(3), l-Artikolu 54(4), u l-Artikolu 55 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
QAFAS ĠENERALI GĦAL PJANIJIET NAZZJONALI INTEGRATI GĦALL-ENERĠIJA U L-KLIMA
Parti 1
Qafas ġenerali
TAQSIMA A: PJAN NAZZJONALI
1. STAMPA ĠENERALI U PROĊESS BIEX JIĠI STABBILIT IL-PJAN
1.1. Sommarju eżekuttiv
Kuntest politiku, ekonomiku, ambjentali u soċjali tal-pjan
Strateġija b'rabta mal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
Tabella fil-qosor bil-miżuri, il-politiku u l-objettivi ewlenin tal-pjan
1.2. Stampa ġenerali tas-sitwazzjoni tal-politika attwali
Sistema tal-enerġija nazzjonali u tal-Unjoni u l-kuntest politiku tal-pjan nazzjonali
Politiki attwali dwar l-enerġija u l-klima u miżuri b'rabta mal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
Kwistjonijiet ewlenin ta' rilevanza transkonfinali
Struttura amministrattiva fl-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali tal-enerġija u l-klima
1.3. Konsultazzjonijiet u involviment ta' entitajiet nazzjonali u tal-Unjoni u r-riżultati tagħhom
Involviment tal-parlament nazzjonali
Involviment ta' awtoritajiet lokali u reġjonali
Konsultazzjonijiet ma' partijiet ikkonċernati, li jinkludu s-sħab soċjali, u l-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-pubbliku ġenerali
Konsultazzjonijiet ma' Stati Membri oħra
Proċess iterattiv mal-Kummissjoni
1.4. Kooperazzjoni reġjonali fit-tħejjija tal-pjan
Elementi suġġetti għall-ippjannar konġunt jew koordinat ma' Stati Membri oħra.
Spjegazzjoni ta' kif tiġi kkunsidrata l-kooperazzjoni reġjonali fil-pjan
2. OBJETTIVI U MIRI NAZZJONALI
2.1. Dimensjoni “dekarbonizzazzjoni”
2.1.1. Emissjonijiet u assorbimenti ta' GHGs ( 3 )
L-elementi stabbiliti fil-punt (a)(1) tal-Artikolu 4
Meta jkun applikabbli, objettivi u miri nazzjonali oħra li jkunu konsistenti mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-istrateġiji fit-tul eżistenti. Meta jkun applikabbli għall-kontribut għall-impenn globali tal-Unjoni dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' GHGs, objettivi u miri oħra, li jinkludu miri settorjali u għanijiet ta' adattament, jekk ikunu disponibbli
2.1.2. Enerġija rinnovabbli
L-elementi stabbiliti fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4
It-trajettorji stmati għas-sehem settorjali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum ta' enerġija finali mill-2021 sal-2030 fis-setturi tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, u tat-trasport
It-trajettorji stmati b'teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li l-Istat Membru jipprojetta li juża biex jikseb it-trajjetorji globali u settorjali għal enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030, li jinkludu l-konsum gross ta' enerġija finali mistenni skont it-teknoloġija u s-settur f'Mtoe u l-kapaċità installata ppjanata totali (diviża bil-kapaċità ġdida u tiġdid) għal kull teknoloġija u settur f'MW.
It-trajettorji stmati dwar id-domanda għall-bijoenerġija, diżaggregati bejn it-tisħin, l-elettriku u t-trasport, u dwar il-provvista ta' bijomassa, skont il-materja prima u l-oriġini (li jiddistingwu bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet). Għall-bijomassa tal-foresti, valutazzjoni tas-sors tagħha u l-impatt fuq il-bir LULUCF
Meta jkun applikabbli, trajettorji u objettivi nazzjonali oħra, li jinkludu dawk li huma fit-tul jew settorjali (pereżempju s-sehem ta' bijokarburanti avvanzati, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, l-enerġija rinnovabbli prodotta fl-ibliet, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-awtokonsumaturi tal-enerġija rinnovabbli, l-enerġija rkuprata mill-ħama miksub mit-trattament tal-ilma mormi)
2.2. Dimensjoni “effiċjenza enerġetika”
L-elementi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 4
It-tragwardi indikattivi għall-2030, l-2040 u l-2050, l-indikaturi ta' progress kwantifikabbli stabbiliti domestikament, stima abbażi tal-evidenza tal-iffrankar enerġetiku mistenni u benefiċċji usa', u l-kontribut tagħhom għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni kif inklużi fil-pjanijiet direzzjonali stabbiliti fl-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fuq terminu twil għall-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE
Meta jkun applikabbli, objettivi nazzjonali oħra, li jinkludu miri jew strateġiji fit-tul u miri settorjali, u objettivi nazzjonali f'oqsma bħall-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport u fir-rigward tat-tisħin u t-tkessiħ
2.3. Dimensjoni “sigurtà tal-enerġija”
L-elementi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 4
Objettivi nazzjonali dwar: iż-żieda fid-diversifikazzjoni tas-sorsi u tal-provvista tal-enerġija minn pajjiżi terzi bl-għan li tiżdied ir-reżiljenza tas-sistemi tal-enerġija nazzjonali u reġjonali
Meta jkun applikabbli, l-objettivi nazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi, biex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistemi tal-enerġija nazzjonali u reġjonali
Objettivi nazzjonali fir-rigward taż-żieda tal-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija nazzjonali, b'mod partikolari billi jsir użu minn sorsi domestiċi tal-enerġija, rispons tad-domanda u ħżin tal-enerġija
2.4. Dimensjoni “suq intern tal-enerġija”
2.4.1. Interkonnettività tal-elettriku
Il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 fid-dawl tal-mira ta' minn tal-inqas 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030, bi strateġija bil-livell mill-2021 'il quddiem definit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri affettwati, fid-dawl tal-mira ta' interkonnessjoni ta' 10 % għall-2020 u l-indikaturi tal-urġenza tal-azzjoni li ġejjin:
Id-differenza fil-prezzijiet fis-suq bl-ingrossa li taqbeż il-limitu indikattiv ta' EUR 2/MWh bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni jew iż-żoni tal-offerti;
Il-kapaċità ta' trażmissjoni nominali tal-interkonnetturi taħt it-30 % tat-tagħbija massima;
Il-kapaċità ta' trażmissjoni nominali tal-interkonnetturi taħt it-30 % tal-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli installata.
Kull interkonnettur ġdid għandu jkun soġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi u ambjentali u jiġi implimentat biss jekk il-benefiċċji potenzjali jkunu akbar mill-ispejjeż
2.4.2. Infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija
Il-proġetti u, meta jkun rilevanti, il-proġetti ta' modernizzazzjoni ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri skont il-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija
Meta jkun applikabbli, proġetti ta' infrastruttura ewlenin previsti għajr il-Proġetti ta' Interess Komuni (PCIs) ( 4 )
2.4.3. Integrazzjoni tas-suq
Objettivi nazzjonali marbuta ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħaż-żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, b'mod partikolari b'rabta mal-promozzjoni ta' prezzijiet tal-elettriku ddeterminati b'mod kompetittiv skont il-liġi settorjali rilevanti, l-integrazzjoni tas-suq u l-akkoppjament, sabiex jiżdiedu l-kapaċità kummerċjabbli tal-interkonnetturi eżistenti, il-grids intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, ir-ridispaċċ u t-tnaqqis, u s-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali, li jinkludi ż-żmien li fih iridu jintlaħqu l-objettivi
Meta jkun applikabbli, objettivi nazzjonali relatati mal-parteċipazzjoni nondiskriminatorja tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons għad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, inkluż permezz tal-aggregazzjoni fis-swieq kollha tal-enerġija, inkluż iż-żmien li fih ikunu jridu jintlaħqu l-objettivi
Meta jkun applikabbli, objettivi nazzjonali biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jipparteċipaw fis-sistema tal-enerġija u jibbenefikaw mill-awtoġenerazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, inklużi l-arloġġi intelliġenti;
Objettivi nazzjonali fir-rigward tal-iżgurar tal-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku, kif ukoll għall-flessibilità tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż iż-żmien li fih ikunu jridu jintlaħqu l-objettivi
Meta jkun applikabbli, objettivi nazzjonali sabiex jiġu protetti l-konsumaturi tal-enerġija u titjieb il-kompetittività tas-settur tal-enerġija bl-imnut
2.4.4. Faqar enerġetiku
Meta jkun applikabbli, l-objettivi nazzjonali fir-rigward tal-faqar enerġetiku, li jinkludi ż-żmien meta jridu jintlaħqu l-objettivi
2.5. Dimensjoni “riċerka, innovazzjoni u kompetittività”
Objettivi nazzjonali u miri ta' finanzjament għal riċerka u innovazzjoni pubblika u, meta tkun disponibbli, privata marbuta mal-Unjoni tal-Enerġija, li jinkludu, meta jkun xieraq, iż-żmien li fih iridu jintlaħqu l-objettivi
Meta jkunu disponibbli, objettivi nazzjonali għall-2050 b'rabta mal-promozzjoni ta' teknoloġiji ta' enerġija nadifa u, meta jkun xieraq, objettivi nazzjonali, li jinkludu miri fit-tul (2050) għall-iskjerament ta' teknoloġiji b'użu baxx tal-karbonju, li jinkludu s-setturi industrijali li jiddekarbonizzaw l-enerġija u dawk intensivi fl-użu tal-karbonju u, meta jkun applikabbli, għall-infrastruttura marbuta mat-trasport u mal-ħażna tal-karbonju
Meta jkun applikabbli, objettivi nazzjonali fir-rigward tal-kompetittività
3. POLITIKI U MIŻURI
3.1. Dimensjoni “dekarbonizzazzjoni”
3.1.1. Emissjonijiet u assorbimenti ta' GHGs
Politiki u miżuri għall-kisba tal-mira stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2018/842 kif jissemma fil-punt 2.1.1 u politiki u miżuri għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/841, li jkopru s-setturi kollha ewlenin tal-emissjonijiet u s-setturi li jtejbu l-assorbimenti, bi prospetti għall-viżjoni u għall-għan fit-tul sabiex isiru ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet u jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet u l-assorbimenti b'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi
Meta jkun rilevanti, il-kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam
Meta jkun applikabbli, mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, miżuri ta' finanzjament, li jinkludu appoġġ mill-Unjoni u l-użu ta' fondi tal-Unjoni, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali
3.1.2. Enerġija rinnovabbli
Politiki u miżuri sabiex jintlaħaq il-kontribut nazzjonali għall-mira vinkolanti tal-2030 tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli u t-trajettorji kif imsemmija fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 u, meta jkunu applikabbli jew disponibbli, l-elementi msemmija fil-punt 2.1.2 ta' dan l-Anness, li jinkludu miżuri settorjali u speċifiċi għat-teknoloġija ( 5 )
Meta jkun rilevanti, miżuri speċifiċi għal kooperazzjoni reġjonali, kif ukoll – bħala għażla fakultattiva – l-istima ta' produzzjoni tal-enerġija eċċessiva minn sorsi rinnovabbli li tista' tkun trasferita lil Stati Membri oħra sabiex tinkiseb il-kontribuzzjoni nazzjonali u t-trajettorji msemmija fil-punt 2.1.2
Miżuri speċifiċi dwar l-appoġġ finanzjarju, meta jkun applikabbli, li jinkludi l-appoġġ mill-Unjoni u l-użu ta' fondi tal-Unjoni, għall-promozzjoni tal-produzzjoni u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, u t-trasport
Meta jkun applikabbli, il-valutazzjoni tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli li l-Istati Membri għandhom iwettqu skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001
Miżuri speċifiċi għall-introduzzjoni ta' punt ta' kuntatt wieħed jew aktar, is-simplifkazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, l-għoti ta' informazzjoni u taħriġ, u l-iffaċilitar tal-adozzjoni ta' ftehimiet ta' xiri ta' enerġija
Sommarju tal-politiki u l-miżuri skont il-qafas ta' abilitazzjoni li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skont l-Artikolu 21(6) u l-Artikolu 22(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 biex jippromwovu u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' awtokonsum ta' enerġija u ta' komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.
