This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009L0042-20101229
Directive 2009/42/EC of the European Parliament and of the Council of 6 May 2009 on statistical returns in respect of carriage of goods and passengers by sea (Recast) (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009L0042 — MT — 29.12.2010 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DIRETTIVA 2009/42/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p.29) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 94 |
33 |
15.4.2010 |
||
REGOLAMENT (UE) Nru 1090/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ Novembru 2010 |
L 325 |
1 |
9.12.2010 |
DIRETTIVA 2009/42/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Mejju 2009
dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar
(Tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 1 ),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE tat-8 ta’ Diċembru 1995 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar ( 2 ) ġiet emendata diversi drabi ( 3 ) b’mod sostanzjali. Ġaladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, din għandha tiġi mfassla mill-ġdid, fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
Biex twettaq ix-xogħlijiet li ġiet fdata bihom fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport marittimu, il-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha data statistika paragunabbli, affidabbli, sinkronizzata u regolari dwar l-iskala u l-iżvilupp tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar lejn u mill-Komunità, bejn l-Istati Membri u għat-trasport domestiku bil-baħar. |
(3) |
Huwa wkoll importanti għall-Istati Membri u għall-operaturi ekonomiċi li jkollhom tagħrif sod dwar is-suq tat-trasport marittimu. |
(4) |
Il-ġabra ta’ data statistika Komunitarja fuq bażi paragunabbli jew armonizzata tagħmilha possibbli li tiġi stabbilita sistema integrata li tipprovdi informazzjoni affidabbli, konsistenti u aġġornata. |
(5) |
Id-data dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar għandu jsir b’mod li jkun paragunabbli bejn l-Istati Membri u bejn modi differenti ta’ trasport. |
(6) |
Skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, il-ħolqien tal-istandards komuni tal-istatistika li jippermettu li tiġi prodotta informazzjoni armonizzata jista’ jiġi ttrattat biss b’mod effiċjenti f’livell Komunitarju. Id-data tinġabar f’kull Stat Membru taħt l-awtorità tal-korpi u l-istituzzjonijiet inkarigati biex jiġbru statistiki uffiċjali. |
(7) |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 4 ). |
(8) |
B’mod partikolari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(9) |
L-elementi ġodda introdotti f’din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri. |
(10) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness IX, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Ġbir ta’ data statistika
L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistika Komunitarja dwar it-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ bastimenti tal-baħar li jidħlu fil-portijiet tat-territorji tagħhom.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) “trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar” ifisser il-moviment ta’ merkanzija u passiġġieri bl-użu ta’ bastimenti tal-baħar, fuq vjaġġi magħmula kompletament jew parzjalment fuq il-baħar.
L-iskop ta’ din id-Direttiva għandu jinkludi wkoll merkanzija:
(i) trasportata bil-baħar lejn stallazzjonijiet barra x-xtut;
(ii) miġbura minn qiegħ il-baħar u mħatta fil-portijiet.
Bunkers u ħażniet forniti lil bastimenti għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva;
(b) “bastimenti tal-baħar” ifisser bastimenti ta’ xort’ oħra minn dawk li joperaw esklużivament fl-ilmijiet interni jew fl-ilmijiet ta’ ġewwa, jew li jmissu ma’, ilmijiet imkennija jew żoni fejn japplikaw ir-regolamenti tal-portijiet.
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal bastimenti li fuqhom jinqabad il-ħut, bastimenti li fuqhom jipproċessaw il-ħut, bastimenti għat-tħaffir u l-esplorazzjoni, bastimenti li jirmunkaw, bastimenti li jimbuttaw u bastimenti għar-riċerka jew għall-istħarriġ, dredgers, bastimenti navali jew bastimenti użati biss għal skopijiet mhux kummerċjali;
(c) “port” ifisser post li għandu faċilitajiet għal vapuri merkantili sabiex jirmiġġaw u jgħabbu jew iħottu t-tagħbija jew sabiex jiżbarkaw jew jimbarkaw passiġġieri fuq jew minn bastimenti;
(d) “nazzjonalità tal-operatur tat-trasport marittimu” ifisser dik li tikkorrispondi għall-pajjiż li fih jinsab iċ-ċentru effettiv tal-attività kummerċjali tal-operatur tat-trasport;
(e) “operatur tat-trasport marittimu” ifisser kull persuna li tikkonkludi, jew li f’isimha jiġi konkluż, kuntratt ma’ karigatur jew passiġġier għat-trasport bil-baħar ta’ merkanzija jew persuni.
Artikolu 3
Karatteristiċi tal-ġbir tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-data relatata ma’:
(a) informazzjoni dwar it-tagħbija u l-passiġġieri;
(b) informazzjoni dwar il-bastiment.
Bastimenti b’tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100 jistgħu jiġu esklużi mill-ġbir tad-data.
2. Il-karatteristiċi tal-ġbir tad-data, jiġifieri l-varjabbli statistiċi f’kull dominju u n-nomenklaturi għal klassifika tagħhom, kif ukoll il-perjodiċità tagħhom ta’ osservazzjoni, huma stabbiliti fl-Annessi I sa VIII.
3. Il-ġbir tad-data għandu jkun ibbażat, sa kemm huwa possibbli, fuq sorsi disponibbli, sabiex jiġi llimitat il-piż fuq dawk li jwieġbu.
4. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-karatteristiċi tal-ġbir tad-data u tal-kontenut tal-Annessi I sa VIII għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi sakemm tali adattament ma jinvolvix żieda sostanzjali fin-nefqa għall-Istati Membri u/jew fil-piż li jġorru dawk li jwieġbu.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta dawk il-miżuri permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 10a u bil-kundizzjonijiet tal-Artikoli 10b u 10c.
Artikolu 4
Il-Portijiet
1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta’ portijiet, kodifikati u klassifikati skont il-pajjiżi u ż-żoni marittimi kostali.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta dawk il-miżuri permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 10a u bil-kundizzjonijiet tal-Artikoli 10b u 10c.
2. Kull Stat Membru għandhu jagħżel mill-lista imsemmija fil-paragrafu 1 port li minn ġo fih jgħaddu iżjed minn miljun tunnellata merkanzija jew li jirreġistra iżjed minn 200 000 moviment ta’ passiġġieri kull sena.
Għal kull port magħżul, data dettaljata għandha tiġi pprovduta, b’konformità mal-Anness VIII, għad-dominji (merkanzija u passiġġieri) li fihom dak il-port jissodisfa l-kriterji tal-għażla, u b’data sommarja, jekk approprjat, għad-dominju l-ieħor.
3. Għal portijiet mhux magħżula mil-lista, data sommarja għandha tiġi pprovduta skont l-Annessi VIII, sett ta’ data A3.
Artikolu 5
Preċiżjoni tal-istatistika
Il-metodu tal-ġbir tad-data għandu jkun tali li l-istatistika Komunitarja tat-trasport bil-baħar juru l-preċiżjoni meħtieġa għas-settijiet ta’ data statistika deskritti fl-Annness VIII.
Il-Kummissjoni għandha tfassal standards ta’ preċiżjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta dawk il-miżuri permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 10a u bil-kundizzjonijiet tal-Artikoli 10b u 10c.
Artikolu 6
L-ipproċessar tar-riżultati tal-ġbir tad-data
L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-informazzjoni statistika miġbura skont l-Artikolu 3, sabiex tinkiseb statistika paragunabbli, bl-istandard ta’ preċiżjoni previst fl-Artikolu 5.
Artikolu 7
It-trażmissjoni tar-riżultati tal-ġbir tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu r-riżultati tal-ġbir tad-data msemmija fl-Artikolu 3 lill- Kummissjoni (Eurostat), inkluża d-data ddikjarata kunfidenzjali mill-Istati Membri skont il-leġislazzjoni jew il-prattika domestika li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika, skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea ( 5 )
2. Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi skont l-istruttura tas-settijiet ta’ data statistika definiti fl-Anness VIII. Id-dettalji tekniċi għat-trażmissjoni tar-riżultati għandhom jiġu speċifikati skont il-proċedura tal-immaniġġjar imsemmija fl-Artikolu 10(2).
3. It-trażmissjoni tar-riżultati għandha ssir fi żmien ħames xhur mill-aħħar tal-perjodu ta’ osservazzjoni għad-data ta’ perjodiċità kull kwart u fi żmien tmien xhur għal data ta’ perjodiċità annwali.
L-ewwel trażmissjoni għandha tkopri l-ewwel kwart tas-sena 1997.
Artikolu 8
Ir-Rapporti
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-informazzjoni relevanti kollha dwar il-metodi użati għall-ġbir tad-data. Għandhom ukoll jgħaddu d-dettalji ta’ bdil sostanzjali fil-metodi użati għall-ġbir tad-data.
Artikolu 9
Id-disseminazzjoni tad-data statistika
Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiddissemina id-data statistika adatta b’perjodiċità paragunabbli ma’ dik tat-trażmissjoni tar-riżultati.
L-arranġamenti għall-pubblikazzjoni jew id-disseminazzjoni tad-data statistika mill-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ ġestjoni imsemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 10
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
▼M2 —————
Artikolu 10a
Eżerċitar tad-delega
1. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(1) u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn tad-29 ta’ Diċembru 2010. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 10b.
2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tagħmel notifika tiegħu simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 10b u 10c.
Artikolu 10b
Revoka tad-delega
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(1) u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet il-proċedura interna għad-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi revokata delega tas-setgħat għandha timpenja ruħha biex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed deċiżjoni aħħarija, b’indikazzjoni tad-delega tas-setgħat li tista’ tkun suġġetta għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal dan.
3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10c
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
2. Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.
L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.
Artikolu 11
Komunikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.
Artikolu 12
Tħassir
Id-Direttiva 95/64/KE, kif emendata mill-Atti elenkati fl-Anness IX, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness IX, Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
Destinatarji
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
IL-VARJABBLI U D-DEFINIZZJONIJIET
1. Il-varjabbli Statistiċi
(a) L-informazzjoni dwar il-merkanzija u l-passiġġieri
— piż gross tal-merkanzija f’tunnellati,
— tip ta’ merkanzija, skont in-nomenklatura murija fl-Anness II,
— deskrizzjoni tal-merkanzija, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness III,
— il-port ta’ rappurtaġġ
— direzzjoni ta’ moviment, jekk hux ’il ġewwa jew ’il barra,
— għall-merkanzija dieħla ’l ġewwa: il-port tat-tagħbija (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija ġiet mgħobbija fuq il-vapur li fih waslet fil-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,
— Għall-merkanzija ħierġa ’l barra: il-port tal-ħatt (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija għandha tinħatt mill-vapur li fih telqet mill-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,
— Numru ta’ passiġġieri li jibdew jew jispiċċaw vjaġġ.
