Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D1140

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u l-Anness VIII (Drittijiet ta’ stabbiliment) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1140]

    ĠU L 182, 7.7.2022, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1140/oj

    7.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 182/55


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 72/2022

    tat-18 ta’ Marzu 2022

    li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u l-Anness VIII (Drittijiet ta’ stabbiliment) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1140]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/256 tat-22 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħruġ ta’ ċertifikati tal-fejqan ibbażati fuq testijiet rapidi tal-antiġeni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi V u VIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 10 (ir-Regolament (UE) Nru 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness V tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “—

    32022 R 0256: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/256 tat-22 ta’ Frar 2022 (ĠU L 42, 23.2.2022, p. 4).”

    Artikolu 2

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 11 (ir-Regolament (UE) Nru 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness VIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “—

    32022 R 0256: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/256 tat-22 ta’ Frar 2022 (ĠU L 42, 23.2.2022, p. 4).”

    Artikolu 3

    It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2022/256 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Nicolas VON LINGEN


    (1)  ĠU L 42, 23.2.2022, p. 4.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top