Valutazzjoni tal-ħtieġa li jinbnew infrastrutturi ġodda għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi rinnovabbli.
Meta jkun applikabbli, miżuri speċifiċi dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija mill-bijomassa, b'mod speċjali għall-mobilizzazzjoni tal-bijomassa ġdida billi jitqiesu:
3.1.3. Elementi oħra tad-dimensjoni
Meta jkun applikabbli, politiki u miżuri nazzjonali li jaffettwaw is-settur tal-EU-ETS u valutazzjoni tal-komplementarjetà u l-impatti fuq l-EU-ETS
Politiki u miżuri biex jintlaħqu miri nazzjonali oħra, meta jkun applikabbli
Politiki u miżuri biex tinkiseb mobilità b'emissjonijiet baxxi (li tinkludi l-elettrifikazzjoni tat-trasport)
Meta jkun applikabbli, politiki, skadenzi u miżuri nazzjonali ppjanati għall-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji tal-enerġija, b'mod partikolari għall-karburanti fossili
3.2. Dimensjoni “effiċjenza enerġetika”
Politiki, miżuri u programmi ppjanati sabiex tinkiseb il-mira indikattiva għall-kontributi għall-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-2030 kif ukoll objettivi oħra msemmija fil-punt 2.2, li jinkludu miżuri u strumenti ppjanati (anke ta' natura finanzjarja) li jippromwovu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, b'mod partikolari fir-rigward ta' dan li ġej:
Skemi ta' obbligi ta' effiċjenza enerġetika u miżuri ta' politika pubblika alternattivi skont l-Artikoli 7a u 7b u l-Artikolu 20(6) tad-Direttiva 2012/27/UE u li jridu jitħejjew skont l-Anness III għal dan ir-Regolament
Strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul biex tiġi sostnuta r-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat ( 6 ), li jinkludu politiki, miżuri u azzjonijiet li jistimulaw rinnovazzjonijiet profondi ta' nfiq effettiv u politiki u azzjonijiet li jimmiraw is-setturi tal-istokk tal-bini nazzjonali bl-agħar rendiment, b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE
Deskrizzjoni tal-politika u miżuri li jippromwovu s-servizzi tal-enerġija fis-settur pubbliku u miżuri li jneħħu l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji li jimpedixxu t-teħid tal-ikkuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija u mudelli ta' servizz tal-effiċjenza enerġetika ( 7 )
Politiki, miżuri u programmi oħra ppjanati biex jilħqu l-kontributi indikattivi tal-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-2030 kif ukoll objettivi oħra msemmija fil-punt 2.2 (pereżempju miżuri biex jippromwovu r-rwol eżemplari tal-bini pubbliku u l-akkwist pubbliku effiċjenti fl-enerġija, miżuri li jippromwovu verifiki tal-enerġija u sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija ( 8 ), informazzjoni għall-konsumatur u miżuri ta' taħriġ ( 9 ), u miżuri oħra li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika ( 10 ))
Meta jkun applikabbli, deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri li jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija lokali fil-kontribut għall-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri fil-punti i, ii, iii u iv
Deskrizzjoni ta' miżuri biex jiġu żviluppati miżuri għall-użu tal-potenzjalitajiet tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku ( 11 )
Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam, meta tkun applikabbli
Miżuri ta' finanzjament, li jinkludu sostenn mill-Unjoni u l-użu ta' fondi tal-Unjoni, fil-qasam fil-livell nazzjonali
3.3. Dimensjoni “sigurtà tal-enerġija” ( 12 )
Politiki u miżuri marbuta mal-elementi stabbiliti fil-punt 2.3 ( 13 )
Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam
Meta jkun applikabbli, il-miżuri finanzjarji f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, inklużi l-appoġġ mill-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni
3.4. Dimensjoni “suq intern tal-enerġija” ( 14 )
3.4.1. Infrastruttura tal-elettriku
Politiki u miżuri sabiex jinkiseb il-livell fil-mira tal-interkonnettività kif stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 4
Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam ( 15 )
Meta jkun applikabbli, il-miżuri finanzjarji f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, inklużi l-appoġġ mill-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni
3.4.2. Infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija
Politiki u miżuri marbuta mal-elementi stabbiliti fil-punt 2.4.2, li jinkludu, meta jkun applikabbli, miżuri speċifiċi li jippermettu t-twassil ta' Proġetti ta' Interess Komuni (PCIs) u proġetti infrastrutturali ewlenin oħra
Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam ( 16 )
Meta jkun applikabbli, il-miżuri finanzjarji f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, inklużi l-appoġġ mill-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni
3.4.3. Integrazzjoni tas-suq
Politiki u miżuri marbuta mal-elementi stabbiliti fil-punt 2.4.3
Miżuri biex tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, bħall-grids intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, ir-ridispaċċ u t-tnaqqis u s-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali, inkluża l-introduzzjoni tal-akkoppjament tas-swieq tal-istess ġurnata u tas-swieq tal-ibbilanċjar transfruntiera
Meta jkun applikabbli, miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni nondiskriminatorja tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons għad-domanda u l-ħżin, inkluż permezz tal-aggregazzjoni, fis-swieq kollha tal-enerġija
Politiki u miżuri li jipproteġu lill-konsumaturi, speċjalment il-konsumaturi vulnerabbli u, meta jkun applikabbli, lil dawk f'sitwazzjoni ta' faqar enerġetiku, u li jtejbu l-kompetittività u l-kontestabbiltà tas-suq bl-imnut tal-enerġija.
Deskrizzjoni ta' miżuri li jippermettu u jiżviluppaw ir-rispons għad-domanda, li jinkludu dawk li jindirizzaw tariffi li jsostnu prezzijiet dinamiċi ( 17 )
3.4.4. Faqar enerġetiku
Meta jkun applikabbli, politiki u miżuri sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-punt 2.4.4
3.5. Dimensjoni “riċerka, innovazzjoni u kompetittività”
Politiki u miżuri marbuta mal-elementi stabbiliti fil-punt 2.5
Meta jkun applikabbli, kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra f'dan il-qasam, li tinkludi – meta jkun xieraq – informazzjoni dwar kif l-objettivi u l-politiki tal-Pjan SET qed jiġu tradotti fil-kuntest nazzjonali.
Meta jkun applikabbli, il-miżuri finanzjarji f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, inklużi l-appoġġ mill-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni
TAQSIMA B: BAŻI ANALITIKA ( 18 )
4. SITWAZZJONI ATTWALI U PROJEZZJONIJIET B'POLITIKI U MIŻURI EŻISTENTI ( 19 ) ( 20 )
4.1. Evoluzzjoni projettata ta' fatturi eżoġeni ewlenin li jinfluwenzaw is-sistema tal-enerġija u l-iżviluppi fl-emissjonijiet ta' GHGs
Previżjonijiet makroekonomiċi (PDG u tkabbir tal-popolazzjoni)
Bidliet settorjali li mistennija jħallu impatt fuq is-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' GHGs
Xejriet tal-enerġija globali, prezzijiet internazzjonali tal-karburanti fossili, prezz tal-karbonju tal-EU-ETS
Żviluppi fl-ispejjeż tat-teknoloġija
4.2. Dimensjoni “dekarbonizzazzjoni”
4.2.1. Emissjonijiet u assorbimenti ta' GHGs
Xejriet attwali fl-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' GHGs fl-EU ETS, il-kondiviżjoni tal-isforzi u s-setturi LULUCF u setturi differenti tal-enerġija
Projezzjonijiet ta' żviluppi settorjali b'politiki u miżuri nazzjonali u tal-Unjoni eżistenti tal-anqas sal-2040 (li jinkludu għas-sena 2030)
4.2.2. Enerġija rinnovabbli
Sehem attwali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum gross ta' enerġija finali u f'oqsma differenti (tisħin u tkessiħ, elettriku u trasport) kif ukoll skont it-teknoloġija f'kull wieħed minn dawn is-setturi
Projezzjonijiet indikattivi ta' żvilupp bil-politiki eżistenti għas-sena 2030 (b'perspettiva għas-sena 2040)
4.3. Dimensjoni “effiċjenza enerġetika”
Konsum ta' enerġija primarja u finali attwali fl-ekonomija u skont is-settur (li jinkludi l-industrija, is-settur residenzjali, is-servizzi u t-trasport)
Potenzjal attwali għall-applikazzjoni ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti ( 21 )
Projezzjonijiet li jikkunsidraw il-politiki, il-miżuri u l-programmi ta' effiċjenza enerġetika eżistenti kif deskritt fil-punt 1.2.(ii) għall-konsum ta' enerġija primarja u finali għal kull settur tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030) ( 22 )
Livelli kostottimali tar-rekwiżiti ta' prestazzjoni tal-enerġija minima li jirriżultaw minn kalkoli fil-livell nazzjonali, b'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/31/UE
4.4. Dimensjoni “sigurtà tal-enerġija”
Taħlita tal-enerġija attwali, riżorsi tal-enerġija domestika, dipendenza fuq l-importazzjoni, inklużi r-riskji rilevanti
Projezzjonijiet ta' żviluppi b'politiki u miżuri eżistenti tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030)
4.5. Dimensjoni “suq intern tal-enerġija”
4.5.1. Interkonnettività tal-elettriku
Livell ta' interkonnessjoni u interkonnetturi ewlenin attwali ( 23 )
Projezzjonijiet tar-rekwiżiti ta' espansjoni tal-interkonnettur (inkluż għas-sena 2030) ( 24 )
4.5.2. Infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija
Karatteristiċi ewlenin tal-infrastruttura ta' trażmissjoni eżistenti għall-elettriku u l-gass ( 25 )
Projezzjonijiet għal rekwiżiti ta' espansjoni ta' netwerk tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030) ( 26 )
4.5.3. Swieq tal-elettriku u l-gass, prezzijiet tal-enerġija
Sitwazzjoni attwali tas-swieq tal-elettriku u l-gass, li tinkludi l-prezzijiet tal-enerġija
Projezzjonijiet ta' żviluppi b'politiki u miżuri eżistenti tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030)
4.6. Dimensjoni “riċerka, innovazzjoni u kompetittività”
Sitwazzjoni attwali fis-settur tat-teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju u, kemm jista' jkun, il-pożizzjoni tiegħu fis-suq globali (din l-analiżi għandha titwettaq fil-livell globali jew tal-Unjoni)
Livell attwali ta' riċerka pubblika u, meta tkun disponibbli, dik privata u nfiq fl-innovazzjoni fuq teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju, għadd attwali ta' privattivi, u għadd attwali ta' riċerkaturi
Rendikont tal-elementi attwali tal-prezzijiet li jiffurmaw it-tliet komponenti ewlenin tal-prezz (enerġija, netwerk, taxxi/dazji)
Deskrizzjoni tas-sussidji tal-enerġija, inkluż għall-karburanti fossili
5. VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TAL-POLITIKI U L-MIŻURI PPJANATI ( 27 )
5.1. Impatti tal-politiki u l-miżuri ppjanati deskritti fit-taqsima 3 fuq is-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' GHGs, inkluż tqabbil tal-projezzjonijiet mal-politiki u l-miżuri eżistenti (kif deskritti fit-taqsima 4).
