Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D1150

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1150]

    PUB/2022/336

    ĠU L 182, 7.7.2022, p. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1150/oj

    7.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 182/72


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 82/2022

    tat-18 ta’ Marzu 2022

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1150]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/941 tal-10 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi proċedura speċifika għall-identifikazzjoni ta’ vetturi heavy-duty ċċertifikati bħala vetturi vokazzjonali iżda mhux irreġistrati bħala tali, u għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet għall-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi annwali ta’ manifattur biex jitqiesu dawk il-vetturi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar ż-ŻEE.

    (2)

    Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 398/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021, ir-Regolament (UE) 2019/1242 ma japplikax għal-Liechtenstein.

    (3)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21azkc (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1430) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “21azkd.

    32021 R 0941: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/941 tal-10 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi proċedura speċifika għall-identifikazzjoni ta’ vetturi heavy-duty ċċertifikati bħala vetturi vokazzjonali iżda mhux irreġistrati bħala tali, u għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet għall-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi annwali ta’ manifattur biex jitqiesu dawk il-vetturi (ĠU L 205, 11.6.2021, p. 77).”

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/941 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 396/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021 (2), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 398/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021 (3), skont liema data tkun l-aktar reċenti.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Nicolas VON LINGEN


    (1)  ĠU L 205, 11.6.2021, p. 77.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

    (2)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (3)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


    Top