EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023B1823
Decision (EU, Euratom) 2023/1823 of the European Parliament of 10 May 2023 on discharge in respect of the implementation of the budget of the European Health and Digital Executive Agency (HADEA) for the financial year 2021
Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1823 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HADEA) għas-sena finanzjarja 2021
Deċiżjoni (UE, Euratom) 2023/1823 tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HADEA) għas-sena finanzjarja 2021
ĠU L 242, 29.9.2023, p. 57–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/57 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2023/1823 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2023
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HADEA) għas-sena finanzjarja 2021
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (COM(2022) 323 — C9-0227/2022) (2), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali għas-sena finanzjarja 2021 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2022) 331) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2021 (COM(2022) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2022) 160), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2021, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2021 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2023 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2021 (06250/2023 — C9-0055/2023), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (9), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2023), |
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2021; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Roberta METSOLA
Is-Segretarju Ġenerali
Alessandro CHIOCCHETTI
(2) ĠU C 399, 17.10.2022, p. 1.
(3) ĠU C 427, 9.11.2022, p. 47.
(4) ĠU C 412, 27.10.2022, p. 12.
(5) ĠU C 399, 17.10.2022, p. 240.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.