Projezzjonijiet tal-iżvilupp tas-sistema tal-enerġija u tal-emissjonijiet u l-assorbiment ta' GHGs kif ukoll – meta jkun rilevanti – tal-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja b'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2284 skont il-politiki u l-miżuri ppjanati tal-anqas sa għaxar snin wara l-perijodu kopert mill-pjan (inkluż għall-aħħar sena tal-perijodu kopert mill-pjan), inklużi l-politiki u l-miżuri rilevanti tal-Unjoni.
Valutazzjoni ta' interazzjonijiet tal-politika (bejn politiki u miżuri eżistenti u politiki u miżuri ppjanati fi ħdan dimensjoni politika u bejn politiki u miżuri eżistenti u politiki u miżuri ppjanati ta' dimensjonijiet differenti) tal-anqas sal-aħħar sena tal-perijodu kopert mill-pjan, b'mod partikolari biex jiġi stabbilit fehim robust tal-impatt tal-politiki dwar l-effiċjenza enerġetika / l-iffrankar enerġetiku fuq id-daqs tas-sistema tal-enerġija u biex jitnaqqas ir-riskju li investiment imur ħażin fil-provvista tal-enerġija
Valutazzjoni tal-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri ppjanati, u bejn dawk il-politiki u l-miżuri u l-miżuri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika klimatika u enerġetika
5.2. Impatti makroekonomiċi u – skont kemm ikun fattibbli – impatti soċjali, fuq is-saħħa, l-ambjent, l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-ħiliet, inklużi aspetti tranżitorji ġusti (f'termini ta' spejjeż u benefiċċji kif ukoll tal-kosteffikaċja) tal-politiki u l-miżuri ppjanati u deskritti fit-taqsima 3 tal-anqas sal-aħħar sena tal-perijodu kopert mill-pjan, li jinkludi tqabbil ta' projezzjonijiet ma' politiki u miżuri eżistenti
5.3. Stampa ġenerali tal-ħtiġijiet ta' investiment
flussi ta' investiment eżistenti u suppożizzjonijiet ta' investiment bil-quddiem fir-rigward tal-politiki u l-miżuri ppjanati
fatturi tar-riskji tas-settur jew tas-suq jew ostakli fil-kuntest nazzjonali jew reġjonali
analiżi tal-appoġġ finanzjarju pubbliku addizzjonali jew riżorsi sabiex jimtlew id-diskrepanzi identifikati fil-punt ii
5.4. Impatti tal-politiki u l-miżuri ppjanati deskritti fit-taqsima 3 fuq Stati Membri oħra u kooperazzjoni reġjonali tal-anqas sal-aħħar sena tal-perijodu kopert mill-pjan, inkluż tqabbil tal-projezzjonijiet mal-politiki u l-miżuri eżistenti
Impatti fuq is-sistema tal-enerġija fil-viċinat u fi Stati Membri oħra fir-reġjun sa fejn ikun possibbli
Impatti fuq il-prezzijiet tal-enerġija, l-utilitajiet u l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija
Meta jkun rilevanti, impatti fuq il-kooperazzjoni reġjonali
Parti 2
Lista ta' parametri u varjabbli li jridu jiġu rapportati fit-Taqsima B tal-Pjanijiet Nazzjonali ( 28 ) ( 29 ) ( 30 ) ( 31 )
Il-parametri, il-fatturi varjabbli, il-bilanċi u l-indikaturi tal-enerġija li ġejjin għandhom jiġu rapportati fit-Taqsima B “Bażi Analitika” tal-Pjanijiet Nazzjonali, jekk jintużaw:
1. Parametri u fatturi varjabbli ġenerali
Popolazzjoni [f'miljuni]
PDG [f'miljuni ta' euro]
Valur gross settorjali miżjud [li jinkludi s-setturi industrijali, ta' kostruzzjoni, tas-servizzi u agrikoli ewlenin) [f'miljuni ta' euro]
Għadd ta' unitajiet domestiċi [f'eluf]
Daqs tal-unitajiet domestiċi [residenti/unitajiet domestiċi]
Introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi [f'euro]
Għadd ta' kilometri tal-passiġġieri: il-modi kollha, jiġifieri maqsumin bejn triq (karozzi u xarabanks separati jekk possibbli), ferrovija, avjazzjoni u navigazzjoni domestika (meta jkun rilevanti) [f'miljun ta' pkm]
Tunnellati-kilometri ta' trasport tal-merkanzija: il-modi kollha bl-esklużjoni ta' tbaħħir internazzjonali, jiġifieri maqsumin bejn triq, ferrovija, avjazzjoni, navigazzjoni domestika (passaġġi fuq l-ilma interni u trasport marittimu nazzjonali) [f'miljuni ta' tkm]
Prezzijiet tal-importazzjoni taż-żejt, tal-gass u karburant tal-faħam [EUR/GJ jew euro/toe] ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni
Prezz tal-karbonju tal-EU-ETS [EUR/EUA] ibbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni
Suppożizzjonijiet fuq ir-rati tal-kambju għal EUR u USD (meta jkun applikabbli) [euro/munita u USD/munita]
Għadd ta' Jiem ta' Gradi ta' Tisħin (HDD)
Għadd ta' Jiem ta' Gradi ta' Tkessiħ (CDD)
Suppożizzjonijiet dwar spejjeż ta' teknoloġija użati fl-immudellar għal teknoloġiji rilevanti ewlenin
2. Bilanċi u indikaturi tal-enerġija
2.1. Provvista tal-enerġija
Produzzjoni indiġena skont it-tip ta' karburant (kull prodott tal-enerġija li jiġi prodott fi kwantitajiet sinifikanti) [ktoe]
Importazzjonijiet netti skont it-tip ta' karburant (inkluż l-elettriku u maqsumin f'importazzjonijiet netti intra-UE u extra-UE) [ktoe]
Dipendenza fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi [ %]
Sorsi ewlenin tal-importazzjoni (pajjiżi) għal trasportaturi ewlenin tal-enerġija (inklużi l-gass u l-elettriku)
Konsum Domestiku Gross tal-Enerġija skont is-sors tat-tip ta' karburant (li jinkludi solidi, il-prodotti kollha tal-enerġija: faħam, prodotti taż-żejt mhux maħdum u tal-petroleum, gass naturali, enerġija nukleari, elettriku, tisħin derivat, sorsi ta' enerġija rinnovabbli, skart) [ktoe]
2.2. Elettriku u tisħin
Ġenerazzjoni elettrika grossa [GWh]
Ġenerazzjoni elettrika grossa skont il-karburant (il-prodotti kollha tal-enerġija) [GWh]
Sehem ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u tas-sħana kkombinati fil-ġenerazzjoni totali tal-elettriku u tas-sħana [ %]
Ġenerazzjoni tal-kapaċità tal-elettriku skont is-sors, li tinkludi l-irtirar u investiment ġdid [MW]
Ġenerazzjoni tas-sħana mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali
Ġenerazzjoni tas-sħana minn impjanti tat-tisħin u tal-enerġija kkombinati, inkluża s-sħana industrijali mormija
Kapaċitajiet ta' interkonnessjoni transkonfinali għall-gass u l-elettriku [Definizzjoni għall-elettriku skont l-eżitu tad-diskussjonijiet li għaddejjin abbażi tal-mira ta' interkonnessjoni ta' 15 %] u r-rati tal-użu projettat tagħhom
2.3. Settur tat-trasformazzjoni
Inputs tal-karburant għall-ġenerazzjoni tal-enerġija termali (li jinkludu solidi, żejt, gass) [ktoe]
Inputs ta' karburant għal proċessi ta' konverżjoni oħra [ktoe]
2.4. Konsum ta' enerġija
Konsum ta' enerġija primarja u finali [ktoe]
Konsum ta' enerġija finali skont is-settur (inklużi l-industrija, is-settur residenzjali, is-settur terzjarju, l-agrikoltura u t-trasport (inkluż it-trasport maqsum bejn il-passiġġieri u l-merkanzija, meta jkun disponibbli)) [ktoe]
Konsum ta' enerġija finali skont il-karburant (il-prodotti kollha tal-enerġija) [ktoe]
Konsum finali mhux tal-enerġija [ktoe]
Intensità ta' enerġija primarja tal-ekonomija globali (konsum ta' enerġija primarja/PDG [toe/euro]
Intensità ta' enerġija finali skont is-settur (inklużi l-industrija, is-settur residenzjali, is-settur terzjarju u t-trasport (inkluż it-trasport maqsum bejn il-passiġġieri u l-merkanzija, meta jkun disponibbli))
2.5. Prezzijiet
Prezzijiet tal-elettriku skont it-tip ta' użu tas-settur (residenzjali, industrijali, terzjarju)
Prezzijiet nazzjonali tal-karburant bl-imnut (li jinkludu t-taxxi, skont is-sors u s-settur) [euro/ktoe]
2.6. Investiment
Spejjeż tal-investiment fis-setturi tat-trasformazzjoni, il-provvista, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija
2.7. Sorsi ta' enerġija rinnovabbli
Konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum gross ta' enerġija finali u skont is-settur (elettriku, tisħin u tkessiħ, trasport) u skont it-teknoloġija
Ġenerazzjoni tal-elettriku u tat-tisħin mill-enerġija rinnovabbli fil-bini; dan għandu jinkludi, meta tkun disponibbli, data diżaggregata fuq l-enerġija prodotta, ikkonsmata u injettata fil-grid minn sistemi solari fotovoltajċi, sistemi termali solari, bijomassa, pompi tas-sħana, sistemi ġeotermiċi kif ukoll sistemi tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzati
Meta jkun applikabbli, trajettorji nazzjonali oħra, li jinkludu dawk li jkunu fit-tul jew settorjali s-sehem ta' bijokarburanti minn kultivazzjonijiet alimentari u dawk avvanzati, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, kif ukoll l-enerġija rinnovabbli prodotta fl-ibliet u fil-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.
