This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01999L0002-20081211
Directive 1999/2/EC of the European Parliament and of the Council of 22 February 1999 on the approximation of the laws of the Member States concerning foods and food ingredients treated with ionising radiation
Consolidated text: Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza
Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza
01999L0002 — MT — 11.12.2008 — 002.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA 1999/2/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Frar 1999 (ĠU L 066 13.3.1999, p. 16) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003 |
L 284 |
1 |
31.10.2003 |
|
REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008 |
L 311 |
1 |
21.11.2008 |
ID-DIRETTIVA 1999/2/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Frar 1999
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' ikel u ingredjenti ta' l-ikel, hawn iżjed “il quddiem imsejjħa” oġġetti ta' l-ikel, trattati b'radjazzjoni li tionizza.
2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:
oġġetti ta' l-ikel esposti għar-radjazzjoni li tionizza prodotti minn strumenti li jkejjlu jew li jispezzjonaw, sakemm id-doża assorbita ma tkunx aktar minn 0,01 Gy għal strumenti li jispezzjonaw li jitulizzaw in-newtroni u 0,5 Gy fil-każi l-oħra, f'livell ta' enerġija ta' radjazzjoni massima ta' 10 MeV fil-każ ta' X-rays, 14 MeV fil-każ ta' newtroni u 5 MeV fil-każi l-oħra;
ir-radjazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel ippreparati għall pazjenti li jeħtieġu dieti sterili taħt kontroll mediku.
Artikolu 2
L-istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li oġġetti ta' l-ikel irradjati jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk dawn jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex jiġi awtorizat it-trattament ta' l-oġġetti ta' l-ikel b'radjazzjoni li tionizza huma stabbiliti f'Anness I. Fil-ħin tat-trattament dawk l-oġġetti ta' l-ikel għandhom ikunu jinstabu fi' stat tajjeb għas-saħħa.
2. L-irradjazzjoni tista' ssir biss permezz tal-mezzi tas-sorsi elenkati f'Anness II u skond ir-rekwiżiti tal-Kodiċi ta' Prattika imsemmija f'Artikolu 7(2). Il-medja totali tad-doża assorbita għandha tiġi kkalkolata skond Anness III.
Artikolu 4
1. Il-Lista Komunitarja ta' oġġetti ta' l-ikel li jistgħu jiġu ttrattati b'radjazzjoni li tionizza bl-esklużjoni ta' l-oħrajn kollha u d-dożi massimi ta' radjazzjoni awtorizzati għandho jiġu definiti fid-Direttiva li timplimenta, li għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilità f'Artikolu 100a tat-Trattat billi jittieħed kont tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti f'Anness I.
2. Din il-lista għandha tiġi stabbilita fi stadji.
3. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali fis-seħħ u, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, tibgħat skond il-proċedura mniżżla f'Artikolu 100a tat-Trattat proposti mmirati lejn l-istabbiliment tal-lista.
Mhux iżjed tard mill-31 ta' Diċembru 2000, il-Kummissjoni għandha, skond Artikolu 100a tat-Trattat, tibgħat proposta maħsuba li tikkompleta l-lista pożittiva prevista fil-paragrafu 1.
4. Sakemm tidħol fis-seħħ d-Direttiva adottata fuq il-bażi tal-proposta imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tat-trattament ta' l-oġġetti ta' l-ikel b'radjazzjoni li tionizza sakemm:
it-trattament ta' l-oġġetti ta' l-ikel in kwistjoni jkun ġie soġġett għall-opinjoni favorevoli tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel;
il-medja totali tad-doża assorbita ta' radjazzjoni ma taqbisx il-valuri tal-limitu rrakkomandati mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel;
ir-radjazzjoni li tionizza u t-tqegħid fis-suq jiġu effettwati skond din id-Direttiva.
5. Sakemm tidħol fis-seħħ din id-Direttiva adottata fuq il-bażi tal-proposta ismemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, kwalunkwe Stat Membru jista' wkoll jawtorizza t-trattament ta' l-oġġetti ta' l-ikel li għalihom ġew sostnuti l-awtorizzazzjonijiet minn Stat Membru ieħor skond il-paragrafu 4, u fejn il-kondizzjonijiet rimsemmija fil-paragrafu 4 ikunu ġew sodisfatti.
6. L-Istati Membru għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-awtorizzazzjonijiet sostnutiskond il-paragrafu 4 jew mogħtija skond il-paragrau 5 u tal-kondizzjonijiet meħmuża magħhom. Il-Kummissjoni għandha tippublika dawn in-notifikazzjonijiet fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.