Għall-merkanzija li tinġarr f’kontejners jew unitajiet ro-ro, għandhom jiġu pprovduti dawn id-dettallji addizzjonali partikolari:
— Numru ta’ kontejners bil-merkanzija,
— Numru ta’ kontejners mingħajr merkanzija,
— Numru totali ta’ unitajiet mobbli (ro-ro) bil-merkanzija jew mingħajrha,
— Numru totali ta’ unitajiet mobbli (ro-ro) mingħajr merkanzija.
(b) Informazzjoni dwar il-bastiment
— Numru ta’ bastimenti;
— il-piż waħdu tal-bastimenti jew tunnellaġġ gross;
— pajjiż jew territorju tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness V;
— tip ta’ bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VI;
— daqs tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VII.
2. Id-Definizzjonijiet
(a) “Kontenitur tat-tagħbija” ifisser artikolu ta’ tagħmir tat-trasport:
(1) ta’ natura permanenti u għalhekk b’saħħtu biżżejjed sabiex ikun tajjeb għal użu ripetittiv;
(2) diżinjat speċjalment sabiex jiffaċilita t-trasport tal-merkanzija b’mod wieħed jew iktar ta’ trasport, mingħajr tagħbija mill-ġdid intermedja;
(3) mgħammar b’apparat li jippermetti li jiġi mmaniġġjat faċliment, b’mod partikolari t-trasferiment tiegħu minn mod wieħed ta’ trasport għal ieħor;
(4) hekk maħsub sabiex ikun faċli biex jimtela u biex jiġi żvujtat;
(5) ta’ tul ta’ 20 pied jew aktar.
(b) “Unità ro-ro” ifisser tagħmir bir-roti għat-trasport ta’ merkanzija, bħalma huwa trakk, karru jew semikarru, li jista’ jiġi misjuq jew irmunkat fuq bastiment. Karrijiet tal-port jew tal-vapuri huma inklużi f’din id-definizzjoni. Il-Klassifiki għandhom isegwu r-Rakkomandazzjoni ECE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti “Kodiċi għat-tipi ta’ merkanzija, pakketti u materjali tal-imballaġġ”.
(c) “Merkanzija tal-kontejners” ifisser kontejners bil-merkanzija jew mingħajrha li jintrefgħu fuq jew mill-bastimenti li jittrasportawhom bil-baħar.
(d) “Merkanzija ro-ro” tfisser merkanzija, kemm jekk fil-kontejners u kemm jekk le, fuq unitajiet ro-ro, u unitajiet ro-ro li huma rrumblati fuq jew mill-bastimenti li jittrasportawhom bil-baħar.
(e) “Il-piż gross tal-merkanzija” jfisser it-tunnellaġġ ta’ merkanzija ttrasportata, inkluż l-imballaġġ imma eskluż il-piż waħdu tal-kontejners jew ta’ l-unitiajiet ro-ro.
(f) “Il-Piż (DWT)” (Deadweight) ifisser id-differenza f’tunnellati metriċi bejn l-ispostar ta’ vapur fuq il-linja tat-tagħbija tas-sajf fl-ilma b’gravitá speċifika ta’ 1,025 u l-piż totali tal-vapur, jiġifieri l-ispostar f’tunnellati metriċi ta’ vapur mingħajr merkanzija, karburant, żejt ta’ lubrifikazzjoni, ilma saborra, ilma frisk u ilma tax-xorb fit-tankijiet, provvisti li jintużaw kif ukoll passiġġieri, ekwipaġġ u l-ħwejjeġ tagħhom.
(g) “Tunnellaġġ gross” ifisser id-daqs globali ta’ vapur determinat skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Vapuri, 1969.
(h) “Passiġġier fuq kroċiera” tfisser passiġġier bil-baħar li jagħmel vjaġġ bil-baħar fuq bastiment tal-kroċiera. Il-passiġġieri fuq eskursjonijiet ta’ jum huma esklużi.
(i) “Vapur tal-kroċiera” tfisser vapur tal-passiġġieri ppjanat li jipprovdi lill-passiġġieri b’esperjenza turistika sħiħa. Il-faċilitajiet għad-divertiment abbord huma inklużi. Il-vapuri li jipprovdu servizzi ta’ ferries normali huma esklużi, ukoll jekk xi passiġġieri jikkunsidraw is-servizz bħala kroċiera. Barra minn dan, il-bastimenti li jġorru l-merkanzija li jistgħu jittrasportaw numru limitat ħafna ta’ passiġġieri bil-kabini tagħhom stess huma esklużi wkoll. Il-bastimenti maħsuba unikament għall-eskursjonijiet ta’ jum huma wkoll esklużi.
(j) “Eskursjoni tal-passiġġieri fuq kroċiera” tfisser żjara qasira minn passiġġier fuq kroċiera lejn attrazzjoni turistika assoċjata ma’ port filwaqt li jżomm kabina abbord.