3. Indikaturi relatati ta' emissjonijiet u assorbimenti ta' GHGs
Emissjonijiet ta' GHGs skont is-settur tal-politika (l-EU-ETS, il-kondiviżjoni tal-isforzi u l-LULUCF)
Emissjonijiet ta' GHGs skont is-settur IPCC u skont il-gass (meta jkun rilevanti, maqsumin bejn l-EU-ETS u setturi għall-kondiviżjoni tal-isforzi) [tCO2eq]
Intensità tal-karbonju tal-ekonomija globali [tCO2eq/PDG]
Indikaturi relatati mas-CO2
Intensità f'termini ta' GHGs tal-ġenerazzjoni domestika ta' sħana u elettriku [tCO2eq/MWh]
Intensità f'termini ta' GHGs tal-konsum ta' enerġija finali skont is-settur [tCO2eq/toe]
Parametri marbuta ma' emissjonijiet mhux ta' CO2
Bhejjem: baqar tal-ħalib [1 000 waħda], baqar mhux tal-ħalib [1 000 waħda], nagħaġ [1 000 waħda], ħnieżer [1 000 wieħed], tjur [1 000 waħda]
Input ta' nitroġenu mill-bexx ta' fertilizzanti sintetiċi [kt ta' nitroġenu]
Input ta' nitroġenu mit-tpoġġija tad-demel [kt nitroġenu]
Nitroġenu fiss fl-għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu [kt ta' nitroġenu]
Nitroġenu f'residwi tal-għelejjel ritornati fil-ħamrija [kt ta' nitroġenu]
Erja ta' ħamrija organika kkultivata [ettari]
Ġenerazzjoni tal-iskart solidu muniċipali (MSW)
Skart solidu muniċipali (MSW) li jintrema fil-miżbliet
Sehem ta' rkupru ta' CH4 fil-ġenerazzjoni totali ta' CH4 mill-miżbliet [%]
ANNESS II
KONTRIBUTI NAZZJONALI GĦAS-SEHEM TA' ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI FIL-KONSUM FINALI GROSS TA' ENERĠIJA FL-2030
1. Il-formula indikattiva li ġejja tirrappreżenta l-kriterji oġġettivi elenkati fil-punti (e)(i) sa (v) tal-Artikolu 5(1), kull wieħed espress f'punti perċentwali:
il-mira vinkolanti nazzjonali tal-Istat Membru għall-2020 kif stabbilita fit-tielet kolonna tat-tabella Anness I tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
kontribut b'rata fissa (CFlat);
kontribut abbażi tal-PDG per capita (CGDP);
kontribut abbażi tal-potenzjal (CPotential);
kontribut li jirrifletti l-livell ta' interkonnessjoni tal-Istat Membru (CInterco).
2. Is-CFlat għandu jkun l-istess għal kull Stat Membru. Is-CFlat tal-Istati Membri kollha flimkien għandu jikkontribwixxi 30 % tad-differenza bejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2020.
3. Is-CGDP għandu jiġi allokat bejn l-Istati Membri abbażi tal-indiċi tal-PDG per capita tal-Eurostat għall-medja tal-Unjoni tul il-perijodu 2013 sal-2017, espress fi standard tal-poter tal-akkwist, b'indiċi massimu ta' 150 % tal-medja tal-Unjoni għal kull Stat Membru individwali. Is-CGDP tal-Istati Membri kollha flimkien għandu jikkontribwixxi 30 % tad-differenza bejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2020.
4. Is-CPotential għandu jiġi allokat bejn l-Istati Membri abbażi tad-differenza bejn is-sehem tal-RES ta' Stat Membru fl-2030 kif muri fix-xenarju PRIMES u l-miri nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020. Is-CPotential tal-Istati Membri kollha flimkien għandu jikkontribwixxi 30 % tad-differenza bejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2020.
5. Is-CInterco għandu jkun allokat bejn l-Istati Membri abbażi ta' indiċi tas-sehem tal-interkonnessjoni elettrika meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni fl-2017, imkejjel bil-kapaċità ta' trasferiment nett fuq it-total ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni installata, b'indiċi tas-sehem tal-interkonnessjoni massimu ta' 150 % tal-medja tal-Unjoni għal kull Stat Membru individwali. Is-CInterco tal-Istati Membri kollha flimkien għandu jikkontribwixxi għal 10 % tad-differenza bejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2020.
ANNESS III
NOTIFIKA TAL-MIŻURI U L-METODOLOĠIJI TAL-ISTATI MEMBRI BIEX JIMPLIMENTAW L-ARTIKOLU 7 TAD-DIRETTIVA 2012/27/UE
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-metodoloġija dettaljata proposta minnhom lill-Kummissjoni b'konformità mal-punt 5 tal-Anness V tad-Direttiva 2012/27/UE għall-operat tal-iskemi ta' obbligu ta' effiċjenza enerġetika u l-miżuri ta' politika pubblika alternattivi msemmija fl-Artikoli 7a u 7b u fl-Artikolu 20(6) ta' dik id-Direttiva.
1. Il-kalkolu tal-livell tar-rekwiżit ta' ffrankar enerġetiku għandu jinkiseb fuq il-perijodu kollu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030, sabiex jintwera kif l-elementi li ġejjin jittieħdu inkunsiderazzjoni:
il-konsum annwali ta' enerġija finali, fuq il-medja tal-perijodu tat-tliet snin l-aktar reċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019 [f'ktoe];
l-ammont kumulattiv totali ta' ffrankar enerġetiku fil-konsum finali li għandu jinkiseb [f'ktoe] skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2012/27/UE;
id-data użata fil-kalkolu tal-konsum ta' enerġija finali u s-sorsi ta' din id-data, inkluża ġustifikazzjoni għall-użu ta' sorsi tal-istatistika alternattivi u kwalunkwe differenza fil-kwantitajiet li jirriżultaw (jekk jintużaw sorsi oħra li mhumiex ta' Eurostat);
2. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw xi waħda mill-possibbiltajiet skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2012/27/UE għandhom jinnotifikaw ukoll il-kalkolu tagħhom tal-livell tar-rekwiżit ta' ffrankar enerġetiku li għandu jinkiseb matul il-perijodu kollu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030, u li juru kif jitqiesu wkoll l-elementi li ġejjin:
ir-rata ta' ffrankar annwali tagħhom;
il-bażi tal-kalkolu tagħhom u l-enerġija użata fit-trasport, kompletament jew parzjalment, eskluż mill-kalkolu [f'ktoe];
l-ammont kumulattiv ta' ffrankar enerġetiku kkalkulat matul il-perijodu kollu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 (qabel l-applikazzjoni tal-għażliet imsemmija fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE) [f'ktoe];
l-applikazzjoni tal-għażliet imsemmija fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE:
il-konsum ta' enerġija finali fl-attivitajiet industrijali [f'ktoe] elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE esklużi mill-kalkolu, b'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;
l-ammont ta' ffrankar enerġetiku [f'ktoe] miksub fis-setturi ta' trasformazzjoni, distribuzzjoni u trażmissjoni tal-enerġija, anke permezz ta' infrastruttura effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, b'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;
l-ammont ta' enerġija ffrankata [f'ktoe] li jirriżulta minn azzjonijiet individwali ġodda li jkunu ġew implimentati mill-31 ta' Diċembru 2008 u li jibqa' jkollhom impatt fl-2020 u lil hinn, b'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;
l-ammont ta' enerġija ffrankata [f'ktoe] li jirriżulta minn miżuri ta' politika pubblika, sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri ta' politika pubblika jirriżultaw f'azzjonijiet individwali mwettqa mill-1 ta' Jannar 2018 u sal-31 ta' Diċembru 2020, u jwasslu għal iffrankar wara l-31 ta' Diċembru 2020, b'konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;
l-ammont ta' enerġija ġġenerata [f'ktoe] fuq jew fil-bini għal użu proprju b'riżultat ta' miżuri ta' politika li jippromwovu l-installazzjoni ġdida ta' teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli, skont il-punt (f) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;
l-ammont ta' ffrankar enerġetiku [f'ktoe] li jeċċedi l-enerġija ffrankata kumulattiva meħtieġa fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2020 u li l-Istati Membri jgħodduh għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2030 b'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;
l-ammont kumulattiv totali ta' enerġija ffrankata (wara l-applikazzjoni tal-għażliet imsemmija fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE.
3. Miżuri ta' politika pubblika b'kunsiderazzjoni tal-kisba tar-rekwiżit tal-iffrankar imsemmi fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2012/27/UE:
3.1. Skemi ta' obbligu tal-effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 7a tad-Direttiva 2012/27/UE:
deskrizzjoni tal-iskema ta' obbligu tal-effiċjenza enerġetika;
l-iffrankar mistenni tal-ammont annwali u kumulattiv u d-durata tal-perijodu/i ta' obbligu;
il-partijiet obbligati u r-responsabbiltajiet tagħhom;
setturi fil-mira;
azzjonijiet eliġibbli pprovduti skont din il-miżura;
informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2012/27/UE:
meta jkun applikabbli, azzjonijiet speċifiċi, sehem ta' ffrankar li jrid jinkiseb fl-unitajiet domestiċi affettwati minn faqar enerġetiku b'konformità mal-Artikolu 7(11);
iffrankar miksub mill-fornituri tas-servizz tal-enerġija jew minn partijiet terzi oħra b'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 7a(6);
“operazzjonijiet bankarji u self” b'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 7a(6);
meta jkun rilevanti, informazzjoni dwar negozjar fl-iffrankar enerġetiku.
3.2. Miżuri alternattivi msemmija fl-Artikolu 7b u l-Artikolu 20(6) tad-Direttiva 2012/27/UE (għajr it-tassazzjoni):
tip ta' miżura politika;
deskrizzjoni fil-qosor tal-miżura politika, li tinkludi l-karatteristiċi tad-disinn għal kull miżura politika notifikata;
l-ammont kumulattiv u annwali totali mistenni ta' ffrankar għal kull miżura u/jew l-ammont tal-enerġija ffrankata fir-rigward ta' kwalunkwe perijodu intermedjarju;
l-awtoritajiet pubbliċi tal-implimentazzjoni, il-partijiet tal-parteċipazzjoni jew fdati u r-responsabbiltajiet tagħhom għall-implimentazzjoni tal-miżura/i;
setturi fil-mira;
azzjonijiet eliġibbli pprovduti skont din il-miżura;
meta jkun applikabbli, miżuri ta' politika pubblika speċifiċi jew azzjonijiet individwali li jkollhom fil-mira l-faqar enerġetiku.
3.3. Informazzjoni dwar miżuri ta' tassazzjoni:
deskrizzjoni fil-qosor tal-miżura ta' tassazzjoni;
durata tal-miżura ta' tassazzjoni;
l-awtorità pubblika tal-implimentazzjoni;
ammont kumulattiv u annwali mistenni ta' ffrankar għal kull miżura;
l-oqsma u s-settur tal-kontribwenti fil-mira;
il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż liema elastiċitajiet tal-prezz huma użati u kif ikun ġew stabbiliti, b'konformità mal-punt (4) tal-Anness V tad-Direttiva 2012/27/UE.
4. Metodoloġija tal-kalkolu għal miżuri notifikati skont l-Artikoli 7a u 7b u l-Artikolu 20(6) tad-Direttiva 2012/27/UE (għajr għall-miżuri ta' tassazzjoni):
metodi ta' kejl użati msemmija fil-punt 1 tal-Anness V tad-Direttiva 2012/27/UE;
metodu li jesprimi l-iffrankar enerġetiku (iffrankar ta' enerġija primarja jew finali);
Ħajjet il-miżuri, ir-rata li biha l-iffrankar jonqos maż-żmien u l-approċċ użat sabiex titqies ħajjet l-iffrankar;
deskrizzjoni fil-qosor tal-metodoloġija tal-kalkolu, li tinkludi kif jiġu żgurati l-addizzjonalità u l-materjalità tal-iffrankar u liema metodoloġiji u punti ta' riferiment qed jintużaw għall-iffrankar stmat u għall-iffrankar skalat;
informazzjoni dwar kif il-possibbiltà ta' trikkib bejn il-miżuri u l-azzjonijiet individwali tiġi indirizzata biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-iffrankar enerġetiku;
meta jkun rilevanti, varjazzjonijiet klimatiċi u l-approċċ użat.
