This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023O0831
Guideline (EU) 2023/831 of the European Central Bank of 16 December 2022 amending Guideline (EU) 2015/510 on the implementation of the Eurosystem monetary policy framework (ECB/2022/48)
Linja Gwida (UE) 2023/831 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2022 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal- Eurosistema (BĊE/2022/48)
Linja Gwida (UE) 2023/831 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2022 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal- Eurosistema (BĊE/2022/48)
ECB/2022/48
ĠU L 104, 19.4.2023, p. 32–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/32 |
LINJA GWIDA (UE) 2023/831 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta’ Diċembru 2022
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal- Eurosistema (BĊE/2022/48)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, u 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kisba ta’ politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-għodda, l-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema sabiex dik il-politika tiġi implimentata b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem ‘BĊNi’) jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral adegwat. |
(3) |
Bil-għan li tiġi salvagwardjata l-adegwatezza tal-kollateral tal-Eurosistema, l-assi eliġibbli mobilizzati bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema huma soġġetti għal miżuri speċifiċi tal-kontroll tar-riskju sabiex l-Eurosistema tkun protetta kontra telf finanzjarju f’ċirkustanzi li fihom il-kollateral jkollu jiġi rrealizzat minħabba avveniment ta’ inadempjenza ta’ kontroparti. Il-qafas ta’ kontroll tar-riskju tal-Eurosistema jiġi rivedut regolarment sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata. |
(4) |
Bħala riżultat tar-rieżami regolari tal-qafas ta’ kontroll tar-riskju għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, u meta jitqies li l-profil tar-riskju ta’ bonds koperti leġiżlattivi oħra u ta’ multi cédulas huwa simili għal dak ta’ bonds koperti jumbo, il-Kunsill Governattiv iddeċieda fil-15 ta’ Lulju 2022 li dawn għandhom ikunu soġġetti għall-istess haircuts fil-valutazzjoni, u għalhekk il-bonds koperti leġiżlattivi kollha u l-multi cédulas għandhom jiġu inklużi fil-kategorija tal-haircut II. Konsegwentement, peress li m’għadx hemm distinzjoni bejn bonds koperti jumbo u tipi oħra ta’ bonds koperti leġiżlattivi fil-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema, ir-referenzi għal bonds koperti jumbo għandhom jitneħħew mil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1). |
(5) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, jitħassar il-punt (48); |
(2) |
L-Anness XII huwa emendat skont l-Anness għal din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.
2. Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mid-29 ta’ Ġunju 2023. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mis-17 ta’ Frar 2023.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
ANNESS
Fl-Anness XII tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), it-Taqsima VI hija ssostitwita b’dan li ġej:
“VI. EŻEMPJU 6: MIŻURI GĦALL-KONTROLL TAR-RISKJU
1. |
Dan l-eżempju juri l-qafas tal-kontroll tar-riskju applikat lill-assi mobilizzati bħala kollateral fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. Huwa bbażat fuq l-assunzjoni li, fil-kalkolu għal ħtieġa ta’ sejħa marġinali, għandu jitqies l-imgħax akkumulat fuq il-likwidità provduta u huwa applikat punt ta’ attivazzjoni ta’ 0,5 % tal-likwidità provduta. L-eżempju huwa bbażat fuq l-assunzjoni li kontroparti tipparteċipa fl-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema li ġejjin:
|
2. |
Il-karatteristiċi tal-assi negozjabbli mobilizzati mill-kontroparti biex ikopru dawn l-operazzjonijiet huma speċifikati fit-Tabella 1.
