EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D1568

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2022 tad-29 ta’ April 2022 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1568]

ĠU L 246, 22.9.2022, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1568/oj

22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/67


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 124/2022

tad-29 ta’ April 2022

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1568]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2146 tat-3 ta’ Diċembru 2021 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tan-N,N-dietil-meta-toluammid għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19 (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2148 tat-3 ta’ Diċembru 2021 dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-familja tal-prodotti bijoċidali Oxybio f’konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12zzzzzzzp (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1839) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“12zzzzzzzq.

32021 D 2146: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2146 tat-3 ta’ Diċembru 2021 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tan-N,N-dietil-meta-toluammid għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19 (ĠU L 433, 6.12.2021, p. 23).

12zzzzzzzr.

32021 D 2148: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2148 tat-3 ta’ Diċembru 2021 dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-familja tal-prodotti bijoċidali Oxybio f’konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 434, 6.12.2021, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2146 u (UE) 2021/2148 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ April 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)  ĠU L 433, 6.12.2021, p. 23.

(2)  ĠU L 434, 6.12.2021, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top