5. Monitoraġġ u verifika
deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta' monitoraġġ u verifika u l-proċess tal-verifika;
l-awtorità pubblika tal-implimentazzjoni u r-responsabbiltajiet ewlenin tagħha għas-sistema ta' monitoraġġ u ta' verifika fir-rigward tal-iskema ta' obbligu tal-effiċjenza enerġetika jew miżuri alternattivi;
l-indipendenza tal-monitoraġġ u l-verifika mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati;
proporzjon statistikament sinifikanti ta' miżuri ta' titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-proporzjon u l-kriterji użati li jiddefenixxu u jagħżlu kampjun rappreżentattiv;
l-obbligi ta' rapportar għall-partijiet obbligati (iffrankar miksub minn kull parti obbligata, jew kull sottokategorija ta' parti obbligata, u t-total ta' kollox skont l-iskema).
pubblikazzjoni tal-iffrankar enerġetiku miksub (kull sena) skont l-iskema ta' obbligu ta' effiċjenza enerġetika u miżuri alternattivi;
informazzjoni dwar il-liġi tal-Istat Membru rigward il-penali li jridu jiġu applikati fil-każ ta' nuqqas ta' konformità;
informazzjoni dwar il-miżuri ta' politika pprovduti fil-każ li l-progress ma jkunx sodisfaċenti.
ANNESS IV
QAFAS ĠENERALI GĦAL STRATEĠIJI FIT-TUL
1. STAMPA ĠENERALI U PROĊESS GĦALL-IŻVILUPP TAL-ISTRATEĠIJI
1.1. |
Sommarju eżekuttiv |
1.2. |
Kuntest legali u politiku |
1.3. |
Konsultazzjoni pubblika |
2. KONTENUT
2.1. TNAQQIS TOTALI F'EMISSJONIJIET TA' GHGs U TITJIB FL-ASSORBIMENTI MILL-BJAR
2.1.1. |
Projezzjonijiet għal tnaqqis fl-emissjonijiet u titjib fl-assorbimenti sal-2050 |
2.1.2. |
Mira nazzjonali għall-2030 u lil hinn, jekk tkun disponibbli, u tragwardi indikattivi għall-2040 u l-2050 |
2.1.3. |
Politiki u miżuri ta' adattament |
2.2. ENERĠIJA RINNOVABBLI
2.2.1 |
Skont kemm ikun fattibbli, is-sehem probabbli stmat ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum ta' enerġija finali sal-2050 |
2.3. EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
2.3.1. |
Skont kemm ikun fattibbli, il-konsum probabbli stmat ta' enerġija sal-2050 |
2.4. KONTENUT RELATAT SPEĊIFIKU GĦAS-SETTUR
2.4.1. Sistema tal-enerġija
2.4.1.1. |
Trajettorja jew firxa tal-emissjonijiet futuri previsti jew probabbli |
2.4.1.2. |
Deskrizzjoni ġenerali tal-motivaturi ewlenin tal-effiċjenza enerġetika, il-flessibbiltà tad-domanda u l-konsum tal-enerġija u l-evoluzzjoni tagħhom mill-2021 u lil hinn |
2.4.2. Industrija
2.4.2.1. |
Tnaqqis mistenni fl-emissjonijiet skont is-settur u d-domanda tal-enerġija |
2.4.2.2. |
Stampa ġenerali tal-politiki, il-pjanijiet u l-miżuri eżistenti għad-dekarbonizzazzjoni kif deskritti fil-punt 2.1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I |
2.4.3. Trasport
2.4.3.1. |
Emissjonijiet mistennija u sorsi tal-enerġija skont it-tip ta' trasport (pereżempju karozzi u vannijiet, trasport b'vetturi tqal, trasport bil-baħar, avjazzjoni, ferrovija) |
2.4.3.2. |
Għażliet għad-dekarbonizzazzjoni |
2.4.4. Agrikoltura u użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u forestrija (LULUCF)
2.4.4.1. |
Skont kemm ikun fattibbli, l-emissjonijiet mistennija skont is-sorsi u l-GHGs individwali |
2.4.4.2. |
L-għażliet previsti għat-tnaqqis fl-emissjonijiet |
2.4.4.3. |
Rabtiet ma' politiki fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali |
3. FINANZJAMENT
3.1. |
Stimi ta' investimenti meħtieġa |
3.2. |
Politiki u miżuri għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni relatati |
4. VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TAL-ASPETTI SOĊJOEKONOMIĊI
5. ANNESSI (skont il-bżonn)
5.1. |
Dettalji dwar immudellar (inklużi preżunzjonijiet) u/jew analiżi, indikaturi eċċ. |
ANNESS V
INFORMAZZJONI DWAR L-INVENTARJI TA' GHGs
Parti 1
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 26(3):
l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' GHGs elenkati fil-Parti 2 ta' dan l-Anness u l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' GHGs imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/842 għas-sena X-2;
data dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' monossidu tal-karbonju (CO), diossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOx) u komposti organiċi volatili, konsistenti mad-data diġà rapportata b'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2016/2284 għas-sena X-2;
l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' GHGs mis-sorsi u l-assorbimenti ta' CO2 mill-bjar li jirriżultaw mil-LULUCF, għas-sena X-2, b'konformità mal-metodoloġiji speċifikati fil-Parti 3 ta' dan l-Anness. Din id-data għandha tkun rilevanti wkoll għar-rapport ta' konformità skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/841;
kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għas-snin bejn is-sena jew perijodu bażi rilevanti u s-sena X-3, billi jiġu indikati r-raġunijiet għal dawk il-bidliet;
informazzjoni dwar l-indikaturi, kif stabbilit fil-Parti 4 ta' dan l-Anness, għas-sena X-2;
informazzjoni fil-qosor dwar trasferimenti konklużi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/842 u l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) 2018/841 għas-sena X-1;
informazzjoni dwar il-passi meħuda sabiex jittejbu l-estimi tal-inventarju, b'mod partikolari f'oqsma tal-inventarju li kienu soġġetti għal aġġustamenti jew rakkomandazzjonijiet wara rieżamijiet esperti;
l-allokazzjoni reali jew stmata tal-emissjonijiet verifikati rapportati minn operaturi tal-installazzjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-kategoriji tas-sors tal-inventarju nazzjonali għall-GHGs u l-proporzjon ta' dawk l-emissjonijiet verifikati mal-emissjonijiet totali rapportati ta' GHGs f'dawk il-kategoriji tas-sors, għas-sena X-2;
meta jkun rilevanti, ir-riżultati tal-verifiki mwettqa dwar il-konsistenza tal-emissjonijiet rapportati fl-inventarji tal-GHGs, għas-sena X-2, bl-emissjonijiet ivverifikati rapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE;
meta jkun rilevanti, ir-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq il-konsistenza tad-data użata biex jiġu stmati l-emissjonijiet bi tħejjija għall-inventarji tal-GHGs, għas-sena X-2, ma':
id-data użata biex jitħejjew l-inventarji tas-sustanzi li jniġġsu l-arja skont id-Direttiva (UE) 2016/2284;
id-data rapportata skont l-Artikolu 19(1) u l-Anness VII, tar-Regolament (UE) Nru 517/2014;
id-data dwar l-enerġija rapportata skont l-Artikolu 4, u l-Anness B, tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008;
deskrizzjoni tal-bidliet fis-sistema tal-inventarju nazzjonali tagħhom, jekk ikun hemm;
deskrizzjoni tal-bidliet fir-reġistru nazzjonali, jekk ikun hemm;
informazzjoni dwar l-assikurazzjoni tal-kwalità u l-pjanijiet tal-kontroll tal-kwalità tagħhom, valutazzjoni ġenerali tal-inċertezza, valutazzjoni ġenerali tal-kompletezza u, kwalunkwe element ieħor tar-rapport nazzjonali tal-inventarju ta' GHGs meħtieġ għat-tħejjija tar-rapport ta' inventarju tal-GHGs tal-Unjoni;
informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Istat Membru li jagħmel użu mill-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 5(4) u (5) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842 u dwar l-użu tad-dħul skont l-Artikolu 5(6) ta' dak ir-Regolament.
Stat Membru jista' jitlob li jingħata deroga mill-Kummissjoni mill-punt (c) tal-ewwel paragrafu biex japplika metodoloġija differenti minn dik speċifikata fil-Parti 3 ta' dan l-Anness jekk fejn it-titjib tal-metodoloġija meħtieġ ma jistax jinkiseb fil-ħin biex jitqies it-titjib fl-inventarji tal-GHGs għall-perijodu 2021 sa 2030, jew fejn l-ispiża tat-titjib tal-metodoloġija jkun għoli b'mod sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-applikazzjoni ta' tali metodoloġija biex tittejjeb il-kontabbilià għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba l-importanza baxxa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mir-raggruppamenti ta' karbonju konċernati. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw minn din id-deroga għandhom jippreżentaw talba motivata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020, fejn jindikaw sa meta t-titjib tal-metodoloġija jista' jiġi implimentat, il-metodoloġija alternattiva proposta jew it-tnejn, u valutazzjoni tal-impatti potenzjali fuq l-eżattezza tal-kontabbiltà. Il-Kummissjoni tista' titlob li tingħata informazzjoni addizzjonali f'perijodu ta' żmien raġonevoli speċifiku. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba hija ġustifikata, għandha tagħti deroga. Jekk il-Kummissjoni tiċħad it-talba, hija għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
Parti 2
Il-GHGs li jridu jiġu koperti huma:
Idrofluworokarburi (HFCs):
Perfluworokarburi (PFCs):
Parti 3
Metodoloġiji għall-monitoraġġ u r-rapportar fis-settur tal-LULUCF
Data ta' konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.
Il-metodoloġija tal-Grad 1 skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.
Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minn raggruppament ta' karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f'kategorija ta' sors jew bir li tkun prijoritizzata fi ħdan sistema ta' inventarju nazzjonali ta' Stat Membru peress li l-istima tiegħu ikollha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju totali ta' pajjiż ta' GHGs f'termini tal-livell assolut ta' emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.
L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3, skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.