7. Sakemm tidħol fis-seħħ id-Direttiva adottata fuq il-bażi tal-proposta imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu, b'konformità mar-regoli tat-Trattat, ikomplu japplikaw ir-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet nazzjonali esiżtenti fuq ir-radjazzjoni li tionizza ta' oġġetti ta' l-ikel u fuq il-kummerċ ta' oġġetti ta' l-ikel irradjati li m'humix inklużi fil-lista pożittiva inizjali stabbilita bid-Direttiva li timplimenta;
Artikolu 5
1. Id-doża massima ta' radjazzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel tista' tingħata f'dożi parzjali; iżda, d-doża massima ta' radjazzjoni ffissata skond Artikolu 4 m'għandhix tinqabeż. It-trattament bl-irradjazzjoni m'għandux jintuża flimkien ma' xi trattament kimiku li jkollu l-istess skopta'dak it-trattament.
2. Il-Kummissjoni tista' tadotta eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).
Artikolu 6
It-tikkettjar ta' l-oġġetti ta' l-ikel ittrattati b'radjazzjoni li tionizza għandu jiġi rregolat bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
fil-każ ta' prodotti intenzjonati għall-konsumatur finali u għall-fornituri ta' l-ikel u x-xorb għall-massa:
jekk il-prodotti jinbiegħu bħala oġġetti, il-kliem “irradjati” jew “trattati b'radjazzjoni li tionizza” għandhom jidhru fuq it-tikketta kif provdut f'Artikolu 5(3) tar-Direttiva 79/112/KEE.
Fil-każ ta' prodotti mibjugħu bil-kwantità, dawn il-kliem għandhom jidhru flimkien ma' l-isem tal-prodott fuq display jew avviż fuq jew maġenb il-kontenitur li fih jitqiegħdu l-prodotti;
jekk prodott irradjat jintuża bħala ingredjent, l-istess kliem għandhom jakkumpanjaw id-deskrizzjoni tiegħu fil-lista ta' ingredjenti.
Fil-każ ta' prodotti mibjugħa bil-kwantità, dawn il-kliem għandhom jidhru flimkien ma' l-isem tal-prodott fuq display jew avviż fuq jew maġenb il-kontenitur li fih jitqiegħdu l-prodotti;
b'deroga minn Artikolu 6(7) tad-Direttiva 79/112/KEE, l-istess kliem għandhom jiġu rekwiżiti sabiex jiġu ndikati l-ingredjenti rradjati użati fl-ingredjenti komposti ta' l-oġġetti ta' l-ikel, anki jekk dawn jagħmlu parti minn anqas minn 25 % tal-prodott lest;
fil-każ ta' prodotti mhux intenzjonati għall-konsumatur finali u għall fornituri ta'l-ikel u x-xorb għall-massa:
il-kliem provduti fil-paragrafu ta' qabel għandhom jintużaw biex jindikaw it-trattament kemm ta' l-ikel kif ukoll ta' l-ingredjenti li jkunu jinsabu f'oġġetti ta' l-ikel mhux irradjati;
jew l-identità u l-indirizz tal-faċilità li wettqet l-irradjazzjoni jew in-numru tar-referenza tagħha kif previst f'Artikolu 7 għandhom jiġu indikati;
L-indikazzjoni tat-trattament għandha f'kull każ tidher fid-dokumenti li jakkumpanjaw jew li jirreferu għall-irradjazzjoni ta' oġġetti ta' l-ikel.
Artikolu 7
1. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet responsabbli għal:
2. L-approvazzjoni għandha tingħata biss jekk il-faċilità:
3. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni:
Flimkien ma dan, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kull sena:
4. Fuq il-bażi tad-data provduta skond il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej:
Artikolu 8
1. Il-faċilitajiet ta' l-irradjazzjoni approvati skond Artikolu 7 għandhom, għal kull sors ta' radjazzjoni li tionizza użat, iżommu reġistru li juri għal kull lott ta' oġġetti ta' l-ikel ittrattati:
in-natura u l-kwantità ta' l-oġġetti ta' l-ikel irradjati;
in-numru tal-lott;
il-persuna li tordna t-trattament ta' l-irradjazzjoni;
ir-reċipjent ta' l-oġġetti ta' l-ikel ittrattati;
id-data ta' l-irradjazzjoni;
il-materjali ta' l-imballaġġ użati waqt it-trattament;
id-data għall-kontroll tal-proċess ta' irradjazzjoni kif previst f'Anness III, il-verifiki dosimetriċi mwettqa u r-riżultati miksuba, bid-dettalji b'mod partikolari tal-limiti, ta' fuq u ta' isfel, tad-doża assorbita u tat-tip ta' radjazzjoni li tionizza;
ir-riferenza għall-kejl tal-validazzjoni tad-doża iniżjali.
2. Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinzammu għall-perjodu ta' ħames snin.
3. Regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbiliti ►M2 l-Artikolu 12(2) ◄ .
Artikolu 9
1. Oġġett ta' l-ikel ittrattat b'radjazzjoni li tionizza m'għandux jiġi importat minn pajjiż terz jekk dan:
2.
Skond il-proċedura stabbilità ►M2 l-Artikolu 12(2) ◄ , il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta' faċilitajiet approvati li għalihom is-sorveljanza uffiċjali tiggarantixxi illi r-rekwiżiti ta' Artikolu 7 jiġu osservati.
Għall-iskop tat-tfassil ta' din il-lista, il-Kummissjoni tista' tqabbad esperti biex jagħmlu, taħt l-awtorità tagħha, evalwazzjonijiet u spezzjonijiet tal-faċilitajiet ta' radjazzjoni f'pajjiżi terzi skond Artikolu 5 tad-Direttiva 93/99/KEE.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista u l-emendi kollha magħmula lilha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' l-organizzazzjonijiet kompetenti f'pajjiżi terzi dwar il-proċeduri li bihom l-evalwazzjonijiet u l-ispezzjonijiet imsemmija f'(a) għandhom isiru.
Artikolu 10
Il-materjali użati għall-imballaġġ ta' l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom jiġu rradjati għandhom ikunu addattati għal dak l-iskop.
Artikolu 11
L-emendi li jsiru lill-Annessi sabiex jingħata kont tal-progress xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilità f'Artikolu 100a tat-Trattat.
Artikolu 12
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.
5. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.';
Artikolu 13
Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel għandu jiġi kkonsultat dwar kull materja li taqa' fl-iskop ta' din id-Direttiva li x'aktarx ikollha effett fuq is-saħħa pubblika.
Artikolu 14
1. Meta Stat Membru, b'riżultat ta xi nformazzjoni ġdida jew minħabba stima mill-ġdid ta' nformazzjoni eżistenti magħmula minn meta ġiet adottata din id-Direttiva, ikollu prova ċara li l-irradjazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-ikel tipperikola s-saħħa umana għandki jekk tkun tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, dak l-Istat Membru jista' temporanjament jissospendi jew jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni fit-territorju tiegħu. Għandu minnufih javża lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan, kif ukoll jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 kemm jista' jkun malajr fi' ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta' l-Ikel; għandha tieħu l-miżuri xierqa skond il-proċedura stabbilità ►M2 l-Artikolu 12(2) ◄ . L-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħa jsostniha sakemm il-miżuri jkunu daħlu fis-seħħ.
3. L-adattamenti ta' din id-Direttiva jew tad-Direttiva implimentattiva jistgħu jsiru mill-Kummissjoni biss sal-punt neċessarju biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u għandhom f'kull każ ikunu limitati għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet kif paragunati mas-sitwazzjoni legali ta' qabel. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12(5).
Artikolu 15
L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva b'mod illi:
Għandhom javżaw lill-Kummissjoni b'dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 16
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak li fih tkun ġiet ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 17
Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha.
ANNESS I
KONDIZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TA' L-IRRADJAZZJONI TA' L-IKEL
L-irradjazzjoni ta' l-ikel tista' tiġi awtorizzata biss jekk:
L-irradjazzjoni ta' l-ikel tista' tintuża biss għall-iskopijiet li ġejjin:
ANNESS II
KORPI LI JITFGĦU R-RADJAZZJONI LI TIONIZZA
L-oġġetti ta' l-ikel jistgħu jiġu trattati biss bil-korpi li jitfgħu r-radjazzjoni li tionizza li ġejjin:
raġġi gamma minn radjunuklidi 60Co jew 137Cs;
Raġġi-X ġġenerati minn magni mħaddma fi jew taħt il-livell ta' enerġija nominali (maximum quantum energy) ta' 5 MeV;
elettroni ġġenerati minn magni mħaddma fi jew taħt il-livell ta' enerġija nominali ta' (maximum quantum energy) ta' 10 MeV.
ANNESS III
1. DOŻIMETRIJA
Doża medja totali assorbita
Jista’ jiġi assumat għal fini tad-determinazzjoni tat-tjubija għas-saħħa ta' oġġetti ta' l-ikel ittrattati b'doża medja totali ta' 10 kGy jew anqas li l-effetti kimiċi kollha tar-radjazzjoni f'dik id-doża partikolari huma proporzjonali għad-doża.
