This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D0551
Decision No 2019/1 of the Regional Steering Committee of the Transport Community (following a written consultation) on the adoption of the budget of the Transport Community for the year 2019 [2023/551]
Deċiżjoni Nru 2019/1 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport (wara konsultazzjoni bil-miktub) dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tat-Trasport għas-sena 2019 [2023/551]
Deċiżjoni Nru 2019/1 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport (wara konsultazzjoni bil-miktub) dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tat-Trasport għas-sena 2019 [2023/551]
PUB/2022/375
ĠU L 73, 10.3.2023, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/34 |
DEĊIŻJONI Nru 2019/1 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
(wara konsultazzjoni bil-miktub)
dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tat-Trasport għas-sena 2019 [2023/551]
IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport u, b’mod partikolari, l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 35 tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu I
Il-baġit tal-Komunità tat-Trasport għas-sena 2019, mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, huwa b’dan adottat.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun inkarigata mill-implimentazzjoni tal-baġit u mit-tnedija tal-ħidma tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport f’konformità mal-Artikolu 3.
Artikolu 3
L-Artikolu 2 għandu japplika mill-24 ta’ Jannar 2019. Għandu jieqaf japplika fil-jum ta’ qabel dak li fih issir effettiva l-ħatra tad-Direttur tas-Segretarjat Permanenti.
Magħmul f’Tirana, fis-16 ta’ Jannar 2019.
Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali
Il-President
APPENDIĊI
Baġit tal-Komunità tat-Trasport għas-sena 2019
Linja baġitarja |
Ammont (€) |
Salarji għall-uffiċjali |
750 000 |
Kontribuzzjoni għas-Saħħa / Skema tal-pensjoni għall-uffiċjali |
200 000 |
Kostijiet operazzjonali tas-segretarjat (inkl. nefqa fissa / ivvjaġġar / organizzazzjoni tal-laqgħat) |
330 000 |
Tagħmir tal-IT u għamara tal-uffiċċju (mhux koperti mill-Ftehim dwar l-HQ) |
100 000 |
Kostijiet tar-reklutaġġ (pubblikazzjoni u rimborż tal-kandidati) |
100 000 |
Total |
1 480 000 |
Riżerva (madwar: 10 %) |
150 000 |
Total ta’ kollox |
1 630 000 |
Li minnu: Kontribuzzjoni tal-UE (80 %) (*1) |
1 304 000 |
Kontribuzzjoni WB6 (20 %: l-Anness V tat-TCT jipprovdi d-distribuzzjoni skont kull pajjiż). |
326 000 |
(*1) (*) Iċ-ċifra tal-kontribuzzjoni tal-UE hi mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tal-baġit tal-UE għall-2019.