Parti 4
Indikaturi tal-inventarju
Titlu tal-indikatur |
Indikatur |
TRASFORMAZZJONI B0 |
Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' impjanti tal-enerġija pubbliċi u awtoprodutturi, t/TJ Emissjonijiet ta' CO2 minn stazzjonijiet tal-enerġija pubbliċi u termali awtoprodutturi, kt diviżi bil-prodotti kollha – output minn stazzjonijiet tal-enerġija pubbliċi u termali awtoprodutturi, PJ |
TRASFORMAZZJONI E0 |
Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' impjanti awtoprodutturi, t/TJ Emissjonijiet ta' CO2 minn awtoprodutturi, kt diviżi bl-output tal-prodotti kollha minn stazzjonijiet tal-enerġija termali awtoprodutturi, PJ |
INDUSTRIJA A1.1 |
Intensità totali ta' CO2 – industrija tal-ħadid u l-azzar, t/miljun euro Emissjonijiet totali ta' CO2 minn ħadid u azzar, kt diviżi bil-valur gross miżjud – industrija tal-ħadid u l-azzar |
INDUSTRIJA A1.2 |
Intensità ta' CO2 marbuta mal-enerġija – industrija kimika, t/miljun euro Emissjonijiet ta' CO2 ta' industriji kimiċi marbuta mal-enerġija, kt diviżi bil-valur gross miżjud – industrija kimika |
INDUSTRIJA A1.3 |
Intensità ta' CO2 marbuta mal-enerġija – ħġieġ, fuħħar u l-industrija tal-materjal tal-bini, t/miljun euro Emissjonijiet ta' CO2 marbuta mal-enerġija ħġieġ, fuħħar u materjal tal-bini, kt diviżi bil-valur gross miżjud – ħġieġ, fuħħar u l-industrija tal-materjal tal-bini |
INDUSTRIJA A1.4 |
Intensità ta' CO2 marbuta mal-enerġija – industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, t/miljun euro Emissjonijiet ta' CO2 marbuta mal-enerġija mill-industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, kt diviżi bil-valur gross miżjud – industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, miljun euro (EC95) |
INDUSTRIJA A1.5 |
Intensità ta' CO2 marbuta mal-enerġija – industrija tal-karta u tal-istampar, t/miljun euro Emissjonijiet ta' CO2 marbuta mal-enerġija, kt – Valur gross miżjud – industrija tal-karta u tal-istampar, miljun euro (EC95) |
UNITAJIET DOMESTIĊI A0 |
Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-unitajiet domestiċi għat-tisħin tal-ispazju, t/m2 Emissjonijiet ta' CO2 tal-unitajiet domestiċi għat-tisħin tal-ispazju diviżi bl-erja tas-superfiċe ta' djar okkupati b'mod permanenti, miljun m2 |
SERVIZZI B0 |
Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tas-settur kummerċjali u istituzzjonali għal tisħin tal-ispazju, kg/m2 Emissjonijiet ta' CO2 minn tisħin tal-ispazji fil-qasam kummerċjali u istituzzjonali, kt diviżi bl-erja tas-superfiċe ta' bini tas-servizzi, miljuni ta' m2 |
TRASPORT B0 |
Emissjonijiet speċifiċi tad-diżil relatati mas-CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri, g/100 km |
TRASPORT B0 |
Emissjonijiet speċifiċi tal-petrol relatati mas-CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri, g/100 km |
ANNESS VI
INFORMAZZJONI DWAR POLITIKI U MIŻURI FIL-QASAM TAL-EMISSJONIJIET TA' GHGs
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 18:
deskrizzjoni tas-sistema nazzjonali tagħhom għal rapportar dwar politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, u għal rapportar dwar projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' GHGs minn sorsi u assorbimenti minn bjar b'konformità mal-Artikolu 39(1) jew informazzjoni dwar kull bidla magħmula lil dik is-sistema fejn tkun diġà ġiet fornuta deskrizzjoni bħal dik;
aġġornamenti rilevanti għall-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15 u l-progress fl-implimentazzjoni ta' dawk l-istrateġiji;
informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali, jew gruppi ta' miżuri, u dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri tal-Unjoni, jew gruppi ta' miżuri li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta' GHGs mis-sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment mill-bjar, ippreżentata fuq bażi settorjali u organizzata skont il-gass jew grupp tal-gassijiet (HFCs u PFCs) elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V. Dik l-informazzjoni għandha tirreferi għal politiki nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u rilevanti u għandha tinkludi:
l-objettiv tal-politika jew tal-miżura u deskrizzjoni qasira tal-politika jew tal-miżura;
it-tip ta' strument politiku;
l-istatus tal-implimentazzjoni tal-politika jew miżura jew grupp ta' miżuri;
indikaturi użati biex jagħmlu monitoraġġ u jevalwaw il-progress matul iż-żmien;
meta jkunu disponibbli, stimi kwantitattivi tal-effetti fuq l-emissjonijiet minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' GHGs li jitqassmu fi:
stimi disponibbli tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' politiki u miżuri projettati kif ukoll stimi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' politiki u miżuri realizzati;
ir-referenzi kollha eżistenti għall-valutazzjonijiet tal-ispejjeż u l-effetti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali, għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta' GHGs mis-sorsi jew itejbu l-assorbimenti mill-bjar u għar-rapporti tekniċi sottostanti;
valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-politika jew miżura għall-kisba tal-istrateġija fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15;
informazzjoni dwar politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, nazzjonali addizzjonali ppjanati previsti bil-ħsieb li jillimitaw l-emissjonijiet ta' GHGs lil hinn mill-impenji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842 u r-Regolament (UE) 2018/841;
informazzjoni rigward ir-rabtiet ta' bejn politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, differenti rapportati skont il-punt (c) u l-mod kif politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, bħal dawn jikkontribwixxu għal xenarji ta' projezzjoni differenti.
ANNESS VII
INFORMAZZJONI DWAR IL-PROJEZZJONIJIET FIL-QASAM TAL-EMISSJONIJIET TA' GHGs
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 18:
projezzjonijiet mingħajr miżuri meta jkunu disponibbli, projezzjonijiet bil-miżuri, u, meta jkunu disponibbli, projezzjonijiet b'miżuri addizzjonali;
projezzjonijiet tat-total ta' GHGs u stimi separati għall-emissjonijiet ta' GHGs projettati għas-sorsi tal-emissjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u mir-Regolament (UE) 2018/842 u l-emissjonijiet projettati mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar skont ir-Regolament (UE) 2018/841;
l-impatt tal-politiki u l-miżuri identifikati skont il-punt (a) tal-Artikolu 18(1). Meta tali politiki u miżuri ma jkunux inklużi, dan għandu jiġi ddikjarat u spjegat b'mod ċar;
riżultati tal-analiżi ta' sensittività mwettqa fuq il-projezzjonijiet u informazzjoni dwar il-mudelli u l-parametri użati;
ir-referenzi rilevanti kollha għall-valutazzjoni u r-rapporti tekniċi li jissostanzjaw il-projezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(4).
ANNESS VIII
INFORMAZZJONI DWAR AZZJONIJIET TA' ADATTAMENT NAZZJONALI, APPOĠĠ FINANZJARJU U TEKNOLOĠIKU PPROVDUT GĦALL-PAJJIŻI LI QED JIŻVILUPPAW U DĦUL MILL-IRKANTAR
Parti 1
Rapportar dwar azzjonijiet ta' adattament
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 19(1):
il-miri ewlenin, l-objettivi u l-qafas ta' ħidma istituzzjonali għal adattament;
projezzjonijiet tat-tibdil fil-klima, li jinkludu l-estremi tat-temp, l-impatti tat-tibdil fil-klima, il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà klimatika u r-riskji u perikli klimatiċi ewlenin;
kapaċità ta' adattament;
pjanijiet u strateġiji ta' adattament;
qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni;
progress magħmul fl-implimentazzjoni, li jinkludi prattiċi tajbin u bidliet fil-governanza.
Parti 2
Rapportar dwar appoġġ ipprovdut lil pajjiżi li qed jiżviluppaw
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 19(3):
informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju mwiegħed u fornut lil pajjiżi li qed jiżviluppaw għas-sena X-1, li jinkludu:
informazzjoni kwantitattiva dwar riżorsi finanzjarji pubbliċi u mobilizzati mill-Istat Membru. L-informazzjoni dwar il-flussi finanzjarji trid tkun ibbażata fuq dawk li huma magħrufa bħala l-“markaturi ta' Rio” għal appoġġ relatat mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u appoġġ relatat mal-adattament għat-tibdil fil-klima u sistemi oħra ta' intraċċar introdotti mill-Kumitat ta' Assistenza għall-Iżvilupp tal-OECD;
informazzjoni metodoloġika kwalitattiva li tispjega l-metodu użat biex tiġi kkalkulata l-informazzjoni kwantitattiva, li tinkludi spjegazzjoni tal-metodoloġija għall-ikkwantifikar tat-data tagħhom, u meta jkun rilevanti, informazzjoni oħra dwar id-definizzjonijiet u l-metodoloġiji użati għad-determinazzjoni ta' kwalunkwe ċifra, b'mod partikolari għall-informazzjoni rapportata dwar flussi finanzjarji mobbli;
informazzjoni disponibbli dwar attivitajiet mill-Istat Membru relatata ma' proġetti ta' trasferiment tat-teknoloġija ffinanzjati pubblikament u proġetti li jibnu l-kapaċità għal pajjiżi li qed jiżviluppaw skont l-UNFCCC, li jinkludi jekk it-teknoloġija trasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità ntużax għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima, il-pajjiż riċevitur, l-ammont ta' appoġġ ipprovdut meta jkun possibbli, u t-tip ta' teknoloġija ttrasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità;
Informazzjoni disponibbli għas-sena X u s-snin sussegwenti dwar id-dispożizzjoni ppjanata ta' appoġġ, li tinkludi informazzjoni dwar attivitajiet ippjanati relatati ma' proġetti ta' trasferiment tat-teknoloġija ffinanzjati pubblikament jew proġetti li jibnu l-kapaċità għal pajjiżi li qed jiżviluppaw skont l-UNFCCC u għal teknoloġiji li jridu jiġu trasferiti u proġetti li jibnu l-kapaċità, li jinkludu jekk it-teknoloġija trasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità kienx maħsub għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima, il-pajjiż riċevitur, l-ammont ta' appoġġ li għandu jkun ipprovdut meta jkun possibbli, u t-tip ta' teknoloġija ttrasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità.
Parti 3
Rapportar dwar introjtu minn irkant
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 19(2):
informazzjoni dwar l-użu tal-introjtu matul is-sena X-1 iġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta' kwoti skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, inkluża informazzjoni dwar introjtu bħal dan li ntuża għal wieħed mill-iskopijiet jew aktar speċifikati fl-Artikolu 10(3) ta' dik id-Direttiva, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta' dak l-introjtu, u l-azzjonijiet meħuda skont dak l-artikolu;
informazzjoni dwar l-użu, kif determinat mill-Istat Membru, tad-dħul kollu ġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 3d(1) jew (2) tad-Direttiva 2003/87/KE, li għandha tingħata b'konformità mal-Artikolu 3d(4) ta' dik id-Direttiva;
Id-dħul mill-irkantar mhux żburżat fiż-żmien li Stat Membru jissottometti rapport lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(2) għandu jiġi kwantifikat u rapportat fir-rapporti għas-snin sussegwenti.