Id-doża medja totali,
, hija definita bl-integral li ġej fuq il-volum totali ta' l-oġġetti:
billi |
|
Id-doża medja totali assorbita tista’ tiġi stabbilità direttament għal prodotti omoġenji jew għall-oġġetti bil-kwantità ta' densità evidenti omoġenja billi jiġi distribwit b'mod strateġiku jew saltwarju numru adegwat ta' dożimetri f'kull parti tal-volum tal-prodotti. Mid-distribuzzjoni tad-doża stabbilità b'dan il-mod tista’ tiġi kkalkolata medja li tkun id-doża medja totali assorbita.
Jekk il-forma tal-kurva tad-distribuzzjoni tad-doża minn ġol-prodot tkun stabbilità sew, il-posizzjonijiet tad-dożi minimi u massimi jkunu magħrufa. Il-kejl tad-distribuzzjoni tad-doża f'dawn iż-żewġ posizzjonijiet f'serje ta' kampjuni tal-prodott jistgħu jiġu użati biex tingħata stima tad-doża medja totali.
F’ċerti każijiet, il-valur intermedju ta-valuri medji tad-doża minima (
min) u tad-doża massima (
max) tkun stima tajba tad-doża totali: i.e., f'dawn il-każijiet:
Doża medja totali ≈
Il-proporzjoni ta’
m'għandu jeċċedi 3
2. PROĊEDURI
Qabel mar-radjazzjoni ta' rutina ta' kategorija partikolari ta' oġġetti ta' l-ikel tinbeda ġewwa faċilità ta' radjazzjoni, il-lokazzjonijiet tad-dożi minimi u massimi jiġu stabbilit billi titkejjel id-doża fil-volum kollu tal-prodott. Dan it-teħid tal-kejl tal-validazzjoni għandu jsir għal numru addattat ta' drabi (eż. 3-5) sabiex ikun jista jitħalla għall-varjazzjonijiet fid-densità jew jew fil-ġeometrija tal-prodott.
It-teħid tal-kejl għandu jiġi ripetut kull meta il-prodott, il-ġeometrija tiegħu jew il-kondizzjonijiet ta' l-irradjazzjoni tiegħu jinbidlu.
Matul il-proċess, it-teħid tal-kejl ta' rutina tad-doża għandu jsir biex jiġi żgurat li l-limiti tad-doża ma jinqabżux. It-teħid tal-kejl għandu jsir billi jiġu ppustjati d-dożimetri fil-posizzjonijiet tad-doża massima jew minima, jew f'pożizzjoni ta' referenza. Id-doża fil-pożizzjoni ta' referenza għandha tkun marbuta kwantitattivament mad-doża massima u minima. Il-pożizzjoni ta' referenza għandha tkun ippostjata f'punt konvenjenti ġewwa jew fuq il-prodott, fejn il-varjazzjonijiet tad-doża jkunu baxxi.
It-teħid tal-kejl rutina tad-doża għandu jsir għal kull lott u f'intervalli regolari waqt il-produzzjoni.
F'każijiet fejn jiġu rradjati oġġetti liberi u mhux imballaġġati, il-lokazzjonijiet tad-dożi minimi u massimi ma jistgħux jiġu stabbiliti. F'dawn il-każi jkun preferibbli t-teħid ta' kampjuni b'dożimetru saltwarju biex jiġu żgurati l-valuri ta' dawn l-estremitajiet tad-dożi.
It-teħid tal-kejl tad-dożi għandu jsir bl-użu ta' sistemi rikonoxxuti tad-dożimetrija, u l-miżuri għandhom jkun jistgħu jiġu ntraċċati għall-i standards ewlenin.
Waqt l-irradjazzjoni, ċerti parametri ta' faċilità għandhom jiġu kontinwament kkontrollati u rrekordjati. Għall-faċilitajiet radjonuklidi il-parametri jinkludu l-voloċità tat-trasport tal-prodotti jew il-ħin li jagħmlu fiż-żona ta' l-irradjazzjoni u l-indikazzjoni posittiva għall-pożizzjoni korretta tal-korp ta' l-irradjazzjoni. Għall-faċilitajiet li jaċċelleraw, il-parametri jinkludu l-veloċità tat-trasport tal-prodott u l-livell ta' enerġija, il-kurrent ta' l-elettron u l-wisa’ ta' l-iskàner tal-faċilità.
( 1 ) ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 50.
( 2 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.