This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023B1950
Decision (EU) 2023/1950 of the European Parliament of 10 May 2023 on discharge in respect of the implementation of the budget of the Clean Aviation Joint Undertaking (before 30 November 2021 the Clean Sky 2 Joint Undertaking) for the financial year 2021
Deċiżjoni (UE) 2023/1950 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta Clean Sky 2) għas-sena finanzjarja 2021
Deċiżjoni (UE) 2023/1950 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta Clean Sky 2) għas-sena finanzjarja 2021
ĠU L 242, 29.9.2023, p. 502–503
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/502 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/1950 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2023
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (qabel it-30 ta’ Novembru 2021: l-Impriża Konġunta Clean Sky 2) għas-sena finanzjarja 2021
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa għas-sena finanzjarja 2021, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposta tal-Impriżi Konġunti (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06252/2023 — C9-0108/2023), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2023), |
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2021; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Roberta METSOLA
Is-Segretarju Ġenerali
Alessandro CHIOCCHETTI
(1) ĠU C 433, 15.11.2022, p. 52.
(2) ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.