ANNESS IX
OBBLIGI TA' RAPPORTAR ADDIZZJONALI
Parti 1
Obbligi ta' rapportar addizzjonali fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli
Sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiġi inkluża skont il-punt (c) tal-Artikolu 20:
il-funzjonament tas-sistema ta' garanziji ta' oriġini għall-elettriku, il-gass, it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, il-livelli ta' ħruġ u l-kanċellazzjoni ta' garanziji ta' oriġini u l-konsum annwali nazzjonali li jirriżulta tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll il-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà u l-ħarsien minn frodi tas-sistema;
l-ammonti ta' bijokarburanti, bijogass, karburanti tat-trasport rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika, karburanti tal-karbonju riċiklat u elettriku rinnovabbli kkonsmati fis-settur tat-trasport u, meta jkun rilevanti, il-prestazzjoni tal-ffrankar tal-gassijiet serra tagħhom, b'distinzjoni bejn il-karburanti prodotti minn tipi differenti ta' għelejjel tal-ikel u tal-għalf u kull tip ta' materja prima elenkata fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
żviluppi fid-disponibbiltà, oriġini u użu tar-riżorsi tal-bijomassa għal finijiet ta' enerġija;
bidliet fil-prezzijiet tal-komoditajiet u fl-użu tal-art fl-Istat Membru assoċjat mal-użu miżjud tiegħu tal-bijomassa u forom oħra ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli:
il-produzzjoni eċċessiva stmata tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li tista' tiġi ttrasferita lejn Stati Membri oħra sabiex dawn jikkonformaw mal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u jiksbu l-kontribuzzjonijiet u t-trajettorji nazzjonali msemmija fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;
meta jkun applikabbli, id-domanda stmata għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli li għandha tiġi sodisfatta b'mezzi oħra għajr il-produzzjoni domestika sal-2030, li jinkludi l-materja prima ta' bijomassa importata;
L-iżvilupp teknoloġiku u l-użu ta' bijokarburanti magħmula mill-materja prima elenkata fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
meta jkun disponibbli, l-impatt stmat tal-produzzjoni jew l-użu tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa fuq il-bijodiversità, ir-riżorsi tal-ilma, id-disponibbiltà u l-kwalità tal-ilma, il-ħamrija u l-kwalità tal-arja fl-Istat Membru;
każijiet osservati ta' frodi fil-katina ta' kustodja tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa;
informazzjoni dwar kif kien stmat is-sehem ta' skart bijodegradabbli fi skart użat biex tiġi prodotta l-enerġija, u x'passi ttieħdu biex jittejbu u jkunu vverifikati dawk l-istimi;
ġenerazzjoni ta' sħana u elettriku mill-enerġija rinnovabbli fil-bini, inkluża data diżaggregata dwar l-enerġija prodotta, ikkonsmata u injettata fil-grid minn sistemi solari fotovoltajċi, sistemi termali solari, bijomassa, pompi tas-sħana, sistemi ġeotermiċi kif ukoll is-sistemi tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzati l-oħrajn kollha;
meta jkun applikabbli, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, kif ukoll l-enerġija rinnovabbli prodotta fl-ibliet u fil-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;
forniment primarju ta' bijomassa solida (f'1 000 m3, għajr fir-rigward tal-punt (1)(b)(iii), li ser ikun ipprovdut f'tunnellati)
Il-bijomassa tal-foresta użata għall-produzzjoni tal-enerġija (produzzjoni domestika u importazzjoni)
Bijomassa primarja mill-foresta użata direttament għall-produzzjoni tal-enerġija
Meta jkunu disponibbli, friegħi u qċaċet tas-siġar (ir-rapportar huwa volontarju)
Meta jkun applikabbli, biċċiet tas-siġar li jibqgħu fl-art wara l-qtugħ (ir-rapportar huwa volontarju)
Injam tond (maqsum f'injam tond industrijali u injam għall-karburant)
Meta jkun applikabbli, koprodotti tal-industrija bbażati fuq il-foresta użati direttament għall-enerġija
Meta jkun applikabbli, qoxra tas-siġar
Ċipep, serratura u partiċelli oħra tal-injam
Meta jkun applikabbli, likur iswed u żejt tal-arżnu mhux maħdum
Meta jkun disponibbli, injam ta' wara l-konsum li jintuża direttament għal produzzjoni tal-enerġija
Fjuwil abbażi ta' injam proċessat, prodott minn materja prima mhux ikkontemplata fil-punt (1)(a), (b) jew (c):
Meta jkun applikabbli, faħam tal-injam
Gerbub tal-injam u maltunelli tal-injam
Meta tkun disponibbli, il-bijomassa agrikola użata għal produzzjoni tal-enerġija (produzzjoni domestika, importazzjoni u esportazzjoni)
Għelejjel tal-enerġija għall-elettriku jew it-tisħin (inklużi msaġar ta' rotazzjoni qasira)
Residwi tal-għelejjel agrikoli għall-elettriku jew it-tisħin
Meta tkun disponibbli, il-bijomassa ta' skart organiku għall-produzzjoni tal-enerġija (produzzjoni domestika, importazzjoni u esportazzjoni)
Frazzjoni organika għal skart industrijali
Frazzjoni organika għal skart muniċipali
Ħama tal-iskart
konsum ta' enerġija finali ta' bijomassa solida (ammont ta' bijomassa solida użata għall-produzzjoni tal-enerġija fis-setturi li ġejjin):
Settur tal-enerġija
Elettriku
Sħana u enerġija kkombinati
Sħana
Settur industrijali intern (elettriku kkonsmat u awtoprodott, CHP u tisħin)
Konsum finali dirett residenzjali
Oħrajn
Parti 2
Obbligi ta' rapportar addizzjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika
Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiġi inkluża skont il-punt (c) tal-Artikolu 21:
politiki maġġuri leġislattivi u mhux leġislattivi, miżuri, miżuri finanzjarji u programmi implimentati fis-sena X-2 u X-1 (b'X bħala s-sena meta r-rapport ikun dovut) sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħhom – imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 – li jippromwovu s-swieq ta' servizz tal-enerġija, it-titjib fil-prestazzjoni tal-enerġija fil-bini, il-miżuri li jutilizzaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika għall-infrastruttura tal-gass u l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, it-titjib tal-informazzjoni u l-kwalifika, miżuri oħra sabiex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika;
l-ammont kumulattiv ta' enerġija ffrankata permezz tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE fis-snin X-3 u X-2;
l-ammont ta' ffrankar miksub mill-miżuri mmirati lejn it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku b'konformità mal-Artikolu 7(11) tad-Direttiva 2012/27/UE;
meta jkun applikabbli, l-ammont ta' ffrankar miksub b'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;
progress f'kull settur u r-raġunijiet għaliex il-konsum tal-enerġija baqa' stabbli jew kien qed jikber fis-sena X-3 u X-2 fl-oqsma ta' konsum tal-enerġija finali;
erja totali tal-pavimentar tal-bini b'erja totali ta' pavimetar utli 'l fuq minn 250 m2 proprjetà ta' gvern ċentrali tal-Istati Membri u okkupat minnu li, fl-1 ta' Jannar tas-sena X-2 u X-1, ma tkunx issodisfat ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2012/27/UE;
erja totali tal-pavimentar ta' bini msaħħan u/jew mkessaħ proprjetà ta' gvern ċentrali tal-Istati Membri u okkupat minnu li kien rinnovat fis-sena X-3 u X-2 imsemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2012/27/UE jew l-ammont ta' enerġija ffrankata fil-bini eliġibbli proprjetà tal-gvern ċentrali tagħhom u okkupata minnu kif jissemma fl-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2012/27/UE;
għadd ta' verifiki tal-enerġija mwettqa fis-sena X-3 u X-2. Barra minn hekk l-għadd totali stmat ta' kumpaniji kbar fit-territorju tagħhom li għalihom huwa applikabbli l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2012/27/UE u l-għadd ta' verifiki tal-enerġija mwettqa f'dawk l-intrapriżi fis-sena X-3 u X-2;
il-fattur tal-enerġija primarja nazzjonali applikat għall-elettriku u ġustifikazzjoni jekk dan ikun differenti mill-koeffiċjent prestabbilit imsemmi fin-nota (3) tal-Anness IV tad-Direttiva 2012/27/UE;
l-għadd u l-erja ta' pavimentar ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija fis-sena X-2 u X-1, kif previst fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE, ibbażat fuq kampjunar statistiku meta jkun hemm bżonn;
il-link tal-internet għas-sit web fejn wieħed jista' jaċċessa l-lista jew l-interfaċċa ta' fornituri ta' servizzi tal-enerġija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2012/27/UE.
ANNESS X
RAPPORT DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ TAL-BIJOENERĠIJA TAL-UNJONI
Ir-rapport tal-UE dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija minn enerġija li ġejja mill-bijomassa li jrid jiġi adottat kull sentejn mill-Kummissjoni flimkien mar-rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija skont il-punt (d) tal-Artikolu 35(2), għandu jkun fih bħala minimu l-informazzjoni li ġejja:
il-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali relattivi ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa differenti, l-effetti tal-politiki ta' importazzjoni tal-Unjoni fuqhom, is-sigurtà tal-implikazzjonijiet tal-provvista u l-modi kif jinkiseb approċċ bilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet;
l-impatt fuq il-produzzjoni u l-użu ta' bijomassa fuq is-sostenibbiltà fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi, li jinkludu impatti fuq il-bijodiversità;
data u analiżi tad-disponibbiltà u d-domanda attwali u projettata tal-bijomassa sostenibbli, li jinkludu l-impatt ta' domanda ogħla għall-bijomassa fuq setturi li jużaw il-bijomassa;
l-iżvilupp teknoloġiku u l-użu ta' bijokarburanti magħmula mill-materja prima elenkata fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u valutazzjoni tal-effett tad-disponibbiltà tal-għalf u l-kompetizzjoni fir-riżorsi b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u tal-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE;
informazzjoni dwar ir-riżultati tar-riċerka xjentifika disponibbli, u l-analiżi tagħhom dwar it-tibdil indirett fl-użu tal-art fir-rigward tal-mezzi ta' produzzjoni kollha, akkumpanjata minn valutazzjoni dwar jekk il-firxa ta' inċertezza identifikata fl-analiżi sottostanti għall-istimi ta' emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art tistax titnaqqas, u jekk jistax jitqies l-impatt possibbli tal-politiki tal-Unjoni, bħall-ambjent, il-klima u l-politiki agrikoli;
fir-rigward kemm ta' pajjiżi terzi kif ukoll Stati Membri li huma sors sinifikanti ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa kkonsmati fl-Unjoni, dwar miżuri nazzjonali meħuda biex jirrispettaw l-kriterji ta' sostenibbiltà u l-kriterji ta' ffrankar ta' GHGs stabbilit fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10), tad-Direttiva (UE) 2018/2001, għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-ilma u l-arja; u
informazzjoni aggregata mill-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
Fir-rapportar dwar l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' GHGs mill-użu tal-bijomassa, il-Kummissjoni għandha tuża l-ammonti rapportati mill-Istati Membri skont il-punt (b) tal-Parti 1 tal-Anness IX ta' dan ir-Regolament, inkluż il-valuri medji proviżorji tal-emissjonijiet stmati fil-bidla fl-użu indirett tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi tas-sensittività kif stabbilit fl-Anness VIII tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament id-data dwar il-valuri medji proviżorji tal-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi tas-sensittività. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk u kif tinbidel l-istima tal-iffrankar dirett fuq l-emissjonijiet jekk jittieħed kont tal-ko-prodotti bl-użu tal-approċċ ta' sostituzzjoni
ANNESS XI
SKEMI VOLONTARJI LI FUQHOM IL-KUMMISSJONI ADOTTAT DEĊIŻJONI SKONT L-ARTIKOLU 30(4) TAD-DIRETTIVA (UE) 2018/2001
Ir-rapport dwar skemi volontarji li fuqhom il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li għandu jiġi adottat darba kull sentejn mill-Kummissjoni flimkien mar-rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija skont il-punt (e) tal-Artikolu 35(2) ta' dan ir-Regolament, għandu jkun fih, bħala minimu, l-analiżi tal-Kummissjoni ta' dawn li ġejjin:
l-indipendenza, il-modalità u l-frekwenza tal-verifiki, fir-rigward kemm ta' dak espress dwar dawk l-aspetti fid-dokumentazzjoni tal-iskema, meta l-iskema kkonċernata ġiet approvata mill-Kummissjoni, kif ukoll fir-rigward tal-aħjar prattiki tal-industrija;
id-disponibbiltà, l-esperjenza u t-trasparenza fl-applikazzjoni ta' metodi għall-identifikazzjoni u l-indirizzar tan-nuqqas ta' konformità, b'attenzjoni partikolari biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet jew allegazzjonijiet ta' aġir ħażin serju min-naħa tal-membri tal-iskema;
it-trasparenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-iskema, id-disponibbiltà ta' traduzzjonijiet fil-lingwi applikabbli tal-pajjiżi u r-reġjuni minn fejn toriġina l-materja prima, l-aċċessibbiltà ta' lista ta' operaturi ċċertifikati u ċ-ċertifikati relevanti, u l-aċċessibbiltà ta' rapporti tal-awdituri;
l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni ma' komunitajiet indiġeni u lokali qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet matul l-abbozzar u l-analiżi tal-iskema kif ukoll waqt l-awditi u t-tweġiba għall-kontributi tagħhom;
ir-robustezza ġenerali tal-iskema, b'mod partikolari fid-dawl tar-regoli dwar l-akkreditament, il-kwalifika u l-indipendenza tal-awdituri u tal-korpi rilevanti tal-iskema;
meta jkunu disponibbli, l-aġġornamenti tas-suq tal-iskema, l-ammont ta' materja prima u l-bijokarburanti iċċertifikati, skont il-pajjiż tal-oriġini u t-tip, l-għadd ta' parteċipanti;
il-faċilità u l-effettività tal-implimentazzjoni ta' sistema ta' intraċċar tal-provi ta' konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà li l-iskema tagħti lill-membru/i tagħha, tali sistema intenzjonata li sservi bħala mezz ta' prevenzjoni kontra attività frodulenti bil-ħsieb, b'mod partikolari, tal-identifikazzjoni, it-trattament u s-segwitu tal-frodi u irregolaritajiet oħrajn suspettati u fejn jixraq, l-għadd ta' każijiet ta' frodi jew irregolaritajiet identifikati;
għażliet għall-entitajiet biex ikunu awtorizzati jirrikonoxxu u jagħmlu monitoraġġ tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;
kriterji għar-rikonoxximent jew l-akkreditament tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;
regoli dwar kif għandu jsir il-monitoraġġ tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;
modi biex jiffaċilitaw jew itejbu l-promozzjoni tal-aħjar prattiki.
