Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023O0833

Linja Gwida (UE) 2023/833 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2022 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2022/50)

ECB/2022/50

ĠU L 104, 19.4.2023, p. 48–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2023/833/oj

19.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/48


LINJA GWIDA (UE) 2023/833 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta’ Diċembru 2022

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2022/50)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artiklu 3.1, u l-Artikoli 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu, sabiex jinkisbu l-għanijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, iwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral adegwat. Il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, inklużi l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1).

(2)

L-assi kollha li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema huma soġġetti għal miżuri speċifiċi tal-kontroll tar-riskju sabiex l-Eurosistema tkun protetta kontra telf finanzjarju f’ċirkustanzi li fihom il-kollateral jkollu jiġi rrealizzat minħabba avveniment ta’ inadempjenza ta’ kontroparti. Il-qafas ta’ kontroll tar-riskju tal-Eurosistema jiġi rrivedut regolarment sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata. Bħala riżultat ta’ dik ir-reviżjoni regolari, il-Kunsill Governattiv iddeċieda fil-15 ta’ Lulju 2022 li jintroduċi ċerti bidliet fil-qafas tal-kontroll tar-riskju.

(3)

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jkompli jneħħi gradwalment it-tnaqqis temporanju tal-haircuts fil-valutazzjoni li kienu ġew deċiżi bħala parti mill-miżuri temporanji ta’ taffija tal-kollateral meħuda mill-Eurosistema b’reazzjoni għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi u finanzjarji eċċezzjonali assoċjati mat-tixrid tal-marda tal-coronavirus (COVID-19). Dan huwa t-tieni pass tat-tneħħija gradwali li ġie deċiż mill-Kunsill Governattiv fit-23 ta’ Marzu 2022, li se jikkonkludi t-tneħħija gradwali tal-haircuts fil-valutazzjoni.

(4)

Sabiex ikun jista’ jsir trattament aktar granulari u xieraq tar-riskji assoċjati ma’ strumenti ta’ maturità twila, u b’hekk tittejjeb il-kopertura tar-riskju tal-iskeda ta’ haircuts, ġie deċiż li l-kategorija tal-istrumenti bl-itwal maturità residwa, (jiġifieri aktar minn għaxar snin ([10, ∞)) tinqasam fi tliet kategoriji ġodda, minn għaxar snin sa ħmistax-il sena ([10, 15)), minn ħmistax-il sena sa tletin snin ([15, 30)) u tletin sena jew aktar ([30, ∞)). Din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni li jiġi applikat tnaqqis fil-valutazzjoni teoretiku dipendenti fuq il-maturità, hija maħsuba wkoll biex ittejjeb il-granularità tal-kopertura tar-riskju ta’ dik il-valutazzjoni teoretika, li hija partikolarment rilevanti għall-istrumenti b’maturitajiet itwal.

(5)

Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jissostitwixxi, kemm fil-qafas tal-kollateral permanenti kif ukoll f’dak temporanju, it-tnaqqis fil-valutazzjoni teoretiku fiss attwali ta’ 5 % applikabbli għal assi negozjabbli skont l-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) bi skeda ta’ tnaqqis gradwata fil-maturità, għall-assi negozjabbli kollha teoretikament ivvalutati ħlief dawk li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ haircut I. Ir-raġuni għal dan hija li l-kollateral tal-Eurosistema jiġi protett b’mod aktar granulari kontra riskji tal-mudell li jirriżultaw minn valutazzjoni teoretika ta’ assi negozjabbli.

(6)

Barra minn hekk, bil-ħsieb li jiġu riflessi b’mod adegwat ir-riskji ta’ assi negozjabbli b’kupuni varjabbli, u biex tittejjeb il-protezzjoni tar-riskju tal-Eurosistema, ġie deċiż li l-klassifikazzjoni ta’ haircut ta’ assi negozjabbli tiġi allinjata ma’ kupun fiss u dawk b’kupun varjabbli minħabba li wrew livelli komparabbli ta’ riskju totali.

(7)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2014/31 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2b.   ABS eliġibbli skont l-Artikolu 3(1) li huma teoretikament vvalutati skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali fil-forma ta' tnaqqis fil-valutazzjoni. It-tnaqqis fil-valutazzjoni għandu jiddependi fuq il-ħajja medja ponderata tal-assi, fil-livelli stabbiliti fit-Tabella 4 fl-Anness tal-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (*1).

(*1)  Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).”;"

(2)

L-Artikolu 8b intitolat “Ammissjoni ta’ ċerti assi negozjabbli u emittenti eliġibbli fis-7 ta’ April 2020” huwa mħassar;

(3)

L-Anness IIa huwa mibdul bl-Anness I ta' din il-Linja Gwida;

(4)

L-Anness IIb huwa mibdul bl-Anness II ta' din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.

2.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mid-29 ta’ Ġunju 2023. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mis-17 ta’ Frar 2023

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60), (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(2)  Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).


ANNESS I

L-Anness IIa għal-Linja Gwida BĊE/2014/31 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“ANNESS IIa

Livelli ta’ valutazzjoni fil-haircut (f’%) applikati lil titoli ggarantiti b’assi (ABS) eliġibbli taħt l-Artikolu 3(2) ta’ din il-Linja Gwida

Kwalità tal-kreditu

Ħajja Medja ponderata (*1)

Haircut fil-valutazzjoni

 

[0,1)

7,0

Pass 3

[1,3)

10,0

 

[3,5)

13,0

 

[5,7)

15,0

 

[7,10)

18,0

 

[10,15)

27,0

 

[15,30)

31,0

 

[30, ∞)

33.0


(*1)  jiġifieri [0-1) WAL (weighted average life) ta' inqas minn sena, [1-3) WAL ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.


ANNESS II

L-Anness IIb għal-Linja Gwida BĊE/2014/31 jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS IIb

Livelli ta’ valutazzjoni fil-haircut (f’%) applikati lil assi negozjabbli eliġibbli taħt l-Artikolu 8a ta’ din il-Linja Gwida

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*1)

Kategorija I

kupun fiss jew varjabbli

kupun żero

Pass 4

[0,1)

8,0

8.0

[1,3)

12,0

13.0

[3,5)

14,0

15.0

[5,7)

15,5

17.0

[7,10)

16,5

18.0

[10,15)

17,0

20.0

[15,30)

19,0

22.0

[30, ∞)

20.0

23.0

Pass 5

[0,1)

10,0

10.0

[1,3)

14,0

15.0

[3,5)

16,5

17.5

[5,7)

18,0

19.5

[7,10)

19,0

20.5

[10,15)

20,0

23.0

[15,30)

21,0

24.0

[30, ∞)

23.0

26.0


(*1)  jiġifieri [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.


Top