EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R1293-20170105

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 tat- 18 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1293/2017-01-05

02008R1293 — MT — 05.01.2017 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1293/2008

tat-18 ta' Diċembru 2008

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 340 19.12.2008, p. 38)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2012 tal-5 ta’ Novembru 2012

  L 307

56

7.11.2012

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2260 tal-15 ta' Diċembru 2016

  L 342

14

16.12.2016




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1293/2008

tat-18 ta' Diċembru 2008

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

“4b1711

►M2  Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS ◄

Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20, Levucell SC10 ME)

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Forma solida:

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta’ ċelloli vijabbli nixfin b’konċentrazzjoni minima garantita ta’ 2 × 1010 CFU/g.

Fil-forma miksija:

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta’ ċelloli vijabbli nixfin b’konċentrazzjoni minima garantita ta’ 1 × 1010 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077: 80 % ta’ ċelloli vijabbli nixfin u 14 % ta’ ċelloli mhux vijabbli.

Metodu analitiku (1):

Metodu għas-sustanzi dilwiti suċċessivi (pure plate method) u identifikazzjoni tal-molekolari (PCR).

Ħrief

3,0 × 109

►M1  7,3 × 109  ◄

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Fl-għalf kumplementarju, taqbiżx 50 °C bi Levucell SC20 u 80 °C ma’ Levucell SC10ME.

3.  Fil-forma miksija, għall-inklużjoni permezz ta’ għalf pelleted biss.

4.  Doża rakkomanata: 7,3 × 109 CFU/kg ta’ għalf sħiħ.

5.  Jekk il-prodott ikun ittrattat jew imħallat f’ambjent magħluq, huwa rakkomandat li biex jitħallat jintużaw nuċċalijiet tas-sigurtà u maskri tan-nifs, dejjem jekk il-mixers ma jkunux mgħammra b’sistemi tal-exhaust.

8.1.2019

(1)   Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives”

Top