EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0824

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/824 tal-14 ta’ April 2023 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/2641

ĠU L 103, 18.4.2023, p. 5–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/824/oj

18.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/824

tal-14 ta’ April 2023

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew minn kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, mill-kompartimenti tagħhom, iridu jkunu f’konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fil-provinċja tal-Quebec, li ġiet ikkonfermata fis-27 ta’ Marzu 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar erba’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fl-istati ta’ Colorado (1) u New York (3), l-Istati Uniti, li ġew ikkonfermati bejn it-22 ta’ Marzu 2023 u l-5 ta’ April 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Wara dawn it-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ta’ kontroll tal-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(8)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ressqu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jiġi evitat li l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, jenħtieġ li d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti ma jibqax jiġi awtorizzat minħabba t-tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja.

(9)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit ressaq informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu b’rabta ma’ disa’ tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam fil-kontej ta’ Essex (6), Lincolnshire (1), Norfolk (1) u l-Midlands tal-Punent (1) fl-Ingilterra, ir-Renju Unit, li ġew ikkonfermati bejn is-6 ta’ Settembru 2022 u l-11 ta’ Novembru 2022.

(10)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni mressqa mir-Renju Unit u kkonkludiet li t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fi stabbilimenti tal-pollam ġew ikklerjati u ma għadx hemm riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni ta’ komoditajiet tal-pollam miż-żoni fir-Renju Unit, li minnhom kien sospiż id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tal-pollam minħabba dawk it-tifqigħat.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.

(12)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru għall-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

it-Taqsima B tal-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela li ġejja għaż-żona CAN-2.178 tiddaħħal wara r-ringiela għaż-żona CAN-2.177:

CA

Il-Kanada

CA-2.178

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

27.3.2023”

 

ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.141 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.141

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

6.9.2022

29.3.2023”

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.166 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.166

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

7.10.2022

29.3.2023”

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.169 u GB-2.170 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.169

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

8.10.2022

29.3.2023

GB-2.170

N, P1

 

7.10.2022

29.3.2023”

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.182 u GB-2.183 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.182

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

9.10.2022

29.3.2023

GB-2.183

N, P1

 

13.10.2022

29.3.2023”

(vi)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.220 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.220

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

26.10.2022

28.3.2023”

(vii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.236 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.236

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

2.11.2022

30.3.2023”

(viii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.253 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.253

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

11.11.2022

29.3.2023”

(ix)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.447 sa US-2.450 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.446:

US

L-Istati Uniti

US-2.447

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

28.3.2023

 

US-2.448

N, P1

 

22.3.2023

 

US-2.449

N, P1

 

22.3.2023

 

US-2.450

N, P1

 

5.4.2023”

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjoni li ġejja għaż-żona CA-2.178 tiżdied wara d-deskrizzjoni għaż-żona CA-2.177:

“Il-Kanada

CA-2.178

Southern Quebec- Latitude 45.36, Longitude -72.93

The municipalities involved are:

3 km PZ: Ange-Gardien and Saint-Césaire.

10 km SZ: Ange-Gardien, Brigham, Farnham, Saint-Alphonse, Saint-Alphonse-deGranby, Saint-Césaire, Sainte-Brigide-d’Iberville, and Saint-Paul-d’Abbotsford”

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, jiżdiedu d-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.447 sa US-2.450 wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.446:

“L-Istati Uniti

US-2.447

State of Colorado

Yuma 01

Yuma County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 102.6021809°W 40.0556963°N)

US-2.448

State of New York

Tompkins 01

Tompkins County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 76.4228309°W 42.5338498°N)

US-2.449

State of New York

Queens 02

Queens County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 73.8110491°W 40.7686723°N)

US-2.450

State of New York

Queens 03

Queens County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 73.7654921°W 40.7913911°N)”

(2)

it-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żona CA-2.178 jiddaħħlu wara r-ringieli għaż-żona CA-2.177:

CA

Il-Kanada

CA-2.178

POU, RAT

N, P1

 

27.3.2023

 

GBM

P1

 

27.3.2023”

 

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.141 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.141

POU, RAT

N, P1

 

6.9.2022

29.3.2023

GBM

P1

 

6.9.2022

29.3.2023”

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.166 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.166

POU, RAT

N, P1

 

7.10.2022

29.3.2023

GBM

P1

 

7.10.2022

29.3.2023”

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.169 u GB-2.170 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.169

POU, RAT

N, P1

 

8.10.2022

29.3.2023

GBM

P1

 

8.10.2022

29.3.2023

GB-2.170

POU, RAT

N, P1

 

7.10.2022

29.3.2023

GBM

P1

 

7.10.2022

29.3.2023”

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.182 u GB-2.183 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.182

POU, RAT

N, P1

 

9.10.2022

29.3.2023

GBM

P1

 

9.10.2022

29.3.2023

GB-2.183

POU, RAT

N, P1

 

13.10.2022

29.3.2023

GBM

P1

 

13.10.2022

29.3.2023”

(vi)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.220 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.220

POU, RAT

N, P1

 

26.10.2022

28.3.2023

GBM

P1

 

26.10.2022

28.3.2023”

(vii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.236 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.236

POU, RAT

N, P1

 

2.11.2022

30.3.2023

GBM

P1

 

2.11.2022

30.3.2023”

(viii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.253 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.253

POU, RAT

N, P1

 

11.11.2022

29.3.2023

GBM

P1

 

11.11.2022

29.3.2023”

(ix)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.447 sa US-2.450 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.446:

US

L-Istati Uniti

US-2.447

POU, RAT

N, P1

 

28.3.2023

 

GBM

P1

 

28.3.2023

 

US-2.448

POU, RAT

N, P1

 

22.3.2023

 

GBM

P1

 

22.3.2023

 

US-2.449

POU, RAT

N, P1

 

22.3.2023

 

GBM

P1

 

22.3.2023

 

US-2.450

POU, RAT

N, P1

 

5.4.2023

 

GBM

P1

 

5.4.2023”

 


Top