ANNESS II
TIP TA’ KLASSIFIKAZZJONI TAL-MERKANZIJA
Kategorija (1) |
Kodiċi ċifra waħda |
Kodiċi żewġ ċifri |
Deskrizzjoni |
Tunnellaġġ |
Numru |
Tagħbija Likwida |
1 |
1X |
Merkanzija likwida bl-ingross (ebda unità ta’ merkanzija) |
X |
|
11 |
Gass likwifikat |
X |
|||
12 |
Żejt mhux raffinat |
X |
|||
13 |
Prodotti taż-żejt |
X |
|||
19 |
Merkanzija likwida oħra bl-ingross |
X |
|||
Tagħbija niexfa |
2 |
2X |
Merkanzija niexfa bl-ingrossa (ebda unità ta’ merkanzija) |
X |
|
21 |
Minerali |
X |
|||
22 |
Faħam |
X |
|||
23 |
Prodotti agrikoli (eż qamħ, soya, tapjoka) |
X |
|||
29 |
Merkanzija niexfa oħra bl-ingrossa |
X |
|||
Containers |
3 |
3X |
Containers kbar |
X (2) |
X |
31 |
20’ unità ta’ tagħbija |
X (2) |
X |
||
32 |
40’ unità ta’ tagħbija |
X (2) |
X |
||
33 |
Unitajiet ta’ tagħbija > 20’ u < 40’ |
X (2) |
X |
||
34 |
Unitajiet ta’ tagħbija > 40’ |
X (2) |
X |
||
Irrumblati ’l fuq irrumblati ’l isfel (jaħdmu waħedhom) |
5 |
5X |
Unitajiet mobbli li jaħdmu waħedhom |
X |
X |
51 |
Vetturi tal-merkanzija tat-triq u l-karrijiet li jiġu magħhom |
X (2) |
X |
||
52 |
Karozzi għall-passiġġieri u l-karrijiet/il-karavannijiet li jiġu magħhom |
X (3) |
|||
53 |
Karozzi tal-linja għall-passiġġieri |
X (3) |
|||
54 |
Vetturi tal-kummerċ (inklużi vetturi bil-mutur għall-importazzjoni u esportazzjoni) |
X |
X (3) |
||
56 |
Bhejjem ħajjin |
X |
X (3) |
||
59 |
Unitajiet mobbli oħrajn li jaħdmu waħedhom |
X |
X |
||
Irrumblati ’l fuq irrumblati ’l isfel (mhux li jaħdmu waħedhom) |
6 |
6X |
Unitajiet mobbli oħrajn li ma jaħdmux waħedhom |
X |
X |
61 |
Karrijiet u semikarrijiet tat-triq għat-trasport ta’ merkanzija mhux akkumpanjati |
X (2) |
X |
||
62 |
Karavannijiet u karrijiet oħra tat-triq, agrikoli u industrijali mhux akkumpanjati |
X (3) |
|||
63 |
Vaguni tal-ferrovija, karrijiet ta’ fuq il-bastimenti li jintużaw minn port għall-ieħor u barkuni ta’ fuq il-bastimenti involuti fit-trasport tal-merkanzija |
X (2) |
X |
||
69 |
Unitajiet mobbli oħrajn li jaħdmu waħedhom |
X |
X |
||
Merkanzija ġenerali oħra |
9 |
9X |
Merkanzija oħra, mhux speċifkata mkien ieħor |
X |
|
91 |
Prodotti forestali |
X |
|||
92 |
Prodotti tal-ħadid u l-azzar |
X |
|||
99 |
Merkanzija ġenerali oħra |
X |
|||
(1) Dawn il-kategoriji huma konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet EKE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti. (2) Il-kwantità rreġistrata hija l-piż gross tal-merkanzija inkluż l-imballaġġ imma eskluż il-piż waħdu tal-containers u l-unitajiet ro-ro. (3) In-numru totali tal-unitajiet biss. |
ANNESS III
NST 2007
Diviżjoni |
Deskrizzjoni |
01 |
Prodotti tal-agrikokura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ћut u prodotti oћra tas-sajd |
02 |
Faћam u lignite; żejt mhux u gass naturali |
03 |
Metalli mhux maћduma u prodotti oћra tal-minijieri u tal-barrieri; pit; uranju u torju |
04 |
Prodotti ta’ l-ikel, xorb u tabakk |
05 |
Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda |
06 |
Injam u prodotti tal-injam u tas-sufra (gћajr gћamara); oġġetti magћmulin mittiben u materjal ta’ l-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta: materjal stampat u materjal irrekordjat |
07 |
Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat |
08 |
Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magћmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik; fjuwil nukleari |
09 |
Prodotti oћra minerali li m'humiex metallici |
10 |
Metalli bażiċi; prodotti ffabbrikati mill-metall, gћajr makkinarju u tagћmir |
11 |
Makkinarju u tagћmir n.e.c.; makkinarju ta’ l-ufficeji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagћmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti medici, ta’ precizjoni u ottiċi; arloġġi |
12 |
Tagћmir ta’ trasport |
13 |
Gћamara; oġġetti oћra mmanifatturati n.e.c. |
14 |
Materja prima sckondarja; skart municipali u tip schor ta’ skart |
15 |
Posta pakketti postali |
16 |
Tagћmir u materjal utilizzat gћat-transport tal-merkanzija |
17 |
Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċiji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru gћat-tiswija; oġġetti oћra li ma jkunux gћas-suq n.e.c. |
18 |
Merkanzija raggruppata: taћlita ta’ tipi ta’ merkanzija li huma ttrasportati flimkien |
19 |
Merkanzija mhux identifikabbli: merkanzija li gћal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u gћalhekk ma tissax tiġi assenjata lill-gruppi 01 – 16 |
20 |
Merkanxija oћra n.e.c. |
ANNEX IV
IŻ-ŻONI KOSTALI MARITTIMI
In-nomenklatura li għandha tiġi użata hija l-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri) ( 6 ) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-dejta.
Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija fuq, segwit minn żewġ żerojiet (eż. kodiċi GR00 għall-Greċja), għajr il-pajjiżi li huma maqsuma f’żewġ żoni kostali marittimi jew aktar, li huma identifikati mir-raba’ ċifra għajr iż-żero (minn 1 sa 7), bħal hawn isfel:
Kodici |
Żoni kostali marittimi |
FR01 |
Franza: l-Atlantiku u l-Baħar tat-Tramuntana |
FR02 |
Franza: il-Mediterran |
FR03 |
Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi: il-Guyana Franċiża |
FR04 |
Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi: Martinique u Gaudeloupe |
FR05 |
Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi: Réunion |
DE01 |
il-Ġermanja: il-Baħar tat-Tramuntana |
DE02 |
il-Ġermanja: il-Baltiku |
DE03 |
il-Ġermanja: Intern |
GB01 |
ir-Renju Unit |
GB02 |
l-Isle of Man |
GB03 |
iċ-Channel Islands |
ES01 |
Spanja: l-Atlantiku (it-tramuntana) |
ES02 |
Spanja: il-Mediterran u l-Atlantiku (in-nofs in-nhar) inlużi l-Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji |
SE01 |
l-Iżvezja: il-Baltiku |
SE02 |
l-Iżvezja: il-Baħar tat-Tramuntana |
TR01 |
it-Turkija: il-Baħar l-Iswed |
TR02 |
it-Turkija: il-Mediterran |
RU01 |
ir-Russja: il-Baħar l-Iswed |
RU03 |
ir-Russja: l-Ażja |
RU04 |
ir-Russja: il-Baħar ta’ Barents u l-Baħar l-Abjad |
RU05 |
ir-Russja: il-Baltiku, il-Golf tal-Finlandja biss |
RU06 |
ir-Russja: il-Baltiku, eskluż il-Golf tal-Finlandja |
RU07 |
ir-Russja: il-kanali interni Ewropej, inkluż il-Baħar Kaspju |
MA01 |
il-Marokk: il-Mediterran |
MA02 |
il-Marokk: l-Afrika tal-Punent |
EG01 |
l-Eġittu: il-Mediterran |
EG02 |
l-Eġittu: il-Baħar l-Aħmar |
IL01 |
l-Iżrael: il-Mediterran |
IL02 |
l-Iżrael: il-Baħar l-Aħmar |
SA01 |
l-Arabja Sawdita: il-Baħar l-Aħmar |
SA02 |
l-Arabja Sawdita: il-Golf |
US01 |
l-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (it-Tramuntana) |
US02 |
l-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (in-nofs in-nhar) |
US03 |
l-Istati Uniti tal-Amerika: il-Golf |
US04 |
l-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (in-nofs in-nhar) |
US05 |
l-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (it-tramuntana) |
US06 |
l-Istati Uniti tal-Amerika: Great Lakes |
US07 |
Puerto Rico |
CA01 |
il-Kanada: l-Atlantiku |
CA02 |
il-Kanada: Great Lakes u Upper Saint Lawrence |
CA03 |
il-Kanada: il-Kosta tal-Punent |
CO01 |
il-Kolombja: il-Kosta tat-Tramuntana |
CO02 |
il-Kolombja: il-Kosta tal-Punent |
Bil-kodiċijiet addizzjonali |
|
ZZ01 |
Installazzjonijiet barra mix-xtut li mhuma speċifikati mkien oħra |
ZZ02 |
Aggregati u postijiet li mhuma speċifikati mkien ieħor |
ANNESS V
NAZZJONALITÀ TAR-REĠISTRAZZJONI TAL-BASTIMENTI
In-nomenklatura li għandha tiġi użata hija l-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri) ( 7 ) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-dejta.
Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija hawn fuq, segwit minn żewġ żerojiet (eż. kodiċi GR00 għall-Greċja), għajr għal pajjiżi b’aktar min reġistru wieħed, li huma identifikati mir-raba’ ċifra għajr iż-żero, bħal hawn isfel:
FR01 |
Franza |
FR02 |
it-Territorju Antartiku Franċiż (inklużi l-Gżejjer Kerguelen) [ir-reġistru twaqqaf fl-aħħar ta’ April 2007] |
FR03 |
Franza (RIF) [reġistru ġdid introdott f’Mejju 2007] |
IT01 |
l-Italja – l-ewwel reġistru |
IT02 |
l-Italja – ir-reġistru internazzjonali |
GB01 |
ir-Renju Unit |
GB02 |
l-Isle of Man |
GB03 |
iċ-Channel Islands |
GB04 |
Ġibiltà |
DK01 |
id-Danimarka |
DK02 |
id-Danimarka (DIS) |
PT01 |
il-Portugall |
PT02 |
il-Portugall (MAR) |
ES01 |
Spanja |
ES02 |
Spanja (Rebeca) |
NO01 |
in-Norveġja |
NO02 |
in-Norveġja (NIS) |
US01 |
l-Istati Uniti tal-Amerika |
US02 |
Puerto Rico |
ANNESS VI
TIP TA’ KLASSIFIKA TAL-BASTIMENT (ICST-COM)
Tip |
Il-kategoriji ta’ bastiment inklużi |
|
10 |
Tagħbija Likwida |
Tanker taż-żejt Tanker tal-Kimiċi Tanker LG Tanker barkun Tanker ieħor |
20 |
Tagħbija niexfa |
Trasportatur ta’ tagħbija bl-ingrossa/taż-żejt Trasportatur ta’ tagħbija bl-ingrossa |
31 |
Kontejner |
Kontejner mimli |
32 |
Speċjalizzati |
Trasportatur tal-barkuni Trasportatur tal-kimiċi Karburanti irradjati Trasportatur ta’ bhejjem Trasportatur tal-vetturi Speċjalizzati oħrajn |
33 |
Merkanzija ġenerali, mhux speċjalizzata |
Reefer Ro-ro tal-passiġġieri Kontejner ro-ro Merkanzija ro-ro oħra Trasportatur ikkumbinat ta’ merkanzija ġenerali/passiġġieri Trasportatur ikkumbinat ta’ merkanzija ġenerali/kontejner Basitmenti bi gverta singola Bastimenti bi gverti multipli |
34 |
Barkun ta’ merkanzija niexfa |
Barkun Gverta (deck barge) Barkun Hopper Barkun lash-seabee Barkun ta’ merkanzija niexfa miftuħ Barkun ta’ merkanzija niexfa mgħotti Barkuni oħrajn ta’ merkanzija niexfa nes |
35 |
Tal-Passiġġieri |
Tal-Passiġġieri (esklużi l-passiġieri tal-kroċieri) |
36 |
Kroċiera Ta’ passiġġieri |
Bastimenti tal-kroċieri biss |
41 |
Tas-Sajd |
Għall-qabda tal-ħut (1) Għall-ipproċessar tal-ħut (1) |
42 |
Attivitajiet barra x-xtut |
Tħaffir u esplorazzjoni (1) Appoġġ barra x-xtut (1) |
43 |
Bastimenti li jirmunkaw |
Bastimenti li jirmunkaw (1) Bastimenti li jimbuttaw (1) |
49 |
Mixxellanji |
Dredgers (1) Riċerka/inkjesta (1) Bastimenti oħrajn nes (1) |
XX |
Mhux magħruf |
Tip ta’ bastiment mhux magħruf |
(1) Mhux kopert minn din id-Direttiva. |
ANNESS VII
IL-KLASSIJIET TAD-DAQS TAL-BASTIMENTI
il-ħlas tan-nol skont il-piż (P) jew f’tunnellaġġ gross (TG)
Din il-klassifika tappika biss għal bastimenti b’tunnellaġġ gross ta’ 100 jew iżjed.
Il-klassi |
Il-limitu ta’ isfel |
Il-Limitu ta’ fuq |
||
P |
TG |
P |
TG |
|
01 |
— |
100 |
sa 499 |
sa 499 |
02 |
500 |
500 |
999 |
999 |
03 |
1 000 |
1 000 |
1 999 |
1 999 |
04 |
2 000 |
2 000 |
2 999 |
2 999 |
05 |
3 000 |
3 000 |
3 999 |
3 999 |
06 |
4 000 |
4 000 |
4 999 |
4 999 |
07 |
5 000 |
5 000 |
5 999 |
5 999 |
08 |
6 000 |
6 000 |
6 999 |
6 999 |
09 |
7 000 |
7 000 |
7 999 |
7 999 |
10 |
8 000 |
8 000 |
8 999 |
8 999 |
11 |
9 000 |
9 000 |
9 999 |
9 999 |
12 |
10 000 |
10 000 |
19 999 |
19 999 |
13 |
20 000 |
20 000 |
29 999 |
29 999 |
14 |
30 000 |
30 000 |
39 999 |
39 999 |
15 |
40 000 |
40 000 |
49 999 |
49 999 |
16 |
50 000 |
50 000 |
79 999 |
79 999 |
17 |
80 000 |
80 000 |
99 999 |
99 999 |
18 |
100 000 |
100 000 |
149 999 |
149 999 |
19 |
150 000 |
150 000 |
199 999 |
199 999 |
20 |
200 000 |
200 000 |
249 999 |
249 999 |
21 |
250 000 |
250 000 |
299 999 |
299 999 |
22 |
≥ 300 000 |
≥ 300 000 |
— |
— |
NB: Jekk bastimenti b’tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100 kellhom jiġu inklużi skont din id-Direttiva, kienu jiġu allokati kodiċi tal-klassi “99”. |
ANNEX VIII
L-ISTRUTTURA GĦAL SETTIJIET TA’ DEJTA STATISTIKA
Is-settijiet ta’ dejta speċifikati f’dan l-Anness jiddefinixxu l-frekwenza għall-istatistika tat-trasport marittimu meħtieġa mill-Komunità. Kull sett ta’ dejta jiddefinixxi klassifika inkroċjata ta’ sett limitat ta’ qisien fuq livelli differenti tan-nomenklaturi, aggregati tul il-qisien l-oħrajn kollha, li għalihom tkun meħtieġa statistika ta’ kwalità tajba.
