Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012D0642-20200219

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/642/2020-02-19

    02012D0642 — MT — 19.02.2020 — 011.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/642/PESK

    tal-15 ta’ Ottubru 2012

    dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

    (ĠU L 285 17.10.2012, p. 1)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/248/PESK tad-29 ta’ Mejju 2013

      L 143

    24

    30.5.2013

     M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/308/PESK tal-24 ta’ Ġunju 2013

      L 172

    31

    25.6.2013

     M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/534/PESK tad-29 ta' Ottubru 2013

      L 288

    69

    30.10.2013

     M4

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/24/PESK tal-20 ta’ Jannar 2014

      L 16

    32

    21.1.2014

     M5

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/439/PESK tat-8 ta' Lulju 2014

      L 200

    13

    9.7.2014

     M6

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/750/PESK tat-30 ta' Ottubru 2014

      L 311

    39

    31.10.2014

     M7

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1142 tat-13 ta' Lulju 2015

      L 185

    20

    14.7.2015

     M8

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1335 tal-31 ta' Lulju 2015

      L 206

    64

    1.8.2015

     M9

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1957 tad-29 ta' Ottubru 2015

      L 284

    149

    30.10.2015

    ►M10

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/280 tal-25 ta' Frar 2016

      L 52

    30

    27.2.2016

    ►M11

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/350 tas-27 ta' Frar 2017

      L 50

    81

    28.2.2017

    ►M12

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/280 tat-23 ta' Frar 2018

      L 54

    16

    24.2.2018

     M13

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/325 tal-25 ta' Frar 2019

      L 57

    4

    26.2.2019

    ►M14

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/214 tas-17 ta’ Frar 2020

      L 45

    3

    18.2.2020


    Ikkoreġuta bi:

     C1

    Rettifika, ĠU L 297, 15.10.2014, p.  41 (2014/24/PESK)

     C2

    Rettifika, ĠU L 328, 13.11.2014, p.  61 (2014/439/PESK)

     C3

    Rettifika, ĠU L 176, 7.7.2015, p.  41 (2014/439/PESK)




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/642/PESK

    tal-15 ta’ Ottubru 2012

    dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja



    Artikolu 1

    1.  Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, lill-Bjelorussja minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew permezz ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.

    2.  Għandu jiġi pprojbit:

    (a) 

    il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Bjelorussja;

    (b) 

    il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-punti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fil-Bjelorussja;

    (c) 

    il-parteċipazzjoni, konxjentement u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom hu li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

    Artikolu 2

    1.  L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:

    (a) 

    il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx, jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Unjoni għat-tiswir ta’ istituzzjonijiet, jew għal operazzjonijiet tal-UE u tan-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;

    (b) 

    il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-Bjelorussja;

    (c) 

    il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tali tagħmir, jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet;

    (d) 

    il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet,

    bil-kundizzjoni li tali esportazzjonijiet u assistenza jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

    2.  L-Artikolu 1 m'għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket kontra l-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Bjelorussja minn persunal tan-NU, minn persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u dawk li jaħdmu fl-iżvilupp u persuni assoċjati għall-użu personali tagħhom biss.

    ▼M11

    3.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal tagħmir tal-biathlon li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fir-regoli tal-avvenimenti u l-kompetizzjonijiet tal-Unjoni Internazzjonali tal-Biathlon (IBU).

    ▼M12

    4.  B'deroga mill-Artikolu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' azzarini sportivi ta' kalibru żgħir, pistoli sportivi ta' kalibru żgħir u munizzjon ta' kalibru żgħir, li huma intiżi esklużivament għall-użu f'avvenimenti sportivi u taħriġ sportiv, jew l-assistenza teknika jew servizzi ta' senserija, il-finanzjament jew l-assistenza finanzjarja relatati.

    L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiddetermina l-prodotti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-paragrafu.

    5.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 4 mill-inqas għaxart ijiem qabel l-awtorizzazzjoni, inkluż it-tip u l-kwantità tat-tagħmir ikkonċernat u l-iskop li għalih hu intiż, jew in-natura tal-assistenza jew servizzi relatati.

    ▼B

    Artikolu 3

    1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, tal-persuni:

    (a) 

    responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom ikunu serjament jipperikolaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Bjelorussja, jew kwalunkwe persuna assoċjata magħhom;

    (b) 

    li jibbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenka jew jappoġġawh,

    kif elenkat fl- ►M10  Anness ◄ .

    2.  Il-paragrafu 1 m'għandux jobbliga Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

    3.  Il-paragrafu 1 m'għandux ikun ta’ preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru ikun marbut b’xi obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

    (a) 

    bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

    (b) 

    bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa’ min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti;

    (c) 

    taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;

    jew

    (d) 

    taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

    4.  Il-paragrafu 3 għandu jitqies bħala li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru huwa l-pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

    5.  Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.

