Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2373

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2373 tal-5 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    ST/14654/2022/INIT

    ĠU L 314, 6.12.2022, p. 79–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2373/oj

    6.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 314/79


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/2373

    tal-5 ta’ Diċembru 2022

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2377 tal-5 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1).

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (3) u jipprevedi ċerti miżuri diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), inkluż l-iffriżar tal-assi tagħhom.

    (2)

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2377 tkabbar il-kriterji għall-elenkar awtonomu tal-Unjoni.

    (3)

    Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jingħata effett lid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2377, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (4)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005, huwa emedat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 2b, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-Anness Ia għandu jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi identifikati mill-Kunsill għal kwalunkwe raġuni minn dawn:

    (a)

    ikunu qed jimpedixxu soluzzjoni kunsenswali u paċifika lejn elezzjonijiet fir-RDK, inkluż b’atti ta' vjolenza, repressjoni jew inċitament għall-vjolenza, jew billi jdgħajfu l-istat tad-dritt;

    (b)

    jippjanaw, jidderiġu jew iwettqu atti li jikkostitwixxu ksur serju jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK;

    (c)

    ikunu responsabbli għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà jew in-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK;

    (d)

    jipprovdu appoġġ lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (c);

    (e)

    ikunu qed jinkoraġġixxu vjolenza b'konnessjoni mal-azzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d);

    (f)

    ikunu qed jisfruttaw il-konflitt armat, l-instabbiltà jew l-insigurtà fir-RDK, anki permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu ta’ riżorsi naturali u organiżmi selvaġġi;

    (g)

    ikunu assoċjati ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fil-punti (a), (b), (c), (d),(e) jew (f).”

    ;

    (2)

    fl-Anness Ia, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2b”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. KUPKA


    (1)  Ara paġna 97 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi speċifiċi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).


    Top