Tabella 1 Assi negozjabbli mobilizzati fit-tranżazzjonijiet Karatteristiċi
|
SISTEMA TA’ ALLOKAZZJONI
L-ewwel nett, huwa preżunt li t-tranżazzjonijiet jitwettqu ma’ bank ċentrali nazzjonali (BĊN) bl-użu ta’ sistema fejn l-assi sottostanti huma allokati għal kull tranżazzjoni. Il-valutazzjoni tal-assi mobilizzati bħala kollateral ssir fuq bażi ta’ kuljum. Il-qafas tal-kontroll tar-riskju jista’ mbagħad jiġi deskritt kif ġej (ara wkoll Tabella 2 hawn taħt):
1. |
Fil-21 ta’ Settembru 2022, il-kontroparti tidħol fi tranżazzjoni ta’ self kollateralizzat mal-BĊN, li jirċievi EUR 50,6 miljun ta’ Assi A. L-assi A huwa bond garantit b’kupun fiss li jimmatura fil-21 ta’ Diċembru 2026 u allokat għall-kwalità tal-kreditu pass 1-2. Għalhekk għandu maturità reżidwa ta’ erba’ snin biex b’hekk ikun meħtieġ haircut ta’ valutazzjoni ta’ 2,5 %. Il-prezz tas-suq ta’ Assi A fis-suq ta’ referenza tiegħu f’dak il-jum huwa 101,61 %, li jinkludi l-imgħax akkumulat fuq il-kupun. Il-kontroparti hija meħtieġa tipprovdi ammont ta’ Assi A, li, wara t-tnaqqis tal-haircut ta’ valutazzjoni tat-2,5 %, jaqbeż l-ammont allokat ta’ EUR 50 miljun. Il-kontroparti għalhekk tikkonsenja Assi A għal ammont nominali ta’ EUR 50,6 miljun, li l-valur tas-suq tal-haircut aġġustat huwa ta’ EUR 50 129 294 f’dak il-jum. |
2. |
Fit-22 ta’ Settembru 2022, il-kontroparti tidħol fi tranżazzjoni ta’ xiri mill-ġdid mal-BĊN, li jixtri EUR 21 miljun ta’ Assi A (prezz tas-suq 101,21 %, haircut ta’ valutazzjoni 2,5 %) u EUR 25 miljun ta’ Assi B (prezz tas-suq 98,62 %). Assi B huwa bond tal-gvern ċentrali bi ħlasijiet ta’ kupun b’rata varjabbli u allokat lill-pass tal-kwalità tal-kreditu 1–2, li fuqhom tiġi applikata haircut ta’ valutazzjoni ta’ 1,5 %. Il-valur tas-suq tal-haircut aġġustat tal-Assi A u l-Assi B f’dak il-jum huwa EUR 45 007 923, biex b’hekk jinqabeż l-ammont meħtieġ ta’ EUR 45 000 000. |
3. |
Fit-22 ta’ Settembru 2022, l-assi sottostanti tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament li bdiet fl-21 ta’ Settembru 2022 jiġu rrivalutati. Bi prezz tas-suq ta’ 101,21 %, il-valur tas-suq aġġustat bil-haircut ta’ Assi A għadu bejn l-ammonti ta’ attivazzjoni ta’ isfel u ta’ fuq. Il-kollateral li ġie mobilizzat inizjalment huwa għaldaqstant ikkunsidrat biex jipprovdi kemm għall-ammont inizjali ta’ likwidità pprovdut u l-imgħax akkumulat li jammonta għal EUR 1 736. |
4. |
Fit-23 ta’ Settembru 2022, l-assi sottostanti jiġu vvalutati mill-ġdid: il-prezz tas-suq tal-Assi A huwa 99,50 % u l-prezz tas-suq tal-Assi B huwa 97,95 %. L-imgħax akkumulat jammonta għal EUR 3 472 fuq l-operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija li bdiet fil-21 ta’ Settembru 2022 u EUR 1 563 fuq operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal li bdiet fit-22 ta’ Settembru 2022. B’riżultat ta’ dan, il-valur tas-suq aġġustat għall-haircut tal-Assi A fl-ewwel tranżazzjoni jaqa’ taħt l-ammont tat-tranżazzjoni li għandha tiġi koperta, jiġifieri l-likwidità pprovduta flimkien mal-imgħax dovut, b’EUR 915 147, iżda wkoll taħt il-livell ta’ attivazzjoni aktar baxx ta’ EUR 49 753 455.
Il-kontroparti tikkonsenja EUR 950 000 ta’ Assi A f’termini ta’ valur nominali, li, wara t-tnaqqis ta’ haircut ta’ 2,5 % mill-valur tas-suq ibbażat fuq prezz ta’ 99,50 %, jagħti lura kopertura kollaterali suffiċjenti. Il-BĊNi jistgħu jwettqu sejħiet ta’ marġni fi flus kontanti pjuttost milli f’titoli. Sejħa ta’ marġni hija meħtieġa wkoll fit-tieni tranżazzjoni billi l-valur tas-suq aġġustat skont il-haircut tal-assi sottostanti użati f’din it-tranżazzjoni (EUR 44 492 813) huwa taħt il-livell ta’ attivazzjoni aktar baxx (EUR 44 776 555). Għalhekk il-kontroparti tipprovdi EUR 550 000 tal-Assi B b’valur tas-suq aġġustat skont il-haircut ta’ EUR 530 644. |
5. |
Fis-26 ta’ Settembru 2022, l-assi sottostanti jiġu vvalutati mill-ġdid, mingħajr ma jirriżultaw f’ebda sejħa ta’ marġni għat-tranżazzjonijiet imdaħħla fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2022.