    6.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mil-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat abbażi ta' ħtieġa urġenti umanitarja, jew abbażi tal-attendenza f'laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt fil-Bjelorussja.

    7.  Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kunsidrata bħala mogħtija sakemm wieħed mill-Membri tal-Kunsill jew iktar ma jagħmlux oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

    8.  F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew t-transitu mit-territorju tiegħu ta' kwalunkwe persuna mniżżla fl- ►M10  Anness ◄ , l-awtorizazzjoni għandha tkun ristretta għall-għan li għalih tkun ingħatat u għal dik il-persuna kkonċernata b'dan.

    Artikolu 4

    1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma l-proprjetà ta’, huma miżmuma minn jew huma kkontrollati minn:

    (a) 

    persuni, entitajiet jew korpi responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom ikunu serjament jipperikolaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Bjelorussja, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp assoċjati magħhom, kif ukoll persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma proprjetà ta', jew ikkontrollati minnhom;

    (b) 

    persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jibbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenka jew jappoġġawh, kif ukoll persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom,

    kif elenkat fl- ►M10  Anness ◄ għandhom jiġu ffriżati.

    2.  L-ebda fond jew riżors ekonomiku m’għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ tali persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl- ►M10  Anness ◄ .

    Artikolu 5

    1.  L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:

    (a) 

    meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi ta' kwalunkwe persuna elenkata fl- ►M10  Anness ◄ u l-membri tal-familja dipendenti minnha, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

    (b) 

    maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ drittijiet professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż li jsiru li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

    (c) 

    maħsubin esklussivament għall-pagament ta' miżati jew ħlasijiet għal servizzi fiż-żamma jew manteniment ta' rutina ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

    (d) 

    meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni, tal-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew

    (e) 

    biex jitħallsu fi jew jinħargu minn, kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.

    2.  L-Artikolu 4(2) m'għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

    (a) 

    imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b) 

    ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew li saru qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK jew din id-Deċiżjoni.

    u dment li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-Artikolu 4(1) ta’ din id-Deċiżjoni.

    3.  L-Artikolu 4(1) m'għandux iżomm lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat milli jagħmel pagament dovut skont kuntratt li kien daħal għalih qabel ma tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ġie elenkat fil-lista, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-pagament ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmi fl-Artikolu 4(1).

    Artikolu 6

    ▼M10

    1.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-lista li tinsab fl-Anness skont kif ikun meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fil-Bjelorussja.

    ▼B

    2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna kkonċernata, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar tagħha fil-lista, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil tali persuna bil-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet.

    3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna ikkonċernata kif meħtieġ.

    Artikolu 7

    Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżlin f’din id-Deċiżjoni.

    ▼M14

    Artikolu 8

    1.  Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Frar 2021.

    2.  Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.

    ▼B

    Artikolu 9

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012

    ▼M10




    ANNESS

    Persuni msemmijin fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 4(1)



     

    Ismijiet

    Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa

    Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

    Ismijiet

    (ortografija Bjelorussa)

    Ismijiet

    (ortografija Russa)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    1.

    Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

    Naumov, Vladimir Vladimirovich

    НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

    НАУМОВ, Владимир Владимирович

    Data tat-twelid: 7.2.1956,

    Post tat-twelid: Smolensk (Russja)

    Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll eks-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa. Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni “Għall-Mertu” grad III mill-President Lukashenka.

    2.

    Paulichenka, Dzmitry Valerievich

    Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich)

    ПАЎЛIЧЭНКА, Дзмiтрый Валер'евiч

    ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич

    Data tat-twelid: 1966

    Post tat-Twelid: Vitebsk

    Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь”

    220028, Минск Маяковского, 111

    Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR).

    Negozjant, Kap tal-“Unur”, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern.

    3.

    Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich)

    Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich)

    ШЭЙМАН, Biктap Уладзiмiравiч

    ШЕЙМАН, Виктор Владимирович

    Data tat-twelid: 26.5.1958,

    Post tat-Twelid: Hrodna region

    Indirizz:

    Управлениe

    Делами Президента

    ул. К.Маркса, 38

    220016, г. Минск

    Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President.

    4.

    Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich)

    Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich

    СIВАКАЎ, Юрый Леанiдавiч

    СИВАКОВ, Юрий Леонидович

    Data tat-twelid: 5.8.1946

    Post tat-Twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin

    Indirizz:

    Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь”

    220028, Минск Маяковского, 111

    Organizza l-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Eks-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, eks-Ministru għall-Intern u eks-Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.

    ▼M10 —————

    Top