Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0935

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/935 tat-13 ta’ Ġunju 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Meditteranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027

    ST/9039/2022/INIT

    ĠU L 162, 17.6.2022, p. 31–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/935/oj

    17.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 162/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/935

    tat-13 ta’ Ġunju 2022

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Meditteranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.

    (2)

    Skont il-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit minnu (“il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu”) għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet tal-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim u jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.

    (3)

    Bil-ħsieb li tissaħħaħ aktar ir-relazzjoni solida u multidimensjonali bejn iż-żewġt isħab, ġew identifikati l-prijoritajiet tas-sħubija biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim u biex jiggwidaw u jinformaw is-sħubija bejn l-UE u l-Eġittu għall-perjodu 2021-2027 (“il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027”).

    (4)

    Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu għandu jadotta rakkomandazzjoni dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 matul id-disa’ laqgħa tiegħu.

    (5)

    Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu, peress li r-rakkomandazzjoni li tikkonċerna l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 ser ikollha effetti legali fuq l-Unjoni.

    (6)

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu jenħtieġ għalhekk li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni mehmuża,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni matul id-disa’ laqgħa tal-Kunsill ta’Assoċjazzjoni UE-Eġittu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ġunju 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. FESNEAU


    (1)  Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra (ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39).


    ABBOZZ

    RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2022 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-Eġittu

    ta’...

    dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027

    IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-part l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.

    (2)

    L-Artikolu 76 tal-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu li jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim u li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.

    (3)

    Skont l-Artikolu 86 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u biex jaraw li jinkisbu l-objettivi stipulati fil-Ftehim.

    (4)

    Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ipproponiet fażi ġdida ta’ involviment mas-sħab, li tippermetti sens akbar ta’ sjieda miż-żewġ naħat.

    (5)

    L-Unjoni Ewropew u l-Eġittu qablu li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi jaqblu dwar sett ta’ prijoritajiet għall-perjodu 2021-2027 (“il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027”) bl-għan li jindirizzaw sfidi komuni li jaffaċċaw l-Unjoni u l-Eġittu u li jippromwovu interessi konġunti.

    (6)

    Il-Partijiet għall-Ftehim qablu fuq it-test tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027, li ser jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim, b’enfasi fuq il-kooperazzjoni fir-rigward tal-interessi kondiviżi identifikati b’mod komuni,

    B’DAN JIRRAKKOMANDA:

    Artikolu 1

    Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet tal-Ftehim jimplimentaw il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 kif stipulati fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni (+).

    Artikolu 2

    Il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 jissostitwixxu l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu li l-implimentazzjoni tagħhom kienet irrakkomandata permezz tar-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (1).

    Artikolu 3

    Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi ..., ....

    Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu

    Il-President


    (+)  Delegazzjonijiet: araw id-dokument ST 8663/2022 ADD1.

    (1)  Ir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-25 ta’ Lulju 2017 dwar qbil dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu (ĠU L 255, 3.10.2017, p. 26).


    Top