Fis-27 ta’ Settembru 2022, il-valutazzjoni mill-ġdid tal-assi sottostanti l-operazzjoni ta’ rifinanzjament fit-tul mibdija fit-22 ta’ Settembru 2022 turi li l-valur tas-suq aġġustat skont il-haircut tal-assi pprovduti jaqbeż il-livell ogħla ta’ attivazzjoni u jwassal biex il-BĊN jirritorna EUR 300 000 tal-Assi B fil-valur nominali lill-kontroparti. Kieku marġini kellu jitħallas lill-kontroparti mill-BĊN fir-rigward tat-tieni tranżazzjoni, tali marġini jista’, f’ċerti każijiet, jiġi nnettjat mal-marġni mħallas lill-BĊN mill-kontroparti fir-rigward tal-ewwel tranżazzjoni. Bħala riżultat, ikun hemm biss saldu ta’ marġni wieħed. |
6. |
Fit-28 ta’ Settembru 2022, il-kontroparti tħallas lura l-likwidità pprovduta taħt l-operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija li bdiet fil-21 ta’ Settembru 2022, inkluż l-imgħax akkumulat ta’ EUR 12 153. Il-BĊN jagħti lura EUR 51 550 000 ta’ Assi A f’valur nominali.
Fl-istess jum il-kontroparti teżegwixxi tranżazzjoni ta’ self ikkollateralizzat ġdid mal-BĊN, li jixtri EUR 72,5 miljun ta’ Assi C f’termini ta’ valur nominali. Peress li l-Assi C huwa bond korporattiv b’kupun żero b’maturità residwa ta’ 12-il sena u allokat fl-iskala tal-kwalità tal-kreditu 1–2, li jirrikjedi haircut fil-valutazzjoni ta’ 10 %, il-valur tas-suq aġġustat skont l-haircut korrispondenti f’dak il-jum huwa ta’ EUR 35 045 775. |
SISTEMA TA’ AGGREGAZZJONI
It-tieni, wieħed jassumi li t-tranżazzjonijiet jsiru ma’ BĊN li juża sistema ta’ aggregazzjoni fejn l-assi inklużi fl-aggregazzjoni tal-assi użati mill-kontroparti ma humiex assenjati għal tranżazzjonijiet speċifiċi.
1. |
L-istess sekwenza ta’ tranżazzjonijiet hija użata f’dan l-eżempju bħall-eżempju ta’ hawn fuq li juri sistema ta’ allokazzjoni. Id-differenza ewlenija hija li, fid-dati tar-rivalutazzjoni, il-valur tas-suq aġġustat skont il-haircut tal-assi kollha fl-aggregazzjoni irid ikopri l-ammont totali tal-operazzjonijiet pendenti kollha tal-kontroparti mal-BĊN. Is-sejħa ta’ marġni ta’ EUR 1 423 897 li sseħħ fit-23 ta’ Settembru 2022 hija identika f’dan l-eżempju ma’ dik meħtieġa fil-każ tas-sistema ta’ allokazzjoni. Il-kontroparti tikkonsenja EUR 1 500 000 ta’ Assi A f’termini ta’ valur nominali, li, wara t-tnaqqis ta’ haircut ta’ 2,5 % mill-valur tas-suq ibbażat fuq prezz ta’ 99,50 %, jagħti lura kopertura kollaterali suffiċjenti. |
2. |
Barra minn hekk, fit-28 ta’ Settembru 2022, meta l-operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija magħmula fil-21 ta’ Settembru 2022 timmatura, il-kontroparti tista’ żżomm l-assi fil-kont ta’ aggregazzjoni tagħha. Assi jista’ wkoll jiġi skambjat ma’ assi ieħor kif muri fl-eżempju, fejn EUR 52,1 miljun ta’ Assi A f’valur nominali jiġu sostitwiti b’EUR 72,5 miljun ta’ Assi C f’valur nominali biex ikopru l-likwidità pprovduta u l-imgħax akkumulat taħt l-operazzjonijiet kollha ta’ rifinanzjament. |
3. |
Il-qafas tal-kontroll tar-riskju fis-sistema ta’ aggregazzjoni huwa deskritt fit-Tabella 3.
Tabella 2 Sistema ta’ Allokazzjoni
Tabella 3 Sistema ta’ Aggregazzjoni
|
(*1) Il-prezzijiet murija għal data ta’ valutazzjoni speċifika jikkorrespondu mal-prezz l-aktar rappreżentattiv fil-jum tan-negozju ta’ qabel din id-data ta’ valutazzjoni.
(1) F’sistema ta’ aggregazzjoni, l-ammont ta’ attivazzjoni ta’ isfel huwa l-limitu l-aktar baxx għal sejħiet ta’ marġni. Fil-prattika, il-biċċa l-kbira tal-BĊNi jeħtieġu kollateral addizzjonali kull meta l-valur tas-suq aġġustat skont il-haircut tal-aggregazzjoni tal-kollateral jaqa’ taħt l-ammont totali li għandu jiġi kopert.
(2) F’sistema ta’ aggregazzjoni, il-kunċett ta’ ammont ta’ attivazzjoni ta’ fuq mhuwiex rilevanti, peress li l-kontroparti se timmira b’mod kostanti għal ammont żejjed ta’ kollateral provdut sabiex timminimizza t-tranżazzjonijiet operattivi.”