ANNESS XII
SISTEMI TA' INVENTARJU NAZZJONALI
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 37 tinkludi li ġej:
id-data u l-metodi rapportati għall-attivitajiet u l-installazzjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-fini tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-GHGs sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-emissjonijiet ta' GHGs irrapportati skont l-iskema tal-EU-ETS u fl-inventarji nazzjonali tal-GHGs;
data miġbura permezz tas-sistemi ta' rapportar dwar gassijiet fluworurati fis-setturi rilevanti, stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għall-fini tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali dwar il-GHGs;
emissjonijiet, data sottostanti u metodoloġiji rapportati mill-faċilitajiet skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 għall-fini tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali dwar il-GHGs;
id-data rapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008;
data miġbura permezz ta' intraċċar ġeografiku fuq żoni tal-art fil-kuntest tal- programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u l-Istati Membri, inkluż l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta LUCAS u l-Programm Copernicus.
ANNESS XIII
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Regolament (UE) Nru 525/2013 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 2 |
— |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4 |
Artikolu 15 |
Artikolu 5 |
Artikolu 37(1), (2) u (6); Anness XII |
Artikolu 6 |
Artikolu 37(3) u (7) |
Artikolu 7 |
Artikolu 26(3), (4),(6) u (7); Anness V |
Artikolu 8 |
Artikolu 26(2) u (7) |
Artikolu 9 |
Artikolu 37(4) u (5) |
Artikolu 10 |
Artikolu 40 |
Artikolu 11 |
— |
Artikolu 12 |
Artikolu 39 |
Artikolu 13 |
Artikolu 18(1)(a) u Artikolu 18(3) u (4); Anness VI |
Artikolu14 |
Artikolu 18(1)(b) u Artikolu (2), (3) u (4); Anness VII |
Artikolu 15 |
Artikolu 19(1); Anness VIII, Parti 1 |
Artikolu 16 |
Artikolu 19(3) u Anness VIII, Parti 2 |
Artikolu 17 |
Artikolu 19(2), (4) u (5); Anness VIII, Parti 3 |
Artikolu 18 |
Artikolu 17(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 19 |
— |
Artikolu 20 |
— |
Artikolu 21 |
Artikolu 29(1)(c) u Artikolu 29(5) u(7) |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 23 |
Artikolu 41(1)(d), (e), (f), (g) u (h) |
Artikolu 24 |
Artikolu 42 |
Artikolu 25 |
— |
Artikolu 26 |
Artikolu 44(1)(a) u Artikolu 44(2), (3) u (6) |
Artikolu 27 |
— |
Artikolu 28 |
Artikolu 57 |
Artikolu 29 |
— |
( 1 ) Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
( 2 ) Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
( *1 ) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).”
( *2 ) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).”
( *3 ) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).”
( 3 ) Konsistenza għandha tiġi żgurata mal-istrateġiji fit-tul skont l-Artikolu 15.
( 4 ) B'konformità mar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).
( 5 ) Meta jkunu qed jippjanaw dawk il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-tmiem tal-ħajja ta' installazzjonijiet eżistenti u l-potenzjal għat-tiġdid.
( 6 ) B'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE.
( 7 ) B'konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2012/27/UE.
( 8 ) B'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE.
( 9 ) B'konformità mal-Artikoli 12 u 17 tad-Direttiva 2012/27/UE.
( 10 ) B'konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2012/27/UE.
( 11 ) B'konformità mal-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2012/27/UE.
( 12 ) Il-politiki u l-miżuri għandhom jirriflettu l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”.
( 13 ) Il-konsistenza għandha tiġi żgurata bl-azzjoni preventiva u l-pjanijiet tal-emerġenza skont ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1), kif ukoll il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji skont ir-Regolament (UE) 2018/2001 [kif propost permezz ta' COM(2016) 862 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar Direttiva 2005/89/KE].
( 14 ) Il-politiki u l-miżuri għandhom jirriflettu l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”.
( 15 ) Għajr għall-Gruppi Reġjonali PCI stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.
( 16 ) Għajr għall-Gruppi Reġjonali PCI stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.
( 17 ) B'konformità mal-Artikolu 15(8) tad-Direttiva 2012/27/UE.
( 18 ) Ara l-Parti 2 għal lista dettaljata ta' parametri u fatturi varjabbli li jridu jiġu rapportati fit-Taqsima B tal-Pjan.
( 19 ) Is-sitwazzjoni attwali għandha tirrifletti d-data ta' ppreżentazzjoni tal-pjan nazzjonali (jew l-aħħar data disponibbli). Il-politiki u l-miżuri eżistenti jinkorporaw politiki u miżuri implimentati u adottati. Il-politiki u l-miżuri adottati huma dawk li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni uffiċjali mill-gvern sad-data ta' ppreżentazzjoni tal-pjan nazzjonali u li jkun hemm impenn ċar favur l-implimentazzjoni tagħhom. Politiki u miżuri implimentati huma dawk li għalihom japplikaw waħda jew iktar minn dawn li ġejjin fid-data ta' ppreżentazzjoni tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew tar-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima: leġislazzjoni Ewropea direttament applikabbli jew leġislazzjoni nazzjonali tkun fis-seħħ, ikun ġie stabbilit ftehim volontarju wieħed jew iktar, ikunu ġew allokati r-riżorsi finanzjarji, ir-riżorsi umani jkunu ġew mobilizzati.
( 20 ) L-għażla ta' fatturi eżoġeni tista' tkun ibbażata fuq il-preżunzjonijiet magħmula fix-Xenarju ta' Riferiment tal-UE tal-2016 jew xenarji strateġiċi sussegwenti oħra għall-istess fatturi varjabbli. Minbarra hekk, ir-riżultati speċifiċi tal-Istati Membri tax-Xenarju ta' Riferiment tal-UE tal-2016 kif ukoll ir-riżultati ta' xenarji strateġiċi sussegwenti jistgħu jkunu sors utli ta' informazzjoni meta jiġu żviluppati l-projezzjonijiet nazzjonali bil-politiki u l-miżuri u l-valutazzjonijiet tal-impatt eżistenti.
( 21 ) B'konformità mal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2012/27/UE.
( 22 ) Dan in-negozju ta' referenza bħala projezzjoni tas-soltu għandu jkun il-bażi għall-mira tal-konsum tal-enerġija finali u primarja għall-2030 li huwa deskritt fi 2.3 u l-fatturi ta' konverżjoni.
( 23 ) B'referenza għall-istampa ġenerali tal-infrastruttura eżistenti ta' trażmissjoni minn Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (TSOs).
( 24 ) B'referenza għall-pjanijiet tal-iżvilupp ta' netwerks nazzjonali u pjanijiet ta' investiment reġjonali ta' TSOs.
( 25 ) B'referenza għall-istampa ġenerali tal-infrastruttura eżistenti għat-trażmissjoni mit-TSOs.
( 26 ) B'referenza għall-pjanijiet tal-iżvilupp ta' netwerks nazzjonali u pjanijiet ta' investiment reġjonali ta' TSOs.
( 27 ) Il-politiki u l-miżuri ppjanati huma għażliet li jridu jiġu diskussi u li għandhom ċans realistiku li jiġu adottati u implimentati wara d-data ta' ppreżentazzjoni tal-pjan nazzjonali. Għalhekk il-projezzjonijiet li jirriżultaw skont taqsima 5.1.i għandhom jinkludu mhux biss il-politiki u l-miżuri implimentati u adottati (projezzjonijiet b'politiki u miżuri eżistenti), imma wkoll il-politiki u l-miżuri ppjanati.
( 28 ) Għall-pjan li jkopri l-perijodu mill-2021 sal-2030: Għal kull parametru/fattur varjabbli fil-lista, għandhom jiġu rapportati x-xejriet matul is-snin 2005-2040 (2005-2050 meta jkun xieraq), inkluż għas-sena 2030, f'intervalli ta' ħames snin kemm fit-taqsima 4 kif ukoll fit-taqsima 5. Għandu jiġi indikat parametru bbażat fuq suppożizzjonijiet eżoġeni kontra output immudellat.
( 29 ) Kemm jista' jkun, id-data u l-projezzjonijiet rapportati għandhom jissawru fuq u jkunu konsistenti mad-data tal-EUROSTAT u l-metodoloġija użata għar-rapportar tal-istatistika Ewropea fil-liġi settorjali rilevanti, peress li l-istatistika Ewropea hija s-sors ewlieni ta' data statistika użata għar-rapportar u l-monitoraġġ, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea.
( 30 ) Nota: il-projezzjonijiet kollha għandhom isiru abbażi ta' prezzijiet kostanti (prezzijiet tal-2016 użati bħala sena bażi)
( 31 ) Il-Kummissjoni se tipprovdi rakkomandazzjonijiet għal parametri ewlenin, li tal-anqas ikopru l-prezzijiet taż-żejt, il-gass u l-importazzjoni tal-faħam kif ukoll il-prezzijiet tal-karbonju fl-EU-ETS.