▼M2 —————
STATISTIKA FIL-QOSOR U DDETTALJATA
— Is-settijiet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija u l-passiġġieri huma A1, A2, B1, C1, D1, E1, F1 u/jew F2.
— Is-settijiet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija iżda mhux għall-passiġġieri huma A1, A2, A3, B1, C1, E1, F1 u/jew F2.
— Is-settijiet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-passiġġieri iżda mhux għall-merkanzija huma A3, D1, F1 u/jew F2.
— Is-sett ta’ dejta li għandu jiġi pprovdut għal portijiet magħżula u għal portijiet li mhumiex magħżula (la għall-merkanzija u lanqas għall-passiġġieri) huwa A3.
Varjabbli |
Dettall tal-kodifikazzjoni |
Nomenklatura |
|
Dimensjonijiet |
Sett ta’ dejta |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
A1 |
Sena ta’ referenza |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
(eż. 1997) |
|
Tliet xhur ta’ referenza |
Karattru wieħed alfanumeriku |
(1, 2, 3, 4) |
|
Il-port li jagħmel ir-rapport |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet |
|
Direzzjoni |
Karattru wieħed alfanumeriku |
‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2) |
|
Port ta’ tagħbija/ħatt |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |
|
Relazzjoni |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
Żoni kostali marittimi, Anness IV |
|
Tip ta’ merkanzija |
Karattru wieħed alfanumeriku |
Tip ta’ merkanzija, Anness II |
|
Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati. |
Varjabbli |
Dettall tal-kodifikazzjoni |
Nomenklatura |
|
Dimensjonijiet |
Sett ta’ dejta |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
A2 |
Sena ta’ referenza |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
(eż. 1997) |
|
Tliet xhur ta’ referenza |
Karattru wieħed alfanumeriku |
(1, 2, 3, 4) |
|
Il-port li jagħmel ir-rapport |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet |
|
Direzzjoni |
Karattru wieħed alfanumeriku |
‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2) |
|
Port ta’ tagħbija/ħatt |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |
|
Relazzjoni |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
Żoni kostali marittimi, Anness IV |
|
Tip ta’ merkanzija |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
Tip ta’ merkanzija (tagħbija bla unitajiet biss), Anness II (subkategoriji 1X, 11, 12, 13, 19, 2X, 21, 22, 23, 29, 9X, 91, 92 u 99) |
|
Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati. |
Varjabbli |
Dettall tal-kodifikazzjoni |
Nomenklatura |
|
Dimensjonijiet |
Sett ta’ dejta |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
A3 |
Sena ta’ referenza |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
(eż. 1997) |
|
Tliet xhur ta’ referenza |
Karattru wieħed alfanumeriku |
(0) |
|
Il-port li jagħmel ir-rapport |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Il-Portijiet kollha fil-lista tal-portijiet |
|
Direzzjoni |
Karattru wieħed alfanumeriku |
‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2) |
|
Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati. Numru ta’ passiġġieri (ħlief passiġġieri fuq kroċieri). Numru ta’ passiġġieri fuq kroċieri li jibdew u jtemmu kroċiera. Numru ta’ passiġġieri tal-kroċieri fuq eskursjoni: direzzjoni: ‘il ġewwa (1) biss - (mhux obbligatorju). |
Varjabbli |
Dettall tal-kodifikazzjoni |
Nomenklatura |
|
Dimensjonijiet |
Sett ta’ dejta |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
B1 |
Sena ta’ referenza |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
(eż. 1997) |
|
Tliet xhur ta’ referenza |
Karattru wieħed alfanumeriku |
(0) |
|
Il-port li jagħmel ir-rapport |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet |
|
Direzzjoni |
Karattru wieħed alfanumeriku |
‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2) |
|
Port ta’ tagħbija/ħatt |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |
|
Relazzjoni |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
Żoni kostali marittimi, Anness IV |
|
Tip ta’ merkanzija |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
Tip ta’ merkanzija, Anness II |
|
Prodott |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
Nomenklatura tal-merkanzija, Anness III |
|
Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati. |
Varjabbli |
Dettall tal-kodifikazzjoni |
Nomenklatura |
|
Dimensjonijiet |
Sett ta’ dejta |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
C1 |
Sena ta’ referenza |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
(eż. 1997) |
|
Tliet xhur ta’ referenza |
Karattru wieħed alfanumeriku |
(1, 2, 3, 4) |
|
Il-port li jagħmel ir-rapport |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet |
|
Direzzjoni |
Karattru wieħed alfanumeriku |
‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2) |
|
Port ta’ tagħbija/ħatt |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |
|
Relazzjoni |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
Żoni kostali marittimi, Anness IV |
|
Tip ta’ merkanzija |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
Tip ta’ merkanzija (kontejner, ro-ro biss), l-Anness II (subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69) |
|
Dejta: Il-piż gross tal-prodotti f’tunnellati (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69). Numru ta’ unitajiet (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69). Numru ta’ unitajiet mingħajr merkanzija (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 59, 6X, 61, 63 u 69). |
Varjabbli |
Dettall tal-kodifikazzjoni |
Nomenklatura |
|
Dimensjonijiet |
Sett ta’ dejta |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
D1 |
Sena ta’ referenza |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
(eż. 1997) |
|
Tliet xhur ta’ referenza |
Karattru wieħed alfanumeriku |
(1, 2, 3, 4) |
|
Il-port li jagħmel ir-rapport |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet |
|
Direzzjoni |
Karattru wieħed alfanumeriku |
‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2) |
|
Port ta’ tagħbija/ħatt |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |
|
Relazzjoni |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
Żoni kostali marittimi, Anness IV |
|
Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment (mhux obbligatorju) |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, Anness V |
|
Dejta: Numru ta’ passiġġieri għajr passiġġieri fuq kroċieri li jibdew u jtemmu kroċiera u passiġġieri tal-kroċieri fuq eskursjoni. |
Varjabbli |
Dettall tal-kodifikazzjoni |
Nomenklatura |
|
Dimensjonijiet |
Sett ta’ dejta |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
E1 |
Sena ta’ referenza |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
(eż. 1997) |
|
Tliet xhur ta’ referenza |
Karattru wieħed alfanumeriku |
(0) |
|
Il-port li jagħmel ir-rapport |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet |
|
Direzzjoni |
Karattru wieħed alfanumeriku |
‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2) |
|
Port ta’ tagħbija/ħatt |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet |
|
Relazzjoni |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
Żoni kostali marittimi, Anness IV |
|
Tip ta’ merkanzija |
Karattru wieħed alfanumeriku |
Tip ta’ merkanzija, Anness II |
|
Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, Anness V |
|
Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati. |
Varjabbli |
Dettall tal-kodifikazzjoni |
Nomenklatura |
|
Dimensjonijiet |
Sett ta’ dejta |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
F1 |
Sena ta’ referenza |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
(eż. 1997) |
|
Tliet xhur ta’ referenza |
Karattru wieħed alfanumeriku |
(1, 2, 3, 4) |
|
Il-port li jagħmel ir-rapport |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet |
|
Direzzjoni |
Karattru wieħed alfanumeriku |
‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2) |
|
Tip ta’ bastiment |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
Tip ta’ bastiment, Anness VI |
|
Daqs tal-bastiment DWT |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
Klassijiet tad-daqs f’tunnellati ta’ piż, Anness VII |
|
Dejta: Numru ta’ bastimenti. Il-piż tal-bastimenti f’tunnellati. |
Varjabbli |
Dettall tal-kodifikazzjoni |
Nomenklatura |
|
Dimensjonijiet |
Sett ta’ dejta |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
F2 |
Sena ta’ referenza |
Erba’ karattri alfanumeriċi |
(eż. 1997) |
|
Tliet xhur ta’ referenza |
Karattru wieħed alfanumeriku |
(1, 2, 3, 4) |
|
Il-port li jagħmel ir-rapport |
Ħames karattri alfanumeriċi |
Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet |
|
Direzzjoni |
Karattru wieħed alfanumeriku |
‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2) |
|
Tip ta’ bastiment |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
Tip ta’ bastiment, Anness VI |
|
Daqs tal-bastiment GT |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
Klassijiet tad-daqs f’tunnellaġġ gross, Anness VII |
|
Dejta: Numru ta’ bastimenti. Tunnellaġġ gross tal-bastimenti. |
ANNESS IX
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 12)
Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE (ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25) |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/385/KE (ĠU L 174, 18.6.1998, p. 1) |
Artikolu 3 biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/363/KE (ĠU L 132, 5.6.2000, p. 1) |
Artikolu 1 biss |
Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) |
Anness II, punt 20 biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/366/KE (ĠU L 123, 17.5.2005, p. 1) |
Artikolu 1 biss |
Regolament tal-Kummisssjoni (KE) Nru. 1304/2007 (ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14) |
Artikolu 1 biss |
PARTI B
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 12)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
95/64/KE |
fil-31 ta’ Diċembru 1996. |
ANNESS X
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 95/64/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2, punt (a), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b) |
Artikolu 2, punt (a), it-tieni subparagrafu, punti (i) u (ii) |
Artikolu 2(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 2, punt (a), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 2(2) sa (5) |
Artikolu 2, punti (b) sa (e) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 5, 6 u 7 |
Artikolu 5, 6 u 7 |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8 |
Artikolu 8(2) |
— |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 11 |
— |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 (1) u (2) |
Artikolu 10(1) u (2) |
— |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 13(3) |
— |
Artikolu 14(1) |
— |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 11 |
— |
Artikolu 12 |
Artikolu 15 |
Artikolu 13 |
Artikolu 16 |
Artikolu 14 |
Anness I sa VIII |
Anness I sa VIII |
— |
Anness IX |
— |
Anness X |
( 1 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009.
( 2 ) ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25.
( 3 ) Ara l-Anness IX, Parti A.
( 4 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
( 5 ) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
( 6 ) Il-verżjoni attwalment fis-seħħ hija stilupata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).
( 7 ) Il-verżjoni attwalment fis-seħħ hija stilupata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).